EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0150

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/150 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 686/2012 fir-rigward l-Istat Membru relatur għall-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/613

OJ L 27, 31.1.2019, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/150/oj

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 27/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/150

tat-30 ta' Jannar 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 686/2012 fir-rigward l-Istat Membru relatur għall-evalwazzjoni ta' dawn is-sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 (2) alloka lir-Renju Unit, bħala l-Istat Membru relatur, l-evalwazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi li jinsabu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(2)

Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit issottometta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li jitlaq mill-Unjoni, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' xi ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara li tkun saret in-notifika, jiġifieri mit-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu.

(3)

Dan il-ftehim dwar il-ħruġ kif maqbul bejn in-negozjaturi fih arranġamenti għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih lil hinn mid-data li fiha t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u fih. Jekk dak il-ftehim jidħol fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti se tapplika għar-Renju Unit u fih matul il-perjodu ta' tranżizzjoni skont dak il-ftehim u se jieqaf japplika fit-tmiem ta' dak il-perjodu. Skont dak il-ftehim, matul il-perjodu ta' tranżizzjoni, ir-Renju Unit ma tistax taġixxi bħala l-awtorità ewlenija għall-valutazzjonijiet, l-eżamijiet, l-approvazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri waqt li taġixxi b'mod konġunt kif imsemmi, fost oħrajn, fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(4)

Għaldaqstant huwa bżonn li jiġu allokati lil Stati Membri oħra l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi li għalihom ir-Renju Unit huwa l-Istat Membru relatur u fejn huwa mistenni li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel mhix ser toħroġ Konklużjoni qabel id-29 ta' Marzu 2019. Is-sustanzi attivi kkonċernati huma id-deltametrina, id-diflufenikan, l-epoksikonażol, il-fluwossastrob, il-protijokonażol u t-tebukonażol.

(5)

Dik l-allokazzjoni jenħtieġ li tiżgura bilanċ fit-tqassim tar-responsabbiltajiet u l-ħidma bejn l-Istati Membri.

(6)

Billi l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati hija fi stadju avvanzat u x-xogħol li jrid isir huwa mistenni li jkun żgħir, jenħtieġ li ma jiġix allokat Stat Membru korelatur għal dik l-evalwazzjoni.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta' Marzu 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 tas-26 ta' Lulju 2012 li jalloka lill-Istati Membri, għall-finijiet tal-proċedura ta' tiġdid, l-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 5).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hi emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għad-deltametrina tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Deltametrina

AT”

 

(b)

l-annotazzjoni għad-diflufenikan tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Diflufenikan

CZ”

 

(c)

l-annotazzjoni għall-fluwossastrobin tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Fluwossastrobin

DE”

 

(d)

l-annotazzjoni għall-protijokonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Protijokonażol

PL”

 

(2)

Il-Parti B hi emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni għall-epoksikonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Epoksikonażol

PL”

 

(b)

l-annotazzjoni għat-tebukonażol tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza attiva

Stat Membru Relatur

Stat Membru Korelatur

“Tebukonażol

DK”

 


Top