EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0132

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/132 tat-28 ta' Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

ST/15575/2018/INIT

OJ L 25, 29.1.2019, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/132/oj

29.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/132

tat-28 ta' Jannar 2019

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 tal-4 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-4 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 101/2011.

(2)

Abbażi ta' rieżami tal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, jenħtieġ li titneħħa l-entrata għal persuna.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011, l-entrata 28 (Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK) titħassar.


Top