EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0036

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/36 tal-10 ta' Jannar 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/5

OJ L 9, 11.1.2019, p. 85–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/36/oj

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/36

tal-10 ta' Jannar 2019

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata jressqu applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom ma hi assenjata l-ebda nota ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4.

(5)

Is-sustanza N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid Nru. tal-FL: 16.119 ġie elenkat b'nota tal-qiegħ 4 f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 872/2012, li jfisser li data xjentifika addizzjonali kellha tiġi ppreżentata sal-31 ta' Diċembru 2013 sabiex titlesta l-evalwazzjoni tagħha.

(6)

Fit-18 ta' Novembru 2013, l-applikant ressaq data dwar in-N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid Nru. tal-FL: 16.119.

(7)

Fit-1 ta' Frar 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) temmet l-evalwazzjoni tas-sikurezza tas-sustanza bin-Nru. tal-FL: 16.119 meta din tintuża bħala sustanza aromatizzanti (4), u kkonkludiet li l-użu tagħha ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku. Barra minn dan, l-Awtorità nnutat li din is-sustanza hija maħsuba biex tintuża bħala sustanza bi proprjetajiet għall-modifikazzjoni tat-taħwira. Il-kundizzjonijiet ta' użu ta' din is-sustanza għalhekk jenħtieġ li jirriflettu dan il-fatt. Abbażi ta' dan, jenħtieġ li jiddaħħlu restrizzjonijiet tal-użu għal ċertu ikel f'ċerti kategoriji tal-ikel.

(8)

Il-lista tal-Unjoni stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija maħsuba biss biex tirregola l-użu tas-sustanzi aromatizzanti li jiġu miżjuda mal-ikel sabiex jagħtu jew jimmodifikaw ir-riħa u/jew it-togħma. Is-sustanza bin-Nru tal-FL: 16.119 tista' tiġi miżjuda wkoll mal-ikel għal għanijiet oħra minbarra l-aromatizzar u użi bħal dawn jibqgħu soġġetti għal regoli differenti tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-użu b'rabta biss mal-użu tan-Nru. tal-FL: 16.119 bħala sustanza aromatizzanti.

(9)

Fl-opinjoni li tat, l-awtorità pprovdiet ukoll kummenti rigward l-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza u indikat li l-informazzjoni addizzjonali dwar il-proporzjon tal-enantjomeri kienet nieqsa. L-applikant ipprovda tagħrif dwar dawn il-kwistjonijiet lill-Kummissjoni. L-ispeċifikazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu adattati skont dan.

(10)

Għalhekk, din is-sustanza aromatizzanti jenħtieġ li tiġi elenkata bħala sustanza evalwata fil-lista ta' sustanzi aromatizzanti tal-Unjoni mingħajr in-nota f'qiegħ il-paġna li hemm fl-entrata attwali tagħha fil-lista tal-Unjoni.

(11)

Għaldaqstant, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2017; 15(3):4726.


ANNESS

L-entrata dwar is-sustanza “N-(2-Metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid” fit-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tiġi sostitwita b'din li ġejja:

“16.119

N-(2-metilċikloeżil)-2,3,4,5,6-pentafluworobenżammid

1003050-32-5

2081

 

Taħlita ta' cis-/trans- dijastereoisomeri:

60-80 % trans-, li jikkonsisti f' 50 % (1S, 2S) u 50 % (1R, 2R), u

20-40 % cis-, li jikkonsisti f'50 % (1R,2S) u 50 % (1S,2R).

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

 

Fil-kategorija 1. – mhux iżjed minn 1 mg/kg;

 

Fil-kategorija 12. – mhux iżjed minn 6 mg/kg;

 

Fil-kategorija 14.1.4. – mhux iżjed minn 3 mg/kg.

 

EFSA”


Top