Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019L1832

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2019/1832 tal-24 ta’ Ottubru 2019 li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE rigward aġġustamenti purament tekniċi

C/2019/7529

OJ L 279, 31.10.2019, p. 35–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/1832/oj

31.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/35


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1832

tal-24 ta’ Ottubru 2019

li temenda l-Annessi I, II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE rigward aġġustamenti purament tekniċi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta’ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1)

Il-prinċipju 10 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2), ipproklamat f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017, jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa, sigur u adattat. Id-dritt tal-ħaddiema għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tagħhom fuq ix-xogħol u għal ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet professjonali tagħhom u li jippermettilhom itawlu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol jinkludi l-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali fil-post tax-xogħol jekk ir-riskji ma jistgħux jiġu evitati jew limitati biżżejjed b’mezzi, miżuri, metodi jew proċeduri oħra tal-organizzazzjoni tax-xogħol.

(2)

L-implimentazzjoni tad-direttivi relatati mas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, fosthom id-Direttiva 89/656/KEE, kienet is-suġġett ta’ evalwazzjoni ex post, imsejħa evalwazzjoni REFIT. Fl-evalwazzjoni ngħatat ħarsa lejn ir-rilevanza tad-direttivi, lejn ir-riċerka u lejn l-għarfien xjentifiku ġdid fid-diversi oqsma kkonċernati. L-evalwazzjoni REFIT, imsemmija fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (3), fost l-oħrajn, tikkonkludi li l-użu tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali jikkonċerna madwar 40 % tal-forza tax-xogħol tal-UE, billi r-riskji fuq il-post tax-xogħol ma jistgħux jiġu evitati b’xi mezzi oħrajn, u li hemm bżonn li jiġu indirizzati d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/656/KEE.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Iktar Saħħa u Sikurezza fuq ix-Xogħol għal Kulħadd – Modernizzazzjoni tal-Politika u tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali” (4) [traduzzjoni mhux uffiċjali], il-Kummissjoni tenniet li filwaqt li l-evalwazzjoni REFIT tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali kkonfermat li l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam hija ġeneralment effettiva u adatta għall-iskop tagħha, hemm lok għal aġġornament tar-regoli obsoleti u li jiġu żgurati protezzjoni, konformità u nfurzar aħjar u usa’ fil-prattika. Il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn partikolari li tiġi kkunsidrata d-definizzjoni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u l-użu tiegħu minn servizzi u setturi differenti, kif stipulat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/656/KEE.

(4)

Id-Direttiva 89/656/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-użu tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, li għandu jiġi użat meta r-riskji kkonċernati ma jistgħux jiġu evitati jew limitati biżżejjed b’mezzi tekniċi ta’ protezzjoni kollettiva jew b’miżuri, metodi jew proċeduri tal-organizzazzjoni tax-xogħol. Biex jiffaċilitaw l-istabbiliment tar-regoli ġenerali meħtieġa skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/656/KEE, l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 89/656/KEE jipprovdu linji gwida mhux vinkolanti maħsuba biex jiffaċilitaw u jappoġġaw l-għażla tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq għar-riskji, l-attivitajiet u s-setturi kkonċernati.

(5)

Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistipula d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-disinn, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tagħmir ta’ protezzjoni personali. Ir-Regolament (UE) 2016/425 immodifika l-kategorizzazzjoni tar-riskju tal-prodotti, biex jippermetti li min iħaddem jifhem u b’hekk jintuża t-tagħmir ta’ protezzjoni personali, kif spjegat f’aktar dettall fil-Linji Gwida dwar it-Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali (6) li jiċċaraw il-proċeduri u l-materji msemmija fir-Regolament (UE) 2016/425. Jitqies xieraq li l-Annessi I, II u III tad-Direttiva 89/656/KEE jiġu aġġornati biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-klassifikazzjoni tar-riskji stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/425 u biex jiġu allinjati mat-terminoloġiji użati u mat-tipi ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali msemmija fir-Regolament (UE) 2016/425.

(6)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/656/KEE jipprevedi li min iħaddem għandu jipprovdi tagħmir ta’ protezzjoni personali li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar id-disinn u l-manifattura fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa. Skont dak l-Artikolu, min iħaddem u jipprovdi t-tagħmir ta’ protezzjoni personali lill-ħaddiema tagħhom iridu jiżguraw li t-tali tagħmir ta’ protezzjoni personali jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/425.

(7)

L-Anness I tad-Direttiva 89/656/KEE jistabbilixxi abbozz ta’ tabella ta’ survey tar-riskju għall-użu ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali u jistabbilixxi t-tipi ta’ riskji li jistgħu jseħħu fuq il-post tax-xogħol fir-rigward ta’ partijiet differenti tal-ġisem li jkunu protetti bit-tagħmir protettiv personali. L-Anness I jenħtieġ li jiġi emendat biex jitqiesu t-tipi ġodda ta’ riskji li jitfaċċaw fil-postijiet tax-xogħol u biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-klassifikazzjoni tar-riskji u mat-terminoloġija użata, b’mod partikolari fir-Regolament (UE) 2016/425.

(8)

L-Anness II tad-Direttiva 89/656/KEE, li jistabbilixxi lista gwida mhux eżawrjenti ta’ oġġetti ta’ tagħmir ta’ protezzjoni, jenħtieġ li jiġi emendat biex iqis it-tipi ġodda ta’ riskji identifikati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. L-Anness II jenħtieġ li jiġi emendat ukoll biex jinkludi eżempji ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali disponibbli bħalissa fis-suq b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/425 u t-terminoloġija użata f’dak ir-Regolament.

(9)

L-Anness III tad-Direttiva 89/656/KEE jistabbilixxi lista ta’ gwida mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet u setturi ta’ attività li jistgħu jeħtieġu l-proviżjon ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali, u jiġbor flimkien il-klassifikazzjonijiet tar-riskji stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u t-tipi ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali deskritti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. L-Anness III tad-Direttiva 89/656/KEE jenħtieġ li jiġi ristrutturat biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn it-terminoloġija u l-klassifikazzjonijiet użati fit-tliet Annessi u mar-Regolament (UE) 2016/425. Dan se jippermetti li min iħaddem minn setturi u industriji differenti jidentifika u jipprovdi tagħmir ta’ protezzjoni personali aħjar li jikkorrispondi għall-attivitajiet speċifiċi u t-tipi speċifiċi ta’ riskji li l-ħaddiema huma esposti għalihom, kif indikat fil-valutazzjoni tar-riskju.

(10)

Il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol ġie kkonsultat dwar il-miżuri li jirriżultaw mill-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Iktar Saħħa u Sikurezza fuq ix-Xogħol għal Kulħadd – Modernizzazzjoni tal-Politika u tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali” [traduzzjoni mhux uffiċjali] li huma meħtieġa biex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali tinżamm effettiva u adatta għall-iskop tagħha.

(11)

Fl-“Opinjoni dwar il-Modernizzazzjoni tas-Sitt Direttivi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali sabiex Jiġi Żgurat Xogħol Aktar Sigur u Tajjeb għas-Saħħa għal Kulħadd” (7) [traduzzjoni mhux uffiċjali] tiegħu, li ġiet adottata fis-6 ta’ Diċembru 2017, il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol jirrakkomanda li d-Direttiva 89/656/KEE jenħtieġ li tiġi aġġornata biex jittejbu r-rilevanza u l-effettività tagħha.

(12)

F’“Opinjoni dwar l-aġġornamenti tekniċi tal-annessi tad-Direttiva dwar it-tagħmir ta’ protezzjoni personali (89/656/KEE)” (8) [traduzzjoni mhux uffiċjali] sussegwenti, li ġiet adottata fil-31 ta’ Mejju 2018, il-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol jirrakkomanda li jenħtieġ li jitwettqu aġġornamenti speċifiċi tal-Anness I, II u III tad-Direttiva 89/656/KEE, filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi fil-qasam u li tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (UE) 2016/425.

(13)

Fit-tħejjija tal-aġġornament attwali tal-Annessi I, II u III tad-Direttiva 89/656/KEE, il-Kummissjoni ġiet megħjuna minn esperti li jirrappreżentaw lill-Istati Membri, li taw appoġġ tekniku u xjentifiku.

(14)

Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (9), adottata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (10),

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 89/656/KEE huma ssostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Novembru 2021. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 393, 30.12.1989, p. 18.

(2)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, 2017, https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/social-summit-european-pillar-social-rights-booklet_mt.pdf

(3)  SWD(2017) 10 final.

(4)  COM(2017) 12.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/425 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar tagħmir ta’ protezzjoni personali u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (ĠU L 81, 31.3.2016, p. 51).

(6)  PPE Regulation Guidelines – Guide to application of Regulation (UE) 2016/425 on personal protective equipment, https://ec.europa.eu/docsroom/documents/29201?locale=mt

(7)  Id-Dokument 1718/2017 tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(8)  Id-Dokument 443/18 tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

(9)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).


ANNESS

(1)   

L-Anness I tad-Direttiva 89/656/KEE hu sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

RISKJI RELATATI MAL-PARTIJIET TAL-ĠISEM LI GĦANDHOM IKUNU PROTETTI MINN PPE (*)

(*) Din il-lista ta’ riskji/partijiet tal-ġisem ma tistax tkun mistennija li tkun eżawrjenti.

Il-valutazzjoni tar-riskju se tiddetermina l-ħtieġa li jiġi pprovdut PPE u l-karatteristiċi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Image 1

”.

(2)   

L-Anness II tad-Direttiva 89/656/KEE hu sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

LISTA MHUX EŻAWRJENTI TAT-TIPI TA’ TAGĦMIR TA’ PROTEZZJONI PERSONALI FIR-RIGWARD TAR-RISKJI LI JILQGĦU GĦALIHOM

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAR-RAS

Elmi u/jew brieret/balaklavi/ilbies għar-ras kontra:

Impatti kkawżati minn oġġetti li jaqgħu jew jintremew ’il barra

Ħabta ma’ xi ostaklu

Riskji mekkaniċi (perforazzjoni, brix)

Kompressjoni statika (tgħaffiġ laterali)

Riskji termali (nirien, sħana, kesħa, solidi jaħarqu inklużi metalli mdewba)

Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi

Riskji kimiċi

Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

Xbieki tax-xagħar kontra r-riskju tat-tħabbil

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAS-SMIGĦ

Earmuffs (inkluż eż. earmuffs mehmużin ma’ elmu, earmuffs li jnaqqsu l-istorbju attiv, earmuffs b’input elettriku ta’ awdjo)

Earplugs (inkluż eż. earplugs skont il-livell, earplugs adattati għall-individwu)

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-GĦAJNEJN U TAL-WIĊĊ

Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ (lentijiet bi preskrizzjoni fejn xieraq) kontra:

Riskji mekkaniċi

Riskji termali

Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

Radjazzjoni jonizzanti

Aerosols solidi u likwidi tal-aġenti kimiċi u bijoloġiċi

Tagħmir għall-PROTEZZJONI RESPIRATORJA

Apparat ta’ filtrazzjoni kontra:

Partikuli

Gassijiet

Partikuli u gassijiet

Aerosols solidi u/jew likwidi

Tagħmir iżolatur, inkluż bi provvista ta’ arja

Apparati ta’ awtosalvataġġ

Apparat tal-għaddasa

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-IDEJN U TAD-DIRGĦAJN

Ingwanti (inkluż mittens u protezzjoni tad-dirgħajn) kontra:

Riskji mekkaniċi

Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

Riskji kimiċi

Aġenti bijoloġiċi

Radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva

Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

Riskji mill-vibrazzjoni

Ingwanti tas-swaba’

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAS-SAQAJN U TAR-RIĠLEJN u protezzjoni kontra ż-żliq

Xedd tas-saqajn (eż. żraben, inkluż f’ċerti ċirkostanzi clogs, bwiez li jista’ jkollhom maskaretti tal-azzar) biex jipproteġi kontra:

Riskji mekkaniċi

Riskji ta’ żliq

Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

Riskjis kimiċi

Riskji mill-vibrazzjoni

Riskji bijoloġiċi

Ilqugħ għall-instep li jistgħu jitneħħew kontra riskji mekkaniċi

Kuxxinetti tal-irkoppa kontra riskji mekkaniċi

Getti kontra riskji mekkaniċi, termali u kimiċi u aġenti bijoloġiċi

Aċċessorji (eż., ganċijiet, takki bil-ponta)

PROTEZZJONI TAL-ĠILDA - KREMI TA’ PROTEZZJONI TAL-ĠILDA (1)

Jista’ jkun hemm kremi protettivi li jipproteġu kontra:

Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

Radjazzjoni jonizzanti

Kimiċi

Aġenti bijoloġiċi

Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

Tagħmir għall-PROTEZZJONI TAL-ĠISEM/PROTEZZJONI OĦRA GĦALL-ĠILDA

Tagħmir ta’ protezzjoni personali kontra l-waqgħat mill-għoli, bħal tagħmir li jwaqqaf il-waqgħa tat-tip li jidħol ’il ġewwa, irbit għall-ġisem kollu, irbit ta’ mal-qadd, ċinturini għal xogħol ta’ pożizzjonament u ta’ trażżin u kurduni għal xogħol ta’ pożizzjonament, assorbituri tal-enerġija, tagħmir li jwaqqaf il-waqgħa tat-tip iggwidat li jinkludi linji tal-ankraġġ, apparat ta’ aġġustament tal-ħbula, apparat ta’ ankraġġ li mhux iddisinjat biex jitwaħħal b’mod permanenti u li ma jkunx jeħtieġ xogħlijiet ta’ twaħħil qabel l-użu, konnetturi, ċineg, irbit tas-salvataġġ

Ilbies protettiv, inkluż protezzjoni għall-ġisem kollu (jiġifieri, ilbies sħiħ, overalls) protezzjoni għall-ġisem parzjali (jiġifieri getti, qliezet, ġkieket, sdieri, fradal, kuxxinetti tal-irkoppa, kapep, balaklavi) kontra:

Riskji mekkaniċi

Riskji termali (sħana, fjammi u kesħa)

Kimiċi

Aġenti bijoloġiċi

Radjazzjoni jonizzanti u kontaminazzjoni radjuattiva

Radjazzjoni mhux jonizzanti (UV, IR, radjazzjoni solari jew mill-iwweldjar)

Xokk elettriku jew xogħol fuq wajers attivi (antistatiku, konduttivi, iżolanti)

Tħabbil u nsib mekkaniku

Ġkieket tas-salvataġġ għall-prevenzjoni ta’ għarqiet u għajnuniet għaż-żamma f’wiċċ l-ilma

PPE li jindika l-preżenza tal-utent b’mod viżiv

”.

(3)   

L-Anness III tad-Direttiva 89/656/KEE hu sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Lista mhux eżawrjenti ta’ attivitajiet u setturi ta’ attività li jistgħu jeħtieġu l-provvediment ta’ Tagħmir ta’ Protezzjoni Personali (*)

(*) Il-valutazzjoni tar-riskju se tiddetermina l-ħtieġa li jiġi pprovdut PPE u l-karatteristiċi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva

I.   RISKJI FIŻIĊI

Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

FIŻIĊI - MEKKANIĊI

Impatt ikkawżat minn oġġetti li jaqgħu jew jintremew ’il barra, ħabta ma’ xi ostaklu jew ġettijiet bi pressjoni għolja

Il-kranju

Elmu ta’ protezzjoni

Xogħol fuq, taħt jew fil-viċinanzi ta’ scaffolding u postijiet tax-xogħol elevati

Xogħol strutturali u xogħlijiet fit-toroq

Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

Assemblaġġ u installazzjoni ta’ scaffolding

Xogħlijiet ta’ assemblaġġ u installazzjoni

Twaqqigħ

Xogħol ta’ blasting

Xogħol f’fosos, kanali, xaftijiet u mini

Xogħol fil-viċinanzi ta’ liftijiet, tagħmir tar-rafa’, krejnijiet u conveyors

Xogħlijiet ta’ taħt l-art, f’barrieri, tħaffir fil-miftuħ

Xogħol bi fran industrijali, containers, makkinarju, silos, bunkers u pajpijiet

Tbiċċir u linja tal-qtugħ fil-biċċeriji

Ġarr ta’ tagħbija jew trasport u ħżin

Xogħol fil-foresti

Xogħol fuq pontijiet tal-azzar, kostruzzjoni ta’ bini tal-azzar, strutturi idrawliċi tal-azzar, fran tal-blast, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, containers kbar, pajpijiet twal, impjanti tal-bojlers u impjanti tal-enerġija

Xogħol tal-art u tal-blat

Xogħol b’għodda li twassal il-boltijiet

Xogħol bi fran tal-blast, impjanti ta’ riduzzjoni diretta, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar, imtieħen tal-laminazzjoni, impjanti għall-produzzjoni tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging) u tidwib tal-metall (casting)

Xogħol li jinvolvi vjaġġar fuq roti u roti mmexxijin mekkanikament

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Produzzjoni tal-enerġija

Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Biċċeriji

Xogħol ta’ trasferiment bl-użu ta’ linji ferrovjarji

Portijiet, trasport u loġistika

Industrija forestali

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol tal-iwweldjar, tal-grinding jew ta’ separar

Tismir manwali

Mili u xogħol bil-furmatur

Xogħol u proċessar tal-blat

Xogħol b’għodda li twassal il-boltijiet

Xogħol fuq magni li jneħħu l-istokk għal frak żgħar

Kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging)

Tneħħija u ksur ta’ frammenti

Sprejjar ta’ sustanzi li joborxu

Użu ta’ għodda għall-qtugħ tas-sigar jew srieraq bil-katina

Proċeduri dentali u kirurġiċi

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Produzzjoni tal-enerġija

Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

Industriji tal-ħadid u l-azzar

Industriji tal-metall u tal-injam

Skultura tal-ġebel

Ġardinaġġ

Kura tas-saħħa

Forestrija

Is-saqajn u r-riġlejn (partijiet)

Xedd tas-saqajn (żraben/bwiez, eċċ.) b’maskaretti tas-sikurezza jew ta’ protezzjoni għas-swaba’

Xedd tas-saqajn bil-protezzjoni tal-metatarsu

Xogħol strutturali u xogħlijiet fit-toroq

Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

Assemblaġġ u installazzjoni ta’ scaffolding

Twaqqigħ

Xogħol ta’ blasting

Xogħol u proċessar tal-blat

Xogħol ta’ tbiċċir u tal-linja tal-qtugħ

Trasport u ħżin

Xogħol bil-forom fl-industrija taċ-ċeramika

Xogħol bi blokok ta’ laħam iffriżat u ppakkjar ta’ikel priservat

Manifattura, xogħol u pproċessar ta’ prodotti ċatti tal-ħġieġ u ta’ reċipjenti tal-ħġieġ

Xogħol ta’ konverżjoni u manutenzjoni

Xogħlijiet fil-foresti

Xogħol tal-konkos u b’biċċiet prefabbrikati li jinvolvi xogħol ta’ twaqqif u ta’ tneħħija ta’ strutturi temporanji

Xogħol fi btieħi u mħażen ta’ kuntratturi

Xogħol fuq bjut

Xogħol fuq pontijiet tal-azzar, kostruzzjoni ta’ bini tal-l-azzar, arbli, torrijiet, liftijiet, strutturi idrawliċi tal-azzar, fran tal-blast, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, containers kbar, pajpijiet twal, krejnijiet, impjanti tal-bojlers u impjanti tal-enerġija

Kostruzzjoni ta’ fran, installazzjoni ta’ tisħin u ta’ ventilazzjoni u xogħol ta’ assemblaġġ tal-metall

Xogħol bi fran tal-blast, impjanti ta’ riduzzjoni diretta, impjanti għall-produzzjoni tal-azzar u mtieħen tal-laminazzjoni, impjanti għall-produzzjoni tal-metall, kiwi tal-metalli, kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging), impjanti tal-pressjoni termali u l-ġbid

Xogħol fil-barrieri u tħaffir fil-miftuħ, tneħħija ta’ provvisti tal-faħam

Xogħol bil-forom fl-industrija taċ-ċeramika

Kisi tal-kalkari fl-industrija taċ-ċeramika

Xogħol ta’ trasferiment bl-użu ta’ linji ferrovjarji

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Manifattura, installazzjoni u manutenzjoni tal-makkinarju

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Produzzjoni tal-enerġija

Kostruzzjoni u manutenzjoni tal-infrastruttura

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Biċċeriji

Kumpaniji tal-loġistika

Industrija tal-manifattura

Industrija tal-ħġieġ

Industrija forestali

Waqgħat minħabba żliq

Is-sieq

Xedd għas-saqajn li ma jiżloqx

Xogħlijiet fuq uċuħ jiżolqu

Xogħlijiet fuq ambjenti tal-umdità

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Biċċerija

Tindif

Industrija tal-ikel

Ġardinaġġ

Industrija tas-sajd

Waqgħat mill għoli

Il-ġisem kollu

PPE ddisinjat biex jipprevjeni jew iwaqqaf il-waqgħat mill-għoli

Xogħol fuq scaffolding

Assemblaġġ ta’ partijiet prefabbrikati

Xogħol fuq arbli

Xogħol fuq bjut

Xogħol fuq uċuħ vertikali jew inklinati

Xogħol f’kabini ta’ krejnijiet fl-għoli

Xogħol f’kabini għoljin ta’ tagħmir ta’ stivar u ta’ lħuq fi mħażen

Xogħol f’sezzjonijiet għoljin ta’ torrijiet ta’ tħaffir

Xogħol f’xaftijiet u kanali tad-dranaġġ

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Manutenzjoni tal-infrastruttura

Vibrazzjoni

L-idejn

Ingwanti protettivi

Xogħol b’għodod iggwidati bl-idejn

Industriji tal-manifattura

Xogħol ta’ bini

Xogħol tal-inġinerija ċivili

Kompressjoni statika tal-partijiet tal-ġisem

L-irkoppa (partijiet tar-riġel)

Kuxxinetti tal-irkoppa

Installazzjoni ta’ blokok, madum u ċangaturi mal-art

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Is-sieq

Xedd tas-saqajn bil-maskaretti

Twaqqigħ

Maniġġar ta’ tagħbija

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Trasport u ħżin

Manutenzjoni

Korrimenti mekkaniċi (brix, titqib, qtugħ, gdim, ġrieħi jew tinfid)

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet, goggles, lqugħ tal-wiċċ

Xogħol b’għodod iggwidati bl-idejn

Iwweldjar u kiwi tal-metalli

Xogħol ta’ grinding jew ta’ separar

Xogħol bl-iskarpell

Xogħol u proċessar tal-blat

Xogħol fuq magni li jneħħu l-istokk għal frak żgħar

Kiwi tal-metalli bil-qatra (drop forging)

Tneħħija u ksur ta’ frammenti

Sprejjar ta’ sustanzi li joborxu

Użu ta’ għodda għall-qtugħ tas-sigar jew srieraq bil-katina

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Produzzjoni tal-enerġija

Manutenzjoni tal-infrastruttura

Industriji tal-ħadid u l-azzar

Industriji tal-metall u tal-injam

Skultura tal-ġebel

Ġardinaġġ

Forestrija

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra r-riskji mekkaniċi

Xogħlijiet fuq strutturi tal-azzar

Maniġġar ta’ oġġetti bit-tarf jaqta’, għajr magni fejn ikun hemm il-periklu li jinqabdu l-ingwanti

Qtugħ regolari bl-użu ta’ sikkina tal-id għall-produzzjoni u għall-qtil

Bdil ta’ skieken ta’ magni tal-qtugħ

Xogħlijiet fil-foresti

Xogħol tal-ġnien

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Manutenzjoni tal-infrastruttura

Industriji tal-manifattura

Industrija tal-ikel

Qatla

Industrija forestali

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Protezzjoni tad-driegħ

Tneħħija ta’ għadam u qtugħ

Industrija tal-ikel

Qatla

It-tronk/Iż-żaqq/Ir-riġel

Fardal, getti protettivi

Qliezet li jirreżistu l-penetrazzjoni (qliezet li jirreżistu l-qatgħat)

Qtugħ regolari bl-użu ta’ sikkina tal-id għall-produzzjoni u għall-qtil

Xogħlijiet fil-foresti

Industrija tal-ikel

Qatla

Industrija forestali

Is-sieq

Xedd tas-saqajn li jirreżisti l-penetrazzjoni

Xogħlijiet strutturali u xogħlijiet fit-toroq

Twaqqigħ

Twaqqif u tneħħija ta’ strutturi temporanji

Xogħlijiet fil-foresti

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Industrija forestali

Tħabbil u nsib mekkaniku

Il-ġisem kollu

Ħwejjeġ protettivi għall-użu fejn ikun hemm riskju ta’ tħabbil ma’ partijiet li jiċċaqilqu

Riskju li dak li jkun jitħabbel f’komponenti tal-magni

Riskju li dak li jkun jinqabad f’komponenti tal-magni

Riskju li dak li jkun jinqabad bil-ħwejjeġ f’komponenti ta’ magni

Riskju li dak li jkun jinħataf u jintrema

Bini tal-magni

Manifattura ta’ magni tqal

Inġinerija

Kostruzzjoni

Agrikoltura

FIŻIĊI — ĦOSS

Ħoss

Il-widnejn

Protetturi tas-smigħ

Xogħol bi preses tal-metalli

Xogħol bi drillijiet pnewmatiċi

Xogħol tal-persunal tal-art fl-ajruporti

Xogħol bl-għodda tal-elettriku

Xogħol ta’ blasting

Xogħol ta’ ċaqliq tal-imnieżel

Xogħol tal-injam u tat-tessuti

Industrija tal-metalli

Industrija tal-manifattura

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Industrija ajrunawtika

Xogħlijiet fil-minjieri

FIŻIĊI — TERMALI

Sħana u/jew nirien

Il-wiċċ/ir-ras kollha

Ilqugħ għar-ras tal-iwweldjar,

elmi/brieret kontra s-sħana jew in-nar, kapep protettivi kontra s-sħana u/jew fjammi

Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

Xogħol b’gann tal-iwweldjar tal-plastik

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Servizzi tal-manutenzjoni

Industrija tal-manifattura

It-tronk/Iż-żaqq/Ir-riġlejn

Fardal, getti protettivi

Iwweldjar u kiwi tal-metalli

Ikkastjar

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Servizzi tal-manutenzjoni

Industrija tal-manifattura

L-Id

Ingwanti protettivi kontra s-sħana u/jew fjammi

Iwweldjar u kiwi tal-metalli

Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Servizzi tal-manutenzjoni

Industrija tal-manifattura

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem

Iwweldjar u kiwi tal-metalli

Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Servizzi tal-manutenzjoni

Industrija tal-manifattura

Is-sieq

Xedd tas-saqajn kontra s-sħana u/jew fjammi

Xogħol b’sustanzi mdewbin jew fil-viċinanzi tagħhom

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Servizzi tal-manutenzjoni

Industrija tal-manifattura

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra s-sħana u/jew fjammi

Xogħol f’temperaturi għoljin, sħana jew nar

Industrija tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-metalli

Industrija forestali

Kesħa

L-Id

Ingwanti protettivi kontra l-kesħa

Is-sieq

Xedd tas-saqajn kontra l-kesħa

Xogħol fil-beraħ f’temp kiesaħ ħafna

Xogħol fi kmamar friża

Xogħol b’likwidi krijoġeniċi

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Industrija tal-ikel

Settur tal-agrikoltura u sajd

Il-ġisem kollu/parzjali inkluż ir-ras

Ilbies protettiv kontra l-kesħa

Xogħol fil-beraħ f’temp kiesaħ

Xogħol fi kmamar friża

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Industrija tal-ikel

Settur tal-agrikoltura u sajd

Trasport u ħżin

FIŻIĊI — ELETTRIĊI

Xokk elettriku (kuntatt dirett jew indirett)

Ir-ras kollha

Elmi elettrikament iżolanti

L-idejn

Ingwanti elettrikament iżolanti

Is-sieq

Xedd tas-saqajn elettrikament iżolanti

Il-ġisem kollu/L-idejn/Ir-riġlejn

PPE konduttiv maħsub biex jintlibes minn persuni kkwalifikati waqt xogħol fuq wajers attivi f’sistemi ta’ vultaġġ b’qawwa nominali sa 800 kV AC u 600 kV DC

Xogħol fuq wajers attivi jew qrib partijiet b’wajers attivi taħt tensjoni elettrika

Xogħol fuq sistema elettrika

Produzzjoni tal-enerġija

Trażmissjoni u distribuzzjoni tal-enerġija elettrika

Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Elettriċità statika

L-idejn

Ingwanti antistatiċi

Maniġġar ta’ plastik u lastku

Tferrigħ, ġbir jew tagħbija f’container

Xogħol qrib elementi b’karika elevata bħal ċineg tal-ġarr

Maniġġar ta’ splussivi

Industrija tal-manifattura

Industrija tal-għalf

Impjanti tat-tgeżwir u tal-ippakkjar

Produzzjoni, ħżin jew trasport ta’ splussivi

Is-sieq

Xedd tas-saqajn antistatiku/konduttiv

Il-ġisem kollu

Ilbies antistatiku

FIŻIĊI — RADJAZZJONI

Radjazzjoni li mhix jonizzanti, inkluż id-dawl tax-xemx (għajr l-osservazzjoni diretta)

Ir-ras

Brieret u elmi

Xogħol fil-beraħ

Sajd u agrikoltura

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

L-għajnejn

Nuċċalijiet protettivi, goggles u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol bis-sħana radjanti

Operazzjonijiet tal-fran

Xogħol bil-laser

Xogħol fil-beraħ

Iwweldjar u qtugħ tal-gass

Infiħ tal-ħġieġ

Lampi ġermiċidali

Industriji tal-ħadid u l-azzar

Industrija tal-manifattura

Sajd u agrikoltura

Il-ġisem kollu (il-ġilda)

PPE kontra

UV naturali u artifiċjali

Xogħol fil-beraħ

Iwweldjar bl-elettriku

Lampi ġermiċidali

Lampi tal-ksenon

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Produzzjoni tal-enerġija

Manutenzjoni tal-infrastruttura

Sajd u agrikoltura

Industrija forestali

Ġardinaġġ

Industrija tal-ikel

Industrija tal-plastik

Industrija tal-istampar

Radjazzjoni jonizzanti

L-għajnejn

Nuċċalijiet/goggles protettivi kontra r-radjazzjoni jonizzanti

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra r-radjazzjoni jonizzanti

Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

Xogħol bi prodotti radjuattivi

Kura tas-saħħa

Kura veterinarja

Impjant tal-iskart radjuattiv

Produzzjoni tal-enerġija

It-tronk/iż-żaqq/il-ġisem parzjali

Fardal protettiv kontra r-raġġi X

/Kowt/Ġakketta/Dublett kontra r-raġġi X

Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

Kura tas-saħħa

Kura veterinarja

Kura dentali

Uroloġija

Kirurġija

Radjoloġija ta’ intervent

Laboratorji

Ir-ras

Xedd tar-ras u brieret

PPE għall-protezzjoni kontra pereżempju l-iżvilupp ta’ tumuri fil-moħħ

Postijiet tax-xogħol u faċilitajiet mediċi tar-raġġi X

Kura tas-saħħa

Kura veterinarja

Kura dentali

Uroloġija

Kirurġija

Radjoloġija ta’ intervent

Il-ġisem parzjalment

PPE għall-protezzjoni tat-tirojde

PPE għall-protezzjoni tal-gonadi

Operazzjonijiet f’faċilitajiet tar-raġġi X

Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

Kura tas-saħħa

Kura veterinarja

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra r-radjazzjoni jonizzanti

Operazzjonijiet fil-qasam tar-radjoloġija dijanjostika

Xogħol bi prodotti radjuattivi

Produzzjoni tal-enerġija

Impjant tal-iskart radjuattiv

II.   RISKJI KIMIĊI (inkluż nanomaterjal)

Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

KIMIĊI — AEROSOLS

Solidi (trabijiet, duħħan, dħaħen, fibri,

u nanomaterjal)

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

Twaqqigħ

Xogħol ta’ blasting

Xkatlar u llostrar tas-superfiċi

Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

Iwweldjar

Knis taċ-ċmieni

Xogħol fuq il-kisi ta’ fran u ta’ kuċċara fejn jista’ jkun hemm trab

Xogħol fil-viċinanza ta’ truf ta’ fran tal-blast fejn jista’ jkun hemm ħafna dħaħen ta’ metalli

Xogħol fil-viċinanza taċ-ċarġ tal-fran tal-blast

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Industriji tal-ħadid u l-azzar

Industriji tal-metall u tal-injam

Industrija awtomobilistika

Skultura tal-ġebel

Industrija tal-farmaċewtiċi

Servizzi tal-kura tas-saħħa

Preparazzjoni ta’ ċitostatiċi

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

u krema protettiva bħala protezzjoni addizzjonali/aċċessorja

Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-partikuli solidi

Twaqqigħ

Xogħol fil-preżenza tal-asbestos

Użu ta’ materjal magħmul minn/li fih in-nanopartikuli

Knis taċ-ċmieni

Preparazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Manutenzjoni tal-faċilitajiet industrijali

Agrikoltura

L-għajnejn

Nuċċalijiet/goggles u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol fl-injam

Xogħlijiet tat-toroq

Industrija tal-minjieri

Industrija tal-metall u tal-injam

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Likwidi

(ċpar)

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

Trattament tas-superfiċe (eż. verniċ/żebgħa, ibblastjar bil-brix)

Tindif tas-superfiċe

Industrija tal-metalli

Industrija tal-manifattura

Settur tal-karozzi

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

Trattament tas-superfiċe

Tindif tas-superfiċe

Xogħol bi sprejs likwidi

Xogħol b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u sustanzi korrużivi tat-tindif

Industrija tal-metalli

Industrija tal-manifattura

Settur tal-karozzi

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

Trattament tas-superfiċe

Tindif tas-superfiċe

Industrija tal-metalli

Industrija tal-manifattura

Settur tal-karozzi

KIMIĊI - LIKWIDI

Għaddis

Titjir, sprejs u ġettijiet

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi,

Xogħol bi sprejs likwidi

Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

Proċessar ta’ materjali tal-kisi

Konzar

Xogħol fi ħwienet tax-xagħar u tas-sbuħija

Industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

Industrija tat-tindif

Industrija tal-karozzi

Is-setturi tal-estetika u tax-xagħar

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem protettivi kontra l-kimiċi

Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

Tindif

Industrija tal-kimiċi

Industrija tat-tindif

Industrija tal-karozzi

Is-sieq

Bwiez protettivi kontra l-kimiċi

Xogħol bi sprejs likwidi

Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

Industrija tat-tessuti u tal-ħwejjeġ

Industrija tat-tindif

Industrija tal-karozzi

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

Xogħol bi sprejs likwidi

Xogħlijiet b’aċidi u soluzzjonijiet kawstiċi, diżinfettanti u prodotti korrużivi tat-tindif

Tindif

Industrija tal-kimiċi

Industrija tat-tindif

Industrija tal-karozzi

Agrikoltura

KIMIĊI — GASSIJIET U FWAR

Gassijiet u fwar

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-gassijiet

Trattament tas-superfiċe (eż. verniċ/żebgħa, ibblastjar bil-brix)

Tindif tas-superfiċe

Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

Xogħol f’tankijiet u diġesturi

Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

Knis taċ-ċmieni

Diżinfettanti u sustanzi korrużivi tat-tindif

Xogħol fil-viċinanzi ta’ konvertituri tal-gass u ta’ pajpijiet tal-gass tal-fran tal-blast

Industrija tal-metalli

Settur tal-karozzi

Industrija tal-manifattura

Industrija tat-tindif

Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-kimiċi

Industrija petrokimika

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra l-kimiċi

Trattament tas-superfiċe

Tindif tas-superfiċe

Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

Xogħol f’tankijiet u diġesturi

Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

Industrija tal-metalli

Settur tal-karozzi

Industrija tal-manifattura

Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-kimiċi

Industrija petrokimika

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra l-kimiċi

Trattament tas-superfiċe

Tindif tas-superfiċe

Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

Xogħol f’tankijiet u diġesturi

Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

Industrija tal-metalli

Settur tal-karozzi

Industrija tal-manifattura

Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-kimiċi

Industrija petrokimika

L-għajnejn

Nuċċalijiet, goggles u lqugħ tal-wiċċ

Żebgħa bl-isprej

Xogħol fl-injam

Operazzjonijiet tal-minjieri

Settur tal-karozzi

Industrija tal-manifattura

Industrija tal-minjieri

Industrija tal-kimiċi

Industrija petrokimika

III.   AĠENTI BIJOLOĠIĊI

Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - AEROSOLS

Solidi u likwidi

Is-sistema respiratorja

Apparat respiratorju protettiv kontra l-partikuli

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Produzzjoni bijokimika

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Nuċċalijiet protettivi, goggles u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - LIKWIDI

Kuntatt dirett u indirett

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Goggles protettivi u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali (gdim, tingiż)

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Industrija forestali

Titjir, sprejs u ġettijiet

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Id-dirgħajn mill-minkeb ’l isfel

Kmiem protettivi kontra mikroorganiżmi

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Is-Sieq/ir-Riġel

Bwiez u getti protettivi

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Il-ġisem kollu

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

AĠENTI BIJOLOĠIĊI (li jinsabu fi) - MATERJALI, PERSUNI, ANNIMALI, EĊĊ.

Kuntatt dirett u indirett

L-idejn

Ingwanti protettivi kontra mikroorganiżmi

Il-ġisem kollu/parzjali

Ilbies protettiv kontra aġenti bijoloġiċi

L-għajnejn u/jew il-wiċċ

Goggles protettivi u lqugħ tal-wiċċ

Xogħol li jinvolvi kuntatt ma’ fluwidi u tessuti tal-ġisem uman u tal-annimali (gdim, tingiż)

Xogħol fil-preżenza ta’ aġent bijoloġiku

Kura tas-saħħa

Kliniki veterinarji

Laboratorji ta’ analiżi klinika

Laboratorji ta’ riċerka

Djar għall-anzjani

Assistenza fid-djar

Impjanti għat-trattament tal-ilma mormi

Impjant tat-trattament tal-iskart

Industrija tal-ikel

Industrija forestali

IV.   RISKJI OĦRAJN

Riskji

Parti tal-ġisem affettwata

Tip ta’ PPE

Eżempji ta’ attivitajiet fejn l-użu tat-tip korrispondenti ta’ PPE jista’ jkun meħtieġ (*)

Industrija u Setturi

Nuqqas ta’ viżibbiltà

Il-ġisem kollu

PPE li jindika l-preżenza tal-utent b’mod viżiv

Xogħol f’post fejn jiċċirkolaw il-vetturi

Xogħlijiet bl-asfalt u mmarkar tat-toroq

Xogħlijiet ferrovjarji

Sewqan mezzi tat-trasport

Xogħol tal-persunal tal-art fl-ajruporti

Kostruzzjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Xogħlijiet fil-minjieri

Servizzi tat-trasport u trasport tal-passiġġieri

Defiċjenza ta’ ossiġenu

Is-sistema respiratorja

Tagħmir ta’ protezzjoni respiratorju iżolatur

Xogħol fi spazji konfinati

Xogħol fi kmamar tal-fermentazzjoni u tad-distillazzjoni

Xogħol f’tankijiet u diġesturi

Xogħol f’containers, żoni ristretti u fran industrijali bil-gass fejn jista’ jkun hemm gass jew nuqqas ta’ ossiġenu

Xogħol f’xaftijiet, kanali tad-dranaġġ u żoni oħra taħt l-art li jkollhom x’jaqsmu mad-dranaġġ

Produzzjoni tax-xorb alkoħoliku

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Industrija tal-kimiċi

Industrija petrokimika

Sistema respiratorja

Apparat tal-għaddasa

Xogħlijiet taħt l-ilma

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Għarqa

Il-ġisem kollu

Ġakketta tas-salvataġġ

Xogħol fuq il-baħar jew ħdejh

Xogħol fil-baħar

Xogħol f’ajruplan

Industrija tas-sajd

Industrija ajrunawtika

Kostruxxjoni tal-bini

Kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili

Bini tal-bastimenti

Baċiri u portijiet

”.

(1)  F’ċerti ċirkostanzi, bħala riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, il-kremi protettivi jistgħu jintużaw flimkien ma’ PPE ieħor bl-għan li jipproteġu l-ġilda tal-ħaddiema minn riskji relatati. Il-kremi protettivi huma PPE skont il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 89/656/KEE peress li dan it-tip ta’ tagħmir jista’ jitqies f’ċerti ċirkostanzi bħala “addizzjonali jew aċċessorju” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/656/KEE. Madankollu, il-kremi protettivi mhumiex PPE skont id-definizzjoni fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/425.


Top