EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D2167

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2167 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020–2029

C/2019/8926

OJ L 328, 18.12.2019, p. 89–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/2167/oj

18.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/89


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2167

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li tapprova l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020–2029

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ spazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-ajru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (2) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (3) jipprevedu li l-Maniġer tan-Netwerk maħtur skont dawk ir-Regolamenti huwa meħtieġ li jistabbilixxi l-Pjan Strateġiku għan-Netwerk u jżommu aġġornat.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 677/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 jirrikjedu li l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk jiġi adottat mill-Kummissjoni wara li dan jiġi approvat mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk.

(3)

Fis-27 ta’ Ġunju 2019, il-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk approva l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-perjodu li jibda mill-2020 sal-2029. Dak il-perjodu huwa allinjat mal-perjodi referenzjarji rilevanti u jkopri l-perjodu tal-ħatra tal-Maniġer tan-Netwerk.

(4)

Jenħtieġ li l-Pjan Strateġiku tan-Netwerk jiġi approvat.

(5)

Din id-deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza qabel il-bidu tal-perjodu kopert mill-Pjan Strateġiku tan-Netwerk.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk 2020–2029, kif approvat mill-Bord tat-Tmexxija tan-Netwerk fil-25 laqgħa tiegħu fis-27 ta’ Ġunju 2019 (5), huwa approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).

(5)  Il-Pjan Strateġiku tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-ajru uniku Ewropew għall-perjodu 2020–2029, ippubblikat bħala d-dokument NMB/19/25/7 fuq is-sit web tal-Maniġer tan-Netwerk: https://www.eurocontrol.int/network-manager#key-documents


Top