EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2145
Council Decision (EU) 2019/2145 of 5 December 2019 on the conclusion, on behalf of the Union, of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and Ukraine amending the trade preferences for poultry meat and poultry meat preparations provided for by the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and Ukraine, of the other part
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2145 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2145 tal-5 ta’ Diċembru 2019 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
ST/10720/2019/INIT
OJ L 325, 16.12.2019, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2145/oj
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2145
tal-5 ta’ Diċembru 2019
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (2) (il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017. |
(2) |
Tip ġdid ta’ qatgħa tat-tjur jikkonsisti minn sidra tradizzjonali bl-umeru tal-ġwienaħ imqabbad u jista’, wara trasformazzjoni minima fl-Unjoni, jiġi kkummerċjalizzat fl-Unjoni bħala sidra tat-tjur. Għaldaqstant, hemm ir-riskju li importazzjonijiet mingħajr limitu ta’ dawk il-qatgħat, li l-importazzjonijiet tagħhom mill-Ukrajna laħqu l-55 500 tunnellata fl-2018, jimminaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-qatgħat tradizzjonali tas-sidra tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni taħt il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, b’mod partikolari r-restrizzjonijiet kwantitattivi fil-forma ta’ kwota tariffarja. |
(3) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Ukrajna bil-għan li tinstab soluzzjoni billi jiġu emendati l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u l-preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Dawk in-negozjati ġew konklużi b’suċċess fid-19 ta’ Marzu 2019. |
(4) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1320 (3), il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (il-“Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”) ġie ffirmat fit-30 ta’ Lulju 2019, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
(5) |
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa d-depożitarju tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. |
(6) |
Jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni, biex jagħtu n-notifika prevista fil-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri (5).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LINTILÄ
(1) Approvazzjoni tas-26 ta’ Novembru 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1320 tat-18 ta’ Lulju 2019 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li jemenda l-preferenzi kummerċjali għal-laħam tat-tjur u preparati tal-laħam tat-tjur previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 1).
(4) It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri ġie ppubblikat fil-ĠU L 206, 6.8.2019, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.