EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1719

Deċiżjoni tal-kunsill (UE) 2019/1719 tat-8 ta’ Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES) (Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)

ST/9680/2019/INIT

OJ L 262, 15.10.2019, p. 19–57 (EL)
OJ L 262, 15.10.2019, p. 19–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1719/oj

15.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1719

tat-8 ta’ Lulju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)

(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni aċċediet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES, Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora) permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 (1). Is-CITES ġiet implimentata fl-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (2).

(2)

Skont l-Artikolu XI(3) tas-CITES, il-Konferenza tal-Partijiet (CoP, Conference of the Parties) tista’, fost affarijiet oħra, tadotta emendi għall-Appendiċijiet tas-CITES.

(3)

Is-CoP, waqt it-18-il laqgħa tagħha mis-17 sat-28 ta’ Awwissu 2019 f’Ġinevra, l-Iżvizzera (il-CoP 18 tas-CITES), għandha tadotta deċiżjonijiet dwar 57 proposta li jemendaw l-Appendiċijiet tas-CITES, kif ukoll dwar bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tas-CITES.

(4)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-CoP 18 tas-CITES, peress li l-emendi għall-Appendiċijiet tas-CITES ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u diversi deċiżjonijiet oħra ser ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (3) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (4).

(5)

Il-pożizzjoni proposta li għandha tittieħed fir-rigward tal-proposti differenti fil-CoP 18 tas-CITES hija bbażata fuq analiżi minn esperti dwar il-merti tagħhom, fid-dawl tal-aqwa evidenza xjentifika u teknika disponibbli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES) hija stabbilita fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fejn il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 x’aktarx tiġi affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel jew matul il-CoP 18 tas-CITES, jew fejn isiru proposti riveduti jew ġodda f’dik il-laqgħa li dwarhom l-Unjoni tkun għadha ma ħaditx pożizzjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post qabel ma l-Konferenza tal-Partijiet (CoP) tintalab tiddeċiedi dwar dawk il-proposti. F’tali każijiet, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stabbiliti fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A.K. PEKONEN


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 326M, 10.12.2010, p. 1).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).


ANNESS I

Pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu diskussi fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)

(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)

A.   Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.

L-Unjoni tqis il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) bħala konvenzjoni internazzjonali ewlenija għall-protezzjoni tal-ispeċijiet u l-konservazzjoni tal-bijodiversità u kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.

2.

L-Unjoni għandha tadotta pożizzjoni ambizzjuża għat-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għas-CITES (CoP 18 tas-CITES), f’konformità mal-politiki tal-Unjoni rilevanti u l-impenji internazzjonali f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari l-miri relatati mal-organiżmi selvaġġi taħt l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Numru 15, il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiveristà 2011-2020 u l-Miri ta’ Aichi maqbula taħt il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), il-Viżjoni Strateġika tas-CITES (1) u r-Riżoluzzjoni 71/326 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha sservi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi rilevanti stipulati fil-livell tal-Unjoni permezz tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi, u permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar.

3.

Il-prioritajiet għall-Unjoni fil-CoP 18 tas-CITES għandhom ikunu li:

jintużaw kompletament l-istrumenti tas-CITES għar-regolamentazzjoni tal-kummerċ internazzjonali ta’ speċijiet ta’ annimali u pjanti fil-periklu li huma soġġetti għal livelli ta’ kummerċ mhux sostenibbli, filwaqt li jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ix-xjenza; u

jissaħħaħ ir-rispons mill-komunità internazzjonali kontra t-traffikar fil-fawna selvaġġa.

4.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES għandha tkun ibbażata fuq l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernata u fuq l-impatt li l-kummerċ għandu jew jista’ jkollu fuq l-istatus ta’ dik l-ispeċi. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont tal-aktar pariri xjentifiċi rilevanti u robusti għall-valutazzjoni tal-proposti ta’ elenkar f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 dwar il-kriterji għall-emendar tal-Appendiċijiet I u II tas-CITES.

5.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tqis il-kontribuzzjoni li l-kontrolli tas-CITES jistgħu jagħmlu għat-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet, filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi li implimentaw miżuri ta’ konservazzjoni effettivi. L-Unjoni għandha tiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet meħuda fil-CoP 18 tas-CITES jimmassimizzaw l-effiċjenza tas-CITES, billi jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u billi jiksbu soluzzjonijiet prattiċi, kosteffettivi u fattibbli għall-kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ.

6.

Il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) hija l-korp ta’ tmexxija tas-CITES u għadd ta’ deċiżjonijiet adottati fil-CoP 18 tas-CITES sejrin jiġu implimentati mill-Kumitat Permanenti, li huwa l-korp sussidjarju ewlieni tal-CoP. Il-pożizzjoni tal-Unjoni adottata għall-CoP 18 tas-CITES għandha għalhekk tiggwida wkoll l-approċċ tal-Unjoni fil-71 u t-72 laqgħat tal-Kumitat Permanenti, li jsiru minnufih qabel u wara l-CoP 18 tas-CITES.

B.   Kwistjonijiet speċifiċi

7.

Tressqu 57 proposta għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES sabiex jiġu kkunsidrati fil-CoP 18 tas-CITES. Minn dawn il-proposti, 12 ġew ippreżentati mill-Unjoni bħala l-proponent ewlieni jew bħala koproponent, u l-adozzjoni tagħhom għandha naturalment tkun appoġġata wkoll mill-Unjoni. L-opinjonijiet tal-Istati tal-medda tal-ispeċijiet ikkonċernati mill-proposti għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-Unjoni tikkunsidra wkoll li, bħala regola ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES li huma riżultat ta’ ħidma mill-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti tas-CITES u mill-Kumitat Permanenti. Il-valutazzjoni tal-proposti mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN/Traffic (2) u, fil-każ ta’ speċijiet tal-baħar sfruttati kummerċjalment, il-valutazzjoni mill-bord ta’ esperti dedikat tal-FAO ser jiġu rieżaminati.

8.

F’konformità mal-pożizzjoni stabbilita tajjeb tagħha, l-Unjoni tafferma mill-ġdid li s-CITES hija strument xieraq biex ikun regolat il-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet tal-baħar meta l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ tali speċijiet ikun affettwat mill-kummerċ u meta l-ispeċijiet ikunu jew jistgħu jkunu fil-periklu ta’ estinzjoni. L-Unjoni tippromwovi speċifikament, fost l-oħrajn, l-inklużjoni fl-Appendiċi II tas-CITES ta’ tliet speċijiet ta’ teatfish tal-ġeneru Holothuria (Microthele), minħabba l-isfruttament eċċessiv u l-volumi sinifikanti ta’ kummerċ internazzjonali f’dawk l-ispeċijiet.

9.

L-Unjoni tinnota li fl-aħħar snin saret ħidma konsiderevoli biex tinbena l-kapaċità għall-implimentazzjoni tas-CITES, mhux l-inqas fir-rigward tal-ispeċijiet tal-baħar, inkluż permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-Unjoni tappoġġa l-koordinazzjoni aħjar bejn is-CITES, organizzazzjonijiet u ftehimiet ambjentali multilaterali (MEAs, multilateral environmental agreements) oħra, li jaġixxu fi ħdan il-mandati rispettivi tagħhom, bil-għan li tittejjeb il-governanza u tiżdied il-kumplimentarjetà. B’mod speċifiku, l-Unjoni kkosponsorjat il-proposti għall-inklużjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ klieb il-baħar (shortfin mako u longfin mako - Isurus oxyrinchus u I. paucus) u r-raj (giant guitarfish - Glaucostegus spp. – u wedgefishesRhinidae spp.) fl-Appendiċi II tas-CITES.

10.

Fil-CoP 17 tas-CITES, ġew inklużi, fl-Appendiċi II tas-CITES, speċijiet addizzjonali ta’ rosewood (Pterocarpus erinaceus, tliet speċijiet ta’ Guibourtia u Dalbergia spp.), biex ikun ikkontrollat aħjar il-kummerċ internazzjonali f’dawn l-ispeċijiet ta’ injam tropikali. Huwa importanti għall-Unjoni li jkun żgurat li l-annotazzjoni #15 attwali tiġi emendata biex tiffoka fuq dawk l-eżemplari li jidhru l-ewwel fil-kummerċ internazzjonali u li jiġu evitati piżijiet amministrattivi u ta’ infurzar bla bżonn. Għaldaqstant l-Unjoni tappoġġa l-emenda b’konsensus għall-annotazzjoni #15 miftiehma fis-70 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, kif rifless fil-proposta ta’ elenkar tagħha Nru 52 għall-CoP 18 tas-CITES. L-Unjoni ser tibqa’ disponibbli għal titjib finali potenzjali li jista’ jirriżulta minn konsultazzjonijiet ma’ Partijiet oħra għas-CITES. F’konformità mal-impenn tagħha biex tikkontrolla aħjar l-importazzjonijiet tal-injam mill-Afrika Ċentrali, l-Unjoni kkoproponiet it-twessigħ tal-ambitu tal-elenkar attwali fis-CITES tal-afrormosja (Pericopsis elata) fl-Appendiċi II.

11.

L-Unjoni għandha tappoġġa wkoll sforzi trasversali għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-kummerċ internazzjonali f’organiżmi selvaġġi fil-periklu, inkluża r-Riżoluzzjoni proposta dwar il-verifika ta’ akkwist legali, li tibni fuq ir-riżultati ta’ workshop iddedikat ospitat mill-Unjoni f’Ġunju 2018. L-adozzjoni mill-CoP 18 tas-CITES ta’ Viżjoni Strateġika ġdida għas-CITES għas-snin 2021 sal-2030 tipprovdi opportunità biex ikun konsolidat u, fejn meħtieġ, iċċarat ir-rwol tas-CITES fil-kuntest usa’ tal-governanza ambjentali internazzjonali, inkluż il-qafas tal-bijodiversità għal wara l-2020 taħt il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

12.

Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti relatati mat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi għandha tkun konsistenti mat-tliet prijoritajiet identifikati fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi, jiġifieri:

il-prevenzjoni tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi u l-indirizzar tal-kawżi prinċipali tiegħu;

l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli eżistenti u l-ġlieda b’mod aktar effettiv kontra l-kriminalità organizzata relatata ma’ organiżmi selvaġġi; u

it-tisħiħ tas-sħubija globali tal-pajjiżi sors, pajjiżi konsumaturi u dawk ta’ tranżitu kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.

Il-pożizzjoni għandha tqis ukoll ir-Rapport ta’ Progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi.

B’mod konsistenti mal-ewwel prijorità, l-Unjoni hija favur protezzjoni aħjar permezz tas-CITES ta’ speċijiet li bħalissa huma importati fl-Unjoni f’livelli mhux sostenibbli jew illegalment (b’mod partikolari għall-kummerċ fl-annimali domestiċi eżotiċi). Għaldaqstant, l-Unjoni kkosponsorjat ċerti proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES b’rabta ma’ diversi speċijiet ta’ rettili u amfibji, b’mod partikolari diversi speċijiet ta’ wiżgħat u gremxul tal-ilma ta’ denbhom qasir, u hija favur proposti oħra kif xieraq.

13.

F’konformità mat-tieni u t-tielet prijoritajiet, l-Unjoni tappoġġa miżuri b’saħħithom għall-implimentazzjoni tas-CITES mill-Partijiet tagħha. Hija tirrakkomanda skeda ta’ żmien ċara b’mekkaniżmi ta’ monitoraġġ (inklużi sanzjonijiet kummerċjali possibbli) fir-rigward ta’ dawk il-Partijiet li ripetutament jonqsu milli jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-CITES. Dan huwa partikolarment importanti biex jiġu indirizzati l-kaċċa illegali u t-traffikar li jaffettwaw l-iljunfanti, ir-rinoċeronti, il-qtates kbar Ażjatiċi, ir-rosewood u l-pangolini.

14.

Diversi proposti ppreżentati lill-CoP 18 tas-CITES jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-użu sostenibbli, il-mezzi tal-għajxien u l-komunitajiet rurali. L-Unjoni għandha tappoġġa tali proposti sa fejn dawn jgħinu biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun riflessa fil-proċessi eżistenti, f’konformità mas-CITES. Għandu jiġi evitat il-ħolqien ta’ proċessi jew strutturi addizzjonali bi spejjeż sinifikanti u benefiċċji inċerti.

15.

Il-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar fl-avorju għadhom qed iseħħu f’livelli għoljin u allarmanti. Barra minn hekk, għad hemm livell għoli ta’ kaċċa illegali tar-rinoċeronti u tat-traffikar tal-qrun tar-rinoċeronti, li jipperikola l-isforzi ta’ konservazzjoni u huwa ta’ theddida serja għall-popolazzjonijiet tar-rinoċeronti. Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha taw appoġġ konsiderevoli lill-pajjiżi Afrikani sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u biex jindirizzaw it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi. L-Unjoni hija impenjata li tkompli tappoġġa lill-imsieħba Afrikani tagħha u li żżid l-isforzi tagħha f’dak ir-rigward, f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar tal-Organiżmi Selvaġġi. L-Unjoni tirrikonoxxi l-isforzi ta’ konservazzjoni li saru minn ċerti Stati tal-medda Afrikana, iżda l-livelli għoljin ta’ kaċċa illegali u ta’ traffikar għadhom ta’ tħassib konsiderevoli għall-Unjoni. Il-prijorità tal-Unjoni għall-punti kollha fuq l-aġenda tal-COP 18 tas-CITES relatati ma’ dawn l-ispeċijiet għandha tkun li tiġi appoġġata azzjoni li tindirizza diettament dawk il-problemi.

16.

L-Unjoni tinnota li l-Partijiet ressqu diversi proposti, li parzjalment imorru kontra xulxin, b’rabta mal-kummerċ legali fl-avorju tal-iljunfanti. Il-kummerċ internazzjonali fl-avorju bħalissa huwa pprojbit taħt il-qafas tas-CITES. L-Unjoni tqis li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid ta’ tali kummerċ mhumiex sodisfatti u ser topponi kwalunkwe tibdil fir-reġim attwali tas-CITES li jista’ jirriżulta fl-illaxkar tal-projbizzjoni attwali fuq il-kummerċ internazzjonali tal-avorju tal-iljunfanti jew li jista’ jirriżulta fil-bidu mill-ġdid tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju tal-iljunfanti. Fir-rigward tas-swieq domestiċi tal-avorju, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa miżuri proporzjonati u effettivi bbażati fuq l-aqwa evidenza disponibbli, fl-ambitu tas-CITES.

17.

1L-Unjoni tqis li r-Regoli ta’ Proċedura għall-CoP m’għandhomx jiddevjaw mit-test tas-CITES, inklużi l-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu XXI tagħha. Kwalunkwe tentattiv biex jiżdiedu dispożizzjonijiet li jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni bħala Parti soġġett għal kundizzjonijiet mhux previsti fis-CITES għandu jiġi miċħud bis-saħħa.

18.

Il-kriżi tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi, ikkombinata mal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CITES għal speċijiet u Partijiet ġodda, tfisser li f’dawn l-aħħar snin aktar attivitajiet iddaħħlu taħt l-umbrella tas-CITES u li l-piż tal-ħidma tas-Segretarjat tas-CITES żdied b’mod konsiderevoli. L-Unjoni għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet tagħha fil-CoP 18 tas-CITES u dwar il-kontribuzzjoni tagħha għall-Fond Fiduċjarju tas-CITES.

(1)  Riżoluzzjoni CITES Konf. 14.2, li għandha tiġi aġġornata waqt il-CoP 18 (ara l-paragrafu 5 hawn taħt).

(2)  L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u TRAFFIC huma speċjalizzati fi kwistjonijiet ta’ kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi u jipprovdu valutazzjoni bir-reqqa ta’ proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES qabel kull CoP tas-CITES.


ANNESS II

Pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti proposti ppreżentati lit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 18 tas-CITES)

(Ġinevra, l-Iżvizzera, 17 - 28 ta’ Awwissu 2019)

“+” jindika pożizzjoni favur

“–” jindika pożizzjoni kontra

“0” jindika pożizzjoni miftuħa

“(+)” jindika appoġġ kondizzjonali fuq emendi għall-proposta

“(–)” jindika oppożizzjoni li għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk il-proposta tkun emendata b’mod sinifikanti

Dokumenti ta’ Ħidma

Punt tal-aġenda

Nru

Proponent  (1)

Kummenti

Pożizzjoni

Ċerimonja tal-ftuħ

 

Ebda dokument

 

Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji

1.

Elezzjoni tal-President, il-President Sostitut u l-Viċi Presidenti tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II

 

Ebda dokument

 

2.

Adozzjoni tal-aġenda

 

 

 

3.

Adozzjoni tal-programm ta’ ħidma

 

 

 

4.

Regoli ta’ proċedura

 

 

 

 

4.1

Regoli ta’ Proċedura għat-18-il laqgħa tal-CoP18 tal-Konferenza tal-Partijiet Dok. 4.1

Seg.

Ħu nota tad-dok. li fih ir-Regoli ta’ Proċedura (RP) attwali, li ser jibqa’ validu dment li ma jiġix emendat u sakemm jiġi emendat mill-CoP (ara r-Regola 32).

 

 

4.2

Rieżami tar-Regoli ta’ Proċedura tad-Dok.

4.2 tal-CoP18

SC

Appoġġ biex ir-RP ma jinbidlux waqt il-CoP18; kif ukoll appoġġa l-mandat ġdid għall-SC biex jirrevedi r-Regola 25 (Proċedura biex jiġu deċiżi emendi għall-Appendiċi) mill-CoP 19.

+

5.

Kumitat tal-Kredenzjali

 

 

 

 

5.1

L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kredenzjali (ebda dokument)

 

Ebda dokument

 

 

5.2

Rapport tal-Kumitat tal-Kredenzjali (ebda dokument)

 

Ebda dokument

 

6.

Ammissjoni tal-osservaturi

 

 

 

7.

Amministrazzjoni, finanzjament u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet

 

 

 

 

7.1

Amministrazzjoni tas-Segretarjat

CoP18 Dok. 7.1

 

 

 

 

7.2

Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn

 

 

 

 

7.3

Rapporti finanzjarji għall-2016-2019

CoP18 Dok. 7.3

 

 

 

 

 

Anness 1: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2016

CoP18 Dok. 7.3 A1

 

 

 

 

 

Anness 2: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2016

CoP18 Dok. 7.3 A2

 

 

 

 

 

Anness 3: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2016

CoP18 Dok. 7.3 A3

 

 

 

 

 

Anness 4: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ ħidma bi stima tal-ispejjeż għall-2017

CoP18 Dok. 7.3 A4

 

 

 

 

 

Anness 5: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017

CoP18 Dok. 7.3 A5

 

 

 

 

 

Anness 6: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2017

CoP18 Dok. 7.3 A6

 

 

 

 

 

Anness 7: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ ħidma bi stima tal-ispejjeż għall-2018

CoP18 Dok. 7.3 A7

 

 

 

 

 

Anness 8: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018

CoP18 Dok. 7.3 A8

 

 

 

 

 

Anness 9: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018

CoP18 Dok. 7.3 A9

 

 

 

 

 

Anness 10: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2018

CoP18 Dok. 7.3 A10

 

 

 

 

 

Anness 11: Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u l-pożizzjoni finanzjarja għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017

CoP18 Dok. 7.3 A11

 

 

 

 

 

Anness 12: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2019 (sal-31 ta’ Marzu 2019)

 

 

 

 

 

Anness 13: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Marzu 2019

 

 

 

 

 

Anness 14: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet fil-31 ta’ Marzu 2019

 

 

 

 

7.4

Baġit u programm ta’ ħidma għall-2020-2022

CoP18 Dok. 7.4

 

 

 

 

 

Anness 1: Abbozz ta’ Riżoluzzjoni dwar Il-Finanzjament u l-programm ta’ ħidma bi stima għas-Segretarjat għat-tliet snin 2020-2022

CoP18 Dok. 7.4 A1

 

 

 

 

 

Anness 2: Xenarju tal-baġit - tkabbir reali żero

CoP18 Dok. 7.4 A2

 

 

 

 

 

Anness 3: Xenarju tal-baġit - tkabbir nominali żero

CoP18 Dok. 7.4 A3

 

 

 

 

 

Anness 4: Xenarju tal-baġit - tkabbir inkrementali

CoP18 Dok. 7.4 A4

 

 

 

 

7.5

Aċċess għal finanzjament, inkluż finanzjament mill-GEF

CoP18 Dok. 7.5

 

 

 

 

7.6

Proġett ta’ delegati sponsorizzat

CoP18 Dok. 7.6

Seg.

Appoġġ għaż-żamma tal-kriterji tal-għażla attwali; Is-Segretarjat għandu jesplora l-estensjoni tal-proġett mill-CoP għal-laqgħat tal-Kumitat

+

8.

Abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar l-istrateġija lingwistika għall-Konvenzjoni

CoP18 Dok. 8

IQ

Mhux ċar għalfejn l-Għarbi għandu jiżdied bħala lingwa uffiċjali tas-CITES u mhux lingwi oħra tan-NU (Ċiniż, Russu). L-implikazzjonijiet baġitarji u aktar dewmien potenzjali fil-produzzjoni tad-dokumenti jmorru kontra l-proposta.

Kwistjonijiet strateġiċi

9.

Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

 

 

 

 

9.1

Kumitat Permanenti

 

 

 

 

 

9.1.1

Rapport tal-President

CoP18 Doc. 9.1.1

 

 

 

 

 

9.1.2

Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument)

 

 

 

 

9.2

Kumitat tal- Annimali

 

 

 

 

 

9.2.1

Rapport tal-President

 

 

 

 

 

9.2.2

Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument)

 

 

 

 

9.3

Kumitat tal- Pjanti

 

 

 

 

 

9.3.1

Rapport tal-President

CoP18 Doc. 9.3.1

 

 

 

 

 

9.3.2

Elezzjoni tal-membri reġjonali ġodda u l-membri reġjonali sostituti l-ġodda (ebda dokument)

 

 

 

10.

Viżjoni Strateġika tas-CITES wara l-2020

CoP18 Dok. 10

SC

Appoġġa l-adozzjoni ta’ Viżjoni Strateġika riveduta kif emendata mis-Segretarjat; appoġġa wkoll abbozzi ta’ deċiżjonijiet emendati biex is-Segretarjat ikun inkarigat li jqabbel l-objettivi ma’ deċiżjonijiet, riżoluzzjonijiet eżistenti; l-SC jingħata l-mandat biex jaħdem fuq l-indikaturi.

+

11.

Rieżami tal-Konvenzjoni

CO, NA, ZW

Iqajjem xi kwistjonijiet rilevanti fir-rigward tal-mezzi tal-għajxien u rieżami tal-Appendiċi. Madankollu, il-proposta tidher preġudikata fil-forma u fl-ambitu attwali tagħha, kif ukoll mhix ippreparata biżżejjed, abbażi tad-deliberazzjonijiet storiċi mingħajr riflessjoni fil-fond dwar l-isfidi dejjem aktar kumplessi tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi potenzjalment serji. Id-destinatarji tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet mhumiex speċifikati.

(–)

12.

L-iżgurar ta’ implimentazzjoni aħjar għall-elenkar ta’ speċijiet ta’ ħut tal-baħar fl-Appendiċi

CoP18 Dok. 12

AG

Irrikonoxxi li għad hemm bżonn ta’ appoġġ għal implimentazzjoni aktar effettiva għall-elenkar tal-ispeċijiet tal-baħar. Madankollu, ir-reviżjoni tal-effikaċja tal-elenkar preċedenti għandha tiffoka fuq każijiet partikolari, b’ġustifikazzjoni ċara, u għandha tagħmel użu mill-mekkaniżmi u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti minn reviżjonijiet preċedenti aktar milli tistabbilixxi proċess ġdid ad-hoc. Opponi “embargo” fuq l-elenkar ġdid ta’ kwalunkwe grupp ta’ speċijiet; l-importanti huwa jekk il-kriterji għall-elenkar humiex sodisfatti.

13.

Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.1 (Rev. CoP17) dwar it- Twaqqif ta’ kumitati

CoP18.Dok. 13

SC/Seg.

Appoġġa Riżoluzzjoni ġdida proposta kif emendata mis-Seg. u l-President tal-SC.

+

14.

Kunflitti ta’ interess potenzjali fil-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti

CoP18 Dok. 14

SC

SC 70 adotta formola standard ta’ żvelar għal dikjarazzjonijiet ta’ interess; appoġġ għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 16.09 u 16.10.

+

15.

Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali

 

 

 

 

15.1

Kooperazzjoni ma’ konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità

CoP18 Dok. 15.1

SC

Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 17.55 u 17.56 kif emendati mis-Seg. u l-proposta tas-Seg. biex jitħejja rapport li jiġbor fil-qosor il-prattiki eżistenti f’konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità.

Is-sinerġiji fost l-MEAs tal-bijodiversità għandhom ikomplu jissaħħu u huwa xieraq li l-SC għandu jirrevedi regolarment il-kwistjonijiet identifikati.

+

 

15.2

Il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartika (CCAMLR)

CoP18 Dok. 15.2

Seg.

Appoġġa l-emendi għar-Riż. Konf. 12.4 proposta b’mod konġunt mis-Segretarjati tas-CITES u tas-CCAMLR.

+

 

15.3

Strateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti

CoP18 Dok. 15.3

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet ġodda biex jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.53 u 17.54.

+

 

15.4

Il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES)

CoP18 Dok. 15.4

SC/Seg.

Appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar Kooperazjoni mal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi.

+

 

15.5

Il-Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa (ICCWC)

CoP18 Dok. 15.5

Sec.

Appoġġa s-sejħa lill-Partijiet biex ikomplu jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-ICCWC. Stieden lis-sħab tal-ICCWC biex jiżguraw mekkaniżmi ta’ trasparenza effettivi.

+

 

15.6

Kooperazzjoni bejn is-CITES u l-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji

CoP18 Dok. 15.6

LE

Appoġġa l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni (li tappella għall-iżvilupp ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn id-WHC u s-CITES) kif emendat mis-Seg.. Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif proposti min-Norveġja, bil-bidliet biex jirriflettu li kwalunkwe programm ta’ ħidma konġunt propost għandu jiġi approvat mill-SC.

(+)

16.

Il-programm tal-ispeċijiet tas-siġar tas-CITES

Seg.

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet, inkluż d-Deċiżjoni li tappella biex is-Seg. jiġbor l-informazzjoni, jirrapporta l-progress li sar u jkompli l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet relatati mal-foresti u jsaħħaħ l-appoġġ għall-Partijiet biex jimplimentaw il-Konvenzjoni għal speċijiet ta’ siġar elenkati. Stieden Partijiet oħra biex jikkontribwixxu finanzjarjament għall-programm.

+

17.

Il-komunitajiet rurali

 

Ipproponi li d-dokumenti kollha taħt 17 u 18 jitqiesu bħala pakkett fi grupp ta’ ħidma intersessjonali li, fost l-oħrajn, ser iqis l-elementi għad-diskussjoni fil-grupp ta’ ħidma intersessjonali. Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 18.

 

 

17.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP18 Dok. 17.1

SC/Seg.

Appoġġa l-proposta tas-Seg. biex tiġi emendata r-Riż. Konf. 16.6 dwar il-Mezzi tal-Għajxien. Il-proposta biex jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-CoP 17 tkun prematura; hemm il-bżonn ta’ ħidma ulterjuri bejn il-varji sessjonijiet (b’mod konġunt flimkien mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Għajxien?).

(+)

 

17.2

Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 4.6 (Rev. CoP17) [Sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet] u Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)

CoP18 Dok. 17.2

NA, ZW

L-emenda ssuġġerita għar-Riż. 4.6 kif abbozzata tidher li mhux f’lokha, għax ir-riżoluzzjoni hija minflok iffokata fuq formalitajiet u proċeduri għas-sottomissjoni ta’ proposti.

L-emendi proposti għat-taqsima C tal-Anness 6 tar-Riż. Konf. 9.24 għandha tal-inqas tiċċara l-ambitu ġeografiku tal-konsultazzjonijiet mal-komunitajiet rurali, jiġifieri kull Parti fit-territorju tagħha stess; kwalunkwe bidla m’għandhiex tkun vinkolanti. Ikkunsidrati flimkien mad-dok. 18.3.

(–)

 

17.3

Mekkaniżmu parteċipattiv għall-komunitajiet rurali

BW, CO, NA, ZW

Opponi t-twaqqif ta’ Kumitat għall-Komunitajiet Rurali permanenti. Ikkunsidra modi alternattivi kif il-vuċi tal-komunitajiet rurali tinstema’.

18.

CITES u mezzi ta’ għajxien

 

Ipproponi li d-dokumenti kollha taħt 17 u 18 jitqiesu bħala pakkett fi grupp ta’ ħidma mingħajr sessjoni li, fost l-oħrajn, ser iqis l-elementi għad-diskussjoni fil-grupp ta’ ħidma tal-intersessjonali. Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 17.

 

 

18.1

Rapport tas-Segretarjat

CoP18 Dok. 18.1 (Rev. 1)

Seg.

Appoġġa t-twaqqif mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma, żvilupp ta’ gwida permezz ta’ konsulenza, għall-konsiderazzjoni mill-CoP 19. Ikkunsidra abbozzi ta’ Deċiżjonijiet addizzjonali proposti mis-Segretarjat.

(+)

 

18.2

Proposta mill-Peru

CoP18 Dok. 18.2

PE

Rigward l-abbozz ta’ Deċiżjoni 18.AA (a) tiġi provduta gwida dwar kif jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-kummerċ mill-ispeċijiet tas-CITES, u (b) jiġu evalwati l-marki reġistrati tal-kummerċ għall-prodotti magħmula mill-Komunità, ikkunsidra b’mod konġunt mad-Dok. 18.1 (Rev. 1) u pproponi grupp ta’ abbozzar biex jinstab approċċ komuni bejn dawn iż-żewġ dokumenti, filwaqt li jitqiesu l-kummenti tas-Seg. dwar iż-żewġ dokumenti.

B’mod ġenerali miftuħa għat-twaqqif ta’ “Jum Internazzjonali għall-Mezzi ta’ Għajxien tal-Komunitajiet Rurali” iżda r-Riżoluzzjoni speċifika tista’ ma tkunx meħtieġa għal dak il-għan; jikkunsidraw ukoll l-implikazzjonijiet dwar ir-riżorsi.

(+)

 

18.3

Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)

CoP18 Dok. 18.3

CN

Idea li jiġi inkluż xi tip ta’ “Analiżi tal-mezzi tal-għajxien” fi stqarrija ta’ appoġġ għall-elenkar tal-proposti (Riż. Konf. 9.24, l-Anness 6) tista’ titqies iżda ma tidhirx li hija adatta għal deċiżjoni f’CoP18; it-test propost mhux kollu ċar.

Ikkunsidra flimkien mad-dok. 17.2.

(–)

19.

Sigurtà tal-ikel u mezzi tal-għajxien

CoP18 Dok. 19

SC

Opponi t-tiġdid tad-deċiżjonijiet, minħabba li ma sarx progress fil-Grupp ta’ Ħidma u kwistjonijiet simili ħafna huma indirizzati taħt “Komunitajiet rurali” u “Mezzi tal-Għajxien”; appoġġa l-kummenti tas-Seg..

20.

Strateġiji ta’ tnaqqis fid-domanda għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali fl-ispeċijiet elenkati fis-CITES

CoP18 Dok. 20

SC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u aqbel mat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.44 sa 17.48.

+

21.

Tisħiħ tal-kapaċitajiet u identifikazzjoni tal-materjali

 

 

 

 

21.1

Tisħiħ tal-kapaċitajiet u materjali ta’ identifikazzjoni

CoP18 Dok. 21.1

AC/PC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma AC/PC konġunt dwar materjali ta’ identifikazzjoni; kif ukoll appoġġa l-proposta tas-Seg. biex jitħassru d-Deċiżjonijiet skont punt 54.1.

+

 

21.2

Attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet kif speċifikati fir-Riżoluzzjonijiet u d-Deċiżjonijiet

CoP18 Dok. 21.2

SC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet (reviżjoni, titjib tas-sit web tas-CITES, korsijiet onlajn permezz tal-Kulleġġ Virtwali) flimkien mal-bidliet proposti mis-Seg..

Ikkunsidra flimkien ma’ 21.3 , 28, 29.

+

 

21.3

Qafas biex jiffaċilita l-koordinazzjoni, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-isforzi tas-CITES għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet

CoP18 Dok. 21.3

US

Inizjattiva siewja iżda l-adozzjoni tal-abbozz ta’ Riżoluzzjoni u l-qafas waqt il-CoP18 tidher prematura. Appoġġa l-integrazzjoni tal-elementi rilevanti fi 21.2 minflok, kif propost mis-Seg., għall-kunsiderazzjoni mill-SC u mill-CoP 19.

Ikkunsidra b’mod konġunt mad-dokumenti. 21.2 , 28.

(+)

22.

Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti

 

Appoġġa l-abbozzi ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.1 bi stedina lill-Partijiet u lill-Istati li mhumiex partijiet biex jaħtru punt fokali wieħed għall-koordinazzjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi fil-pajjiż.

+

23.

Involviment taż-żgħażagħ

CoP18 Dok. 23

SC

Appoġġa r-reviżjonijiet issuġġeriti għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.5 dwar l-involviment taż-żgħażagħ (Anness 1) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.26 u 17.27.

+

Kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni u implimentazzjoni

Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti

24.

Reviżjoni tar-Riżoluzzjonijiet

CoP18 Dok. 24

Seg.

Appoġġa b’mod generali l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konf. 4.6, Sottomissjoni ta’ dokumenti (inkluż dwar deċiżjoni ta’ finanzjament ċentralizzat); ir-rieżami jissuġġerixxi l-inkorporazzjoni ta’ Deċiżjoni 14.19. Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet 12.8 Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti (skont SC70) u 14.3, Proċeduri ta’ konformità (inkl. Riż. 10.10 u Riż.17.7).

+

25.

Rieżami tad-Deċiżjonijiet

 

Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tas-Seg. kif ippreżentati fi 22 punt separat skont l-anness tad-dokument 25.

+

Konformità u infurzar ġenerali

26.

Liġijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

Seg.

Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet iżda itlob aktar ċarezza dwar l-iskedi taż-żmien. Ikkunsidra li tipproponi miżuri addizzjonali għal Partijiet b’leġislazzjoni fil-kategoriji 2 jew 3 biex jissottomettu lis-Seg. dettalji dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni.

(+)

27.

Kwistjonijiet ta’ konformità tas-CITES

Seg.

Appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 11.3 (Rev. CoP17). Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet, iżda itlob aktar ġustifikazzjoni - u potenzjalment approċċ aktar kawt - b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ politika tal-permessi tas-CITES ġdida u ta’ “pjattaforma elettronika integrata għall-konformità”.

(+)

28.

Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità

Seg.

Appoġġa b’mod ġenerali s-sett ta’ Deċiżjonijiet bil-għan li jistabbilixxu Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità bil-ħsieb li jassistu lill-Partijiet b’diffikultajiet li ilhom jeżistu biex jiksbu konformità mal-Konvenzjoni u rakkomandazzjonijiet relatati tal-SC. Madanakollu ikkontesta l-implikazzjonijiet tal-baġit relatati mal-ħolqien tal-Programm. Ikkunsidra flimkien mad-Dok.

21 u mad-dokumenti tal-baġit.

(+)

29.

Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti fil-pajjiżi kollha

CoP18 Dok. 29

AC/PC

Appoġġa l-mandat, kif emendat mis-Seg., biex is-Seg. janalizza u l-Kumitati jikkunsidraw l-għażliet u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-CoP 19.

+

30.

Konformità fir-rigward tal-ebanu tal-Malagasy (Diospyros spp.) u palisanders u rosewoods (Dalbergia spp.)

 

 

 

 

30.1

Rapport ta’ Madagascar

 

Ħu nota.

Ikkunsidra flimkien mad-dok. 30.2.

 

 

30.2

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP18 Dok. 30.2

SC

Appoġġa l-ħtieġa li d-diskussjonijiet kollha ma jiġux iffukati fuq il-pjan ta’ użu propost mill-Madagascar, iżda jibqgħu viġilanti. Itlob enfasi qawwija fuq il-ħtieġa għal sforzi ta’ infurzar aktar b’saħħithom biex jiġu ttrattati l-qtugħ tas-siġar għall-injam illegali u ż-żarmar tan-netwerks tat-traffikar. Ipproponi li l-abbozz ta’ deċiżjoni 18.BB ikun emendat biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNODC tal-2017 dwar il-kwistjoni, u jiddaħħal il-kliem ta’ prekawzjoni biex jiżgura li kwalunkwe pjan dwar użu futur ikun sigur biżżejjed.

(+)

31.

Swieq domestiċi għall-eżemplari ta’ spiss ikkummerċjalizzati illegalment

CoP18 Dok. 31

SC

B’mod ġenerali appoġġa l-emenda proposta għar-Riżoluzzjoni Konf. Konf 10.10 (Rev. CoP17) u l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet riveduti 17.87-17.88, inkluż dwar kontrolli domestiċi tal-prodotti tal-organiżmi selvaġġi għajr l-avorju tal-iljunfanti.

(+)

32.

Kwistjonijiet ta’ infurzar

CoP18 Dok. 32

Seg.

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti u proposta għall-emenda għar-Riżoluzzjoni Konf 11.3 (Rev.CoP17). Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.83 sa 17.85.

+

33.

Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità tal-organiżmi selvaġġi

 

 

 

 

33.1

Rapport tas-Segretarjat

CoP18 Dok. 33.1

Seg.

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti.

+

 

33.2

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP18 Dok. 33.2

SC

Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP17) u l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif modifikati mis-Seg.. Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.94 sa 17.96.

+

34.

Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità fuq l-organiżmi selvaġġi fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali

Seg.

Ilqa’ r-rapport u rrikonoxxi l-importanza tal-kwistjoni. Appoġġa l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha, inkluż l-abbozzi ta’ -Deċiżjonijiet fl-Anness 1.

+

35.

Rimi ta’ eżemplari kkonfiskati

CoP18 Dok. 35

SC

Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.118 u 17.119 u l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti. Opponi kwalunkwe żieda li tikkomprometti informazzjoni sensittiva dwar ċentri ta’ salvataġġ, jew li tirriżulta f’obbligi addizzjonali għall-Partijiet. Opponi wkoll il-ħidma mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma tal-SC.

+

36.

Il-ħażna u l-ġestjoni ta’ data dwar il-kummerċ illegali miġbura permezz tar-rapporti annwali tal-Partijiet dwar il-kummerċ illegali

CoP18 Dok. 36

SC

Appoġġa b’mod ġenerali l-prinċipju ta’ ħażna u ġestjoni aktar sistematiċi ta’ data dwar kummerċ illegali miġbura permezz ta’ rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali. Ikkondividi t-tħassib tas-Seg. dwar il-valur miżjud limitat ta’ bażi ta’ data bħal din jekk numru limitat biss ta’ Partijiet fil-fatt jirrappurtaw u jipprovdu data. Ikkunsidra proposta dwar il-lingwa biex iħeġġu lill-Partijiet jissottomettu b’mod aktar sistematiku r-rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali. Stieden lis-Seg. u lill-UNODC jikkunsidraw jiffinanzjaw il-bażi ta’ data permezz tal-baġit estern tal-Konvenzjoni għalissa.

Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit.

(+)

37.

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-gwardjani tal-organiżmi selvaġġa u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tas-CITES

CoP18 Dok. 37

NP

Ilqa’ r-rapport u rrikonoxxi l-importanza tal-kwistjoni.

 

Regolamentazzjoni tal-kummerċ

38.

Ħatra u rwoli tal-Awtoritajiet Maniġerjali

CoP18 Dok. 38

Seg.

Appoġġa b’mod ġenerali r-Riżoluzzjoni proposta bil-bidliet. Hemm bżonn ta’ bidliet f’xi aspetti tat-test, inkluż: biex il-proposti jkunu jistgħu jitħaddmu f’reġimi regolatorji differenti (minn perspettiva amministrattiva u legali), u biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ dmirijiet legali ġodda li mhumiex fil-Konvenzjoni, u inkluż l-akkomodazzjoni tal-ħtieġa li jkun hemm Awtorità ta’ Ġestjoni waħda għal kull pajjiż li tkun responsabbli għall-komunikazzjoni internazzjonali.

(+)

39.

Gwida biex isiru sejbiet ta’ akkwist legali

CoP18 Dok. 39

SC

Appoġġa l-abbozz tar-riżoluzzjoni

Ikkunsidrati flimkien mad-Dok. 40.

+

40.

Diliġenza dovuta mill-Partijiet tas-CITES u l-obbligi tal-pajjiżi importaturi

US

Appoġġa b’mod ġenerali l-ħsieb u l-approċċ. Skrutinju aktar mill-qrib ta’ xi aspetti tal-emendi proposti għar-Riż. Konf. 11.3 huwa meħtieġ.

(+)

41.

Sistemi elettroniċi u teknoloġiji tal-informazzjoni

CoP18 Dok. 41

SC

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti, kif emendat mis-Seg..

+

42.

Traċċabbiltà

CoP18 Dok. 42

Seg., President tal-SC, MX u CH bħala Presidenti tal-grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar it-traċċabbiltà

Aqbel mad-definizzjoni operattiva tat-traċċabbiltà tas-CITES u appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet fl-Anness 1, inkluż l-emendi proposti mis-Seg..

+

43.

Kampjuni prodotti minn DNA sintetiku jew ikkultivat

CoP18 Dok. 43

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.89-17.91, biex ikomplu jivvalutaw l-implikazzjonijiet ta’ kampjuni prodotti permezz tal-bijoteknoloġija li jista’ jkollhom impatt fuq l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Issuġġerixxi emenda għall-abbozz ta’ Deċiżjoni 18.CC.

(+)

44.

Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbl i”

 

 

 

 

44.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti

CoP18 Dok. 44.1

SC

Appoġġa l-adozzjoni ta’ gwida mhux vinkolanti sabiex jiġi determinat jekk riċevitur propost ta’ eżemplari ħaj ikunx mgħammar sewwa biex iżomm u jieħu ħsieb tiegħu, kif emendat mis-Seg. fl-Anness 4 u l-abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni ta’ “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli” kif emendat fl-Anness 5.

+

 

44.2

Kummerċ internazzjonali ta’ iljunfanti Afrikani ħajjin: Reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.20 (Rev. CoP17) dwar Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbl i”

CoP18 Dok. 44.2

BF, JO, LB, LR, NE, NG, SD, SY

Id-dokument jipproponi emendi għar-Riż. Konf. 11.20 b’tali mod li iljunfanti Afrikani ħajjin jiġu trasportati biss għal programmi ta’ konservazzjoni in-situ fil-medda naturali tagħhom, u b’hekk jiġi eskluż kwalunkwe kummerċ ta’ iljunfanti Afrikani maqbuda fis-selvaġġ għal destinazzjonijiet għall-iskop ta’ użu ristrett ex-situ, anke fejn dan ikun ta’ benefiċċju għal skopijiet ta’ konservazzjoni. Ikkunsidra wkoll fir-rigward tar-reġim attwali ta’ eżemplari elenkati fl-App. I - eżemplari elenkati.

L-Unjoni topponi r-rakkomandazzjonijiet fid-dokument 44.2 u tħeġġeġ aktar ħidma intersessjonali fir-rigward tal-CoP19.

45.

Sejbiet li mhumiex ta’ detriment

CoP18 Dok. 45

AC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet proposti bil-għan li jindirizzaw lakuni u l-bżonnijiet tal-Partijiet biex jagħmlu sejbiet mhux ta’ detriment, u appoġġa l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 16.7 (Rev. CoP17). Appoġġa t-tieni workshop internazzjonali dwar l-NDFs.

+

46.

Kwoti għal trofej tal-kaċċa għal-leopard

 

Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 10.14 (Rev. COP16) proposta mill-KS (tneħħija tal-Kenja u l-Malawi mit-tabella fil-paragrafu 1, a) tar-Riż.).

Appoġġa biex jittawlu l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet fl-Anness 3 għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Botswana u l-Etjopja, iżda biex jiġu sospiżi l-kwoti tagħhom sakemm jiġu riveduti mill-Kumitat tal-Annimali u l-SC.

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif propost mis-Seg. fl-Anness 3. B’mod ġenerali appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.21 (Rev. COP13), kif propost mis-Seg. fl-Anness 2; madankollu, għandu jiġi stabbilit proċess formali ta’ rieżami f’perijodu ta’ żmien speċifikat, u dan għandu jidderieġi lill-Istati tal-medda jew lill-Kumitat Permanenti u tal-Annimali biex jirrappurtaw lill-CoP meta jkun hemm tħassib jew meta l-bidliet fil-“kwota approvata” jitqiesu neċessarji.

Hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni dwar il-kwoti ta’ esportazzjoni miżmuma f’Riż. Konf. 10.14 (Rev. CoP16).

(+)

47.

Titjib tal-kwoti għal trofej tal-kaċċa għall-mogħoż bil-qrun mibrum

CoP18 Dok. 47

PK

Appoġġa ż-żieda tal-kwota għat-trofej tal-kaċċa għall-mogħoż bil-qrun mibrum fil-Pakistan minn 12 sa 20 annimal kull sena, jekk il-Pakistan jipprovdi aktar informazzjoni li turi li l-linji gwida dwar l-Appendiċi I, it-trofej tal-kaċċa fir-Riżoluzzjoni Konf. 17.9 huma ssodisfati, inkluż informazzjoni dwar:

is-sors tal-istimi tal-popolazzjoni għall-2017 li jifforma l-bażi tal-NDF tal-Pakistan;

komunitajiet/żoni ġodda li ser jingħaqdu mal-programm komunitarju għat-trofej tal-kaċċa; u

kif ser jiġu distribwiti l-kwoti (inkluż għal liema subspeċi)

(+)

48.

Trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti iswed: Kwota ta’ esportazzjoni għall-Afrika t’Isfel

ZA

Żieda proposta tal-kwota mill-kwota ta’ ħames rinoċeronti suwed maskili adulti għal mass. ta’ 0.5 % tal-popolazzjoni totali tal-pajjiż tidher raġonevoli, jekk tradotta f’pubblikazzjoni annwali mill-Afrika t’Isfel ta’ kwota speċifika (numru assolut ta’ eżemplari).

(+)

49.

Implikazzjonijiet tat-trasferiment ta’ speċi għall-Appendiċi I

 

 

 

 

49.1

Rapport tas-Segretarjat

CoP18 Dok. 49.1

Sek.

Appoġġa l-emendi għar-Riż. Konf. 12.3 biex jiġi ċċarat li, wara li jsir elenkar ’il fuq ta’ speċi, ir-regoli applikabbli huma dawk validi fil-ħin tal-kummerċ (mhux il-ħsad), kif ukoll għar-Riż. Konf. 13.6. Analizza f’aktar dettall il-proposta biex tinkludi paragrafu ġdid (11) fir-Riż. Konf. 12.3 u l-abbozz tad-Deċiżjoni għall-SC biex jikkunsidra l-ħtieġa ta’ gwida matul il-perijodu ta’ transizzjoni, inkluż bejn id-deċiżjoni għall-elenkar u d-dħul fis-seħħ, u biex l-SC jeżamina kundizzjonijiet speċjali għal pjanta annotata inkluż l-ispeċi tal-injam.

(+)

 

49.2

Kummerċ fl-eżemplari tal-“pre-Appendiċi I”

CoP18 Dok. 49.2

CI, NG, SN

Appoġġa l-proposta tas-Seg. biex tikkunsidra 49.1 u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fiha bħala l-punt ta’ tluq tagħna, minflok ir-rakkomandazzjoni f’49.2. Lesti li jiġu inkorporati l-elementi ta’ abbozzar f’49.1.

(–)

50.

Emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.13 (Rev. CoP15) dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet tal- injam

CoP18 Dok. 50

SC

Appoġġa iżda pproponi li jinkludu referenza għall-ħtieġa li l-NDFs ikunu bbażati fuq fatturi ta’ konverżjoni adegwati, u emendi oħra minuri.

(+)

51.

Stokkijiet u ħażniet

CoP18 Dok. 51

SC

Appoġġa l-kontinwazzjoni tax-xogħol intersessjonali b’mandat definit b’mod aktar ċar, eskluż il-ġestjoni tal-ħażniet.

+

52.

Introduzzjoni mill-baħar

CoP18 Dok. 52

SC

Appoġġa l-mandat imġedded għas-Seg. biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-Riż. Konf. 14.6 u jirrapporta dwar in-negozjati tal-BBNJ; l-SC għandu jirrevedi l-informazzjoni.

+

53.

Kodiċijiet tal-iskopijiet fuq il-permessi u ċ-ċertifikati tas-CITES

CoP18 Dok. 53

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17) dwar Permessi u ċertifikati. Appoġġa s-sett il-ġdid ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg. minflok l-abbozz ta’ emendi għad-Deċiżjoni 14.54 fl-Anness 1 tad-dokument.

(+)

54.

Identifikazzjoni ta’ eżemplari fil-kummerċ

 

 

 

 

54.1

Manwal ta’ identifikazzjoni

CoP18 Dok. 54.1

AC, PC, Sek.

Appoġġah.

Ikkunsidra flimkien ma’ 21.1.

+

 

54.2

Identifikazzjoni tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati

CoP18 Dok. 54.2

PC

Appoġġa s-sett ġdid ta’ Deċiżjonijiet u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti.

+

 

54.3

Identifikazzjoni tal-isturjun u l-eżemplari tal-ħut spatula fil-kummerċ

CoP18 Dok. 54.3

 

Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet. Ikkunsidra jekk xi Stat Membru tal-UE jistax jimpenja ruħu li jiffinanzja l-istudju li ilu li kellu jsir.

+

55.

Implimentazzjoni tas-CITES għall-kummerċ fi speċijiet ta’ pjanti mediċinali

 

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjoni biex isir kuntatt ma’ atturi ewlenin fil-kummerċ tal-pjanti mediċinali u jiġi rrappurtat lill-Kumitat dwar il-PC bħala l-ewwel pass biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kummerċ u l-volum tiegħu.

+

Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ

56.

Proċedura ssimplifikata għall-permessi u ċ-ċertifikati

CoP18 Dok. 56

SC

B’mod ġenerali appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.15 (Rev. CoP12), ir-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17) u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet diretti lis-Seg.; qis l-osservazzjonijiet tas-Seg.u kkunsidra l-ħtieġa għal aktar emendi.

(+)

57.

Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni marbuta mal-eżemplari mwielda u mrobbija fil-magħluq

CoP18 Dok. 57

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif issuġġerit mill-SC u emendat mis-Seg..

+

58.

L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 dwar Rieżami tal-kummerċ fl-eżemplari tal-annimali rrapportati bħala prodotti fil-magħluq

CoP18 Dok. 58

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet u emenda suġġerita tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 kif issuġġerit mill-SC u approvat mis-Seg..

Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit.

+

59.

Definizzjoni tat-terminu “propagat b’mod artifiċjal i

 

 

 

 

59.1

Gwida dwar it-terminu “propagat b’mod artifiċjali’”

CoP18 Dok. 59.1

PC

Appoġġa l-abbozz ta’ deċiżjoni. Miftuħa għall-emendi proposti mis-Seg.. Issuġġerixxi li l-pubblikazzjoni tal-gwida għandha sseħħ biss wara r-reviżjoni tagħha mill-PC. Enfasizza l-ħtieġa għal aġġornament tal-"Gwida għall-applikazzjoni tal-kodiċijiet tas-sorsi tas-CITES" sabiex jiġi rifless il-ħolqien ta’ kodiċi tas-sors ġdid għall-pjanti.

+

 

59.2

Kodiċi tas-sors għall-eżemplari tal-pjanti fil-kummerċ

CoP18 Dok. 59.2

SC

Appoġġa l-ħolqien tal-kodiċi tas-sors Y permezz ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.11 (Rev. CoP17) u r-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17), kif ukoll l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif proposti mill-SC. Ikkunsidra li topponi wħud mill-emendi addizzjonali proposti mis-Seg., b’mod partikolari fir-rigward tal-injam tal-agar u l-ħtieġa ta’ NDFs.

+

Kwistjonijiet speċifiċi skont l-ispeċijiet

60.

Kummerċ illegali fiċ-ċiti

(Acinonyx jubatus)

CoP18 Dok. 60

Seg.

Appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jsejjaħ lis-Seg. biex jagħmel disponibbli l-verżjoni finali tal-kit tar-riżorsi tal-kummerċ fiċ-ċita tas-CITES, u soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi. Aqbel li jitħassru d-deċiżjonijiet 17.124, 17.126, 17.127, 17.128 u 17.130; Id-deċiżjonijiet 17.125 u 17.129 jiġu mġedda kif riveduti mis-Seg. kif stipulat fid-Dok. 25.

+

61.

Sturjuni u ħut spatula (Acipenseriformes spp.)

Seg.

Appoġġa l-mandat imġedded għall-SC biex jeżamina t-tikkettar tal-kavjar.

+

62.

Abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar il-konservazzjoni tal-amfibji (Amphibia)

CR

Firxa wiesgħa ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet indirizzati lill-Partijiet, lill-Kumitati u lis-Seg., proposti mingħajr dikjarazzjoni ta’ sostenn jew kunsiderazzjoni minn qabel mill-AC jew mill-SC. L-informazzjoni meħtieġa mhijiex speċifika għall-amfibji iżda tapplika għat-taxa kollha. Il-proposta kif inhi mhux ser tkun appoġġata, iżda proposta aktar iffukata b’azzjonijiet konkreti tista’ titqies b’mod favorevoli.

(–)

63.

Sallur (Anguilla spp.)

CoP18 Dok. 63

AC, SC, Sek.

Appoġġa abbozzi ta’ Deċiżjonijiet kif emendati mis-Seg. u ssuġġerixxi grupp ta’ abbozzar qasir biex jirfina dawn id-Deċiżjonijiet.

+

64.

Koralli prezzjużi (l-ordni Antipatharia u l-familja tal-Coralliidae)

SC

Appoġġa l-abbozz tad-deċiżjoni li tagħti mandat lill-AC u lill-SC biex janalizzaw u jaslu għal konklużjonijiet mill-istħarriġ dwar il-koralli prezzjużi u mill-istudju tal-FAO.

+

65.

L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf 16.10 dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għal injam tal- agar li tipproduċi l-injam tat-taxa [Aquilaria spp. u Gyrinops spp.]

CoP18 Dok. 65

PC

Appoġġa l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar taxa li tipproduċi l-injam tal-agar u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti.

+

66.

Il-Kummerċ fil-Boswellia spp. (Burseraceae)

CoP18 Dok. 66

LK, US

Appoġġ għal sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif emendat mis-Seg..

+

67.

Tirda tal-gundalla (Cheilinus undulatus)

CoP18 Dok. 67

SC

Aqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni bil-għan li tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi esportaturi u importaturi ewlenin biex tindirizza l-isfidi ta’ implimentazzjoni li fadal.

+

68.

Klieb il-baħar u raj (Elasmobranchii spp.)

 

 

 

 

68.1

Rapport tal-Kumitat tal-Annimali

AC

Ħu nota tar-rapport.

 

 

68.2

Rapport tas-Segretarjat

 

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet u l-abbozz ta’ emendi għar-Riż.12.6 (Rev. COP17).

+

69.

Iljunfanti (Elephantidae spp.)

 

 

 

 

69.1

L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar il-Kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti

Seg./SC

Stokkijiet u ħażniet: appoġġa d-Deċiżjoni biex l-SC jirrevedi l-gwida mħejjija mis-Seg..

+

 

 

 

 

Iljunfanti Ażjatiċi: miftuħa għall-appoġġ tat-tiġdid tad-Deċiżjonijiet iżda għandu jkun hemm aċċettazzjoni akbar mill-istatital-medda biex dan ikun effettiv.

+

 

 

 

 

NIAPs: appoġġa r-reviżjonijiet proposti għar-Riż. Konf. 10.10, para. 26 g) u l-Anness III (linji gwida dwar il-proċess NIAP) u għar-Riż. Konf. 14.3 dwar il-Konformità (ara d-dok. 24);

ikkunsidra t-talba tas-Seg. għall-ħolqien ta’ kariga ġdida (u ikkunsidra l-implikazzjonijiet għall-baġit).

+

 

 

 

 

Rieżami tal-ETIS: appoġġa t-ToR kif maqbul fl-SC70.

+

 

 

 

 

MIKE, sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tal-ETIS:: appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni għas-Seg. biex tiġi żviluppata proposta (spejjeż: 30 000 USD), l-SC għandu jirrevedi.

+

 

 

 

 

Swieq tal-avorju domestiċi: appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 10.10 kif ippreżentata fid-dok. 31.

+

 

69.2

Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE)

CoP18 Dok 69.2

Sek.

Ħu nota tar-rapport.

 

 

69.3

Rapport dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Kummerċ fl-Iljunfanti (ETIS)

CoP18 Dok. 69.3(Rev. 1)

Seg.

Ħu nota tar-rapport; ikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-proċess dwar in-NIAP (pajjiżi speċifiċi identifikati mill-ETIS li bħalissa mhumiex taħt l-NIAP).

 

 

69.4

Ħażniet tal-avorju: reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar il-Kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti

CoP18 Dok. 69.4

BF, TD, CI, GA, JO, KE, LR, NE, NG, SD, SY

Irrikonoxxi l-importanza li l-gwida tiġi ffinalizzata imma kkontesta l-fattibbiltà u l-idoneità ta’ grupp ta’ ħidma fis-sessjoni għal dak l-iskop. Ikkunsidra s-suġġerimenti alternattivi tas-Seg..

(–)

 

69.5

Aspetti dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju

BF, CI, ET, GA, KE, LR, NE, NG, SY

Il-konklużjonijiet tal-kompetizzjoni dwar is-suq tal-avorju tal-UE (il-para. 28); enfasizza l-isforzi kontinwi tal-UE.

Opponi l-bidliet proposti għar-Riż. Konf. Konf. 10.10 u għall-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet assoċjati bħala sproporzjonati u parzjalment mhux ċari.

70.

Il-fekruna tal-baħar bil-xqur (Eretmochelys imbricata) u fkieren tal-baħar oħrajn (Cheloniidae u Dermochelyidae)

Seg.

Appoġġa li titkompla l-ħidma permezz ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg. u biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar il-fkieren tal-baħar.

+

71.

Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.)

 

 

 

 

71.1

Rapport tas-Segretarjat

Seg.

Appoġġa d-dokument b’emendi li jkollhom l-għan li jsaħħu l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tas-Seg..

Appoġġa r-rakkomandazzjoni tas-Seg. li tinżamm Deċ.14.69.

(+)

 

71.2

Abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar qtates kbar Ażjatiċi

CoP18 Dok. 71.2

IN

Appoġġa b’mod ġenerali l-isforzi biex jiġi mmonitorjat u ġestit aħjar il-kummerċ fil-qtates kbar Ażjatiċi. Qabel ma jiġu appoġġati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet issuġġeriti, dawn jeħtieġu analiżi u emendi sostanzjali, inkluż biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mad-dokument 71.1. Ir-rabta mar-Riż. Konf. 12.5 (Rev. 17) għandha wkoll tkun ikkunsidrata.

0

72.

Żwiemel tal-baħar (Hippocampus spp.) fis-CITES – pjan direzzjonali għas-suċċess

MV, MC, LK, US

Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet kif emendat mis-Seg. biex tinbeda diskussjoni dwar il-ġestjoni u l-użu sostenibbli taż-żwiemel tal-baħar fl-AC u fl-SC.

+

73.

Xadini kbar (great apes) (Hominidae spp.)

CoP18 Dok. 73

SC, Sek.

Appoġġaw emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 13.4 (Rev. CoP16) dwar il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ f’xadini kbar kif propost mis-Seg., kif ukoll it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.232 u 17.233. Il-proposta hija bbażata fuq ir-rapport dwar l-istatus ta’ xadini kbar u l-impatt relattiv tal-kummerċ illegali u pressjonijiet oħra fuq l-istatus tagħhom, li tħejjiet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn is-Seg., l-IUCN, il-GRASP u msieħba oħra, u ġiet ikkunsidrata mill-AC30 u l-SC70. Xi bidliet editorjali jistgħu jkunu mixtieqa, b’mod partikolari sabiex jinbidlu r-referenzi għal “bushmeat” għal “wild meat” sabiex ikun hemm konsistenza mad-Dok. 95.

+

74.

Speċijiet tal-injam Rosewood [Leguminosae (Fabaceae)]

CoP18 Dok. 74

PC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

+

75.

Pangolins (Manis spp.)

CoP18 Dok. 75

Seg., biż-żieda tal-proposta tal-SC

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif irrakkomandat mill-SC (SC69), bl-emendi ssuġġeriti mis-Seg., u appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.239 - 17.240.

+

76.

L-iljun Afrikan (Panthera leo)

 

 

 

 

76.1

Rapport tas-Segretarjat

 

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet dwar l-iljuni Afrikani (Panthera leo) u l-qtates kbar u jiġi appoġġat it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.241 - 17.245.

+

 

76.2

Il-konservazzjoni tal-iljuni Afrikani u l-kummerċ tagħhom

NG, TG

Is-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet issuġġeriti taħt 76.1 li jqisu t-tħassib enfasizzat f’dan id-dokument u l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni li jakkumpanjah, x’aktarx li jkunu aktar ta’ suċċess fil-kisba ta’ azzjoni sinifikanti u mmirata f’perjodu ta’ żmien speċifikat.

-

77.

Ġagwar (Panthera onca)

 

 

 

 

77.1

Il-kummerċ fil-ġagwari

CR, MX

Appoġġa b’mod ġenerali s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet li jsejħu għal studju dwar il-kummerċ illegali fil-ġagwari; u appoġġa r-rakkomandazzjonijiet u l-emendi għall-Anness 1 mis-Seg. biex jgħaqqad id-dokument mad-dokument taħt 77.2.

(+)

 

77.2

Kummerċ illegali fil-ġagwari

CoP18 Dok. 77.2

PE

Opponi l-adozzjoni ta’ Riżoluzzjoni speċifika għall-ispeċi - madankollu, xi wħud mill-attivitajiet identifikati jistgħu jiġu inklużi f’sett ta’ deċiżjonijiet u meqjusa fil-kuntest ta’ 77.1 (jew il-proponenti jistgħu jgħaqqdu d-dokumenti tagħhom f’sett wieħed ta’ Deċiżjonijiet kif propost mis-Seg. fid-Dok. 77.1).

(–)

78.

Kummerċ illegali fl-antilop Tibetan

(Acinonyx jubatus)

CoP18 Dok. 78

SC

Appoġġa l-abbozz tar-rakkomandazzjoni u l-proposta mis-Seg. biex jiġi emendat il-paragrafu 2b) tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.8 (Rev. CoP17).

+

79.

Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-għasafar tal-għana (Passeriformes)

US, LK

B’mod ġenerali appoġġa l-proposta għall-KA biex tikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-konservazzjoni tal-kummerċ tal-għasafar, preferibbilment abbażi ta’ reviżjoni kkummissjonata mis-Seg. soġġetta għal finanzjament estern. Jeħtieġ li l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet jiġu emendati biex jindirizzaw dawn il-bidliet u t-tħassib espressi mis-Seg..

+

80.

Ċirasa tal-Afrika (Prunus africana)

CoP18 Dok. 80

PC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

+

81.

Pappagalli griżi Afrikani

(Psittacus erithacus)

ZA

Miftuħa biex l-iskadenza għar-reġistrazzjonijiet tal-faċilità tat-tgħammir tiġi mtawwla.

Issuġġerixxi li jiżdied paragrafu ġdid f) għad-Deċiżjoni 17.256, bħala referenza għar-riintroduzzjoni tal-IUCN u l-linji gwida dwar ir-ripopolazzjoni.

+

82.

Ħuta kardinal Banggai

(Pterapogon kauderni)

AC

Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet; l-UE lesta tappoġġa lill-Indoneżja fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 18.AA.

+

83.

Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.)

 

 

 

 

83.1

Rapport tal-Kumitat Permanenti u tas-Segretarjat

 

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet b’xi emendi biex jiġu introdotti skedi ta’ żmien għal azzjonijiet.

Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.135-17.144, u s-sostituzzjoni tad-Deċiżjonijiet 17.133 u 17.134 b’abbozz ta’ deċiżjoni ġdid 18.AA.

+

 

83.2

Reviżjonijiet għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 (Rev. CoP17) dwar Il-Konservazzjoni u l-kummerċ fir-rinoċeronti Afrikani u Ażjatiċi, u deċiżjonijiet assoċjati

KE

Oppożizzjoni għal abbozzi ta’ deċiżjonijiet u emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 kif inhuma, peress li jaqbżu l-mandat tal-Konvenzjoni u jidduplikaw riżoluzzjonijiet u deċiżjonijiet eżistenti.

(–)

84.

Buċeru bl-elmu (Rhinoplax vigil)

CoP18 Dok. 84

SC

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet fl-Anness 1, inklużi l-emendi proposti mis-Seg., u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.264, 17.265 u 17.266.

+

85.

Bronja reġina (Strombus gigas)

 

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet fl-Anness 1 li ser jissostitwixxu d-deċiżjonijiet 17.285 sa 17.287 u 17.289 u jħassru d-Deċiżjonijiet 17.288 u 17.290 li ġew implimentati b’mod sħiħ.

+

86.

Antilop Saiga (Saiga spp.)

CoP18 Dok. 86

SC

Appoġġa d-dokument li huwa bbażat fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet fl-SC u li għandu fil-mira l-Istati tal-medda tas-saiga sabiex itejjeb il-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ partijiet u derivattivi tal-ispeċijiet, itejjeb il-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw il-kummerċ illegali, u jtejjeb l-isforzi ta’ konservazzjoni in situ u ex situ; appoġġa l-proposta mis-Seg. biex l-AC jkun involut fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni waħda. Id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom bżonn ta’ xi modifiki skont ir-riżultat tal-bidliet proposti fil-lista.

+

87.

Il-konservazzjoni taż-żrinġ tal-ilma Titicaca (Telmatobius culeus)

PE

L-ispeċi ġiet elenkata fl-Appendiċi I fil-CoP 17. L-impatt tal-kummerċ internazzjonali fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ din l-ispeċi għadu mhux ċar, probabbilment għaliex ma hemmx biżżejjed data. L-adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dedikata dwar il-konservazzjoni taż-żrinġ tal-ilma Titicaca tidher li hija prematura.

(–)

88.

Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu (Testudines spp.)

CoP18 Dok. 88

SC, Sek.

Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozz tal-verżjoni riveduta tar-Riżoluzzjoni Konf 11.9 dwar Il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ fil-fkieren tal-art u l-fkieren tal-ilma ħelu u l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Seg.; ikkunsidra l-ħtieġa li x-xogħol futur jiġi ffokat fuq bżonnijiet prattiċi.

(+)

89.

Totoaba (Totoaba macdonaldi)

CoP18 Dok. 89

Seg.

Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet dwar aktar ġbir ta’ informazzjoni mill-Partijiet; miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ infurzar; studju dwar il-vaquita u t-totoaba (deskrizzjoni miftiehma mill-SC) li għandu jitwettaq mis-Seg..

+

90.

Denfil geddumu qasir tal-Baħar l-Iswed (Tursiops truncatus ponticus)

CoP18 Dok. 90

AC

Appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni biex is-Seg. jikkoopera mal-Ftehim dwar il-Konservazzjoni taċ-Ċetaċej fil-Baħar l-Iswed, fil-Baħar Mediterran u fiż-żona kontigwa tal-Atlantiku (ACCOBAMS).

+

91.

Il-konservazzjoni tal-vicuña (Vicugna vicugna) u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha

AR

B’mod ġenerali appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar il-konservazzjoni tal-vicuña u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet mis-Seg.; id-dokument ġie mħejjit skont il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Vicuña.

+

92.

Appendiċi I speċi elenkata

CoP18 Dok. 92

Seg., AC, PC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.22 sa 17.25.

+

93.

Speċijiet tas-siġar neotropikali

CoP18 Dok. 93

PC

Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

+

94.

Ġestjoni tal-konservazzjoni ta’ u kummerċ f’ħut ornamentali tal-baħar

CoP18 Dok. 94

CH, US, EU

Appoġġa abbozzi ta’ Deċiżjonijiet (koproposti mill-Unjoni) kif emendati mis-Segretarjat, speċjalment fir-rigward ta’ stedina lill-partijiet interessati u r-rappreżentanti tal-industrija biex jikkontribwixxu għall-workshop

+

95.

Materjali ta’ gwida, attivitajiet u għodod immirati biex itejbu l-kapaċità tal-Partijiet fir-regolazzjoni tal-kummerċ fil-bushmeat

Sek.

Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozz tal-verżjoni riveduta tar-Riż. Konf. 13.11 (Rev CoP17) u t-tħassir tad-deċiżjonijiet proposti mis-Seg. (Deċ. 14.73, 14.74, 17.112 u 17.113).

Issuġġerixxi emendi biex jiġi rikonoxxut li l-gwida tas-CBD għal settur sostenibbli tal-laħam selvaġġ tirreferi biss għat-tropiċi u s-subtropiċi u li għandha tinżamm id-definizzjoni attwali ta’ laħam selvaġġ (bushmeat) fil-glossarju tas-CITES.

+

96.

Inizjattiva dwar il-Karnivori tal-Afrika

 

Appoġġa l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

+

97.

Il-ġestjoni tal-kummerċ fi u l-konservazzjoni tal-avultun tal-Afrika tal-Punent

CoP18 Dok. 97

BF, NE, SN

Appoġġa s-sett ta’ deċiżjonijiet li jippromwovu sinerġiji mal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċijiet Migratorji (CMS), kif emendat mis-Seg.. L-indirizzar tal-avvelenament illegali u l-kummerċ ibbażat fuq it-twemmin huwa importanti ħafna, u hemm rabtiet qawwija bejn il-kaċċa tal-iljunfant/ir-rinoċeronti u l-avvenimenti ta’ avvelenament tal-avultuni. Waħda mill-ispeċijiet indirizzati fid-dokument, l-avultun Eġizzjan, tgħammar regolarment fl-UE u fix-xitwa fl-Afrika.

+

Manutenzjoni tal-Appendiċijiet

98.

Riżervi dwar emendi għall-Appendiċi I u II

CoP18 Dok. 98

Sek.

Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 4.25 dwar Riżervi, biex tkun ikkonfermata l-iskadenza ta’ 90 jum għar-riservi għall-elenkar ta’ App. I u II, u biex ikun iċċarat meta l-irtirar ta’ riserva jsir effettiv.

+

99.

Nomenklatura standard

CoP18 Dok. 99

AC, PC, Sek.

Appoġġa l-emendi proposti għall-Anness għar-Riż. Konf. 12.11 u abbozzi ta’ Deċiżjonijiet assoċjati.

Appoġġa l-estensjoni tad-Deċiżjoni 17.312 biex l-AC jkun meħtieġ jikkunsidra r-reviżjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-CoP19.

+

 

Anness 5: Referenzi Standard Proposti Ġodda għas-CITES għan-Nomenklatura tal-Għasafar (Klassi Avjarja)

CoP18 Dok. 99 A5

 

Ħu nota tar-rapport tal-konsulent dwar referenzi standard għan-nomenklatura tal-għasafar.

 

 

Anness 6: Bidliet proposti fil-letteratura ppubblikata dwar in-nomenklatura ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fis-CITES li għalihom il-Kumitat tal-Annimali, fiż-żmien tas-sottomissjoni tad-dokument CoP18, għadu ma laħaqx rakkomandazzjoni dwar l-adozzjoni jew ir-rifjut għall-finijiet tas-CITES

CoP18 Dok. 99 A6

 

 

 

100.

Inklużjoni ta’ speċijiet fl-Appendiċi III

 

Aqbel mal-abbozz ta’ deċiżjonijiet proposti u l-bidliet proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.25 (Rev. CoP17).

+

101.

Annotazzjonijiet

CoP18 Dok. 101

SC

Appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf. 11.21 (Rev. CoP17), reviżjoni tal-Paragrafu 7 tat-Taqsima tal-Interpretazzjoni tal-Appendiċi tas-CITES, u abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 4. Appoġġa l-emendi proposti għad-Deċiżjoni 16.162 (Rev. CoP17) iżda ibqa’ miftuħa għal bidliet potenzjali skont ir-riżultat tal-annotazzjoni #15.

+

102.

Annotazzjonijiet għall-Appendiċi II dwar l-orkidej

CoP18Dok. 102

SC

Appoġġa l-abbozz tad-definizzjoni tat-terminu “kożmetiċi”, u adotta d-deċiżjonijiet proposti.

+

103.

Gwida għall-pubblikazzjoni tal-Appendiċi

CoP18 Dok. 103

CA

Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet biex tiġi żviluppata gwida dwar il-preżentazzjoni tal-annotazzjonijiet u appoġġa l-emendi proposti mis-Seg. biex jiġi evitat li l-ambitu tal-gwida jiġi ristrett qabel iż-żmien.

+

104.

Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.9 dwar Il-Konsiderazzjoni tal-proposti għat-trasferiment tal- popolazzjonijiet tal-iljunfanti Afrikani mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

CoP18 Dok. 104

SC

Appoġġa t-tħassir propost tar-Riżoluzzjoni u t-tħassir tad-Deċiżjoni assoċjata.

+

Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi

105.

Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi I u II

 

Proposti għall-elenkar huma indirizzati fil-Parti 2 ta’ dan id-dokument, hawn taħt.

 

Konklużjoni tal-laqgħa

106.

Determinazzjoni tal-ħin u l-post tal-laqgħa regolari li jmiss tal-Konferenza tal-Partijiet (l-ebda dokument)

 

Ebda dokument

 

107.

Rimarki tal-aħħar (Osservaturi, Partijiet, Segretarju Ġenerali tas-CITES, Gvern Ospitanti) (l-ebda dokument)

 

Ebda dokument

 

1.   Proposti għall-Elenkar

Nru

Unità tassonomika/Dettalji

Proposta

Proponent

Kummenti

Pożizzjoni

1

Capra falconeri heptneri

(Heptner’s markhor)

(popolazzjoni tat-Taġikistan)

I - II

Il-popolazzjoni tat-Taġikistan hija trasferita mill-App. I għall-App. II

It-Taġikistan

Il-popolazzjoni tidher li qed tiżdied u l-ġestjoni tal-kaċċa skont id-dispożizzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-Appendiċi I ġġeneraw dħul li jmur lura għand il-komunitajiet u għall-konservazzjoni. Madankollu, il-proposta ma fihiex evidenza b’saħħitha biżżejjed biex tindika li l-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24 ġew issodisfati. L-elenkar ’l isfel iwassal għal żieda fil-volum ta’ kummerċ mingħajr garanziji li d-dħul jiġi ritornat għall-konservazzjoni. L-IUCN irrakkomandat li jitkompla u li l-ġestjoni attwali tissaħħaħ.

2

Saiga tatarica

(Antilop Saiga)

II – I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

il-Mongolja, l-Istati Uniti tal-Amerka

Il-proposta tikkunsidra s-Saiga reċenti kollha bħala speċi waħda, f’konformità mal-Lista l-Ħamra tal-IUCN. Madankollu, ir-referenza tassonomika tas-CITES valida bħalissa tifred l-popolazzjonijiet Mongoljani bħala S. borealis. L-Unjoni ser tappoġġa l-interpretazzjoni tal-ambitu tal-lista ssuġġerita mill-Istati Uniti. Jekk din l-interpretazzjoni tiġi aċċettata, il-CoP ser tikkunsidra l-elenkar taż-żewġ speċijiet: S. borealis u S. tatarica.

S. borealis tissodisfa l-kriterji tal-elenkar tal-Appendiċi I u l-Unjoni ser tappoġġa l-elenkar tagħha fl-Appendiċi I.

L-Unjoni ser tappoġġa l-elenkar fl-Appendiċi I ta’ S. tatarica, sakemm l-Istati tal-medda prinċipali kollha jaqblu mal-elenkar, u biss jekk S. borealis hija elenkata fl-Appendiċi I ukoll.

L-Unjoni ser topponi l-elenkar fl-Appendiċi I ta’ S. tatarica jekk S. borealis ma tkunx elenkata ’l fuq ukoll, sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-popolazzjoni ta’ S. borealis.

0

3

Vicugna vicugna

(Vicuña)

(popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta)

I – II

Il-popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta (l-Arġentina) hija trasferita mill-App. I għall-App. II bl-annotazzjoni 1

L-Arġentina

Mill-2006, id-daqs tal-popolazzjoni baqa’ jiżdied b’mod konsiderevoli, il-monitoraġġ tal-popolazzjoni jidher li huwa tajjeb u 41 % (14.000 km2) tal-ħabitat huwa protett. L-unika forma ta’ utilizzazzjoni ppjanata hija t-tqaxxir ta’ eżemplari selvaġġi.

Dan għandu jiġi kkunsidrat flimkien mad-dokument ta’ ħidma nru 91.

+

4

Vicugna vicugna

(Vicuña)

(popolazzjoni taċ-Ċili)

L-isem tal-popolazzjoni taċ-Ċilì għandu jinbidel minn “popolazzjoni tar-Reġjun Primera” għal “popolazzjonijiet tar-reġjun ta’ Tarapacá u tar-reġjun ta’ Arica u Parinacota”

Iċ-Ċilì

Appoġġaha – il-proposta ma fiha l-ebda bidla sostantiva għall-elenkar u taġġusta biss isem ġeografiku.

+

5

Giraffa camelopardalis

(Ġiraffa)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Kenya, il-Mali, in-Niġer and is-Senegal

L-istatus ta’ konservazzjoni attwali tad-disa’ subspeċijiet u l-preżenza u s-severità tat-theddid ewlieni juru varjazzjonijiet reġjonali kbar. Meta jitqies it-tnaqqis ġenerali rreġistrat matul l-aħħar tliet ġenerazzjonijiet u x-xejriet li qed jonqsu tal-popolazzjoni tal-Ġiraffa, l-elenkar fl-Appendiċi II għandu l-merti tiegħu billi tipprevjeni milli din l-ispeċi tiġi mhedda fil-futur. Għalhekk, meta wieħed iqis l-approċċ ta’ prekawzjoni u li wieħed jaġixxi fl-aħjar interess tal-konservazzjoni tal-ispeċijiet, l-elenkar fl-Appendiċi II huwa appoġġat mill-Unjoni.

+

6

Aonyx cinereus

(Lontra bi dwiefer żgħar)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

L-Indja, in-Nepal u l-Filippini

Skont l-IUCN, il-kummerċ tal-annimali domestiċi fuq l-Internet jikkontribwixxi għat-tnaqqis rapidu reċenti tal-ispeċi.

Hemm xi indikazzjonijiet li l-livell ta’ dan il-kummerċ qed jikber f’dawn l-aħħar snin.

+

7

Lutrogale perspicillata

(Lontra tal-pil lixx)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Bangladesh, l-Indja u n-Nepal

Hemm livelli baxxi ta’ kummerċ internazzjonali legali rreġistrat, iżda l-elenkar aktar ’il fuq jista’ jgħin biex jiġu protetti l-ispeċijiet peress li l-volum tal-kummerċ illegali huwa sinifikanti.

+

8

Ceratotherium simum simum

(rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar)

(popolazzjoni tal-Eswatini)

L-annotazzjoni eżistenti għall-popolazzjoni tal-Eswatini għandha titneħħa

L-Eswatini

Opponiha. Il-popolazzjoni tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-App. II, iżda t-tneħħija tal-annotazzjoni kif proposta ma tissodisfax is-salvagwardji ta’ prekawzjoni stabbiliti fil-Para A. 2. a) fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. It-tkomplija tal-kummerċ tal-qrun tar-rinoċeronti tibgħat sinjal ħażin f’dan il-mument, minħabba l-livell għoli ta’ kaċċa illegali u kummerċ illegali. Din iddgħajjef ukoll l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda minn ħafna Partijiet għal din l-ispeċi.

9

Ceratotherium simum simum

(rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar)

(popolazzjoni tan-Namibja)

I - II

Trasferiment tal-popolazzjoni ta’ Ceratotherium simum simum tan-Namibja mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bl-annotazzjoni li ġejja:

“Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali f’:

a.

annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli; u

b.

trofej tal-kaċċa.

L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.”

In-Namibja

Il-livelli għolja ta’ kaċċa illegali u traffikar għal din l-ispeċi għadhom ta’ tħassib konsiderevoli għall-Unjoni. Jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-konservazzjoni b’suċċess tal-ispeċi fin-Namibja, madankollu, ta’ min jinnota wkoll li aktar minn terz tal-popolazzjoni tan-Namibja kollha ġiet importata u żewġ terzi jappartjenu għal sidien privati, u l-kummerċ fi trofej tal-kaċċa u annimali ħajjin għal finijiet mhux kummerċjali, għal destinazzjonijiet mgħammra b’mod xieraq biex jakkomodaw u jieħdu ħsiebhom, diġà huwa possibbli skont l-Anness I.

Jekk il-proposta tiġi adottata mill-CoP, l-Unjoni titlob li tiġi akkumpanjata minn sett ta’ deċiżjonijiet biex timmonitorja u tirrapporta perjodikament dwar l-impatt possibbli ta’ dan it-tniżżil fil-lista.

(-)

10

Loxodonta

africana (iljunfant Afrikan)

I - II

Il-popolazzjoni taż-Żambja hija trasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II soġġetta għal:

1.

Kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (sinniet twal bil-ponta u biċċiet) għal għanijiet kummerċjali biss lill-imsieħba kummerċjali approvati mis-CITES li ma jerġgħux jagħmlu esportazzjoni mill-ġdid.

2.

Kummerċ fi trofej tal-kaċċa għal għanijiet mhux kummerċjali.

3.

Kummerċ fil-ġilda u prodotti magħmulin mill-ġilda.

4.

L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċi inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.

Iż-Żambja

L-annotazzjoni ssuġġerita miż-Żambja terġa’ tiftaħ il-kummerċ internazzjonali tal-avorju u ma tistax tkun appoġġata kif ippreżentata bħalissa.

11

Loxodonta africana

(iljunfant Afrikan)

(il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe)

Emenda għall-annotazzjoni 2

“Emenda għall-annotazzjoni 2:

Għall-għan waħdieni li jippermetti:

(…)

g.

kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, sinniet twal bil-ponta u biċċiet sħaħ) soġġetti għal li ġej:

i.

stokkijiet proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju konfiskat jew avorju ta’ oriġini mhux magħrufa);

ii.

għal imsieħba kummerċjali biss li, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, ġew ivverifikati mill-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat mhux se jiġi esportat mill-ġdid u se jiġi ġestit skont ir-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) fir-rigward ta’ manifattura u kummerċ domestiku;

iii.

mhux qabel mas-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokkijiet proprjetà tal-gvern irreġistrati;

iv

avorju mhux maħdum skont il-bejgħ kundizzjonali ta’ stokkijiet tal-avorju tal-gvern irreġistrati maqbula f’CoP12 li huma 20,000 kg (il-Botswana), 10,000 kg (in-Namibja), u 30,000 kg (l-Afrika t’Isfel);

v

flimkien mal-kwantitajiet maqbula f’CoP12, l-avorju tal-gvern mill-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe irreġistrat sal-31 ta’ Jannar 2007 u vverifikat mis-Segretarjat jista’ jiġi kkumerċjalizzat u ttrasportat, mal-avorju fil-paragrafu (g)(iv) hawn fuq f’bejgħ uniku għal kull destinazzjoni taħt superviżjoni stretta tas-Segretarjat;

vi.

ir-rikavat mill-kummerċ jintuża esklussivament għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għal programmi komunitarji ta’ konservazzjoni u żvilupp fi ħdan jew maġenb iż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti; u

vii

il-kwantitajiet addizzjonali speċifikati fil-paragrafu g) v) hawn fuq għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss wara li l-Kumitat Permanenti jkun qabel li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fuq; u

h.

l-ebda proposta ulterjuri li tippermetti l-kummerċ fl-avorju tal-iljunfanti minn popolazzjonijiet diġà fl-Anness B m’għandha titressaq lill-Konferenza tal-Partijiet għall-perjodu minn CoP14 u li jispiċċa disa’ snin mid-data tal-bejgħ uniku tal-avorju li għandu jseħħ skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu g) i), g) ii), g) iii), g) vi) u g) vii). Barra minn hekk, dawn il-proposti ulterjuri għandhom jiġu ttrattati skont id-Deċiżjonijiet 16.55 u 14.78 (Rev. CoP16).

[…]”

Il-Botswana, in-Namibja u ż-Żimbabwe

Il-bidla mitluba se tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju, u għalhekk ma tissodisfax il-miżuri ta’ prekawzjoni skont l-Anness 4 għar-Riż. Konf. 9.24 u hija prematura.

12

Loxodonta africana

((l-iljunfant Afrikan)

(il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe)

II - I

It-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe mill-App. II għall-App. I

Il-Burkina Faso, il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Kenja, il-Liberja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana u t-Togo

Dawn l-erba’ popolazzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji tal-App. I u l-Istati tal-medda in kwistjoni ma jaqblux mal-elenkar ’il fuq.

13

Mammuthus primigenius

(Mammut sufi)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

L-Iżrael

L-iskop tas-CITES huwa li tipproteġi l-ispeċi minn sfruttament żejjed u estinzjoni. Kwistjonijiet li huma simili ma jidhirx li huma argument validu biżżejjed għall-elenkar tal-mammoth. Ma ġietx ipprovduta evidenza għall-identifikazzjoni ħażina u l-ħasil fuq skala kbira, u s-snien tal-avorju tal-iljunfant u tal-mammoth juru karatteristiċi uniċi li huma faċli biex ikunu distinti minn xi ħadd li mhux espert. Elenkar fuq App. II ma jkunx proporzjonat mal-iskala tar-riskju ppreżentat (potenzjalment jiġġenera permessi numerużi mingħajr, jew benefiċċju ta’ konservazzjoni limitat).

14

Leporillus conditor

(Far perit)

I - II

Trasferita mill-App. I għall-App. II

L-Awstralja

It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

+

15

Pseudomys fieldi praeconis

(il-ġurdien ta’ Shark Bay)

I - II

Trasferita mill-App. I għall-App. II

L-Awstralja

It-trasferiment għall-Appendiċi II u bidla fin-nomenklatura rrakkomandati mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

+

16

Xeromys myoides

(Far tal-ilma falz)

I – II

Trasferita mill-App. I għall-App. II

L-Awstralja

It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

+

17

Zyzomys pedunculatus

(Far tal-blat tal-Awstralja Ċentrali)

I – II

Trasferita mill-App. I għall-App. II

L-Awstralja

It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-AC. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

+

18

Syrmaticus reevesii

(faġan ta’ Reeves)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

CN

Il-popolazzjoni taċ-Ċina biss tissodisfa l-kriterji tal-elenkar għall-inklużjoni fl-Appendiċi II. Miftuħa għall-appoġġ tal-inklużjoni tal-ispeċi fl-Appendiċi II, u ser titlob lill-proponent biex jirrestrinġi l-ambitu tal-elenkar għall-popolazzjoni Ċiniża biss.

(+)

19

Balearica pavonina

(Għarnuq rasu sewda)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Burkina Faso, il-Kosta tal-Avorju u s-Senegal

Kif tirrikonoxxi l-IUCN/TRAFFIC, peress li l-ispeċi hija affettwata mill-kummerċ internazzjonali u t-tnaqqis tal-popolazzjoni stmat jista’ jkun qrib u jaqbeż il-50 % f’dawn l-aħħar 45 sena, B. pavonina aktarx tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Appendiċi I u l-Unjoni tappoġġa l-proposta.

+

20

Dasyornis broadbenti litoralis

(Għasfur qastni bix-xareb tal-Punent)

Trasferita mill-App. I għall-App. II

L-Awstralja

Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ (meqjusa bħala estinta, l-aħħar osservazzjoni saret fl-1906).

+

21

Dasyornis longirostris

(Dasijornu munqaru twil)

I - II

Trasferita minn App. I għall-App. II

L-Awstralja

Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ.

+

22

Crocodylus acutus

(kukkudrill Amerikan)

(popolazzjoni tal-Messiku)

I - II

Il-popolazzjoni tat-Messiku hija trasferita mill-App. I għall-App. II

Il-Messiku

Appoġġa t-trasferiment mill App. I għall-App. II jekk il-Messiku jistipula kwota 0 għall-eżemplari mis-selvaġġ (kodiċi tas-sors W)

(+)

23

Calotes nigrilabris u Calotes pethiyagodai

(Gremxul tal-ġonna)

0 – I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Is-Sri Lanka

Jidher li l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi tas-CITES ġew issodisfati iżda m’hemmx evidenza biżżejjed biex turi li l-livelli attwali jew antiċipati tal-kummerċ huma ta’ detriment għas-sopravivenza tagħhom fis-selvaġġ. L-Unjoni ser tħeġġeġ lill-proponent jelenka ż-żewġ speċijiet fl-Appendiċi III, iżda opponi l-elenkar fl-Appendiċi I. L-Unjoni hija lesta li tikkunsidra aktar informazzjoni dwar l-elenkar fl-Appendiċi II jekk tiġi ppreżentata mill-proponent.

(–)

24

Ceratophora spp.

(Gremxul muqran)

0 – I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Is-Sri Lanka

Opponi l-elenkar tal-ġeneru fl-Appendiċi I, iżda aqbel li jinkludu C. erdeleni, C. karu, u C. tennenti fl-Appendiċi I u C. stoddartii u C. aspera fl-Appendiċi II.

Kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi I huma ssodisfati minn tliet speċi (minn ħames speċi fil-ġeneru): C. karu, C. erdeleni u C. tennentii. L-Appendiċi II jidher aktar ġustifikat għal C. aspera u C. stoddartii.

L-Unjoni ser tikkunsidra fil-pront kwalunkwe informazzjoni ulterjuri dwar l-elenkar propost jekk tiġi ppreżentata mill-proponent.

(+)

25

Cophotis ceylanica u Cophotis dumbara

(Gremxul nanu)

0 – I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Is-Sri Lanka

Il-proposta tidher li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi; offtakes, anke f’ammonti żgħar jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bqija tal-popolazzjonijiet. Dawn huma l-uniċi żewġ speċi f’dan il-ġeneru, u t-tnejn huma endemiċi għas-Sri Lanka u huma elenkati bħala f’periklu kbir ħafna fil-Lista l-Ħamra Nazzjonali tas-Sri Lanka (2012).

+

26

Lyriocephalus scutatus

(Gremxula mneħirha mħatteb)

0 – I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Is-Sri Lanka

Appoġġa l-elenkar fl-Appendiċi II minħabba li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I ma jiġux issodisfati iżda dawk tal-App. II jiġu ssodisfati.

(–)

27

Goniurosaurus spp.

(Wiżgħa leopard)

(il-popolazzjonijiet taċ-Ċina u l-Vjetnam)

0 - II

Inkludi l-ispeċijiet taċ-Ċina u tal-Vjetnam fl-App. II

Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

28

Gekko gecko

(wiżgħa Tokay)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

L-Unjoni Ewropea, l-Indja, il-Filippini, l-Istati Uniti tal-Amerka

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

29

Gonatodes daudini

(Wiżgħa bi dwiefer tal-Grenadini)

0 - I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Saint Vincent u l-Grenadini

L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-kummerċ internazzjonali rrappurtat ftit wara l-iskoperta tal-ispeċi għadu għaddej, għalkemm il-ġbir tagħhom fil-ħabitat naturali mhuwiex permess.

+

30

Paroedura androyensis

(Wiżgħa tal-art ta’ Grandidier ta’ Madagascar)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

L-Unjoni Ewropea, il-Madagascar

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

31

Ctenosaura spp.

(Igwani denbhom imxewwek)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

El Salvador u l-Messiku

Il-proposta tissodisfa l-kriterji għall-elenkar; diversi speċijiet tal-ġeneru jistgħu jsiru eliġibbli għall-inklużjoni fl-Appendiċi I fil-futur jekk il-kummerċ ma jkunx regolat billi għandhom popolazzjonijiet żgħar, żoni ristretti ta’ distribuzzjoni jew ġarrbu tnaqqis fil-popolazzjoni, jew taħlita ta’ dawn it-tliet kriterji, u huma vulnerabbli ħafna jew għal fatturi intrinsiċi jew estrinsiċi.

+

32

Pseudocerastes urarachnoides

(Lifgħa bil-qrun u denb brimba)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

L-Iran

Iktar informazzjoni hija meħtieġa biex turi li l-kriterju dwar il-kummerċ ġie ssodisfat. Hemm informazzjoni limitata disponibbli fil-proposta dwar il-firxa tal-ġbir mis-selvaġġ u l-kummerċ internazzjonali tal-ispeċi (b’evidenza ta’ għadd żgħir biss ta’ individwi li jidhru fil-kummerċ barra l-Istat tal-medda tiegħu), u għalkemm l-ispeċi hija kklassifikata bħala “fil-periklu fuq livell nazzjonali”, hemm nuqqas ta’ data biex tindika d-daqs u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni, jew jekk l-ispeċi hux qiegħda tonqos.

0

33

Cuora bourreti

(fekruna Bourret’s box)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Vjetnam

Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi.

+

34

Cuora picturata

(Fekruna Vietnamese box)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Vjetnam

Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi kollha tar-Riż. Konf. 9.24 għall-elenkar tal-Appendiċi I u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni tar-Rieżami Perjodiku.

+

35

Mauremys annamensis

(Fekruna Annam leaf)

II – I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Vjetnam

Appoġġa t-trasferiment għall-App. I - speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni ta’ Rieżami Perjodiku.

+

36

Geochelone elegans

(Fekruna stilla)

II - I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

Il-Bangladesh, l-Indja, is-Senegal u s-Sri Lanka

L-elenkar huwa propost b’mod konġunt mill-maġġoranza tal-Istati tal-medda. Il-kummerċ illegali huwa ta’ tħassib kbir, għalkemm il-ħsad u l-kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi huma diġà pprojbiti fl-Istati tal-medda. It-tħassib dwar l-użu ħażin tal-kodiċi tas-sors C u l-laundering potenzjali ta’ eżemplari selvaġġi permezz ta’ operazzjonijiet ta’ tgħammir fil-magħluq diġà qed jiġu indirizzati mis-CITES skont ir-Riżoluzzjoni Konf. 17.7.

+

37

Malacochersus tornieri

(Fekruna ċatta (Pancake))

II – I

Trasferita mill-App. II għall-App. I

il-Kenja, l-Istati Uniti tal-Amerka

Appoġġa l-proposta. L-iktar Valutazzjoni tal-Lista l-Ħamra reċenti (2018) vvalutat l-ispeċi bħala f’“Perikolu Kritiku”. Il-proposta tidher li hija proporzjonata mar-riskji antiċipati għall-ispeċi, li hija f’domanda konsiderevoli mis-settur tal-kummerċ u milquta minn kummerċ illegali. L-isfruttament żejjed huwa rrappurtat bħala fattur ewlieni li bħalissa jaffettwa l-popolazzjonijiet tal-ispeċi. L-ispeċi tidher li tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I.

+

38

Hyalinobatrachium spp., Centrolene spp., Cochranella spp., u Sachatamia spp.

(Żrinġijiet tal-ħġieġ)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Costa Rica, El Salvador

L-Unjoni tista’ tappoġġa proposta iktar limitata jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal dawk l-ispeċi li għalihom jista’ jintwera li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ data dwar il-popolazzjoni, u minħabba li l-kummerċ irrappurtat iseħħ l-aktar fi speċi ta’ “Inqas Tħassib”, l-inklużjoni fl-App. II tal-104 speċi kollha li jappartjenu għal erba’ ġeneri ma tidhirx proporzjonata. Tenħtieġ aktar informazzjoni dwar dawk l-ispeċi li għalihom il-kummerċ huwa l-aktar prevalenti.

(–)

39

Echinotriton chinhaiensis u Echinotriton maxiquadratus

(Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir imxewwek (spiny newt))

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Iċ-Ċina

L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-konservazzjoni tagħhom tibbenefika mill-protezzjoni internazzjonali. Anki jekk il-livelli tal-kummerċ internazzjonali jidhru baxxi, kwalunkwe kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi jista’ jkun ta’ detriment għas-sopravivenza tal-popolazzjonijiet, billi l-popolazzjonijiet huma estremament żgħar u qed jonqsu.

Echinotriton ġie maqsum minn Tylototriton (proposta għall-elenkar nru 41) biss fl-1982. Għalhekk, l-elenkar taż-żewġ ġeneri huwa wkoll xieraq fuq il-bażi tal-kriterju li jidhru simili.

+

40

Paramesotriton spp.

(Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir bil-felul)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

41

Tylototriton spp.

(Gremxul tal-ilma ta’ denbu qasir li jixbah il-kukkudrilli)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

42

Isurus oxyrinchus u Isurus paucus

(Kelb il-baħar mako)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Dominikana, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Liberja, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, Samoa, is-Senegal, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Togo

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

43

Glaucostegus spp.

(Guitarfishes)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, is-Senegal, Sierra Leone, is-Sri Lanka, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

44

Rhinidae spp.

(Wedgefishes)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Etjopja, l-Unjoni Ewropea, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, l-Indja, il-Ġordan, il-Kenja, il-Libanu, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, il-Filippini, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sri Lanka, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

45

Holothuria (Microthele) fuscogilva, Holothuria (Microthele) nobilis, Holothuria (Microthele) whitmaei

(Bużżi)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

l-Unjoni Ewropea, il-Kenja, is-Senegal, is-Seychelles, l-Istati Uniti tal-Amerka

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

46

Poecilotheria spp.

(Brimb ornamentali)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

is-Sri Lanka, l-Istati Uniti tal-Amerka

Peress li ma hemmx biżżejjed evidenza li l-kummerċ internazzjonali jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-ispeċijiet, l-Unjoni ser tinkoraġġixxi lill-istat tal-medda biex jelenka l-ispeċi fl-Appendiċi III, iżda ma topponix l-elenkar fl-Appendiċi II, jekk jiġi miftiehem mill-CoP b’kunsens. L-Unjoni ser tikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ulterjuri pprovduta mill-proponenti dak il-ħin. Jista’ jkun hemm diffikultajiet fl-implimentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ eżemplari mrobbija fil-magħluq.

0

47

Achillides chikae hermeli

(Mindoro peacock swallowtail)

0 - I

l-Unjoni Ewropea, il-Filippini

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

48

Parides burchellanus

(Riverside swallowtail)

0 - I

Għandu jiġi inkluż fl-App. I

Il-Brażil

Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. L-ispeċi tidher fin-numri tal-kummerċ u minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni, kwalunkwe kummerċ jista’ jkun ta’ detriment.

+

49

Handroanthus spp.,

Tabebuia spp. u

Roseodendron spp.

(Siġar Trumpet)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. I bl-annotazzjoni #6

Il-Brażil

Proposta rtirata.

mhux applikabbli

50

Widdringtonia whytei

(Mulanje Cedar)

0 – II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Il-Malawi

Opponi sakemm il-Malawi ma jippreżentax evidenza ta’ kummerċ internazzjonali ta’ ħsara għall-konservazzjoni tal-ispeċi. L-ispeċi tista’ minflok tibbenefika minn elenkar fl-Appendiċi III. L-Unjoni, madankollu, ma topponix l-elenkar fl-Appendiċi II f’każ ta’ kunsens fil-CoP 18.

(–)

51

Dalbergia sissoo

(rosewood tat-Tramuntana tal-Indja)

II – 0

Ħassar mill-App. II

Il-Bangladesh, il-Bhutan, l-Indja u n-Nepal

L-ispeċi hija komuni u ma tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-App II, iżda huwa probabbli ħafna li xorta tissodisfa l-kriterju li jidhru simili tar-Riż 9.24 (kriterju A tal-Anness 2 b). Din il-proposta għandha titqies ukoll flimkien mal-emendi proposti għall-annotazzjoni #15.

52

Dalbergia spp., Guibourtia demeusei, Guibourtia pellegriniana, Guibourtia tessmannii

(Rosewoods, Palisanders u Bubingas)

Emenda tal- Annotazzjoni # 15

II - II

Emenda l-annotazzjoni #15 kif ġej:

“Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal:

a.

weraq, fjuri, għabra tad-dakra, frott, u żrieragħ;

b.

prodotti lesti sa piż massimu ta’ injam tal-ispeċi elenkati ta’ 500 g għal kull oġġett;

c.

strumenti mużikali lesti, partijiet tal-istrumenti mużikali lesti u aċċessorji tal-istrumenti mużikali lesti;

d.

partijiet u derivati ta’ Dalbergia cochinchinensis i huma koperti mill-annotazzjoni #4;

partijiet u derivati ta’ Dalbergia spp. li joriġinaw u huma esportati mill-Messiku, li huma koperti mill-annotazzjoni #6.”

il-Kanada, l-Unjoni Ewropea

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

53

Pericopsis elata

(rosewood Afrikan)

Emenda għall- Annotazzjoni #5

Espandi l-ambitu tal-annotazzjoni għal Pericopsis elata (bħalissa #5) biex jinkludi l-plywood u l-injam trasformat kif ġej:

“Iz-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, il-plywood u l-injam trasformat (2)

il-Kosta tal-Avorju,l-Unjoni Ewropea

Proposta konġunta mill-Unjoni.

+

54

Pterocarpus tinctorius

(padauk Afrikan)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

Il-Malawi

Appoġġa preferibbilment b’annotazzjoni (potenzjalment, l-annotazzjoni l-ġdida kif proposta għall-Percosis elata fil-Prop. 53). L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi II kif ukoll il-kriterju dwar il-kummerċ (l-isfruttament huwa theddida sinifikanti għall-konservazzjoni tal-ispeċi, fejn il-qtugħ illegali ta’ zkuk sploda matul is-snin riċenti biex tkun issodisfata d-domanda mill-kontinent Ażjatiku). L-inklużjoni fl-Appendiċi II tipprovdi stimulant għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali.

(+)

55

Aloe ferox

(Aloe morra)

Emenda għall-Annotazzjoni #4

II - II

“Emenda l-annotazzjoni #4 għal Aloe ferox kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal:

[…]

f.

prodotti lesti (3) tal-Aloe ferox u l-Euphorbia antisyphilitica ippakkjati u lesti għall-kummerċ bl-imnut.

l-Afrika t’Isfel

Appoġġa iżda ipproponi abbozz ta’ deċiżjoni(jiet) li jagħti lill-PC l-kompitu li jissorvelja l-impatt tal-emenda proposta u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21.

+

56

Adansonia grandidieri

(baobab ta’ Grandidier’s)

Emenda għall-Annotazzjoni #16

II – II

“Żrieragħ, frott, żjut u pjanti ħajjin” għall-elenkar ta’ Adansonia grandidieri fl-Appendiċi II billi titħassar ir-referenza għall-pjanti ħajjin, sabiex tinqara: “#16 Żrieragħ, frott u żjut”

L-Iżvizzera

Appoġġah. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21.

+

57

Cedrela spp.

(Ċedri)

0 - II

Għandu jiġi inkluż fl-App. II

L-Ekwador

Appoġġa biss jekk annotazzjoni hija inkluża fil-proposta bil-ħsieb li jiġu ristretti l-kontrolli tas-CITES għal dawk il-komoditajiet li l-ewwel jidhru fil-kummerċ internazzjonali bħala esportazzjonijiet minn Stati tal-medda (li għandhom jiġu vvalutati u diskussi ma’ proponenti jekk eż. l-annotazjoni l-ġdida kif proposta għal Pericopsis elata fil-Prop. 53 tkun xierqa). Stieden lill-Ekwador biex jikkunsidra r-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta għall-popolazzjonijiet tan-Neotropiċi. L-unità tassonomika tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi kif ukoll dawk kummerċjali għall-elenkar fl-Appendiċi II. L-Unjoni hija importatur minuri madwar id-dinja.

(+)


(1)  Seg. = Segretarjat tas-CITES, SC = Kumitat Permanenti, AC = Kumitat tal-Annimali, PC = Kumitat tal-Pjanti. Għall-kodiċi tal-pajjiż, ara ISO 3166.


Top