EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1328

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1328 tat-18 ta' Frar 2019 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet

ST/5510/2019/INIT

OJ L 207, 7.8.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1328/oj

Related international agreement

7.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 207/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1328

tat-18 ta' Frar 2019

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Novembru 2017 il-Kunsill approva Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati għal ftehim mar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjonijiet tal-Unjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fuq il-bażi tat-test tal-abbozz ta' Ftehim Qafas ta' Parteċipazzjoni approvat mill-Kunsill fit-23 ta' Frar 2004, li jrid jiġi aġġornat kif meħtieġ fid-dawl tal-bidliet sussegwenti li ntlaħaq qbil dwarhom.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà sussegwentement innegozjat il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġjar ta' kriżijiet (“il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top