This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1183
Commission Decision (EU) 2019/1183 of 3 July 2019 on the proposed citizens' initiative entitled ‘A price for carbon to fight climate change’ (notified under document C(2019) 4973)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1183 tat-3 ta' Lulju 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima” (notifikata bid-dokument C(2019) 4973)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1183 tat-3 ta' Lulju 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima” (notifikata bid-dokument C(2019) 4973)
C/2019/4973
ĠU L 185, 11.7.2019, pp. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
11.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1183
tat-3 ta' Lulju 2019
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima”
(notifikata bid-dokument C(2019) 4973)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima” tirreferi għal dan li ġej: “Aħna nitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE li tiskoraġġixxi l-konsum tal-fjuwil fossili, tħeġġeġ l-iffrankar tal-enerġija u l-użu ta' sorsi rinnovabbli biex niġġieldu t-tisħin globali u nillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C.” |
|
(2) |
L-objettivi tal-proposta għal inizjattiva taċ-ċittadini jirreferu għal dan li ġej: “Il-proposta tagħna tintroduċi prezz minimu għall-emissjonijiet tas-C02, li jibda b'EUR 50 għal kull tunnellata ta' CO2 mill-2020 u li jitla' sa EUR 100 sal-2025. Fl-istess ħin, il-proposta għandha tneħħi s-sistema eżistenti ta' kwoti bla ħlas għal min iniġġes fl-UE u tintroduċi mekkaniżmu ta' aġġustament fil-fruntiera fuq importazzjonijiet mhux mill-UE, b'tali mod li tikkumpensa għall-ipprezzar aktar baxx tal-emissjonijiet tas-CO2 fil-pajjiż esportatur. Id-dħul ogħla li jiġi mill-ipprezzar tal-karbonju għandu jiġi allokat għall-politiki Ewropej li jappoġġjaw l-iffrankar tal-enerġija u l-użu ta' sorsi rinnovabbli, u għat-tnaqqis tat-tassazzjoni fuq introjti aktar baxxi.” |
|
(3) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jqawwi aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, fost l-oħrajn, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta'inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(4) |
Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għal inizjattiva taċ-ċittadini jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonati man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini, sabiex tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir iktar aċċessibbli. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tippreżenta proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta ta' inizjattiva taċ-ċittadini ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, f'konformità mal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-kumitat taċ-ċittadini ġie ffurmat u l-persuni ta' kuntatt inħatru skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament, u l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta la tidher li hija manifestament abbużiva, fiergħa jew vessatorja, u lanqas ma tidher li tmur manifestament kontra l-valuri tal-Unjoni, kif stipulati fl-Artikolu 2 tat-TUE. |
|
(8) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima” għalhekk jenħtieġ li tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima” hija b'dan irreġistrata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Lulju 2019.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bit-titolu “Prezz għall-karbonju biex niġġieldu t-tibdil fil-klima”, rappreżentati mis-Sur Marco CAPPATO u mis-Sinjura Monica FRASSONI li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2019.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-Ewwel Viċi President