This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1178
Council Decision (EU) 2019/1178 of 8 July 2019 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Cooperation Committee set up by the Agreement on Cooperation and Customs Union betwee the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of San Marino, of the other part with regard to applicable provisions on organic production and labelling of organic products, and arrangements for imports of organic products
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1178 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, u l-arranġamenti għal importazzjonijiet ta' prodotti organiċi
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1178 tat-8 ta' Lulju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, u l-arranġamenti għal importazzjonijiet ta' prodotti organiċi
ST/8996/2019/INIT
ĠU L 185, 11.7.2019, p. 30–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1178
tat-8 ta' Lulju 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, u l-arranġamenti għal importazzjonijiet ta' prodotti organiċi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/245/KE (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Koperazzjoni għandu jiddetermina f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni li għandha tiġi applikata, fir-rigward ta' pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni, fost l-oħrajn fil-qasam tar-regolamenti veterinarji, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar il-kwalità tal-Unjoni meta meħtieġa għall-funzjonament xieraq tal-Ftehim. |
(3) |
Il-Kumitat ta' Kooperazzjoni irid jadotta deċiżjoni dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli, taħt il-Ftehim, tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, u l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni, billi d-determinazzjoni f'aktar dettall tad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni ser issaħħaħ iċ-ċertezza legali fost il-partijiet tal-Ftehim u ser tappoġġja l-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali bejn l-Unjoni u San Marino. |
(5) |
Konsegwentement, hemm il-ħtieġa li tiġi ċċarata l-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, li tinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3) u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (4) u (KE) Nru 1235/2008 (5). Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-arranġamenti meħtieġa għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi, kif ukoll proċedura li trid tiġi segwita f'każ li tiġi adottata leġislazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi li taffettwa r-referenzi għad-dispożizzjonijiet applikabbli u l-arranġamenti maqbula. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni li jinsab mehmuż ma'din id-Deċiżjoni.
Tibdil minuri fl-abbozz ta' deċiżjoni msemmi fl-ewwel paragrafu jista' jiġi miftiehem mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Kooperazzjoni mingħajr Deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A.-K. PEKONEN
(1) ĠU L 84, 28.3.2002, p. 43.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/245/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar il-konklużjoni ta' ftehim dwar il-koperazzjoni u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino u tal-Protokoll tiegħu wara t-tkabbir li sar fl-1 ta' Jannar 1995 (ĠU L 84, 28.3.2002, p. 41).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2019 TAL-KUMITAT TA' KOOPERAZZJONI UE-SAN MARINO
ta' …
li tikkonċerna d-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi, u l-arranġamenti għal importazzjonijiet ta' prodotti organiċi adottati skont il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra
IL-KUMITAT TA' KOOPERAZZJONI UE-SAN MARINO,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(2), 8(3)(c) u 23(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(4) tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jipprevedi li, fil-kummerċ tal-prodotti agrikoli bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' San Marino, ir-Repubblika ta' San Marino timpenja ruħha li tadotta l-leġislazzjoni ta' kwalità tal-Unjoni fejn meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tal-Ftehim. |
(2) |
Taħt il-ħames inċiż tal-Artikolu 7(1) tal-Ftehim, ir-Repubblika ta' San Marino trid tapplika, fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni (“pajjiżi terzi”), il-leġislazzjoni ta' kwalità tal-Unjoni fejn meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tal-Ftehim. |
(3) |
Sabiex jiġu evitati ostakli għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-unjoni doganali stabbilita mill-Ftehim, huwa xieraq li jiġu determinati f'aktar dettall id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' kwalità tal-Unjoni li huma applikabbli għall-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi fir-Repubblika ta' San Marino, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-arranġamenti rilevanti li jridu jiġu applikati mill-awtoritajiet nazzjonali tagħha. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' prodotti organiċi ppreparati jew prodotti fir-Repubblika ta' San Marino, jenħtieġ ukoll li jiġu stipulati l-arranġamenti rilevanti. |
(6) |
Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista proċedura li trid tiġi segwita f'każ li tiġi adottata leġislazzjoni ġdida tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi li taffettwa r-referenzi għad-dispożizzjonijiet u l-arranġamenti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi huma elenkati fl-Anness A.
Artikolu 2
L-arranġamenti meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi fir-Repubblika ta' San Marino huma stabbiliti fl-Anness B.
Artikolu 3
L-arranġamenti meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta' prodotti organiċi ppreparati jew prodotti fir-Repubblika ta' San Marino huma stabbiliti fl-Anness C.
Artikolu 4
L-emendi tal-Annessi A, B u C kif ukoll arranġamenti prattiċi oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-leġislazzjoni msemmija f'dawk l-Annessi għandhom jiġu maqbula mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet tar-Repubblika ta' San Marino.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …
Għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni
Il-President
ANNESS A
LISTA TA' DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI DWAR IL-PRODUZZJONI ORGANIKA U T-TIKKETTAR TAL-PRODOTTI ORGANIĊI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 (ĠU L 264, 3.10.2008, p. 1), |
— |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1). |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1254/2008 tal-15 ta' Diċembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 80), |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta' Awwissu 2009 (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15), |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 271/2010 tal-24 ta' Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 19), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 344/2011 tat-8 ta' April 2011 (ĠU L 96, 9.4.2011, p. 15), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 426/2011 tat-2 ta' Mejju 2011 (ĠU L 113, 3.5.2011, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta' Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 203/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 42), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal-14 ta' Ġunju 2012 (ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2013 tad-29 ta' April 2013 (ĠU L 118, 30.4.2013, p. 5), |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal-24 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1364/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 29), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2014 tat-8 ta' April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 7), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 836/2014 tat-31 ta' Lulju 2014 (ĠU L 230, 1.8.2014, p. 10), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/673 tad-29 ta' April 2016 (ĠU L 116, 30.4.2016, p. 8), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 tal-14 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 19), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/838 tas-17 ta' Mejju 2017 (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 5), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2273 tat-8 ta' Diċembru 2017 (ĠU L 326, 9.12.2017, p. 42), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta' Ottubru 2018 (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 1). |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25), kif emendat bi:
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2009 tad-19 ta' Ġunju 2009 (ĠU L 159, 20.6.2009, p. 6), |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2010 tal-31 ta' Mejju 2010 (ĠU L 134, 1.6.2010, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2011 tal-20 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 9), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1084/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 3), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1267/2011 tas-6 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 324, 7.12.2011, p. 9), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2012 tal-14 ta' Frar 2012 (ĠU L 41, 15.2.2012, p. 5), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 508/2012 tal-20 ta' Ġunju 2012 (ĠU L 162, 21.6.2012, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 751/2012 tas-16 ta' Awwissu 2012 (ĠU L 222, 18.8.2012, p. 5), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 125/2013 tat-13 ta' Frar 2013 (ĠU L 43, 14.2.2013, p. 1), |
— |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 567/2013 tat-18 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 167, 19.6.2013, p. 30), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 586/2013 tal-20 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 169, 21.6.2013, p. 51), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 442/2014 tat-30 ta' April 2014 (ĠU L 130, 1.5.2014, p. 39), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2014 tas-16 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 177, 17.6.2014, p. 42), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tat-30 ta' Lulju 2014 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 (ĠU L 348, 4.12.2014, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/131 tas-26 ta' Jannar 2015 (ĠU L 23, 29.1.2015, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/931 tas-17 ta' Ġunju 2015 (ĠU L 151, 18.6.2015, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1980 tal-4 ta' Novembru 2015 (ĠU L 289, 5.11.2015, p. 6), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/459 tat-18 ta' Marzu 2016 (ĠU L 80, 31.3.2016, p. 14), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/910 tad-9 ta' Ġunju 2016 (ĠU L 153, 10.6.2016, p. 23), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1330 tat-2 ta' Awwissu 2016 (ĠU L 210, 4.8.2016, p. 43), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1842 tal-14 ta' Ottubru 2016 (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 19), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2259 tal-15 ta' Diċembru 2016 (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 4), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/872 tat-22 ta' Mejju 2017 (ĠU L 134, 23.5.2017, p. 6), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1473 tal-14 ta' Awwissu 2017 (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 4), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1862 tas-16 ta' Ottubru 2017 (ĠU L 266, 17.10.2017, p. 1), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2329 tal-14 ta' Diċembru 2017 (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 29), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/949 tat-3 ta' Lulju 2018 (ĠU L 167, 4.7.2018, p. 3), |
— |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta' Jannar 2019 (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 106). |
kif ikkoreġut bi:
|
ĠU L 28, 4.2.2015, p. 48 (1287/2014), |
|
ĠU L 241, 17.9.2015, p. 51 (2015/131). |
ANNESS B
ARRANĠAMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2
1. |
Il-prodotti organiċi importati fir-Repubblika ta' San Marino minn pajjiżi terzi għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' spezzjoni kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. |
2. |
Ir-Repubblika ta' San Marino għandha tuża s-Sistema elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti (TRACES) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE (1) biex tipproċessa ċ-ċertifikati elettroniċi ta' spezzjoni għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi. |
3. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi fir-Repubblika ta' San Marino, il-verifika tal-konsenja u l-approvazzjoni taċ-ċertifikati ta' spezzjonijiet li jużaw it-TRACES għandhom jitwettqu f'isem ir-Repubblika ta' San Marino mill-uffiċċji doganali elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni Omnibus Nru 1/2010 (2). |
4. |
Għall-finijiet tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, ir-Repubblika ta' San Marino tista' tintalab biex taġixxi bħala korelatur. Ir-Repubblika ta' San Marino tista' taċċetta dan il-kompitu fid-diskrezzjoni tagħha stess. |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).
(2) Id-Deċiżjoni “Omnibus” Nru 1/2010 tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni UE – San Marino tad- 29 ta' Marzu 2010 li tistabbilixxi diversi miżuri ta' implimentazzjoni għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni u Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino (ĠU L 156, 23.6.2010, p. 13).
ANNESS C
ARRANĠAMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
1. |
Fl-Artikoli rilevanti tar-Regolamenti elenkati fl-Anness A, it-terminu “Stat Membru” jew “Stati Membri” għandu jinftiehem li jinkludi r-Repubblika ta' San Marino. |
2. |
Meta l-Artikoli rilevanti tar-Regolamenti elenkati fl-Anness A jipprevedu li Stat Membru jrid jieħu deċiżjoni jew irid jagħmel komunikazzjoni jew notifika, din id-deċiżjoni għandha tittieħed jew din il-komunikazzjoni jew in-notifika għandha ssir mill-awtoritajiet tar-Repubblika ta' San Marino. Dawk l-awtoritajiet għandhom iqisu l-opinjonijiet tal-kumitati xjentifiċi tal-Unjoni u jużaw bħala bażi għad-deċiżjonijiet tagħhom il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-regoli tal-imġiba amministrattiva adottati mill-Kummissjoni Ewropea. |