EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1095

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1095 tal-25 ta' Ġunju 2019 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina u għar-Russja fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, tal-bżieżaq tal-awrina u tal-imsaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2019) 4285) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/4285

OJ L 173, 27.6.2019, p. 93–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1095/oj

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/93


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1095

tal-25 ta' Ġunju 2019

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina u għar-Russja fil-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u tal-istonku, tal-bżieżaq tal-awrina u tal-imsaren ittrattati

(notifikata bid-dokument C(2019) 4285)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, tal-bżieżaq tal-awrina u tal-imsaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-komoditajiet”).

(2)

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-komoditajiet, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti msemmija f'dik il-Parti tal-Anness. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin f'ordni dekrexxenti tal-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali li għandhom l-għan li jeliminaw.

(3)

Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li tiġi elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet li jkunu nkisbu minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jsir tranżitu ta' tjur u ta' ċerti prodotti tat-tjur. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif reċentement emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/298 (4), jawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-laħam tat-tjur mill-Bożnija-Ħerzegovina, abbażi tar-riżultat favorevoli ta' awditu mill-Kummissjoni li jevalwa l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal-laħam tat-tjur maħsub għall-Unjoni. Dak l-awditu evalwa wkoll il-kontrolli tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ għal prodotti tal-laħam minn tjur u minn annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti), b'riżultat favorevoli. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE jenħtieġ ukoll li tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) li jkunu għaddew minn trattament “A” li mhuwiex speċifiku u l-Bożnija-Ħerzegovina jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak il-għan. Barra minn hekk, l-entrata attwali għal dak il-pajjiż terz f'dak l-Anness trid tiġi adattata biex tkopri din l-awtorizzazzjoni l-ġdida. Għaldaqstant, l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina f'dak l-Anness jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE bħalissa tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) mir-Russja, diment li dawk il-komoditajiet ikunu għaddew minn trattament “A” li mhuwiex speċifiku u r-Russja tkun elenkata kif xieraq fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak il-għan.

(6)

Fis-17 ta' Novembru 2016, ir-Russja kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha. Minn Novembru 2016 'l hawn, ir-Russja kkonfermat diversi tifqigħat tal-HPAI f'azjendi tat-tjur fit-territorju tagħha. Minħabba dawk it-tifqigħat sa minn Novembru 2016, ir-Russja ma tistax titqies bħala ħielsa minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal fl-Unjoni l-vajrus tal-HPAI, jenħtieġ li l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' komoditajiet miksuba minn tjur u annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti) mir-Russja tiġi awtorizzata, iżda bil-kundizzjoni li dawn il-komoditajiet ikun sarilhom it-trattament “D” li huwa speċifiku, kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. Għaldaqstant, l-entrata għar-Russja fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/298 tal-20 ta' Frar 2019 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrati għall-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha (ĠU L 50, 21.2.2019, p. 20).


ANNESS

Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali selvaġġi solipedi

Leporidae selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammali tal-art selvaġġi tal-kaċċa (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

“BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

A (3)

XXX

XXX

XXX

A

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX”

(2)

l-entrata għar-Russja hija sostitwita b'dan li ġej:

Kodiċi ISO

Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

1.

Annimali bovini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-ħnieżer)

Annimali ovini/kaprini domestiċi

1.

Annimali porċini domestiċi

2.

Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħnieżer)

Annimali solipedi domestiċi

1.

Tjur

2.

Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

Ratiti mrobbija

Fniek domestiċi u liebri mrobbija

Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

Ħnieżer selvaġġi

Annimali selvaġġi solipedi

Leporidae selvaġġi (fniek u liebri)

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Mammali tal-art selvaġġi tal-kaċċa (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae)

“RU

Ir-Russja RU

XXX

XXX

XXX

XXX

D

XXX

A

C

C

XXX

A

XXX

A

Ir-Russja (3)

RU-1

C

C

C

B

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

Ir-Russja

RU-2

C jew D1

C jew D1

C

B

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX

XXX”


Top