EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1088

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1088 tas-6 ta' Ġunju 2019 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)

ST/8917/2019/INIT

OJ L 173, 27.6.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1088/oj

Related international agreement

27.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1088

tas-6 ta' Ġunju 2019

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019–2024)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) li jikkonkludi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (“il-Ftehim”) (2). Il-Ftehim daħal fis-seħħ fil-15 ta' April 2008, ġie mġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ.

(2)

Fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill iddeċieda fit-28 ta' Frar 2017 li jawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mar-Repubblika tal-Guinea-Bissau għall-konklużjoni ta' protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim.

(3)

Il-protokoll preċedenti tal-Ftehim skada fit-23 ta' Novembru 2017.

(4)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem l-Unjoni, protokoll ġdid. B'riżultat ta' dawk in-negozjati l-protokoll il-ġdid ġie inizjalat fil-15 ta' Novembru 2018.

(5)

L-għan tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) (“il-Protokoll”) huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli, l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Guinea-Bissau u l-isforzi tal-Guinea-Bissau biex tiżviluppa ekonomija blu.

(6)

Sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni jinbdew malajr, jenħtieġ li l-Protokoll jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-iffirmar tiegħu.

(7)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem Unjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (2019-2024) huwa b'dan awtorizzat soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew lill-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu (3), sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BIRCHALL


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).

(2)  Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea-Bissau għall-perjodu mis-16 ta' Ġunju 2007 sal-15 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 342, 27.12.2007, p. 5).

(3)  Id-data li minnha għandu jiġi applikat provviżorjament il-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top