EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0995

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/995 tas-17 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/4360

OJ L 160, 18.6.2019, p. 28–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/995/oj

18.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/995

tas-17 ta' Ġunju 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jeħtieġ li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu rriċiklati jkunu riċiklati biss f'faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti ppubblikata skont l-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-Lista Ewropea hija stipulata fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2).

(3)

Id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni l-awtorità kompetenti awtorizzat żewġ faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (3) li jinsabu fit-territorju tagħha, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dawk il-faċilitajiet biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet.

(4)

Wara li ġie inkorporat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (4), in-Norveġja infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti awtorizzat ħames faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (5) li jinsabu fit-territorju tagħha, skont l-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament. Id-Danimarka pprovdiet lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti għal dawk il-faċilitajiet biex jiġu inklużi fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dawk il-faċilitajiet.

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 għal faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (6) li tinsab fit-Turkija biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta' sostenn li ngħataw jew li nġabru skont l-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament biex twettaq riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-lista Ewropea tiġi aġġornata biex tinkludi dik il-faċilità.

(6)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkoreġut żball relatat mal-informazzjoni dwar l-Artikolu 16(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 inkluża fil-Lista Ewropea għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Finlandja.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta' Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).

(3)  FAYARD A/S u Stena Recycling A/S

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 257/2018 tal-5 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  AF Offshore Decom, Green Yard AS, Kvaerner AS (Stord), Lutelandet Industrihamn u Norscrap West AS

(6)  Isiksan Gemi Sokum Pazarlama Ve Tic. Ltd. Sti.


ANNESS

“ANNESS

IL-LISTA EWROPEA TAL-FAĊILITAJIET TA' RIĊIKLAĠĠ TAL-BASTIMENTI, SKONT L-ARTIKOLU 16 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1257/2013

PARTI A

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (2)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

IL-BELĠJU

NV Galloo Recycling Ghent

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

Il-Belġju

Telefown: +32(0)9/251 25 21

Posta elettronika: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 265 metru

 

Il-wisa': 37 metru

 

Il-pixka: 12,5-il metru

 

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30 jum

34 000  (4)

Il-31 ta' Marzu 2020

ID-DANIMARKA

FAYARD A/S

Kystvejen 100

DK-5330 Munkebo

Id-Danimarka

www.fayard.dk

Telefown: +45 7592 0000

Posta elettronika: fayard@fayard.dk

Dekommissjonar u riċiklaġġ tal-baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 415-il metru

 

Il-wisa': 90 metru

 

Il-pixka: 7,8 metri

Il-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata skont il-leġiżlazzjoni applikabbli u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Permess Ambjentali tas-7 ta' Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi kundizzjonijiet għas-sigħat ta' operat, il-kundizzjonijiet ta' operat speċjali, l-immaniġġjar u l-ħżin ta' skart u kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f'baċir imbattal mill-ilma.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum.

0 (5)

Is-7 ta' Novembru 2023

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenaa

Id-Danimarka

www.fornaes.dk

Telefown: +45 86326393

Posta elettronika: recycling@fornaes.dk

Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-pixka: 6 metri

 

GT: 10 000

Il-Muniċipalità ta' Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż f'faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum.

30 000  (6)

It-30 ta' Ġunju 2021

Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)

Sandholm 60

9900 Frederikshavn

Id-Danimarka

Sit web: http://www.modernamericanrecyclingservices.com/

Posta elettronika: kim@mars-eu.dk

Qtugħ u qtugħ bil-fjamma wara li l-oġġett għaż-żarmar ikun tqiegħed f'faċilità ta' skal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 290 metru

 

Il-wisa': 90 metru

 

Il-pixka: 14-il metru

Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta' Marzu 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Frederikshavn

Il-muniċipalità ta' Frederikshavn għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti.

Il-faċilità ma għandhiex taħżen skart perikoluż għal aktar minn sena.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum.

0 (7)

It-23 ta' Awwissu 2023

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

Id-Danimarka

www.smedegaarden.net

Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 170 metru

 

Il-wisa': 40 metru

 

Il-pixka: 7,5 metri

 

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

20 000  (8)

Il-15 ta' Settembru 2021

Stena Recycling A/S

Grusvej 6

6700 Esbjerg

ID-DANIMARKA

Telefown: +45 20699190

Sit web: https://www.stenarecycling.dk/

Posta elettronika: jakob.kristensen@stenarecycling.com

Qtugħ u qtugħ bil-fjamma wara li l-oġġett għaż-żarmar ikun tqiegħed f'żona magħluqa għal kontra l-għargħar b'artijiet impermeabbli u b'sistemi effettivi ta' drenaġġ

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 40 metru Il-wisa': 40 metru Il-pixka: 10 metri

Il-kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti huma definiti fil-Permess Ambjentalital-5 ta' Ottubru 2017 maħruġ mill-Muniċipalità ta' Esbjerg.

Il-muniċipalità ta' Esbjerg għandha d-dritt talloka skart perikoluż lil faċilitajiet ta' akkoljenza approvati mil-lat ambjentali, kif stipulat fil-Permess Ambjentali għall-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 14-il jum

0 (9)

Is-7 ta' Frar 2024

L-ESTONJA

BLRT Refonda Baltic OÜ

Kopli 103, 11712 Tallinn, L-Estonja

Telefown: +372 610 2933

Faks: +372 610 2444

Posta elettronika: refonda@blrt.ee

www.refonda.ee

Fil-wiċċ mal-moll u fil-baċir f'wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 197 metru

 

Il-wisa': 32 metru

 

Il-pixka: 9,6 metri

 

GT: 28 000

Il-permess għall-iskart Nru L.JÄ/327249. Il-liċenzja tal-ġestjoni tal-iskart perikoluż Nru 0222. Ir-Regoli tal-Port Vene-Balti, Il-Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta' Ġestjoni Ambjentali, Ġestjoni tal-Iskart EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista' tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b'perjodu ta' rieżami massimu ta' 30-il jum.

21 852  (10)

Il-15 ta' Frar 2021

SPANJA

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta' “El Musel”

Gijon

Spanja

Telefown: +34 630 14 44 16

Posta elettronika: abarredo@ddr-vessels.com

Rampa għaż-żarmar

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, ħlief bastimenti nukleari.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 169,9 metru

(Bastimenti b'daqs ikbar minn dan li waqt it-tħaddim tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx, skont ir-riżultat ta' studju tal-vijabilità ddettaljat)

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita mill-Harbour Masters Office tal-port fejn tinsab il-faċilità

0 (11)

It-28 ta' Lulju 2020

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 LE TRAIT

Telefown: (+ 33) (0)7 69 79 12 80

Posta elettronika: patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 140 metru

 

Il-wisa': 25 metru

 

Il-fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent

0 (12)

Il-11 ta' Diċembru 2022

GARDET & DE BEZENAC Recycling/Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT – GIE MUG

616, Boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

Franza

Telefown: +33(0)2 35 95 16 34

Posta elettronika: infos@gardet-bezenac.com

Li jżomm f'wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 18-il metru

 

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

16 000  (13)

It-30 ta' Diċembru 2021

Grand Port Maritime de Bordeaux

152, Quai de Bacalan - CS 41320 - 33082 Bordeaux Cedex

Franza

Telefown: +33(0)5 56 90 58 00

Posta elettronika: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 240 metru

 

Il-wisa': 37 metru

 

Il-fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

18 000  (14)

Il-21 ta' Ottubru 2021

Les Recycleurs bretons

Zone Industrielle de Kerbriant - 29 610 Plouigneau

Franza

Telefown: +33(0)2 98 01 11 06

Posta elettronika: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (baċir imbattal mill-ilma):

 

It-tul: 225 metru

 

Il-wisa': 34 metru

 

Il-fond: 27 metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru tal-Ambjent.

5 500  (15)

L-24 ta' Mejju 2021

L-ITALJA

San Giorgio del Porto S.p.A.

Calata Boccardo 8

16128 – Genova –

L-Italja

Telefown:+39 (0)10 251561

Posta elettronika: segreteria@sgdp.it; sangiorgiodelporto@legalmail.it

www.sgdp.it

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 350 metru

 

Il-wisa': 75 metru

 

L-immersjoni (il-pixka): 16-il metru

 

GT: 130 000

Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità ta' Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013

Approvazzjoni espliċita

38 564  (16)

Is-6 ta' Ġunju 2023

IL-LATVJA

A/S “Tosmares kuģubūvētava”

Ģenerāļa Baloža street 42/44, Liepaja, LV-3402

Il-Latvja

Telefown: +371 63401919

Posta elettronika: shipyard@tosmare.lv

Żarmar ta' bastimenti (irmiġġ fl-ilma u baċir imbattal mill-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 metru

 

Il-wisa': 22 metru

 

Il-fond: 7 metri

 

DWT:14 000

 

GT: 200 - 12 000

 

Il-piż: 100 – 5 000 tunnellati

 

LDT: 100 -5 000

Ara l-permess nazzjonali Nru LI10IB0024.

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

0 (17)

Il-11 ta' Ġunju 2020

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (irmiġġ 133 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Telefown: +370 (46) 365776

Faks: +370 (46) 365776

Posta elettronika: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 130 metru

 

Il-wisa': 35 metru

 

Il-fond: 10 metri

 

GT: 3 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

1 500  (18)

Is-17 ta' Marzu 2020

UAB Armar

Minijos 180 (irmiġġi 127 A, 131 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Telefown: +370 685 32607

Posta elettronika: armar.uab@gmail.com; albatrosas33@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (irmiġġ 127 A):

 

It-tul: 80 metru

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 6 metri

 

GT: 1 500

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastimenti (irmiġġ 131 A):

 

It-tul: 80 metru

 

Il-wisa': 16-il metru

 

Il-fond: 5 metri

 

GT: 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-16/2015 (irmiġġ 127 A)

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017 (irmiġġ 131 A)

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

3 910  (19)

Is-17 ta' Marzu 2020

(irmiġġ 127 A)

Id-19 ta' April 2022

(irmiġġ 131 A)

UAB Vakaru refonda

Minijos 180 (irmiġġi 129, 130, 131 A, 131, 132, 133 A), LT 93269, Klaipėda,

Il-Litwanja

Telefown: +370 (46) 483940/483891

Faks: +370 (46) 483891

Posta elettronika: refonda@wsy.lt

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 230 metru

 

Il-wisa': 55 metru

 

Il-fond: 14-il metru

 

GT: 70 000

Ara l-permess nazzjonali Nru (11.2)-30-161/2011/TL-KL.1-18/2015

Approvazzjoni espliċita - notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta' xogħol

20 140  (20)

Il-21 ta' Mejju 2020

IN-NETHERLANDS

Keppel-Verolme

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam-Botlek

In-Netherlands

Telefown: +31 18 123 43 53

Posta elettronika: mzoethout@keppelverolme.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 405 metri

 

Il-wisa': 90 metru

 

Il-fond: 11,6-il metru

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

52 000  (21)

Il-21 ta' Lulju 2021

Scheepssloperij Nederland B.V.

Havenweg 1; 3295 XZ s-Gravendeel

Postbus 5234; 3295 ZJ s-Gravendeel

In-Netherlands

Telefown: +3178 673 60 55

Posta elettronika: info@sloperij-nederland.nl

Tkissir ta' bastimenti

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 33 metru

 

Il-fond: 6 metri

 

Għoli: 45 metru (Botlekbridge)

L-operazzjonijiet ta' riċiklaġġ jibdew fuq l-ilma biex il-buq jitħaffef; il-winċ biex iqandel il-vapuri għal fuq ir-rampa jiflaħ 2 000 tunnellata.

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta' ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

9 300  (22)

Is-27 ta' Settembru 2021

IN-NORVEĠJA

AF Offshore Decom

Raunesvegen 597,

5578 Nedre Vats

In-Norveġja

https://afgruppen.no/selskaper/af-offshore-decom/

Żarmar fil-moll u ċaqliq sussegwenti tal-buq għal mal-moll.

Ġestjoni tal-iskart u skreppjar fuq wiċċ impermeabbli b'sistemi effettivi ta' drenaġġ.

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 290 metru

 

Il-fond: 23 metru

Il-faċilità AF tista' tirċievi wkoll riggijiet u pjattaformi semisommerġibbli

Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T

Approvazzjoni espliċita

20 000  (23)

It-28 ta' Jannar 2024

Green Yard AS

Angholmen,

4485 Feda,

In-Norveġja

www.greenyard.no

Faċilità fuq ġewwa fuq skal. L-operazzjonijiet ewlenin ta' żarmar iridu jsiru fuq ġewwa.

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Il-wisa': 25 metru

 

It-tul: l-ebda limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T

Il-permess jistabbilixxi limiti fuq ix-xogħol li jista' jsir fuq barra biex il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu f'faċilità fuq ġewwa.

Approvazzjoni espliċita

0 (24)

It-28 ta' Jannar 2024

Kvaerner AS (Stord)

Eldøyane 59,

5411 Stord,

In-Norveġja

www.kvaerner.com

Irmiġġ fl-ilma u skal. Il-bastimenti l-kbar se jkunu parzjalment dekummissjonati fuq il-moll sakemm il-buq ikun jista' jittella' fuq l-iskal.

Ix-xogħol kollu ulterjuri ta' dekummissjonar isir fuq planki tal-konkos b'sistema ta' drenaġġ konnessa ma' faċilità ta' trattament tal-ilma.

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 230 metru

 

Il-wisa': l-ebda limitu

Il-faċilità Kvaerner tista' wkoll tilqa' strutturi tal-wiċċ (topsides) u strutturi ta' rfid b'pedament kannizzata (jacket) u installazzjonijiet semisommerġibbli

Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T

Approvazzjoni espliċita

60 000  (25)

It-28 ta' Jannar 2024

Lutelandet Industrihamn

Lutelandet Offshore AS

6964 Korssund,

In-Norveġja

www.lutelandetoffshore.com

Żarmar mal-moll, imtella' fuq l-art għall-iskreppjar fuq wiċċ impermeabbli b'sistemi ta' drenaġġ u ta' trattament.

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Il-faċilità Lutelandet tista' wkoll tilqa' strutturi tal-wiċċ (topsides) u strutturi ta' rfid b'pedament kannizzata (jacket) u installazzjonijiet semisommerġibbli

Ara l-permess nazzjonali

Nru 2014.0646.T

Approvazzjoni espliċita

7 000  (26)

It-28 ta' Jannar 2024

Norscrap West AS

Hanøytangen 122,

5310 Hauglandhella,

In-Norveġja

www.norscrap.no

Skal li jżomm f'wiċċ l-ilma.

Barra minn hekk, huwa fakultattiv skont il-kumplessità:

1.

Żarmar mal-moll u skreppjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b'sistema effettiva ta' drenaġġ

2.

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 150 metru

 

Il-wisa': 34 metru

 

LDT: 8 000 tunnellata ta' skal li jżomm f'wiċċ l-ilma. Jiżdied skont il-metodi ta' riċiklaġġ.

Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T

Approvazzjoni espliċita

4 500  (27)

L-1 ta' Marzu 2024

IL-PORTUGALL

Navalria - Docas, Construções e Reparações Navais

Porto Comercial, Terminal Sul, Apartado 39, 3811-901 Aveiro

Il-Portugall

Telefown: +351 234 378 970, +351 232 767 700

Posta elettronika: info@navalria.pt

Żarmar f'baċir imbattal mill-ilma,

dekontaminazzjoni u żarmar fuq pjan orizzontali u inklinat, skont id-daqs tal-bastiment

Il-kapaċità nominali tal-pjan orizzontali: 700 tunnellata

 

Il-kapaċità nominali tal-pjan inklinat: 900 tunnellata

Il-kundizzjonijiet applikati għall-attività huma definiti fl-ispeċifikazzjonijiet annessi mat-Titolu AL nru 5/2015/CCDRC, tas-26 ta' Jannar 2016

Approvazzjoni espliċita

1 900  (28)

Is-26 ta' Jannar 2020

IL-FINLANDJA

Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd)

Navirentie, 21110 Naantali

Il-Finlandja

Telefown: +358 2 44 511

Posta elettronika try@turkurepairyard.com

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 250 metru

 

Il-wisa': 40 metru

 

Il-pixka: 7,9 metri

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita

20 000  (29)

L-1 ta' Ottubru 2023

IR-RENJU UNIT

Able UK Limited

Teesside Environmental Reclamation and Recycling Centre

Graythorp Dock

Tees Road

Hartlepool

Cleveland

TS25 2DB

Ir-Renju Unit

Telefown: +44(0)1642 806080

Posta elettronika: info@ableuk.com

Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 337,5 metru

 

Il-wisa': 120 metru

 

Il-pixka: 6,65 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat b'permess (ir-Referenza EPR/VP3296ZM) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

66 340  (30)

Is-6 ta' Ottubru 2020

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgu

EH6 7DR

Kuntatt:

Telefown: +44(0)131 454 3380

Posta elettronika:

leithadmin@dalesmarine.co.uk; b.robertson@dalesmarine.co.uk

Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kwalunkwe bastiment sa massimu ta' 7 000 tunnellata

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 165 metru

 

Il-wisa': 21 metru

 

Il-pixka: 7,7 metri

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013. Is-sit huwa awtorizzat b'liċenzja (Ref: WML L 1157331) li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (31)

It-2 ta' Novembru 2022

Harland and Wolff Heavy Industries Limited

Queen's Island

Belfast

BT3 9DU

Ir-Renju Unit

Telefown: +44(0)2890 458456

Posta elettronika: trevor.hutchinson@harland-wolff.com

Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment bid-dimensjonijiet iddettaljati fil-Pjan ta' Ħidma miftiehem.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Il-baċir prinċipali (l-ikbar) huwa ta' 556 m x 93 m x 1,2 m DWT, u jista' jieħu bastimenti li ma jaqbżux dan il-qies. Dan l-akbar baċir imbattal mill-ilma huwa ta' 1,2 miljun DWT.

Din il-faċilità għandha Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat b'liċenzja għall-ġestjoni tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni LN/07/21/V2 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

13 200  (32)

It-3 ta' Awwissu 2020

Swansea Drydock Ltd

Prince of Wales Dry Dock

Swansea

Wales

SA1 1LY

Ir-Renju Unit

Telefown: +44(0)1792 654592

Posta elettronika: info@swanseadrydocks.com

Żarmar ta' bastimenti u trattament assoċjat awtorizzati f'baċir imbattal mill-ilma, u rmiġġ fl-ilma

Kull bastiment fil-limiti tad-dimensjonijiet awtorizzati fil-permess.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 200 metru

 

Il-wisa': 27 metru

 

Il-pixka: 7 metri

Is-sit għandu Pjan għall-Faċilità tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2013.

Is-sit huwa awtorizzat b'permess (ir-Referenza EPR/UP3298VL) li jillimita l-operazzjonijiet u jimponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

7 275  (33)

It-2 ta' Lulju 2020

PARTI B

Il-faċilitajiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f'pajjiż terz

Isem il-faċilità

Metodu tar-riċiklaġġ

Tip u daqs ta' bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet għall-operat tal-faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (34)

Ammont massimu annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f'sena partikolari f'dik il-faċilità, espress bħala LDT (35)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (36)

IT-TURKIJA

Isiksan Gemi Sokum Pazarlama Ve Tic. Ltd. Sti.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 22 Aliağa

İzmir 35800

It-Turkija

Telefown: +90232618 21 65

Posta elettronika: info@isiksangemi.com

Metodu ta' żbark

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: l-ebda limitu

 

Il-wisa': 75 metru

 

Il-pixka: 17-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

91 851  (37)

Is-7 ta' Lulju 2024

LEYAL GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET LTD.

Gemi Söküm Tesisleri, Parcel 3-4 Aliaga,

Izmir 35800,

It-Turkija

Telefown: +902326182030

Posta elettronika:info@leyal.com.tr

Metodu ta' żbark

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: l-ebda limitu

 

Il-wisa': 100 metru

 

Il-pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment.

L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

55 495  (38)

Id-9 ta' Diċembru 2023

LEYAL-DEMTAŞ GEMİ SÖKÜM SANAYİ ve TİCARET A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri, Parcel 25 Aliaga,

Izmir 35800,

It-Turkija

Telefown: +902326182065

Posta elettronika: demtas@leyal.com.tr

Metodu ta' żbark

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: l-ebda limitu

 

Il-wisa': 63 metru

 

Il-pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess taż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban, u Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar ta' Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru tat-Trasport, l-Affarijiet Marittimi u l-Komunikazzjoni, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li skonthom topera l-faċilità.

L-iskart perikoluż jiġi mmaniġġjat mill-SRAT (l-Assoċjazzjoni tar-Riċiklaġġ tal-Bastimenti tat-Turkija) li topera bil-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ippjanar Urban.

Approvazzjoni taċita

Il-pjan ta' riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP) huwa parti minn sett ta' dokumenti, stħarriġ u permessi/liċenzji li huma ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta' bastiment.

L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

50 350  (39)

Id-9 ta' Diċembru 2023

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

International Shipbreaking Limited L.L.C

18601 R.L Ostos Road Brownsville TX, 78521

L-Istati Uniti

Telefown: 956-831-2299

Posta elettronika: chris.green@internationalshipbreaking.com

robert.berry@internationalshipbreaking.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

It-tul: 335 metru

 

Il-wisa': 48 metru

 

Il-pixka: 9 metri

Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma ddefiniti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali, mill-Kummissjoni ta' Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta' Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti.

L-Att dwar il-Kontroll ta' Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta' bastimenti b'bandiera barranija li fihom konċentrazzjonijiet ta' PCB akbar minn 50 parti għal kull miljun.

Il-faċilità għandha żewġ rampi tal-iskal għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (rampa tal-iskal tal-Lvant u rampa tal-iskal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati biss fuq ir-rampa tal-iskal tal-Lvant.

Bħalissa ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' riċiklaġġ tal-bastimenti

120 000  (40)

Id-9 ta' Diċembru 2023


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(2)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 30 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 50 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 18 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 23 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 18 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 23 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 10 000 LDT fis-sena.

(16)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 60 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 15 000 LDT fis-sena.

(18)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(19)  Skont il-permessi tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 12 000 LDT fis-sena (6 000 LDT għal kull irmiġġ).

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 45 000 LDT fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 100 000 LDT fis-sena.

(22)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 45 000 LDT fis-sena.

(23)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 75 000 LDT fis-sena.

(24)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 30 000 LDT fis-sena.

(25)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 60 000 LDT fis-sena.

(26)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 200 000 LDT fis-sena.

(27)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 100 000 LDT fis-sena.

(28)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 5 000 LDT fis-sena.

(29)  Skont l-informazzjoni sottomessa, il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 40 000 LDT fis-sena.

(30)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 230 000 LDT fis-sena.

(31)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 7 275 LDT fis-sena.

(32)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 300 000 LDT fis-sena.

(33)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta' 74 999 LDT fis-sena.

(34)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti.

(35)  Kif imsemmi fit-tielet sentenza tal-Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(36)  L-inklużjoni ta' faċilità ta' riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f'pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta' dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(37)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 120 000 LDT fis-sena.

(38)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 80 000 LDT fis-sena.

(39)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 60 000 LDT fis-sena.

(40)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta' riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta' 120 000 LDT fis-sena.


Top