Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0703

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/703 tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ST/12254/2014/INIT

OJ L 120, 8.5.2019, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/703/oj

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/703

tat-8 ta' Ottubru 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-konklużjoni ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, (1) biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess fis-16 ta' Ottubru 2013.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Kanada u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna jew persuni biex tingħatalhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LUPI


(1)  It-test tal-Ftehim hu ppubblikat fil-ĠU L 207, 6.8.2010, p. 32.

(2)  It-test tal-Protokoll se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top