EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0469

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/469 tal-20 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi f'relazzjoni mal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2019) 2044) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/2044

OJ L 80, 22.3.2019, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/469/oj

22.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/47


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/469

tal-20 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri protettivi f'relazzjoni mal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2019) 2044)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE (3) stabbiliet ċerti miżuri protettivi li għandhom jittieħdu mill-Italja wara l-avvenimenti tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) f'ċerti żoni, oriġinarjament fir-reġjuni tal-Calabria u ta' Sqallija. Wara l-iżviluppi epidemjoloġiċi, dawk il-miżuri bħalissa huma limitati għar-reġjun tal-Calabria u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE tapplika sal-31 ta' Marzu 2019.

(2)

L-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar diversi okkorrenzi ġodda tal-koleotteru tal-ġabsala f'Calabria fit-tieni nofs tal-2018 u infurmata wkoll dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fi Frar 2019 li turi li l-infestazzjonijiet tal-koleotteru tal-ġabsala għadhom iseħħu fil-Calabria.

(3)

L-applikazzjoni tal-miżuri protettivi previsti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża sal-21 ta' April 2021, filwaqt li jitqies il-fatt li r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li jipprevedi miżuri ta' salvagwardja fil-każ ta' mard tal-annimali, japplika mill-21 ta' April 2021.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/909/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-21 ta' April 2021.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċizjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/909/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 161).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).


Top