Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0451

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/451 tad-19 ta' Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/2028

OJ L 77, 20.3.2019, p. 80–82 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/451/oj

20.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/451

tad-19 ta' Marzu 2019

dwar l-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(5) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-manifatturi jridu jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fl-istandards armonizzati, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk l-istandards b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali tagħhom.

(2)

Permezz tal-ittri M/109 tad-29 ta' Awwissu 1996, M/130 tad-29 ta' Jannar 1999, M/139 tas-26 ta' Ġunju 2001, M/122 tal-14 ta' Diċembru 1998 u M/135 tal-5 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni għamlet talbiet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar ta' standards armonizzati b'appoġġ għad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (2) (“mandati”). Ir-referenzi ta' standards armonizzati abbozzati abbażi ta' mandati huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Il-mandati jippermettu li ssir reviżjoni tal-istandards armonizzati abbozzati abbażi tagħhom. Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi kif ukoll ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, is-CEN irreveda bosta minn dawk l-istandards armonizzati. B'mod partikolari, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati għall-prodotti li ġejjin: is-sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u s-sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien, il-lavanji u l-fittings tas-siment tal-fibra, il-ħġieġ fil-bini u l-folji ċatti tas-siment tal-fibra.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat jekk l-istandards armonizzati reveduti mis-CEN humiex f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011.

(5)

L-istandards armonizzati reveduti mis-CEN huma f'konformità mal-mandati rilevanti u mar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu ppubblikati r-referenzi ta' dawk l-istandards f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

F'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, irid jiġi indikat perjodu ta' koeżistenza għal kull standard armonizzat li jieħu post standard armonizzat ieħor. Tali perjodu ta' koeżistenza ġie indikat għall-istandard EN 15824:2017 ta' kisi fuq barra u għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Minħabba li dan il-perjodu mhuwiex twil biżżejjed biex il-manifatturi jippreparaw għall-użu tal-istandard, jeħtieġ li jiġi indikat perjodu ġdid ta' koeżistenza.

(7)

Sabiex tippermetti lill-manifatturi jużaw l-istandards armonizzati reveduti mill-iktar fis possibbli, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-prodotti għall-bini abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) Nru 305/2011 li huma elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'perjodu ġdid ta' koeżistenza ta' dawk l-istandards.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12).

(3)  ĠU C 92, 9.3.2018, p. 139.

(4)  ĠU C 92, 9.3.2018, p. 139.


ANNESS I

Nru

Referenza għall-istandard

Referenza għall-istandard li tteħidlu postu

Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

1.

EN 54-5:2017+A1:2018

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari

EN 54-5:2000

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 5: Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana – Tagħmir tad-detezzjoni tas-sħana f'punt partikolari

EN 54-5:2000/A1:2002

xx.yy.2019

31.8.2022

2.

EN 54-7:2018

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan f'punt partikolari li jaħdmu bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni

EN 54-7:2000

Sistemi ta' detezzjoni tan-nirien u sistemi ta' allarm f'każ ta' nirien – Parti 7: Tagħmir tad-detezzjoni tad-duħħan – Tagħmir tad-detezzjoni f'punt partikolari bl-użu ta' dawl mifrux, dawl trażmess jew jonizzazzjoni

EN 54-7:2000/A1:2002

EN 54-7:2000/A2:2006

xx.yy.2019

31.8.2022

3.

EN 492:2012+A2:2018

Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

EN 492:2012

Lavanji u fittings tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

xx.yy.2019

xx.yy.2020

4.

EN 1096-4:2018

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Standard tal-prodott

EN 1096-4:2004

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ miksi – Parti 4: Evalwazzjoni tal-konformità/Standard tal-prodott

xx.yy.2019

xx.yy.2020

5.

EN 1279-5:2018

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Standard tal-prodott

EN 1279-5:2005+A2:2010

Ħġieġ fil-bini – Ħġieġ tal-insulazzjoni – Parti 5: Evalwazzjoni tal-konformità

xx.yy.2019

xx.yy.2020

6.

EN 12467:2012+A2:2018

Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

EN 12467:2012

Folji ċatti tas-siment tal-fibra – Speċifikazzjoni tal-prodott u metodi tal-ittestjar

xx.yy.2019

xx.yy.2020


ANNESS II

Nru

Referenza għall-istandard

Referenza għall-istandard li tteħidlu postu

Bidu tal-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

Tmiem il-perjodu ta' koeżistenza

(jj.xx.ssss)

1.

EN 15824:2017

Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid

EN 15824:2009

Speċifikazzjonijiet għall-kisi fuq barra u għall-għoti ta' ġibs fuq ġewwa bbażati fuq kimiki organiċi għal tagħqid

9.3.2018

9.3.2020


Top