EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0418

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/418 tat-13 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 (notifikata bid-dokument C(2019) 1851) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/1851

OJ L 73, 15.3.2019, p. 188–192 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/418/oj

15.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/188


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/418

tat-13 ta' Marzu 2019

li temenda d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219

(notifikata bid-dokument C(2019) 1851)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li jħallu impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. Se jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għal kull grupp ta' prodotti.

(2)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 (2), (UE) 2017/1215 (3), (UE) 2017/1216 (4), (UE) 2017/1217 (5), (UE) 2017/1218 (6) u (UE) 2017/1219 (7) jistabbilixxu l-kriterji u r-rekwiżiti relatati għall-valutazzjoni u l-verifiki għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali, għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin, għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, u għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali, rispettivament.

(3)

Għadd ta' korpi nazzjonali kompetenti li jagħtu l-Ekotikketta tal-UE infurmaw lill-Kummissjoni bid-diffikultajiet fl-implimentazzjoni ta' wħud mill-kriterji stabbiliti minn dawk id-Deċiżjonijiet. Partikolarment, sustanzi preżenti bħala impuritajiet f'xi ingredjenti (pereżempju, il-fosfati) skont il-kriterji għandhom ikunu esklużi mill-prodott tad-deterġent finali, irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom, iżda fil-preżent mhuwiex teknikament fattibbli li dawn l-impuritajiet jitneħħew.

(4)

Id-Deċiżjonijiet elenkati fil-premessa 2 ħassru u ssostitwew id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti fl-istess qasam. Skont id-Deċiżjonijiet preċedenti, kien meħtieġ li l-impuritajiet u l-prodotti sekondarji jikkonformaw mal-kriterji biss jekk ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' 0,010 % jew iktar tal-piż tal-formolazzjoni finali. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni u kkonkludiet li, f'konformità mad-Deċiżjonijiet preċedenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu minimu ta' konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż tal-formolazzjoni finali, għall-prodotti sekondarji u wkoll għall-impuritajiet mill-materja prima, għall-finijiet ta' konformità ma' kull wieħed mill-kriterji fid-Deċiżjonijiet elenkati fil-premessa 2.

(5)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1217 tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (8) għall-grupp ta' prodotti “Deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji”. Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1217 stabbiliet perjodu tranżizzjonali ta' 18-il xahar sabiex il-produtturi tal-prodotti li ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/383/UE jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom ħalli jkunu konformi mal-kriterji riveduti stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1217. Dak il-perjodu tranżizzjonali skada fis-26 ta' Diċembru 2018. Għadd ta' korpi nazzjonali kompetenti infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li dak il-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż b'sitt xhur minħabba l-ammont kbir ta' applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-kuntratti li jagħtu l-Ekotikketta tal-UE. Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni u kkonfermat il-ħtieġa, eċċezzjonalment f'dan il-każ, li l-perjodu ta' tranżizzjoni jiġi estiż b'sitt xhur.

(6)

Iż-żewġ Deċiżjonijiet (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 jinkludu deroga mogħtija skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-aċidu ε-ftalimido-perossi-eżanojku (PAP) meta jkun ikklassifikat bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku: Periklu Akut, il-Kategorija 1 (H400) jew bħala perikoluż għall-ambjent akkwatiku: Periklu Kroniku, il-Kategorija 3 (H412) sa konċentrazzjoni massima ta' 0,6 g/kg ta' ħwejjeġ għall-ħasil. Dawk id-derogi kienu ngħataw għaliex kien rikonoxxut li l-PAP kellu rwol importanti bħala aġent tal-ibbliċjar fid-deterġenti koperti minn dawk id-Deċiżjonijiet u għaliex jgħaddi minn livell għoli ta' degradazzjoni matul il-proċess tal-ħasil.

(7)

Matul il-proċess tal-ħasil, il-PAP jiddegrada fl-aċidu ε-ftalimido eżanojku (PAC). Din is-sustanza mhijiex perodossika, tibbijodegrada faċilment u mhijiex perikoluża għall-ambjent. Billi l-PAP jiddegrada malajr f'PAC u qatt ma jasal sal-ilma skarikat, huwa iktar xieraq li jintużaw il-fatturi ta' degradazzjoni tal-PAC għall-PAP fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni tal-prodott. Diġà ntuża approċċ simili fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1219 fejn ġew applikati regoli separati għall-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni għall-perossidu tal-idroġenu, li jiddegrada f'aċidu peraċetiku matul il-proċess tal-ħasil. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2017/1219 tiġi emendata biex japplikaw regoli separati għall-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni għall-PAP billi jintużaw il-valuri tad-degradazzjoni tal-PAC.

(8)

Il-PAP jintuża prinċipalment bħala aġent għall-ibbliċjar f'deterġenti professjonali tal-ħasil tal-ħwejjeġ b'iktar minn komponent wieħed u mhux fid-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi. Għalhekk, id-deroga attwali għall-PAP fid-Deċiżjoni (UE) 2017/1218 mhijiex neċessarja u jenħtieġ li titneħħa.

(9)

Biex l-affarijiet ikun ċari, fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1218, jenħtieġ li t-Tabella 3 tiġi emendata biex tiżdied kolonna li turi l-klassifikazzjoni tas-sustanza skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(10)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet (UE) 2017/1214, (UE) 2017/1215, (UE) 2017/1216, (UE) 2017/1217, (UE) 2017/1218 u (UE) 2017/1219 jiġu emendati skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1214, fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

Artikolu 2

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1215, fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

Artikolu 3

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1216, fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1217 hija emendata kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2011/383/UE jistgħu jintużaw sat-30 ta' Ġunju 2019.”

(b)

fl-Anness fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

Artikolu 5

L-Anness tad-Deċizjoni (UE) 2017/1218 huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

(b)

fil-Kriterju 5 (Sustanzi esklużi u ristretti), fil-punt (b) (ii), it-Tabella 3 (Sustanzi derogati) hi sostitwita bit-tabella stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

L-Anness tad-Deċizjoni (UE) 2017/1219 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Kriterju 1 (“Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi”), l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Minħabba d-degradazzjoni ta' ċerti sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għal dawn li ġejjin:

perossidu tal-idroġenu (H2O2) — ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV,

aċidu peraċetiku — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala “aċidu aċetiku”,

aċidu ε-ftalimido-perossi-eżanojku (PAP) — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċidu ε-ftalimido eżanojku (PAC).

Il-valuri li jridu jintużaw fil-kalkolu tas-CDV[kroniku] għall-aċidu ε-ftalimido eżanojku (PAC) għandhom ikunu kif ġej:

 

DF(i) = 0,05

 

TF kroniku(i) = 0,256 mg/l

 

Aerobiku = R

 

Anaerobiku = O;”;

(b)

fit-taqsima bit-titolu “Valutazzjoni u Verifika”, fil-punt (b) (Limiti tal-kejl), fit-tabella 1, in-nota bl-asterisk (*) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“(*)

‘l-ebda limitu’ tfisser: irrispettivament mill-konċentrazzjoni (limitu analitiku ta' detezzjoni) għas-sustanzi mdaħħlin kollha bl-eċċezzjoni tal-prodotti sekondarji u l-impuritajiet mill-materja prima, li jistgħu jkunu preżenti sa konċentrazzjoni ta' 0,010 % tal-piż fil-formulazzjoni finali;”.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1214 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1215 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 16).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1216 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 31).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1217 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 45).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1218 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 63).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1219 tat-23 ta' Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali (ĠU L 180, 12.7.2017, p. 79).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).


ANNESS

Sustanza

Klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Dikjarazzjoni tal-Periklu

Aġenti tensjoattivi

Perikolużi għall-ambjent akkwatiku — Periklu Akut, il-Kategorija 1

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku — Periklu Kroniku, il-Kategorija 3

H412: Jagħmel il-ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

Subtiliżina

Perikoluża għall-ambjent akkwatiku — Periklu Akut, il-Kategorija 1

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

Perikoluż għall-ambjent akkwatiku — Periklu Kroniku, il-Kategorija 2

H411: Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

Enżimi (1)

Sensitizzazzjoni tal-ġilda, il-Kategoriji tal-Perikli 1, 1 A, 1B

H317: Jista' jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

Sensitizzazzjoni Respiratorja, il-Kategoriji tal-Perikli 1, 1 A, 1B

H334: Jista' jikkawża sintomi ta' allerġija jew ta' ażma jew diffikultajiet tan-nifs jekk jinġibed man-nifs

NTA bħala impurità f'MGDA u GLDA (2)

Karċinoġeniċità, il-Kategorija tal-Perikli 2

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer


(1)  

(*2)

Inklużi l-istabbilizzaturi u sustanzi awżiljari oħra fil-preparazzjonijiet.

(2)  

(*3)

F'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 0,2 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.

Top