This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0026
Decision (EU) 2019/1377 of the European Central Bank of 31 July 2019 nominating heads of work units to adopt delegated decisions on passporting, acquisition of qualifying holdings and withdrawal of authorisations of credit institutions (ECB/2019/26)
Deċiżjoni (UE) 2019/1377 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Lulju 2019 li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-ippassaportar, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti u l-irtirar ta' liċenzji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (BĊE/2019/26)

ĠU L 224, 28.8.2019, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2020; Imħassar b' 32020D1335
28.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/6 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1377 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta' Lulju 2019
li tinnomina kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati dwar l-ippassaportar, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti u l-irtirar ta' liċenzji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (BĊE/2019/26)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.6 tiegħu,
Wara li ra d-Deċiżjoni (UE) 2017/933 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Novembru 2016 dwar qafas ġenerali għad-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal strumenti legali relatati ma' kompiti superviżorji (BĊE/2016/40) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta' Lulju 2019 dwar id-delega tas-setgħa li jiġu adottati deċiżjonijiet dwar l-ippassaportar, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti u l-irtirar ta' liċenzji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (BĊE/2019/23) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Ġiet stabbilita proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet iddelegati speċifiċi biex tindirizza n-numru konsiderevoli ta' deċiżjonijiet illi l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irid jadotta għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
(2) |
Deċiżjoni ta' delega hija effettiva mal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord Eżekuttiv li tinnomina kap ta' unità tax-xogħol jew aktar biex jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' deċiżjoni ta' delega. |
(3) |
L-importanza tad-deċiżjoni ta' delega u n-numru ta' destinatarji li lilhom iridu jintbagħtu d-deċiżjonijiet iddelegati għandhom jiġu kkunsidrati mill-Bord Eżekuttiv fin-nomina ta' kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol. |
(4) |
Il-President tal-Bord Superviżorju ġie kkonsultat dwar il-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li lilhom għandha tiġi ddelegata s-setgħa biex jadottaw deċiżjonijiet dwar l-ippassaportar, l-akkwiżizzjoni ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u l-irtirar ta' liċenzji ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23).
Artikolu 2
Deċiżjonijiet iddelegati dwar parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti
1. Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) li jinvolvu entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4) għandhom jiġu adottati mid-Direttur Ġenerali jew mid-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Segretarjat tal-Bord Superviżorju, jew f'każ li ma jkunux disponibbli mill-Kap tad-Diviżjoni għall-Awtorizzazzjoni, u minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II. |
Jekk deċiżjoni ddelegata skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) tinvolvi iktar minn entità sinifikanti taħt superviżjoni waħda, l-entità taħt superviżjoni relevanti għandha tkun l-entità jew grupp taħt superviżjoni li fiha tiġi akkwistata l-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti.
2. Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) li ma jinvolvux entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni għandhom jkunu adottati mid-Direttur Ġenerali jew mid-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali III.
Artikolu 3
Deċiżjonijiet iddelegati dwar irtirar
1. Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) fir-rigward ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefiniti fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) għandhom jiġu adottati mid-Direttur Ġenerali jew mid-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali Segretarjat tal-Bord Superviżorju, jew f'każ li ma jkunux disponibbli mill-Kap tad-Diviżjoni għall-Awtorizzazzjoni, u minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II. |
2. Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoli 3 u 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) fir-rigward ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni kif iddefinit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) għandhom ikunu adottati mid-Direttur Ġenerali jew mid-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali III.
Artikolu 4
Deċiżjonijiet iddelegati dwar l-ippassaportar
Deċiżjonijiet iddelegati skont l-Artikoli 3 u 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1376 (BĊE/2019/23) għandhom jiġu adottati minn wieħed mill-kapijiet ta' unitajiet ta' xogħol li ġejjin:
(a) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali I; |
(b) |
id-Direttur Ġenerali jew Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II, jekk is-superviżjoni tal-entità jew grupp taħt superviżjoni relevanti titwettaq mid-Direttorat Ġenerali għas-Superviżjoni Mikroprudenzjali II. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta' Lulju 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 141, 1.6.2017, p. 14.
(2) Ara p. 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(4) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).