EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019B0991

Deċiżjoni (UE) 2019/991 tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

OJ L 160, 18.6.2019, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/991/oj

18.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/23


DEĊIŻJONI (UE) 2019/991 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-16 ta' Jannar 2019

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2018 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016 (05941/2018 — C8-0087/2018),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 (3) li jipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2018 (4) li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2016 lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil,

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (6), b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(2)(a) tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.   

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2016;

2.   

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Antonio TAJANI

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 417, 6.12.2017, p. 79.

(2)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.

(3)  ĠU L 248, 3.10.2018, p. 195.

(4)  ĠU L 331, 28.12.2018, p. 213.

(5)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(7)  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42


Top