EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1880

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1880 tat-30 ta' Novembru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

C/2018/7906

OJ L 307, 3.12.2018, p. 24–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1880/oj

3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1880

tat-30 ta' Novembru 2018

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun ġie żnaturat kompletament skont ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe Stat Membru, sakemm dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew debitament innotifikati u aċċettati skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu.

(2)

Iż-żnaturanti li jintużaw f'kull Stat Membru għall-iskopijiet tal-iżnaturar komplet tal-alkoħol skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma deskritti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 (2).

(3)

Fis-6 ta' Ġunju 2018, ir-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni biż-żnaturanti li beħsiebha tuża għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-finijiet tal-Artikolu 27(1)(a) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-Kummissjoni bagħtet il-komunikazzjoni msemmija lill-Istati Membri l-oħra fl-4 ta' Lulju 2018.

(5)

L-ebda oġġezzjoni ma waslet għand il-Kummissjoni.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 3199/93, għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3199/93 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa (ĠU L 288, 23.11.1993, p. 12).


ANNESS

“ANNESS

Lista ta' prodotti awtorizzati, bin-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS), għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.

Aċeton

CAS: 67-64-1

Benżoat tad-denatonju

CAS: 3734-33-6

Etanol

CAS: 64-17-5

Etil terz-butil-etere

CAS: 637-92-3

Fluworexxeina

CAS: 2321-07-5

Petrol (inkluż petrol bla ċomb)

CAS: 86290-81-5

Alkoħol isopropiliku

CAS: 67-63-0

Pitrolju

CAS: 8008-20-6

Pitrolju

CAS: 64742-47-8 u 64742-48-9

Metanol

CAS: 67-56-1

Metiletilketon (2-butanon)

CAS: 78-93-3

Metilisobutilketon

CAS: 108-10-1

Metilen blu (52015)

CAS: 61-73-4

Solvent tan-nafta

CAS: 92062-36-7

Trementina

CAS: 8006-64-2

Petrol għal użu tekniku

CAS: 92045-57-3

It-terminu “etanol assolut” f'dan l-Anness għandu l-istess tifsira bħat-terminu “alkoħol assolut” użat mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata.

Fl-Istati Membri kollha, kwalunkwe żebgħa tista' tiġi miżjuda mal-alkoħol żnaturat biex tagħtih kulur karatteristiku, u jsir immedjatament identifikabbli.

I.   Il-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament użata fil-Belġju, fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, f'Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, fl-Ungerija, f'Malta, fin-Netherlands, fl-Awstrija, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovenja, fis-Slovakkja u fil-Finlandja:

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

II.   Konċentrazzjoni ikbar tal-proċedura komuni tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użata fl-Istati Membri li ġejjin:

Ir-Renju Unit.

Għal kull ettolitru etanol assolut:

3,0 litri alkoħol isopropiliku,

3,0 litri metiletilketon,

1,0 gramma benżoat tad-denatonju.

Il-Kroazja

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Minimu ta':

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

Litru (1,0 l) metiletilketon,

Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.

L-Iżvezja

Għal kull ettolitru etanol assolut:

Litru (1,0 l) alkoħol isopropiliku,

2,0 litri metiletilketon,

Gramma (1,0 g) benżoat tad-denatonju.

III.   Proċeduri addizzjonali tal-iżnaturar għall-alkoħol żnaturat kompletament, użati f'ċerti Stati Membri:

Ir-Repubblika Ċeka

Għal kull ettolitru etanol assolut:

0,4 litru solvent tan-nafta,

0,2 litru pitrolju,

0,1 litru petrol għal użu tekniku.

Il-Greċja

Alkoħol ta' kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b'saħħa alkoħolika ta' mill-inqas 93 % tal-volum u ta' mhux aktar minn 96 % tal-volum jista' jiġi żnaturat.

Għal kull ettolitru ta' alkoħol idratat ta' 93 % tal-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:

2,0 litri metanol,

Litru (1,0 l) trementina,

0,50 litru pitrolju,

0,40 gramma metilen blu.

F'temperatura ta' 20 °C, il-prodott finali, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % tal-volum.

Il-Finlandja — awtorizzata sal-31.12.2018

Għal kull ettolitru ta' etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:

1.

2,0 litri metiletilketon,

3,0 litri metilisobutilketon.

2.

2,0 litri aċeton,

3,0 litri metilisobutilketon.

”.

Top