EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1587

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1587 tat-22 ta' Ottubru 2018 li jirrevoka l-ħatra tal-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/6830

OJ L 264, 23.10.2018, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1587/oj

23.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1587

tat-22 ta' Ottubru 2018

li jirrevoka l-ħatra tal-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 93(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istituto Superiore di Sanità f'Ruma huwa elenkat fil-punt 12(d) tal-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea (“laboratorju ta' referenza tal-UE”) għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (3).

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/625 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u jistabbilixxi regoli ġodda dwar il-kontrolli uffiċjali, inkluż rigward id-deċiżjoni li jiġu stabbiliti u jinħatru laboratorji ta' referenza tal-UE. L-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment il-mandat u l-operat tal-laboratorji ta' referenza tal-UE.

(3)

Billi tqies xieraq li jingħaqdu l-attivitajiet tal-laboratorji ta' referenza tal-UE rigward l-elementi kimiċi u l-komposti nitroġeniċi fl-ikel ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali f'laboratorju ta' referenza waħda tal-UE, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 (4), l-Istitut Nazzjonali tal-Ikel, l-Università Teknika ta' Danimarka f'Copenhagen, id-Danimarka, inħatar bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għall-metalli u għall-komposti nitroġeniċi fl-għalf u fl-ikel. Billi l-attivitajiet ta' dan il-laboratorju ta' referenza tal-UE jikkoinċidu mal-attivitajiet tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għar-residwi kif elenkat fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva 96/23/KE, bħalissa żewġ laboratorji ta' referenza tal-UE huma responsabbli għall-analiżi ta' elementi kimiċi fl-ikel ta' oriġini mill-annimali. Għaldaqstant, il-ħatra tal-Istituto Superiore di Sanità, Ruma, l-Italja, bħala Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva 96/23/KE jenħtieġ li titħassar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġi emendat skont dan.

(4)

Billi l-programm ta' ħidma mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018 tal-Istituto Superiore di Sanità ta' Ruma ġie approvat mill-Kummissjoni u ntgħatat għotja għal dawk l-attivitajiet, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika ladarba dan il-perjodu ta' attività jkun intemm.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ħatra tal-Istituto Superiore di Sanità, Ruma bħala laboratorju ta' referenza tal-UE għar-residwi elenkati fl-Anness I, il-Grupp B(3)(c) tad-Direttiva 96/23/KE, hija b'dan imħassra.

Fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jitħassar il-punt 12(d).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/192 tat-8 ta' Frar 2018 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-laboratorji ta' referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel (ĠU L 36, 9.2.2018, p. 15).


Top