EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0974

Regolament (UE) 2018/974 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni (kodifikazzjoni)

PE/16/2018/REV/1

OJ L 179, 16.7.2018, p. 14–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/974/oj

16.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/14


REGOLAMENT (UE) 2018/974 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Lulju 2018

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni

(kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Fl-interessi taċ-ċarezza u razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġu kkodifikat.

(2)

Il-passaġġi fuq l-ilma interni huma parti importanti mir-retikolat ta' trasport tal-Unjoni u l-promozzjoni tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport, kemm għal raġunijiet ta' effiċjenza ekonomika kif ukoll għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-impatt ambjentali fit-trasport.

(3)

Il-Kummissjoni teħtieġ statistika rigward it-trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni sabiex tissorvelja u tiżviluppa politika komuni tat-trasport, kif ukoll l-elementi relatati mat-trasport fil-politika dwar ir-reġjuni u r-retikolati trans-Ewropej.

(4)

L-istatistika Ewropea dwar il-modi kollha tat-trasport għandha tinġabar skont kunċetti u standards komuni, bil-għan li tinkiseb l-aktar komparabbiltà prattikabbli bejn modi ta' trasport.

(5)

It-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ma jokkorrix fl-Istati Membri kollha u, għalhekk, l-effett ta' dan ir-Regolament huwa limitat għal dawk l-Istati Membri fejn jeżisti dan il-mod ta' trasport.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprovdi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet stipulati b'dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex jitqiesu t-tendenzi ekonomiċi u tekniċi u l-bidliet fid-definizzjonijiet adottati f'livell internazzjonali, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar ta' dan ir-Regolament sabiex il-livell limitu jogħla għal aktar minn 1 000 000 tunnellata għal kopertura statistika tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni, biex jiġu adattati d-definizzjonijiet jew jiġu previsti definizzjonijiet ġodda, kif ukoll biex jiġu adattati l-Annessi għal dan ir-Regolament biex jiġu riflessi bidliet fil-kodiċi u n-nomenklatura f'livell internazzjonali jew fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat ta' gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti.

(9)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tadotta arranġamenti għat-trasmissjoni tad-data, inkluż standards għall-iskambjar tad-data, għad-disseminazzjoni tar-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) u wkoll biex tiżviluppa u biex tippubblika rekwiżiti u kriterji metodoloġiċi mfassla biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(10)

Huwa neċessarju li l-Kummissjoni tagħmel arranġamenti għal studji pilota li għandhom jitwettqu dwar id-disponibbiltà ta' data statistika li tirrigwarda t-trasport ta' passiġġieri minn passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ispejjeż biex isiru dawn l-istudji pilota. Tali kontribuzzjonijiet għandhom jieħdu l-forma ta' għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(11)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni ta' statistika li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minħabba l-iskala ta' dak il-ħolqien, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' statistika Ewropea li tikkonċerna t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   L-Istati Membri li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena minn passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali, internazzjoni jew ta' tranżitu ikun aktar minn 1 000 000 tunnellata metrika għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

3.   B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri li ma għandhomx trasport internazzjonali jew ta' tranżitu minn passaġġi fuq l-ilma interni iżda li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena mill-passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali jkun aktar minn 1 000 000 tunnellata metrika għandhom jipprovdu biss id-data meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2).

4.   Dan ir-Regolament ma' għandux japplika għal:

(a)

trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti b'kapaċità massima ta' ġarr ta' anqas minn 50 tunnellata metrika;

(b)

bastimenti użati prinċipalment għat-trasport ta' passiġġieri;

(c)

bastimenti użati bħala tragetti;

(d)

bastimenti użati biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali minn amministrazzjonijiet ta' portijiet u awtoritajiet pubbliċi;

(e)

bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin;

(f)

bastimenti li mhumiex użati għat-trasport ta' merkanzija, bħal bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-tħammil, postijiet tax-xogħol fuq l-ilma, battelli ta' abitazzjoni u dgħajjes ta' rikreazzjoni.

5.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10 dwar l-emendar tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu sabiex jiżdied il-livell limitu għall-kopertura statistika tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni msemmi hemm b'mod li jittieħed kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli” tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li permezz ta' karatteristiċi naturali jew magħmulin mill-bniedem, hija adatta għan-navigazzjoni, primarjament permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

(b)

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri, li jinnaviga primarjament f'passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli jew minn passaġġi ġo, jew ma' maġenb fil-qrib, ta' ilmijiet jew żoni kennija fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet;

(c)

“nazzjonalità tal-bastiment” tfisser il-pajjiż fejn ikun reġistrat il-bastiment;

(d)

“trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' merkanzija u/jew passiġieri permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jsir kollu kemm hu jew parzjalment f'passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli;

(e)

“trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni nazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni bejn żewġ portijiet ta' territorju nazzjonali irrispettivament min-nazzjonalità tal-bastiment;

(f)

“trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni internazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni bejn żewġ portijiet f'territorji nazzjonali differenti;

(g)

“trasport ta' tranżitu fuq passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser trasport fuq passaġġi fuq l-ilma interni minn territorju nazzjonali bejn żewġ portijiet li t-tnejn ikunu jinsabu f'territorju nazzjonali ieħor jew f'territorji nazzjonali oħra, sakemm matul il-vjaġġ kollu ġot-territorju nazzjonali ma jkunux hemm trasbord;

(h)

“traffiku fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' bastiment fuq passaġġ speċifiku fuq l-ilma intern navigabbli.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10 rigward l-emenda tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu biex jiġu adattati d-definizzjonijiet li jinsabu hemm jew jiġu previsti definizzjonijiet ġodda sabiex jittieħed kont tad-definizzjonijiet rilevanti emendati jew adottati fil-livell internazzjonali.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 4

Ġbir ta' data

1.   Id-data għandha tinġabar skont it-tabelli stabbiliti fl-Annessi I sa IV.

2.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(3) id-data għandha tinġabar skont it-tabella stabbilita fl-Anness V.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tkun klassifikata skont l-Anness VI.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10, rigward l-emendar tal-Annessi biex jiġu riflessi bidliet fil-kodiċi u n-nomenklatura fil-livell internazzjonali jew fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni.

Meta teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-atti delegati ma jimponux piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika debitament l-azzjonijiet statistiċi previsti f'dawk l-atti delegati, bl-użu, fejn adatt, ta' analiżi tal-kosteffettività, inkluża valutazzjoni tal-piż fuq ir-rispondenti u tal-ispejjeż tal-produzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 5

Studji pilota

1.   Sat-8 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżviluppa il-metodoloġija xierqa għall-ġbir tal-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali.

2.   Sat-8 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tniedi studji pilota volontarji li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri li jipprovdu data fl-ambitu ta' dan ir-Regolament dwar id-disponibbiltà ta' data statistika li tirrigwarda t-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali. Dawk l-istudji pilota għandu jkollhom l-għan li jivvalutaw il-fattibbiltà ta' dak il-ġbir ta' data ġdida, l-ispejjeż tal-ġbir tad-data relatati u l-kwalità statistika implikata.

3.   Sat-8 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' tali studji pilota. Skont ir-riżultati ta' dak ir-rapport, u f'perijodu raġonevoli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi emendat dan ir-Regolament fir-rigward tal-istatistika dwar it-trasport tal-passiġġieri fil-passaġġi fuq l-ilma interni, inklużi bis-servizzi tat-trasport transkonfinali.

4.   Il-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu, fejn xieraq u b'kont meħud tal-valur miżjud tal-Unjoni, jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' dawk l-istudji pilota.

Artikolu 6

Trasmissjoni ta' data

1.   It-trasmissjoni tad-data għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' osservazzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti għat-trasmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat), inklużi standards għall-iskambjar tad-data. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 7

Tixrid

L-istatistika Ewropea bbażata fuq id-data msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun imxerrda bi frekwenza simili għal dik stipulata għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 8

Kwalità tad-data

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti u l-kriterji metodoloġiċi mfassla sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-data prodotta. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport li jkun fih tali informazzjoni u data li jistgħu jiġu mitluba minnha sabiex tivverifika l-kwalità tad-data trasmessa.

4.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità li għandhom jiġu applikati għad-data li għandha tiġi trasmessa huma dawk imsemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw l-arranġamenti dettaljati, l-istruttura, il-perjodiċità u l-elementi ta' komparabbiltà għar-rapporti tal-kwalità. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9

Rapporti dwar l-implementazzjoni

Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri.

F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni rilevanti pprovduta mill-Istati Membri dwar titjib potenzjali u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti. B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu jivvaluta:

(a)

il-benefiċċji għall-Unjoni, għall-Istati Membri u għall-fornituri u l-utenti tal-informazzjoni statistika, tal-istatistika prodotta, meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom;

(b)

il-kwalità tad-data trasmessa u l-metodi użati għall-ġbir tad-data.

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(5), fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4(4) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-7 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni lil tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat bis-saħħa tal-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 huwa b'dan imħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-4 ta' Lulju 2018.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

K. EDTSTADLER


(1)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2018.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-6 ta' Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1).

(3)  Ara Anness VII.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistiċi tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS I

Tabella I1.

Merkanzija ttrasportata skont it-tip ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“I1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Tip ta' merkanzija

2-karattri numeriċi

NST 2007

 

Tip ta' imballaġġ

1-karattrui numeriku

1

=

merkanzija f'kontejners

2

=

merkanzija mhux f'kontejners u kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km


(1)  Meta kodiċi reġjonali ma jkunx magħruf jew ma jkunx disponibbli, għandha tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ikun jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ikun kompletament mhux magħruf.


ANNESS II

Tabella II1.

Trasport skont in-nazzjonalità tal-bastiment u skont it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

3-karattri alfanumeriċi

“II1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Tip ta' bastiment

1-karattru numeriku

1

=

barkun immotorizzat

2

=

barkun mhux immotorizzat

3

=

barkun tat-tanker immotorizzat

4

=

barkun tat-tanker mhux immotorizzat

5

=

bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

6

=

bastiment marittimu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (2)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km


Tabella II2.

Traffiku tal-bastimenti (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

3-karattri alfanumeriċi

“II2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżiti)

3

=

tranżitu

 

Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

 

 

movimenti tal-bastimenti

Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

 

 

movimenti tal-bastimenti

Bastiment -Km (bastimenti mgħobbija)

 

 

bastiment-km

Bastiment-Km (bastimenti vojta)

 

 

bastiment-km

NOTA: Il-provvediment tat-Tabella II2 mhux obbligatorju.


(1)  Meta l-kodiċi reġjonali ma jkunx magħruf jew ma jkunx disponibbli, għandha tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ikun jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ikun kompletament mhux magħruf.

(2)  Meta kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, għandu jiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Meta n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandu jintuża huwa “ZZ”.


ANNESS III

Tabella III1.

Trasport tal-kontejners skont it-tip ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

4-karattri alfanumeriċi

“III1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Daqs tal-kontejner

1-karattru numeriku

1

=

20′ unitajiet ta' tagħbija

2

=

40′ unitajiet ta' tagħbija

3

=

unitajiet ta' tagħbija > 20′ u < 40′

4

=

unitajiet ta' tagħbija > 40′

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1

=

kontejners mgħobbija

2

=

kontejners vojta

 

Tip ta' merkanzija

2-karattri numeriċi

NST 2007

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

tunnellati

tunnellati-km

 

 

tunnellati-km

TEU

 

 

TEU

TEU-km

 

 

TEU-km


(1)  Meta l-kodiċi reġjonali ma jkunx magħruf jew ma jkunx disponibbli, għandha tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

“NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ikun jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż sieħeb.

“ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ikun kompletament mhux magħruf.


ANNESS IV

Tabella IV1.

Trasport skont in-nazzjonalità tal-bastimentid (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

3-karattri alfanumeriċi

“IV1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Kwart ta' sena

2-karattri numeriċi

41

=

l-1 kwart

42

=

it-2 kwart

43

=

it-3 kwart

44

=

ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (1)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

tunnellati

Tunnellati-km

 

 

tunnellati-km


Tabella IV2.

Trasport bil-kontejner skont in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

3-karattri alfanumeriċi

“IV2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Kwart tas-sena

2-karattri numeriċi

41

=

l-1 kwart

42

=

it-2 kwart

43

=

it-3 kwart

44

=

ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (2)

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1

=

kontejners mgħobbija

2

=

kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

tunnellati

Tunnellati-km

 

 

tunnellati-km

TEU

 

 

TEU

TEU-km

 

 

TEU-km


(1)  Meta l-kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, għandu jiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fejn in-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa il-kodiċi li għandu jintuża huwa “ZZ”.

(2)  Meta l-kodiċi NUTS ma jkunx jeżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, għandu jiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fejn in-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa il-kodiċi li għandu jintuża huwa “ZZ”.


ANNESS V

Tabella V1.

Trasport ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“V1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“ssss”

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1

=

nazzjonali

2

=

internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3

=

tranżitu

 

Tip ta' merkanzija

2-karattri numeriċi

NST 2007

 

Total ta' tunnellati trasportati

 

 

tunnellati

Total ta' tunnellati-km

 

 

tunnellati-km


ANNESS VI

NST 2007

Diviżjoni

Deskrizzjoni

01

Prodotti tal-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

02

Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali

03

Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

04

Prodotti tal-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti tal-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal tal-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat

07

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari

09

Prodotti oħra minerali li m'humiex metalliċi

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju tal-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta' preċiżjoni u ottiċi; arloġġi

12

Tagħmir ta' trasport

13

Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c.

14

Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta' skart

15

Posta, pakketti postali

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

18

Merkanzija raggruppata: taħlita ta' tipi ta' merkanzija li huma ttrasportati flimkien

19

Oġġetti mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01–16

20

Oġġetti oħra n.e.c.


ANNESS VII

REGOLAMENT IMĦASSAR U ELENKU TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI GĦALIH

Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(GU L 264, 25.9.2006, p. 1)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007

(GU L 103, 20.4.2007, p. 26)

L-Artikolu 1 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007

(GU L 290, 8.11.2007, p. 14)

L-Artikolu 4 biss

Regolament (UE) 2016/1954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(GU L 311, 17.11.2016, p. 20)

 


ANNESS VIII

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1365/2006

Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4

Artikoli 1 sa 4

Artikolu 4a

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Anness A

Anness I

Anness B

Anness II

Anness C

Anness III

Anness D

Anness IV

Anness E

Anness V

Anness F

Anness VI

Anness VII

Anness VIII


Top