EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0675

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/675 tat-2 ta' Mejju 2018 li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/2539

OJ L 114, 4.5.2018, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/675/oj

4.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/675

tat-2 ta' Mejju 2018

li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 68(2) u 131 tiegħu,

Billi:

(1)

L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq jew l-użu għall-provvista lill-pubbliku ġenerali ta' sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u ta' taħlitiet li jkun fihom sustanzi bħal dawn f'konċentrazzjonijiet speċifikati. Is-sustanzi kkonċernati huma elenkati fl-Appendiċi 1 sa 6 ta' dak l-Anness.

(2)

Is-sustanzi huma kklassifikati bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament.

(3)

Peress li l-Appendiċi 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ġew aġġornati l-aħħar sabiex jirriflettu l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tas-sustanzi bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Parti 3 tal-Anness VI ta' dan tal-aħħar ġiet emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (3).

(4)

Ir-Regolament (UE) 2017/776 jagħmel ukoll bidliet fit-titoli u fin-numerazzjoni fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li jeħtieġu modifika tar-referenzi ta' dak ir-Regolament fil-kolonna 1 tal-entrati 28 sa 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(5)

Is-sustanza formaldeid ġiet ikklassifikata bħala karċinoġenu tal-kategorija 1B bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 (4); madankollu, il-Kummissjoni għażlet li ma tinkludihiex fl-aħħar eżerċizzju ta' aġġornament sakemm ikun magħruf l-eżitu ta' eżami li għaddej attwalment ta' kull użu tagħha mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (5), peress li jaf tkun meħtieġa xi restrizzjoni speċifika. Fil-laqgħa tal-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li saret fis-16 ta' Marzu 2017, il-maġġoranza tal-Istati Membri esprimew preferenza li l-formaldeid tiġi inkluża fl-entrata 28 tal-Anness XVII tar-REACH minkejja li jaf ikun hemm proposta speċifika ulterjuri ta' restrizzjoni tas-sustanza, u l-Kummissjoni qablet li tagħmel dan fl-ewwel opportunità li jkollha.

(6)

Minħabba li l-operaturi jaf japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 f'data iktar kmieni, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament iktar kmieni, fuq bażi volontarja.

(7)

Jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont dan l-Anness.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika mill-1 ta' Diċembru 2018, għajr dak li ssemma fil-paragrafu (2) tal-Anness li japplika għas-sustanza “formaldeid. …%”, u dak il-paragrafu għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2014 tal-5 ta' Ġunju 2014 li jemenda, għall-finijiet tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' periklu u prekawzjoni fil-lingwa Kroata u tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 36).

(5)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13641/annex_xv_report_formaldehyde_en.pdf/58be2f0a-7ca7-264d-a594-da5051a1c74b


ANNESS

L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-kolonna 1 tal-entrati 28 sa 30 hija sostitwita b'dan li ġej:

“28.

Sustanzi li huma kklassifikati bħala karċinoġeni tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u huma elenkati fl-Appendiċi 1 jew fl-Appendiċi 2, rispettivament.

29.

Sustanzi li huma kklassifikati bħala mutaġeni għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u huma elenkati fl-Appendiċi 3 jew fl-Appendiċi 4, rispettivament.

30.

Sustanzi li huma kklassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 A jew 1B fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u huma elenkati fl-Appendiċi 5 jew fl-Appendiċi 6, rispettivament.”

(2)

Fl-Appendiċi 2, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“metakrilat ta' 2,3-epossipropil;

metakrilat tal-gliċidil

607-123-00-4

203-441-9

106-91-2

 

karbonat tal-kadmju

048-012-00-5

208-168-9

513-78-0

 

idrossidu tal-kadmju; diidrossidu tal-kadmju

048-013-00-0

244-168-5

21041-95-2

 

nitrat tal-kadmju; dinitrat tal-kadmju

048-014-00-6

233-710-6

10325-94-7

 

formaldeid … %

605-001-00-5

200-001-8

50-00-0

 

antrakinon

606-151-00-4

201-549-0

84-65-1

 

N,N′-metilenedimorfolina;

N,N′-metilenebismorfolina;

[formaldeid rilaxxat minn N,N′-metilenbismorfolina];

[MBM]

607-721-00-5

227-062-3

5625-90-1

 

prodotti tar-reazzjoni ta' paraformaldeid u 2-idrossipropilammina (proporzjon 3:2);

[formaldeid rilaxxat minn 3,3′-metilenbis[5-metilossażolidina];

formaldeid rilaxxat minn ossażolidin];

[MBO]

612-290-00-1

 

prodotti tar-reazzjoni ta' paraformaldeid ma' 2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1);

[formaldeid rilaxxat minn α,α,α-trimetil-1,3,5-triażina-1,3,5(2H,4H,6H)-trietanol];

[HPT]

612-291-00-7

 

metilidrażina

612-292-00-2

200-471-4

60-34-4”

 

(3)

Fl-Appendiċi 4, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“karbonat tal-kadmju

048-012-00-5

208-168-9

513-78-0

 

idrossidu tal-kadmju; diidrossidu tal-kadmju

048-013-00-0

244-168-5

21041-95-2

 

nitrat tal-kadmju; dinitrat tal-kadmju

048-014-00-6

233-710-6

10325-94-7”

 

(4)

Fl-Appendiċi 6, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu fit-tabella skont l-ordni tan-numri tal-indiċi stabbiliti hemmhekk:

“2-metil-1-(4-metiltijofenil)-2-morfolinopropan-1-on

606-041-00-6

400-600-6

71868-10-5

 

metakrilat ta' 2,3-epossipropil;

metakrilat tal-gliċidil

607-123-00-4

203-441-9

106-91-2

 

ċiprokonażol (ISO); (2RS,3RS;2RS,3SR)-2-(4-klorofenil)-3-ċiklopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-il)butan-2-ol

650-032-00-X

94361-06-5

 

dilawrat tad-dibutiltin; dibutil[bis(dodekanoilossi)]stannan

050-030-00-3

201-039-8

77-58-7

 

aċidu nonadekafluworodekanojku; [1]

nonadekafluworodekanoat tal-ammonju; [2]

nonadekafluworodekanoat tas-sodju [3]

607-720-00-X

206-400-3 [1]

221-470-5 [2]

[3]

335-76-2 [1]

3108-42-7 [2]

3830-45-3 [3]

 

triadimenol (ISO); (1RS,2RS;1RS,2SR)-1-(4-klorofenossi)-3,3-dimetil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-il)butan-2-ol;

α-tert-butil-β-(4-klorofenossi)-1H-1,2,4-triażol-1-etanol

613-322-00-7

259-537-6

55219-65-3

 

kwinolin-8-ol;

8-idrossikinolina

613-324-00-8

205-711-1

148-24-3

 

tijakloprid (ISO);

(Z)-3-(6-kloro-3-piridilmetil)-1,3-tijażolidin-2-ilideneċjanammid;

{(2Z)-3-[(6-kloropiridin-3-il)metil]-1,3-tijażolidin-2-ilidene}ċjanammid

613-325-00-3

111988-49-9

 

karbetammid (ISO);

(R)-1-(etilkarbamojl)etil karbanilat; (2R)-1-(etilammino)-1-ossopropan-2-il fenilkarbamat

616-223-00-7

240-286-6

16118-49-3”

 


Top