Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0627

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/627 tal-20 ta' April 2018 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/2248

OJ L 104, 24.4.2018, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 104, 24.4.2018, p. 57–60 (DE)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/627/oj

24.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/627

tal-20 ta' April 2018

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti D, il-kategorija tal-ikel 12.2 u fl-Anness II, il-Parti E, il-kategoriji tal-ikel 0, 01.7.1, 05.2, 11.1, 12.2, 12.2.2, 13.2 u 17.1. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża, isem il-kategorija tal-ikel 12.2 u l-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategoriji tal-ikel 0, 01.7.1, 05.2, 11.1, 12.2, 12.2.2, 13.2 u 17.1 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(2)

Il-verżjoni lingwistika Griega tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 05.2. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Griega, il-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 05.2 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(3)

Il-verżjoni lingwistika Ċeka tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fiha l-iżbalji fl-Anness II, il-Parti E, il-kategorija tal-ikel 08.2. Għalhekk fil-verżjoni lingwistika Ċeka, il-kundizzjonijiet tal-użu (restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet) tal-addittivi tal-ikel fil-kategorija tal-ikel 08.2 għandhom jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata ċ-ċarezza ġuridika għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(4)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż u bil-Grieg tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati b'dawk il-korrezzjonijiet.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.


Top