Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0543

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/543 tat-23 ta' Jannar 2018 li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2018/0292

    ĠU L 90, 6.4.2018, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/543/oj

    6.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/63


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/543

    tat-23 ta' Jannar 2018

    li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 (2) fiha żewġ żbalji fir-ringieli B u C tal-kolonna M tat-Tabella 1 tal-Anness II b'rabta ma' differenza fil-formola tal-limiti għall-ħiters tal-ilma bil-profil tat-tagħbija M.

    (2)

    Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 812/2013 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 83).


    Top