Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0420

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/420 tad-19 ta' Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 75I, 19.3.2018, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/420/oj

19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 75/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/420

tad-19 ta' Marzu 2018

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari l-użu mir-reġim Sirjan ta' armi kimiċi u l-involviment tiegħu fil-proliferazzjoni ta' armi kimiċi, jenħtieġ li jinżdiedu erba' persuni mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista li tinsab fit-taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“260.

Yusuf Ajeeb

(magħruf ukoll bħala:

Image 1
; Yousef; Ajib)

Brigadier Ġeneral; Tabib; Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà, Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Għandu l-grad ta' Brigadier Ġeneral, uffiċjal għoli fil-Forzi Armati Sirjani, fil-kariga wara Mejju 2011. Mill-2012, kien Kap tas-Sigurtà tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa involut fis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Bħala riżultat tal-pożizzjoni għolja tiegħu fl-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018

261.

Maher Sulaiman

(magħruf ukoll bħala:

Image 2
; Mahir; Suleiman)

Tabib; Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology

Indirizz: Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), P.O. Box 31983, Damascus

Direttur tal-Higher Institute for Applied Sciences and Technology (HIAST), li jipprovdi taħriġ u appoġġ bħala parti mis-settur tal-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fil-HIAST, li huwa affiljat u sussidjarju tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC), huwa assoċjat mal-HIAST u s-SSRC, li t-tnejn huma entitajiet iddeżinjati.

19.3.2018

262.

Salam Tohme

(magħruf ukoll bħala:

Image 3
; Salim; Taame, Ta'mah, Toumah)

Tabib; Viċi Direttur Ġenerali, Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Viċi Direttur Ġenerali tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) li huwa responsabbli mill-iżvilupp u l-produzzjoni ta' armi mhux konvenzjonali, inkluż armi kimiċi, u l-missili li jwassluhom. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018

263.

Zuhair Fadhlun

(magħruf ukoll bħala:

Image 4
; Zoher; Fadloun, Fadhloun)

Kap tal-Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000), Scientific Studies and Research Centre (SSRC)

Indirizz: Scientific Studies and Research Centre (SSRC), Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damascus

Direttur tal-fergħa tas-Scientific Studies and Research Centre (SSRC) magħrufa bħala Institute 3000 (magħrufa wkoll bħala Institute 5000). F'dan ir-rwol, huwa responsabbli għal proġetti tal-armi kimiċi, inkluż il-produzzjoni ta' aġenti u munizzjonijiet kimiċi. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu fis-SSRC, huwa assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

19.3.2018”


Top