EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L1910
Council Directive (EU) 2018/1910 of 4 December 2018 amending Directive 2006/112/EC as regards the harmonisation and simplification of certain rules in the value added tax system for the taxation of trade between Member States
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1910 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/1910 tal-4 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
ST/12848/2018/COR/1
OJ L 311, 7.12.2018, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/3 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/1910
tal-4 ta' Diċembru 2018
li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE (3) u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE (4), l-impenn kien sar sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fil-Komunità Ewropea bl-istess mod li topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kondizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal tali sistema meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti transizzjonali b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (5) tistipula li dawk ir-regoli transizzjonali jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi. |
(2) |
F'konformità mal-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' April 2016 dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, il-Kummissjoni ressqet proposta li tistabbilixxi l-elementi għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju (B2B) bejn l-Istati Membri li tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. |
(3) |
Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 2016, stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel ċertu titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għat-transazzjonijiet transfruntiera fir-rigward tar-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għall-provvisti intra-Komunitarji, l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat, it-transazzjonijiet f'serje u l-prova tat-trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għat-transazzjonijiet intra-Komunitarji. |
(4) |
Fid-dawl tat-talba magħmula mill-Kunsill u l-fatt li jridu jgħaddu diversi snin qabel tiġi implimentata s-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Komunitarju, dawn il-miżuri speċifiċi, maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa. |
(5) |
Stokk f'kunsinna kuntrattat jirreferi għal sitwazzjoni li fiha, fil-ħin tat-trasport ta' merkanzija lejn Stat Membru ieħor, il-fornitur diġà jaf l-identità tal-persuna li qed takkwista l-merkanzija, lil min ser tiġi fornuta din il-merkanzija fi stadju aktar tard u wara l-wasla tagħha fl-Istat Membru ta' destinazzjoni. Bħalissa dan qed iwassal għal provvista preżunta (fl-Istat Membru li minnu titlaq il-merkanzija) u għal akkwist intra-Komunitarju preżunt (fl-Istat Membru li fih tasal il-merkanzija), segwiti minn provvista “domestika” fl-Istat Membru tal-wasla u jenħtieġ li l-fornitur jiġi identifikat għall-finijiet tal-VAT f'dak l-Istat Membru. Biex dan jiġi evitat, dawn it-transazzjonijiet, meta jsiru bejn żewġ persuni taxxabbli jenħtieġ li jitqiesu, f'ċerti kondizzjonijiet, bħala li jagħtu lok għal provvista eżenti waħda fl-Istat Membru tat-tluq u għal akkwist intra-Komunitarju wieħed fl-Istat Membru tal-wasla. |
(6) |
Transazzjonijiet f'serje jirreferu għal provvisti suċċessivi ta' merkanzija li huma soġġetti għal trasport intra-Komunitarju wieħed. Jenħtieġ li l-moviment intra-Komunitarju ta' merkanzija jiġi attribwit biss lil waħda mill-provvisti, u jenħtieġ li dik il-provvista biss tibbenefika mill-eżenzjoni mill-VAT prevista għall-provvisti intra-Komunitarji. Jenħtieġ li l-provvisti l-oħra fil-katina jiġu ntaxxati u jistgħu jeħtieġu l-identifikazzjoni tal-VAT tal-fornitur fl-Istat Membru ta' provvista. Sabiex jiġu evitati approċċi differenti bejn l-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għal tassazzjoni doppja jew għal nontassazzjoni, u sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-operaturi, jenħtieġ li tiġi stabbilita regola komuni li, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet, it-trasport ta' merkanzija għandu jiġi attribwit lil provvista waħda fil-katina tat-transazzjonijiet. |
(7) |
F'dak li jirrigwarda n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT b'rabta mal-eżenzjoni għall-provvista ta' merkanzija fil-kummerċ intra-Komunitarju, qed jiġi propost li l-inklużjoni tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna li takkwista l-merkanzija fis-Sistema tal-Iskambju ta' Informazzjoni tal-VAT (VIES), assenjat minn Stat Membru differenti minn dak li fih jibda t-trasport ta' merkanzija, jenħtieġ issir, flimkien mal-kondizzjoni tat-trasport ta' merkanzija barra mill-Istat Membru ta' provvista, kondizzjoni sostantiva għall-applikazzjoni ta' eżenzjoni u mhux rekwiżit formali. Barra minn hekk, l-entrata fil-VIES hija essenzjali biex l-Istat Membru tal-wasla jiġi mgħarraf bil-preżenza ta' merkanzija fit-territorju tiegħu u għalhekk hija element ewlieni fil-ġlieda kontra l-frodi fl-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li, meta l-fornitur ma jikkonformax mal-obbligi tal-entrata fil-VIES tiegħu, jenħtieġ li l-eżenzjoni ma tapplikax ħlief meta l-fornitur ikun qed jaġixxi in bona fide, jiġifieri, meta jkun jista' jiġġustifika debitament quddiem l-awtoritajiet tat-taxxa kompetenti kull wieħed min-nuqqasijiet tiegħu b'rabta mad-dikjarazzjoni rikapitolattiva, li dak il-ħin tista' tinkludi wkoll l-għoti mill-fornitur tal-informazzjoni korretta kif meħtieġ skont l-Artikolu 264 tad-Direttiva 2006/112/KE. |
(8) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri it-titjib fl-operat tal-arranġamenti tal-VAT fil-kuntest tal-kummerċ transfruntier minn negozju għal negozju, ma jistax jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista', minħabba l-iskala u l-effetti jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(9) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (6), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f'każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta' traspożizzjoni. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata. |
(10) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2006/112/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 17a 1. It-trasferiment minn persuna taxxabbli ta' merkanzija li tagħmel parti mill-assi tan-negozju tagħha lejn Stat Membru ieħor skont arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat ma għandux jiġi ttrattat bħala provvista ta' merkanzija bi ħlas. 2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat għandhom jitqiesu bħala li jeżistu meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
3. Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin fil-ħin tat-trasferiment tad-dritt li dak li jkun jiddisponi mill-merkanzija bħala s-sid lejn il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, bil-kondizzjoni li t-trasferiment isir fl-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4:
4. Jekk, fi żmien 12-il xahar mill-wasla tal-merkanzija fl-Istat Membru li lejh tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata, il-merkanzija ma tkunx ġiet fornuta lill-persuna taxxabbli li għaliha tkun intiża, kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 6, u ma tkun seħħet l-ebda waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 7, trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 għandu jitqies li jsir fil-ġurnata wara dik li fiha jiskadi l-perijodu ta' 12-il xahar. 5. L-ebda trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 m'għandu jitqies li jsir meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
6. Meta, fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 4, il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tkun ġiet sostitwita minn persuna taxxabbli oħra, m'għandu jitqies li jsir ebda trasferiment skont it-tifsira tal-Artikolu 17 fil-ħin tas-sostituzzjoni, dment li:
7. Meta, fil-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 4, kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma tibqax sodisfatta, trasferiment tal-merkanzija skont l-Artikolu 17 għandu jitqies li jsir fil-ħin li fih ma tibqax sodisfatta l-kondizzjoni rilevanti. Jekk il-merkanzija tiġi fornuta lil persuna oħra li ma tkunx il-persuna taxxabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 jew fil-paragrafu 6, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti immedjatament qabel dan il-forniment. Jekk il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata lejn pajjiż ieħor li ma jkunx l-Istat Membru li minnu tkun iċċaqilqet inizjalment, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti immedjatament qabel tibda tintbagħat jew jibda t-trasport ta' tali merkanzija. Fil-każ li tinqered, tintilef jew tinsteraq il-merkanzija, għandu jitqies li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 6 ma jibqgħux sodisfatti fid-data li fiha l-merkanzija tkun fil-fatt tneħħiet jew inqerdet, jew, jekk ikun impossibbli li tiġi determinata tali data, fid-data li fiha jkun instab li l-merkanzija nqerdet jew ġiet nieqsa.”; |
(2) |
fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V, jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 36a 1. Fejn l-istess merkanzija tkun fornuta suċċessivament u dik il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata minn Stat Membru wieħed lejn Stat Membru ieħor direttament mingħand l-ewwel fornitur lill-aħħar klijent fil-katina, id-dispaċċ jew it-trasport għandu jiġi attribwit biss għall-provvista li ssir lill-operatur intermedjarju. 2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, it-tluq jew it-trasport għandu jiġi attribwit biss għall-provvista ta' merkanzija mill-operatur intermedjarju meta l-operatur intermedjarju jkun ikkomunika lill-fornitur tiegħu n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT li jkun inħariġlu mill-Istat Membru li minnu tintbagħat jew tiġi ttrasportata l-merkanzija. 3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “operatur intermedjarju” tfisser fornitur fil-katina minbarra l-ewwel fornitur fil-katina, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija jew huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu. 4. Dan l-Artikolu m'għandhux japplika għas-sitwazzjonijiet koperti mill-Artikolu 14a.”; |
(3) |
l-Artikolu 138 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 243, jiżdiedu l-paragrafu li ġej: “3. Kull persuna taxxabbli li tittrasferixxi merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru li jippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dak l-Artikolu. Kull persuna taxxabbli li lilha tiġi fornuta merkanzija skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru ta' dik il-merkanzija.”; |
(5) |
l-Artikolu 262 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 262 1. Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitolattiva ta' dan li ġej:
2. Flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kull persuna taxxabbli għandha tippreżenta informazzjoni dwar in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-persuni taxxabbli li għalihom il-merkanzija, li tkun mibgħuta jew ittrasportata skont l-arranġamenti dwar l-istokk f'kunsinna kuntrattat f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17a tkun intiża u dwar kull bidla fl-informazzjoni ppreżentata.”; |
(6) |
l-Artikoli 403 u 404 jitħassru. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2019, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LÖGER
(1) L-Opinjoni tat-3 ta' Ottubru 2018.
(2) L-Opinjoni tal-14 ta' Marzu 2018.
(3) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
(4) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).