This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L0131
Council Directive (EU) 2018/131 of 23 January 2018 implementing the Agreement concluded by the European Community Shipowners' Associations (ECSA) and the European Transport Workers' Federation (ETF) to amend Directive 2009/13/EC in accordance with the amendments of 2014 to the Maritime Labour Convention, 2006, as approved by the International Labour Conference on 11 June 2014 (Text with EEA relevance. )
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/131 tat-23 ta' Jannar 2018 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE skont l-emendi tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, kif approvati mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fil-11 ta' Ġunju 2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/131 tat-23 ta' Jannar 2018 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE skont l-emendi tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, kif approvati mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fil-11 ta' Ġunju 2014 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU L 22, 26.1.2018, p. 28–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/28 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2018/131
tat-23 ta' Jannar 2018
li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE skont l-emendi tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, kif approvati mill-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fil-11 ta' Ġunju 2014
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) flimkien mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 153(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 155(2) tat-Ttrattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-maniġment u l-ħaddiema (“is-sħab soċjali”) jistgħu jitolbu b'mod konġunt li l-ftehimiet konklużi minnhom fil-livell tal-Unjoni jiġu implimentati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE (1) implimentat il-ftehim konkluż fid-19 ta' Mejju 2008 mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) sabiex id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 (“il-MLC”) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni, sabiex il-leġislazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ tiġi aġġornata bl-istandards tal-MLC li kienu iktar favorevoli għall-baħħara. L-għan tagħha kien li ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet tal-impjieg, il-ħinijiet tax-xogħol, ir-ripatrijazzjoni, l-iżvilupp tal-karrieri u l-ħiliet, l-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet tar-rikreazzjoni, l-ikel u l-forniment tal-ikel, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, il-kura medika u l-proċeduri tal-ilmenti. |
(3) |
B'segwitu tal-laqgħat tal-esperti internazzjonali, l-ILO nediet proċess biex tiġi emendata l-MLC sabiex tindirizza, minn naħa, it-tħassib relatat mal-abbandun tal-baħħara u s-sigurtà finanzjarja, u min-naħa l-oħra, it-talbiet relatati mal-mewt jew mad-diżabbiltà fit-tul tal-baħħara. Fil-laqgħa tiegħu mis-7 sal-11 ta' April 2014, il-Kumitat Tripartitiku Speċjali mwaqqaf mill-MLC adotta żewġ emendi dwar dawk il-kwistjonijiet. Partijiet mir-regoli soġġetti għall-emendi kienu jaqgħu fil-kompetenzi tal-Unjoni u kienu jikkonċernaw kwistjonijiet li l-Unjoni kienet adottat regoli għalihom, b'mod partikolari fil-politika soċjali u t-trasport. Għalhekk, fis-26 ta' Mejju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/346/UE (2), li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol (ILC). Il-pożizzjoni tal-Unjoni kellha tappoġġa l-approvazzjoni tal-emendi tal-Kodiċi tal-MLC (“l-emendi tal-2014 għall-MLC”). |
(4) |
L-emendi tal-2014 għall-MCL ġew approvati mill-ILC fil-103 sessjoni tagħha f'Ġinevra fil-11 ta' Ġunju 2014 u daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Jannar 2017. Dawn huma relatati mal-forniment ta' sistema ta' sigurtà finanzjarja biex jiġu protetti d-drittijiet tal-baħħara f'każ ta' abbandun u biex jiġi żgurat il-kumpens għat-talbiet kuntrattwali għal mewt jew diżabbiltà fit-tul tal-baħħara minħabba korriment, mard jew periklu fuq il-post tax-xogħol. Huma jtejbu u jottimizzaw is-sistema eżistenti għall-protezzjoni tal-baħħara, inkluż l-obbligu li l-bastimenti jġorru abbord evidenza dokumentata tas-sistema tas-sigurtà finanzjarja u li s-sistema tiġi estiża biex tkopri żewġ sitwazzjonijiet ġodda ta' abbandun. Dawk is-sitwazzjonijiet huma marbuta ma' każijiet fejn baħħara tħallew mingħajr il-manteniment u l-appoġġ meħtieġ, jew għal każijiet fejn is-sid tal-bastiment qata' unilateralment ir-rabtiet tiegħu mal-baħħar, inkluż naqas milli jħallas il-pagi kontrattwali għal perijodu ta' mill-inqas xahrejn. |
(5) |
Fil-5 ta' Diċembru 2016, is-sħab soċjali fis-settur tat-trasport marittimu — l-ECSA u l-FETF — ikkonkludew ftehim (“il-ftehim bejn is-sħab soċjali”) biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE f'konformità mal-emendi tal-2014 għall-MLC. Fit-12 ta' Diċembru 2016, talbu li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) TFUE, tippreżenta proposta għal direttiva tal-Kunsill biex jiġi implimentat dak il-ftehim. |
(6) |
Il-ftehim bejn is-sħab soċjali jirriproduċi l-kontenut tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-emendi tal-2014 għall-MLC. L-ewwel emenda dwar is-sistema tas-sigurtà finanzjarja f'każ ta' abbandun tal-baħħara tirrigwarda kemm is-saħħa u s-sikurezza kif ukoll il-kondizzjonijiet tax-xogħol, u għalhekk hija koperta mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 153(1) tat-TFUE. It-tieni emenda dwar ir-rekwiżiti tas-sistema tas-sigurtà finanzjarja biex tiżgura l-kumpens f'każ ta' mewt jew diżabbiltà fit-tul tal-baħħara minħabba korriment, mard jew periklu fuq il-post tax-xogħol, hija koperta mill-punt (c) tal-Artikolu 153(1) tat-TFUE dwar is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Għalhekk il-ftehim bejn is-sħab soċjali jikkonċerna l-kwistjonijiet koperti mill-Artikolu 153 TFUE u jista' jiġi implimentat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 155(2) tat-TFUE. Għall-finijiet tal-Artikolu 288 tat-TFUE, l-istrument adatt għall-implimentazzjoni tal-ftehim bejn is-sħab soċjali huwa direttiva. |
(7) |
Skont il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-adattament u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju, il-Kummissjoni vvalutat l-istatus rappreżentattiv tal-partijiet firmatarji u l-legalità ta' kull klawżola tal-ftehim bejn is-sħab soċjali. |
(8) |
Il-ftehim bejn is-sħab soċjali jemenda l-ftehim konkluż fid-19 ta' Mejju 2008 bejn l-ECSA u l-ETF dwar l-MLC, anness għad-Direttiva 2009/13/KE, u jinkorpora f'dik id-Direttiva l-emendi tal-2014 għall-MLC sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni soċjali għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru. |
(9) |
Permezz tal-emendar tad-Direttiva 2009/13/KE, il-ftehim bejn is-sħab soċjali ser idaħħal id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-emendi tal-2014 għall-MLC, li huma diġà koperti mis-sistema superviżorja tal-MLC, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u fi ħdan is-sistema ta' superviżjoni u monitoraġġ tal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan x'aktarx iwassal għal iktar konformità mill-Istati Membri u s-sidien tal-bastimenti. |
(10) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn is-sħab soċjali dwar is-segwitu u r-rieżami mis-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni ser tissorvelja l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-ftehim bejn is-sħab soċjali. |
(11) |
L-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fejn dawn tal-aħħar flimkien jitolbu li jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont id-Direttiva. |
(12) |
Skont l-Artikolu 155(2) TFUE, il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew billi bagħtitlu t-test tal-proposta tagħha għal din id-Direttiva. |
(13) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha. |
(14) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport marittimu, li huwa settur transfruntier li jopera taħt il-bnadar ta' Stati Membri differenti, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
(15) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/13/KE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Din id-Direttiva timplimenta l-ftehim konkluż bejn l-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) fil-5 ta' Diċembru 2016 li tiġi emendata d-Direttiva 2009/13/KE f'konformità mal-emendi tal-2014 għall-MLC.
Artikolu 2
Skont il-ftehim bejn is-sħab soċjali, il-Ftehim konkluż mill-ECSA u l-EFT dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, stipulat fl-Anness għad-Direttiva 2009/13/KE huwa emendat f'konformità mal-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-16 ta' Frar 2020. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri jistgħu jafdaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva meta s-sħab soċjali flimkien jitolbu li jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
V. GORANOV
(1) Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 30).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/346/UE tas-26 ta' Mejju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol dwar l-emendi fil-Kodiċi tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 172, 12.6.2014, p. 28).
(3) Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu 2006 u l-infurzar tagħha (ĠU L 329, 10.12.2013, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness għad-Direttiva 2009/13/KE, il-Ftehim konkluż mill-ECSA u l-ETF dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-intestatura “Standard A2.5 — Ripatrijazzjoni”, “A2.5” huwa sostitwit bi “A2.5.1”. |
(2) |
Jiddaħħal l-Istandard li ġej: “Standard A2.5.2 — Sigurtà Finanzjarja
|
(3) |
“Standard A4.2 — Responsabbiltà tas-sid tal-bastiment” huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
jiddaħħal l-istandard li ġej: “Standard A4.2.2 — Trattament ta' talbiet kuntrattwali
|