EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L0100

Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/100 tat-22 ta' Jannar 2018 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/0187

OJ L 17, 23.1.2018, p. 34–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2018/100/oj

23.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 17/34


DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/100

tat-22 ta' Jannar 2018

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) (a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) ġew adottati biex jiżguraw li l-varjetajiet li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami tad-diversi speċijiet u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami tal-varjetajiet, sa fejn kienu ġew stabbiliti tali protokolli. Għall-ispeċijiet mhux koperti minn protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi jistipulaw li għandhom japplikaw il-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Mindu saret l-aħħar emenda lid-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE bid-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 (5), is-CPVO u l-UPOV stabbilixxew aktar protokolli u linji gwida u aġġornaw dawk eżistenti.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti A tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test fil-parti B tal-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Għall-eżamijiet mibdija qabel l-1 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri jistgħu japplikaw id-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fil-verżjoni li tapplika qabel l-emenda tagħhom permezz ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Settembru 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Jannar 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta' implimentazzjoni għall-għanijiet ta' Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta'ċerti varjetajiet ta'speċi ta' ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).

(5)  Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1914 tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE li jistabbilixxu miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rispettivament, fir-rigward tal-karatteristiki li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kundizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli u speċijiet ta' ħxejjex (ĠU L 296, 1.11.2016, p. 7).


ANNESS

PARTI A

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (1)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Tall fescue

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Fine-leaved sheep's fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Sheep's fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Meadow fescue

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Red fescue

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Krajina

Żwien iebes

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/1 tat-23.6.2011

Lolium × hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/1 tat-23.6.2011

Pisum sativum L.

Piżelli

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Poa pratensis L.

Smooth-stalked meadow grass

TP 33/1 tal-15.3.2017

Vicia sativa L.

Silla tal-blat

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Swede

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell tal-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L.

Rapa tas-Swede

TP 36/2 tas-16.11.2011

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 tat-28.11.2012

Glycine max (L.) Merr.

Żerriegħa tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/1 tad-19.4.2016

Helianthus annuus L.

Ġirasoll

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għeri żgħir, Ħafur bla buq

TP 20/2 tal-1.10.2015

Avena sativa L. (jinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/2 tal-1.10.2015

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/4 tal-1.10.2015

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-ibridizzazzjoni ta' speċi tal-ġeneru Triticum ma' speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/2 rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L.

Qamħ

TP 3/4 rev. 2 tas-16.2.2011

Triticum durum Desf.

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L.

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (2)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Fodder beet

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Velvet bent

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth.

Red top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Creeping bent grass

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Brown top

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Rescue grass

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Bunixxief tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Sieq is-serduq

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' speċi tal-ġeneru Festuca ma' speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Small timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Phleum pratense L.

Timothy

TG/34/6 tas-7.11.1984

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupin abjad

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupin b'weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupin isfar

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago sativa L.

Alfalfa

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG 228/1 tal-5.4.2006

Medicago × varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Xnien aħmar

TG/5/7 tal-4.4.2001

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Vicia faba L.

Favetta

TG/8/6 tas-17.4.2002

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprin

TG/166/4 tad-9.4.2014

Sorghum bicolor (L.) Moench

Sorgu

TG/122/4 tal-25.3.2015

Sorghum sudanense (Piper) Stapf.

Sorgu tas-Sudan

TG 122/4 tal-25.3.2015

Sorghum bicolor (L.) Moench × Sorghum sudanense (Piper) Stapf

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta' Sorghum bicolor u Sorghum sudanense

TG 122/4 tal-25.3.2015

PARTI B

ANNESS I

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tal-ittestjar tas-CPVO  (3)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (Grupp Cepa)

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (Grupp Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat salvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Asparagu

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta' Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

Brassica rapa L.

Kaboċċa ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 rev. tal-15.3.2017

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/1 tal-25.3.2004

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin)

TP 61/2 tat-13.3.2008

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qara' bagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 2 tad-19.4.2016

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta' Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta' Franza u Fażola tixxeblek ta' Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum lycopersicum L. × Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. × Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. × Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg

Selvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 2 tal-15.3.2017

Cucurbita maxima × Cucurbita moschata

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. × Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala salvaġġ (rootstock)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta' speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (4)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001

Cichorium intybus L.

Ċikwejra b'weraq kbir jew Ċikwejra Taljana

TG/154/4 tal-5.4.2017


(1)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(2)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

(3)  It-test ta' dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(4)  It-test ta' dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


Top