This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018H1228(01)
Council Recommendation of 7 December 2018 on strengthened cooperation against vaccine-preventable diseases
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2018 dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2018 dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim
ST/14152/2018/REV/1
ĠU C 466, 28.12.2018, p. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 466/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Diċembru 2018
dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim
(2018/C 466/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 168(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tindirizza t-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-evitar tas-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. |
(2) |
Skont l-Artikolu 168(6) TFUE, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet għall-għanijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu sabiex tittejjeb is-saħħa pubblika, b’mod partikolari b’rabta mal-ġlieda kontra flaġelli kbar tas-saħħa, u l-monitoraġġ, it-twissija bikrija għat-theddid transfruntiera serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih. Mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim huwa meqjus bħala flaġell kbir tas-saħħa. |
(3) |
It-tilqim huwa wieħed mill-aktar miżura b’saħħitha u kosteffiċjenti tas-saħħa pubblika żviluppata fis-seklu 20 u jibqa’ l-għodda ewlenija għall-prevenzjoni primarja tal-mard li jittieħed. |
(4) |
Filwaqt li l-programmi ta’ tilqim huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, in-natura transfruntiera tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim u l-isfidi komuni li jiffaċċjaw programmi nazzjonali ta’ immunizzazzjoni jibbenefikaw minn azzjoni u approċċi tal-UE aktar koordinati sabiex jipprevjenu jew jillimitaw it-tixrid ta’ epidemiji u mard b’dimensjoni transfruntiera. |
(5) |
It-tixrid rapidu ta’ miżinformazzjoni permezz tal-midja soċjali u permezz ta’ attivisti vokali kontra t-tilqim ikkawża ideat żbaljati li qed ineħħu l-attenzjoni tal-pubbliku minn fuq il-benefiċċji individwali u kollettivi tat-tilqim u r-riskji li jinħolqu minn mard li jittieħed, u jitfgħuha fuq aktar nuqqas ta’ fiduċja u biża’ minn avvenimenti negattivi mingħajr provi. Hija meħtieġa azzjoni sabiex jissaħħaħ id-djalogu maċ-ċittadini, jinftiehem it-tħassib ġenwin jew id-dubji tagħhom dwar it-tilqim u sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod adegwat skont il-bżonnijiet individwali tagħhom. |
(6) |
Il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa għandhom rwol ewlieni biex jintlaħaq l-għan ta’ rati ta’ kopertura mtejba tat-tilqim. Biex jiġu appoġġati l-isforzi tagħhom, jeħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet biex ikomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ dwar it-tilqim f’konformità ma’ rakkomandazzjonijiet nazzjonali. |
(7) |
Jeħtieġ li jiġu indirizzati l-każijiet fejn ir-rati ta’ kopertura tat-tilqim tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa huma kkunsidrati insuffiċjenti skont ir-rakkomandazzjonijiet nazzjonali sabiex jiġu protetti dawn il-ħaddiema u l-pazjenti tagħhom. |
(8) |
Il-varjazzjoni fl-iskedi tat-tilqim bejn l-Istati Membri fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet, it-tip ta’ tilqim użat, in-numru ta’ dożi mogħtija, u ż-żmien li fih jingħataw iżid ir-riskju li ċ-ċittadini, b’mod partikolari t-tfal, jitilfu tilqima waqt li jkunu qed jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor. |
(9) |
Il-ħtieġa li s-servizzi ta’ immunizzazzjoni jitressqu iktar qrib iċ-ċittadini teħtieġ sforzi ddedikati sabiex jintlaħqu l-iktar persuni vulnerabbli tas-soċjetà, b’mod partikolari permezz ta’ fornituri bbażati fil-komunità. Il-Fondi Strutturali Ewropej, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (‘FSE’) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (‘FEŻR’), joffru opportunitajiet sinifikanti għall-Istati Membri sabiex isaħħu t-taħriġ relatat mat-tilqim tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura tas-saħħa fil-qasam tat-tilqim. |
(10) |
Il-bidliet demografiċi, il-mobbiltà tal-persuni, it-tibdil fil-klima u l-immunità li qiegħda tonqos qed jikkontribwixxu għal ċaqliq epidemjoloġiku fil-piż tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, li jeħtieġ programmi ta’ tilqim b’approċċ tul il-ħajja kollha lil hinn mis-snin tat-tfulija. Dan l-approċċ għandu l-għan li jiżgura protezzjoni adegwata tul il-ħajja u jikkontribwixxi għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u tixjiħ b’saħħtu kif ukoll is-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa. |
(11) |
L-iskarsezzi tat-tilqim għandhom konsegwenzi diretti għat-twettiq u l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali ta’ tilqim; L-Istati Membri jiffaċċjaw diversi interruzzjonijiet tal-provvista tat-tilqim, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni fl-UE jibqgħu limitati u d-diffikultajiet jippersistu fit-tqassim tat-tilqim bejn il-fruntieri, filwaqt li n-nuqqas ta’ ppjanar ikkoordinat tal-previżjoni jikkontribwixxi għal inċertezza dwar id-domanda. F’dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha jibqgħu vulnerabbli fil-każ ta’ tifqigħat ta’ mard li jittieħed. |
(12) |
Il-ħtieġa li jsir avvanz malajr fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ tilqim ġdid u li jsir titjib jew adattament ta’ dak eżistenti teħtieġ sħubijiet u pjattaformi innovattivi, għarfien espert ta’ livell għoli u rabtiet aktar b’saħħithom bejn dixxiplini u setturi, kif ukoll investiment f’riċerka dwar xjenza soċjali u tal-imġiba sabiex nifhmu aħjar id-determinanti speċifiċi skont il-kuntest li huma l-bażi ta’ attitudnijiet ta’ inċertezza dwar it-tilqim. |
(13) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika (1) diġà jidentifikaw xi wħud minn dawn l-isfidi ewlenin u x’għandu jsir fil-ġejjieni, u jappellaw lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw azzjonijiet konġunti biex jaqsmu l-aħjar prattiki dwar il-politiki tat-tilqim. |
(14) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immunizzazzjoni tat-tfal (2) speċifikament jitolbu li r-reġistri tal-immunizzazzjoni u s-sistemi tal-informazzjoni jiġu rfinati sabiex jittejjeb il-monitoraġġ tal-programmi tat-tilqim u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi tat-tilqim. |
(15) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali (3) u l-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 (4) ifakkru fl-importanza tal-aġenda tas-saħħa diġitali u l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq is-Saħħa elettronika u fuq il-Big Data. Dawn l-inizjattivi huma msaħħa mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali (5), sabiex jiżguraw mudelli tal-kura tas-saħħa moderni u sostenibbli kif ukoll ċittadini u ħaddiema tal-kura tas-saħħa kompetenti. |
(16) |
Id-Direttiva 2000/54/KE (6) dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol tistipula rekwiżiti minimi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema, inkluż il-ħtieġa li jiġi offrut tilqim lil dawk li ma kinux immunizzati qabel u d-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE (7) li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU tipprevedi li jekk il-valutazzjoni tar-riskju turi li hemm riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema minħabba l-espożizzjoni tagħhom għal aġenti bijoloġiċi li għalihom jeżisti tilqim effettiv, il-ħaddiema għandhom jiġu offruti t-tilqim. |
(17) |
Id-Deċiżjoni 1082/2013/UE (8) dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa tipprovdi l-bażi għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu volontarju għax-xiri bil-quddiem ta’ kontromiżuri mediċi għal theddid transkonfinali serju għas-saħħa. |
(18) |
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-valuri u l-prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (9) japprovaw il-prinċipji u l-valuri ġenerali tal-universalità, l-aċċess għal kura ta’ kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà, li huma ta’ importanza assoluta sabiex jiżguraw aċċess ekwu għal servizzi ta’ tilqim irrispettivament mill-età, l-istatus soċjali jew il-lokalità ġeografika, skont programmi ta’ immunizzazzjoni nazzjonali u reġjonali. |
(19) |
Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 (10) jagħti mandat liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (‘ECDC’) biex jappoġġa l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard li jittieħed u jrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-esperjenza fir-rigward tal-programmi ta’ tilqim. Barra minn hekk, l-ECDC jikkoordina l-ġbir, il-validazzjoni, l-analiżi u t-tixrid tad-data fil-livell tal-UE, inkluż dwar strateġiji ta’ tilqim. |
(20) |
Id-Direttiva 2001/83/KE (11) u r-Regolament (UE) Nru 726/2004 (12) dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxu l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jagħtu lill-awtoritajiet regolatorji mandat sabiex jippromwovu u jipproteġu s-saħħa pubblika billi jawtorizzaw l-użu ta’ tilqim sikur u effettiv, u billi jivvalutaw kontinwament il-profil tal-benefiċċji u r-riskji tagħhom wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. |
(21) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda tal-Kummissjoni (13) jappoġġa lill-Istati Membri tal-UE fil-ġlieda tagħhom kontra r-reżistenza antimikrobika (RAM) u jitlob biex tingħata spinta lill-mogħdijiet simplifikati għall-awtorizzazzjoni ta’ aġenti antibatteriċi ġodda u għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ tilqim ġdid għal patoġeni assoċjati mar-reżistenza antimikrobika. |
(22) |
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta’ tilqim fl-Ewropa (14) tappella lill-Istati Membri biex jiżguraw tilqim suffiċjenti tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, jieħdu passi effettivi kontra l-miżinformazzjoni, u jimplimentaw miżuri għat-titjib tal-aċċess għall-mediċini. Hija tistieden ukoll lill-Kummissjoni tiffaċilita skeda aktar armonizzata għat-tilqim madwar l-UE. |
(23) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Aħbarijiet Foloz u d-Diżinformazzjoni Online għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ strateġija fil-livell tal-UE dwar l-indirizzar tat-tixrid tad-diżinformazzjoni, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni (15) tindirizza l-isfidi tal-pjattaformi online fir-rigward tat-tixrid ta’ diżinformazzjoni. |
(24) |
Il-Kummissjoni appoġġat it-titjib tal-aċċess għal tilqim modern u essenzjali fl-iktar 77 pajjiż fqir permezz ta’ Gavi, l-Alleanza tat-Tilqim (‘Gavi’) mill-bidu tagħha fis-sena 2000. Sal-2015, ingħataw EUR 83 miljun, li kkontribwixxew biex jiġu immunizzati kompletament 277 miljun tifel u tifla fil-perijodu 2011-2015, u EUR 200 miljun oħra ġew imwiegħda għall-perijodu 2016-2020, bi pjanijiet biex jiġu immunizzati 300 miljun tifel u tifla oħra bejn l-2016 u l-2020. |
(25) |
Fl-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tal-2012, il-Ministri għas-saħħa approvaw il-Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar it-Tilqim, sabiex jiżguraw li ħadd ma jitlef immunizzazzjoni vitali sal-2020. Fl-2014 il-Kumitat Reġjonali Ewropew tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (‘WHO’) adotta l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim 2015-2020. |
(26) |
L-Għan tlieta tal-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli (16) - “Jiġu żgurati ħajjiet f’saħħithom u jiġi promoss il-benesseri għal kulħadd f’kull età” - jenfasizza l-importanza tat-tilqim fil-protezzjoni tal-persuni mill-mard. Barra minn hekk, permezz tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp “Id-Dinja Tagħna, Id-Dinjità Tagħna, Il-Futur Tagħna” (17), l-UE u l-Istati Membri tagħha jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jipproteġu d-dritt ta’ kulħadd li jgawdi l-ogħla standard ta’ saħħa fiżika u mentali li jista’ jintlaħaq, inkluż billi jgħinu sabiex jiġi żgurat aċċess għal mediċini u tilqim affordabbli u essenzjali għal kulħadd. |
(27) |
Azzjoni Konġunta dwar it-Tilqim, ikkofinanzjata mit-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (18), li tibda fl-2018, għandha tiffoka fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar il-politiki nazzjonali tat-tilqim u l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi rigward sistemi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, previżjonijiet tat-tilqim, prijoritizzazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp tat-tilqim, u riċerka sabiex tiġi indirizzata r-retiċenza dwar it-tilqim. |
(28) |
L-azzjonijiet imressqa f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom l-għan li jżidu s-sigurtà tas-saħħa pubblika, inaqqsu l-inugwaljanzi bejn l-Istati Membri, u jżidu s-sigurtà tal-provvista tat-tilqim fis-Suq Intern. Dawn jikkomplementaw u jsaħħu l-politiki u l-azzjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri kollha filwaqt li jqisu l-punti ta’ tluq differenti tagħhom fir-rigward tal-politiki dwar l-immunizzazzjoni, it-twaqqif istituzzjonali, id-differenzi reġjonali, u l-kapaċitajiet tal-kura tas-saħħa. |
(29) |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija konsistenti mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. |
B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:
1. |
Jiżviluppaw u jimplimentaw pjanijiet ta’ tilqim fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, kif adatt, bil-għan li tiżdied il-kopertura tat-tilqim sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar it-Tilqim tal-WHO sal-2020. Dawn il-pjanijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, dispożizzjonijiet għal finanzjament sostenibbli u forniment ta’ tilqim, approċċ ta’ tul il-ħajja kollha għat-tilqim, kapaċità li tingħata risposta għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u attivitajiet ta’ komunikazzjoni u promozzjoni. |
2. |
Jimmiraw biex sal-2020 jiksbu, b’mod partikolari għall-ħosba, ir-rata ta’ kopertura tat-tilqim ta’ 95 %, b’żewġ dożi tat-tilqim għall-popolazzjoni tat-tfal fil-mira, u jaħdmu biex ineħħu d-distakki fl-immunità fil-gruppi tal-etajiet l-oħra kollha bl-għan li l-ħosba tiġi eliminata fl-UE. |
3. |
Jintroduċu kontrolli ta’ rutina tal-istatus tat-tilqim u opportunitajiet regolari sabiex jingħata tilqim fi stadji differenti tal-ħajja, permezz ta’ żjarat ta’ rutina fis-sistema tal-kura tas-saħħa primarja u permezz ta’ miżuri addizzjonali meħuda, pereżempju, meta jibdew l-iskola (kindergarten), fil-post tax-xogħol jew f’faċilitajiet ta’ kura, skont il-kapaċitajiet nazzjonali. |
4. |
Jiffaċilitaw l-aċċess għal servizzi ta’ tilqim nazzjonali u/jew reġjonali, permezz ta’:
|
5. |
Jinkoraġġixxu u jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u l-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jikkunsidraw jinkludu u jsaħħu t-taħriġ dwar mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, il-vaċċinoloġija, u l-immunizzazzjoni fil-kurrikuli mediċi nazzjonali u kwalunkwe programm edukattiv mediku kontinwu għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fis-setturi kollu kull meta huwa rrakkomandat, sabiex jissaħħaħ ir-rwol ewlieni tagħhom li jimmiraw lejn rati ogħla ta’ kopertura tat-tilqim.
Jużaw l-opportunitajiet offruti mill-FES u l-FERŻ sabiex jappoġġaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa dwar mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim, il-vaċċinoloġija, u l-immunizzazzjoni u sabiex isaħħu l-kapaċitajiet tal-infrastruttura tas-saħħa nazzjonali u reġjonali, inkluż sistemi elettroniċi ta’ informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, fil-qasam tat-tilqim. |
6. |
Meta meħtieġ, iżidu l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tat-tilqim billi:
|
7. |
Jesploraw il-possibbiltà li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-istituzzjonijiet tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa biex ikollhom informazzjoni elettronika dwar l-istatus tat-tilqim taċ-ċittadini, pereżempju abbażi ta’ sistemi ta’ informazzjoni li jipprovdu funzjonalitajiet ta’ tfakkira, li jiġbru data aġġornata dwar il-kopertura tat-tilqim fil-gruppi tal-etajiet kollha u li jippermettu rabtiet u skambji tad-data fis-sistemi tal-kura tas-saħħa kollha. |
8. |
Fejn adegwat, iżidu l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni tat-tilqim sabiex ikun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għall-avvanz rapidu ta’ tilqim ġdid jew imtejjeb, u jiffaċilitaw l-adozzjoni tar-riċerka dwar it-tilqim għal programmi u politiki ta’ tilqim nazzjonali jew reġjonali infurmati aħjar. |
HAWNHEKK JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI TIEĦU L-AZZJONIJIET LI ĠEJJIN, FIL-QAFAS TA’ KOOPERAZZJONI MILL-QRIB MAL-ISTATI MEMBRI:
9. |
Timmira li tistabbilixxi sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Tilqim (EVIS), ikkoordinata mill-ECDC, sabiex:
|
10. |
Bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u b’kooperazzjoni mal-ECDC, tissorvelja kontinwament il-benefiċċji u r-riskji tat-tilqim, fil-livell tal-UE, inkluż permezz ta’ studji dwar is-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. |
11. |
Taħdem biex tiżviluppa metodoloġiji u bies jissaħħu l-kapaċitajiet biex tiġi vvalutata l-effettività relattiva tat-tilqim u l-programmi ta’ tilqim. |
12. |
Issaħħaħ l-applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għall-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, kif stipulat fid-Direttiva 2000/54/KE u fid-Direttiva tal-Kunsill 2010/32/UE, b’kont meħud tal-kompetenzi nazzjonali, b’mod partikolari billi tiġi appoġġata l-edukazzjoni kontinwa tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa, jiġi ssorveljat l-istatus tal-immunizzazzjoni tagħhom u, fejn meħtieġ, jiġi offrut tilqim b’mod attiv sabiex jiġu żgurati livelli adegwati ta’ sikurezza tal-pazjenti u tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa. |
13. |
Tipprovdi evidenza u data, inkluż permezz ta’ European Schoolnet, sabiex tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-aspetti relatati mal-vaċċinoloġija u l-immunizzazzjoni fil-kurrikuli mediċi nazzjonali tagħhom u fl-edukazzjoni postgradwatorja. |
14. |
Taħdem biex issaħħaħ il-provvista tat-tilqim u jitnaqqsu r-riskji ta’ skarsezza billi:
|
15. |
Iżżid l-effettività u l-effiċjenza tal-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp tal-UE u nazzjonali dwar it-tilqim permezz ta’ sforzi sabiex:
|
B’DAN JILQA’ L-INTENZJONI TAL-KUMMISSJONI LI:
16. |
Teżamina kwistjonijiet ta’ kopertura insuffiċjenti tat-tilqim ikkawżati minn moviment transfruntiera ta’ persuni fi ħdan l-UE u tfittex possibiltajiet biex tindirizzahom, inkluż billi teżamina l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ kard/passaport ta’ tilqim komuni għaċ-ċittadini tal-UE (li jieħu kont tal-iskedi nazzjonali tat-tilqim potenzjalment differenti u) li jkun kompatibbli ma’ sistemi ta’ informazzjoni elettronika dwar l-immunizzazzjoni u rikonoxxut għal użu transfruntiera, mingħajr ma tiġi duplikata l-ħidma fil-livell nazzjonali. |
17. |
Timmira li tipproduċi fuq bażi regolari, pereżempju fil-kuntest tal-Istat tas-Saħħa fil-proċess tal-UE, rapport dwar l-istat tal-fiduċja fit-tilqim fl-UE, biex tissorvelja l-attitudnijiet lejn it-tilqim. Abbażi ta’ dak ir-rapport u b’kont meħud tal-ħidma relatata tal-WHO, tippreżenta gwida li tista’ tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-inċertezza mit-tilqim. |
18. |
Tlaqqa’ Koalizzjoni għat-Tilqim sabiex tgħaqqad flimkien assoċjazzjonijiet Ewropej ta’ ħaddiema fil-kura tas-saħħa kif ukoll assoċjazzjonijiet ta’ studenti rilevanti f’dan il-qasam, sabiex jimpenjaw ruħhom li jipprovdu informazzjoni preċiża lill-pubbliku, jiġġieldu l-ideat foloz u jiskambjaw l-aħjar prattiki. |
19. |
Issaħħaħ l-impatt tal-Ġimgħa Ewropea tal-Immunizzazzjoni annwali billi tospita inizjattiva tal-UE għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tappoġġa l-attivitajiet tal-Istati Membri stess. |
20. |
Tidentifika ostakli għall-aċċess u l-appoġġ ta’ interventi biex jiżdied l-aċċess għat-tilqim għal gruppi żvantaġġati u esklużi soċjalment inkluż bil-promozzjoni ta’ medjaturi tas-saħħa u netwerks tal-komunità fil-livell lokali, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali. |
21. |
Tiżviluppa gwida sabiex jiġu megħluba l-ostakli legali u tekniċi li jimpedixxu l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali tal-informazzjoni dwar l-immunizzazzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faċilitazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u tal-kura fis-Suq Uniku Diġitali, l-għoti ta’ setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha. |
22. |
Tkompli tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-programmi qafas tal-EU għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ tilqim ġdid, sikur u effettiv, u l-ottimizzazzjoni tat-tilqim eżistenti |
23. |
Issaħħaħ is-sħubiji u l-kollaborazzjoni eżistenti ma’ atturi u inizjattivi internazzjonali, bħall-WHO u l-Grupp Konsultattiv Strateġiku ta’ Esperti dwar l-Immunizzazzjoni (SAGE) tagħha, il-Grupp Konsultattiv Tekniku Ewropew ta’ Esperti dwar l-Immunizzazzjoni (ETAGE), il-proċessi tal-Aġenda u l-Inizjattiva Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa (Inizjattiva Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa, Aġenda Globali dwar is-Sigurtà tas-Saħħa), il-Unicef u inizjattivi ta’ ffinanzjar u riċerka bħall-Gavi, CEPI, GloPID-R u JPIAMR (l-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunta dwar ir-Reżistenza għall-Antimikrobiċi). |
24. |
Tirrapporta fuq bażi regolari dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni abbażi ta’ indikaturi maqbula mill-Istati Membri u ta’ informazzjoni minn sorsi rilevanti oħra. |
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
B. HARTINGER-KLEIN
(1) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tilqim bħala għodda effettiva fis-saħħa pubblika (2014/C 438/04) (ĠU C 438, 6.12.2014, p. 3)
(2) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-immunizzazzjoni tat-tfal: suċċessi u sfidi tal-Immunizzazzjoni Ewropea tat-tfal u t-triq ’il quddiem (ĠU C 202, 8.7.2011, p. 4)
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, Suq Uniku Diġitali Konness għal kulħadd, COM/2017/0228.
(4) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020, COM/2012/736.
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta’ soċjetà aktar b’saħħitha, COM(2018)233.
(6) Id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).
(7) Direttiva 2010/32/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fis-settur tal-isptarijiet u l-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU, (ĠU L 134, 1.6.2010, p. 66).
(8) Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(9) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar valuri u prinċipji komuni fis-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1).
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(11) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(12) Ir-Regolament 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).
(13) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar Pjan ta’ Azzjoni Saħħa Waħda Ewropew kontra r-Reżistenza Antimikrobika (RAM) COM(2017)339.
(14) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-retiċenza dwar it-tilqim u t-tnaqqis fir-rati ta’ tilqim fl-Ewropa (Għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).
(15) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew, COM(2018)236.
(16) Ir-Riżoluzzjoni 70/1 adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta’ Settembru 2015: “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli”.
(17) Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. Il-Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp “Id-Dinja Tagħna, id-Dinjità Tagħna, il-Futur Tagħna” (ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1).
(18) Regolament Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).