EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0771
Commission Delegated Decision (EU) 2018/771 of 25 January 2018 on the applicable system to assess and verify constancy of performance of anchor devices used for construction works and intended to prevent persons from falling from a height or to arrest falls from a height pursuant to Regulation (EU) No 305/2011 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771 tal-25 ta' Jannar 2018 dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/771 tal-25 ta' Jannar 2018 dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/0287
OJ L 129, 25.5.2018, p. 82–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/82 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/771
tal-25 ta' Jannar 2018
dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 60(h) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ma teżistix deċiżjoni xierqa għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli (minn issa 'l quddiem “apparat ta' ankraġġ”). Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit liema sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni hija applikabbli fil-każ tal-apparat ta' ankraġġ. |
(2) |
Filwaqt li jitqies li l-apparat ta' ankraġġ hu maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli, huwa xieraq li tintgħażel sistema tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni li jkun fiha sorveljanza, valutazzjoni u evalwazzjoni kontinwi tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika tal-manifattur u tal-awditjar bl-ittestjar tal-kampjuni meħuda mill-korp għaċ-ċertifikazzjoni tal-prodott innotifikat fl-impjant tal-manifattura jew fil-faċilitajiet ta' ħażna tal-manifattur, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli
Artikolu 2
L-apparat ta' ankraġġ imsemmi fl-Artikolu 1 jiġi vvalutat u vverifikat għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu b'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Jannar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
SISTEMA TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
Prodotti u użu maħsub |
Karatteristiċi Essenzjali |
Sistema applikabbli |
Apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini bil-ħsieb li jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli |
Għal kull karatteristika essenzjali |
1+ |