Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0715

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/715 tal-14 ta' Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

OJ L 120, 16.5.2018, p. 4–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/715/oj

16.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/715

tal-14 ta' Mejju 2018

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (“RDPK”).

(2)

Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1066 (2), li żiedet il-Korean National Insurance Company (“KNIC”) GmbH u sitt persuni li jaġixxu f'isimha jew fuq id-direzzjoni tagħha fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK. Fil-31 ta' Marzu 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 (3) li żiedet il-KNIC fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK u ħassret l-entrata li tikkonċerna l-KNIC GmbH. Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/475 emendat ukoll l-entrati tas-sitt persuni li jaġixxu f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

(3)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

(4)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li tipprevedi miżuri ġodda kontra r-RDPK, inkluż id-deżinjazzjoni tal-KNIC.

(5)

Fl-10 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 (5), li żiedet il-KNIC fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-24 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1504 (6), li neħħiet il-KNIC mill-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-entrati għall-persuni li jaġixxu f'isem jew fuq id-direzzjoni tal-KNIC jitmexxew għall-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u jitneħħew mill-Anness II għal dik id-Deċiżjoni.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III u l-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma emendati kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, 3.7.2015, p. 25).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/475 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1504 tal-24 ta' Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 221, 26.8.2017, p. 22).


ANNESS

A.

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Raġunijiet

“19.

KIM Il-Su

magħruf ukoll bħala: KIM Il Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

20.

KANG Song-Sam

Magħruf ukoll bħala: KANG Song Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, u għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

21.

CHOE Chun-Sik

Magħruf ukoll bħala: CHOE Chun Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

22.

SIN Kyu-Nam

Magħruf ukoll bħala: SIN Kyu Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

23.

PAK Chun-San

Magħruf ukoll bħala: PAK Chun San

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

24.

SO Tong Myong

Data tat-twelid: 10.9.1956

3.7.2015

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Maniġer Ġenerali tal-Korean National Insurance Corporation, Settembru 2013, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”

B

Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 taħt l-intestatura “II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal- massiva”, taħt is-sottotitolu “A. Persuni”, jitneħħew l-entrati li ġejjin:

 

Isem

Psewdonimu

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

“3.

KIM Il-Su

KIM Il Su

Data tat-twelid: 2.9.1965

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Maniġer fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

4.

KANG Song-Sam

KANG Song Sam

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) f'Hamburg, u għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

CHOE Chun-Sik

CHOE Chun Sik

Data tat-twelid: 23.12.1963

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6.

SIN Kyu-Nam

SIN Kyu Nam

Data tat-twelid: 12.9.1972

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

PAK Chun-San

PAK Chun San

Data tat-twelid: 18.12.1953

Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK.

Numru tal-passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

SO Tong Myong

 

Data tat-twelid: 10.9.1956

3.7.2015

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), President tal-Kumitat tal-Maniġment Eżekuttiv tal-KNIC (Ġunju 2012); Maniġer Ġenerali tal-Korean National Insurance Corporation, Settembru 2013, fejn aġixxa f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.”


Top