EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0666

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/666 tas-27 ta' April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE rigward il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ għal ġewwa u barra (notifikata bid-dokument C(2018) 2479) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/2479

OJ L 111, 2.5.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/666/oj

2.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/2


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/666

tas-27 ta' April 2018

li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE rigward il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ għal ġewwa u barra

(notifikata bid-dokument C(2018) 2479)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-validità tal-kriterji ekoloġiċi attwali għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u għall-verniċ ta' ġewwa u ta' barra, u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE (2) tiskadi fit-28 ta' Mejju 2018.

(2)

Saret valutazzjoni li kkonfermat ir-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, li huma stabbiliti mid-Deċiżjoni 2014/312/UE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' validità ta' dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati.

(3)

Għalhekk, jentħieġ li d-Deċiżjoni 2014/312/UE tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2014/312/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “żebgħa u verniċ ta' ġewwa u ta' barra”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2022.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/312/UE tat-28 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ ta' barra u ta' ġewwa (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 45).


Top