EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0027

Deċiżjoni (UE) 2019/43 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27)

OJ L 9, 11.1.2019, p. 178–179 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2020; Imħassar b' 32020D0137

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/43/oj

11.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/178


DEĊIŻJONI (UE) 2019/43 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-29 ta' Novembru 2018

dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2013/28 (BĊE/2018/27)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u b'mod partikolari l-Artikolu 29.3 u 29.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-raba' inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) jeżiġi li l-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital ikunu aġġustati kull ħames snin wara l-istabbiliment tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) b'analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. L-iskema ta' kapital aġġustat tapplika b'effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament.

(2)

L-aħħar aġġustament tal-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2013 b'effett mill-1 ta' Jannar 2014 (1).

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE (2), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-Bank Ċentrali Ewropew bid-data statistika li għandha tintuża fid-determinazzjoni tal-iskema tal-kapital aġġustata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tqarrib

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika riveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta' anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta' punt perċentwali mal-iżgħar sehem (ishma) f'ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta' punt perċentwali f'ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq eżattament il-100 %.

Artikolu 2

Ponderazzjonijiet fl-iskema tal-kapital

Il-ponderazzjoni assenjata lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ għandha tkun skont kif ġej b'effett mill-1 ta' Jannar 2019:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,5280 %

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

0,8511 %

Česká národní banka

1,6172 %

Danmarks Nationalbank

1,4986 %

Deutsche Bundesbank

18,3670 %

Eesti Pank

0,1968 %

Central Bank of Ireland

1,1754 %

Bank of Greece

1,7292 %

Banco de España

8,3391 %

Banque de France

14,2061 %

Hrvatska narodna banka

0,5673 %

Banca d'Italia

11,8023 %

Central Bank of Cyprus

0,1503 %

Latvijas Banka

0,2731 %

Lietuvos bankas

0,4059 %

Banque centrale du Lussemburgu

0,2270 %

Magyar Nemzeti Bank

1,3348 %

Bank Ċentrali ta' Malta

0,0732 %

De Nederlandsche Bank

4,0677 %

Oesterreichische Nationalbank

2,0325 %

Narodowy Bank Polski

5,2068 %

Banco de España

1,6367 %

Banca Naţională a României

2,4470 %

Banka Slovenije

0,3361 %

Národná banka Slovenska

0,8004 %

Suomen Pankki

1,2708 %

Sveriges Riksbank

2,5222 %

Bank of England

14,3374 %

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u revoka

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2019.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/28 hija revokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2019.

3.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2013/28 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Novembru 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni BĊE/2013/28 tad-29 ta' Awwissu 2013 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 53).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta' Lulju 2003 dwar id-data statistika li għandha tintuża għall-aġġustament tal-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43).


Top