Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0004

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/4 tat-18 ta' Diċembru 2017 dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

ĠU L 2, 5.1.2018, p. 5–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/4/oj

5.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 2/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/4

tat-18 ta' Diċembru 2017

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-punt (b) tal-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (3), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (4) (“il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”), iffirmat fil-11 ta' April 2014, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista ta' lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (5) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (6), jiġu emendati skont dan.

(5)

Il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 ilu japplika proviżorjament għall-firmatarji tiegħu mit-12 ta' April 2014, u jenħtieġ li għaldaqstant id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz mehmuż tad-deċiżjonijiet,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tar-regoli ta' proċedura għall-Ftehim Konġunt taż-ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. SIMSON


(1)   ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)   ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)   ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.

(4)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(5)   ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(6)   ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1), iffirmat fil-25 ta' Lulju 2007, emenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdiedu l-Bulgaru u r-Rumen.

(2)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea daħal fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2011.

(3)

Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2) u emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), jenħtieġ li l-Bulgaru u r-Rumen jiżdiedu mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi għar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.

It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriżkif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu bl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”;

2.

It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim għandhom jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)   ĠU L 221, 25.8.2007, p. 15.

(2)   ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(3)   ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2017

ta' …

li temenda r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 92(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014”) iffirmat fil-11 ta' April 2014, għandu jemenda l-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE sabiex mal-lista tal-lingwi tal-Ftehim ŻEE jiżdied il-Kroat.

(2)

Fir-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, li ġew adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 (2), emendati bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (3), u emendati ulterjorment bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru […] ta' […] (4), jenħtieġ li l-Kroat jiżdied mal-lista tal-lingwi. Konsegwentement, jenħtieġ li l-lista tal-lingwi tar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(3)

Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014 għall-firmatarji tiegħu ilu japplika proviżjorjament mit-12 ta' April 2014, u din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika proviżorjament sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 hija emendata kif ġej:

1.

It-test tal-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“It-testi tal-atti tal-KE li jkunu integrati fl-Annessi tal-Ftehim skont l-Artikolu 102(1) huma ugwalment awtentiċi fil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn għandhom jitfasslu fl-Iżlandiż u n-Norveġiż u għandhom ikunu awtentikati mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE flimkien mad-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1.”;

2.

It-test tal-Artikolu 11(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jemendaw l-Annessi jew il-Protokolli għall-Ftehim jiġu ppubblikati bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fl-Iżlandiż u n-Norveġiż fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE tal-2014, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Għandha tapplika proviżorjament mit-12 ta' April 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(2)   ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60.

(3)   ĠU L 161, 23.6.2005, p. 54.

(4)  ĠU L …


Top