EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2229

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2229 tal-4 ta' Diċembru 2017 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-melamina u tad-dekokinat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7972

OJ L 319, 5.12.2017, p. 6–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2229/oj

5.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2229

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jemenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-melamina u tad-dekokinat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tipprevedi l-projbizzjoni tal-użu tal-prodotti maħsubin għall-għalf tal-annimali li jkun fihom is-sustanzi mhux mixtieqa f'livelli li jaqbżu l-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(2)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-ossidu tar-ram (I) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha (2). F'dik l-opinjoni jingħad li, f'ċerti każijiet, il-livelli taċ-ċomb fl-ossidu tar-ram (I) jaqbżu l-livelli massimi attwali tal-Unjoni għaċ-ċomb, iżda li dawn il-livelli ma jippreżentaw l-ebda tħassib dwar is-sikurezza minħabba li l-annimali se jkunu inqas esposti għaċ-ċomb mill-użu ta' dak l-addittiv milli se jkunu mill-użu ta' komposti tar-ram oħrajn li huma konformi mal-liġijiet tal-Unjoni. Abbażi tat-tagħrif ipprovdut, l-ossidu tar-ram (I) ma jistax jilħaq il-livell massimu taċ-ċomb fl-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-komposti tal-mikronutrijenti b'mod konsistenti meta wieħed japplika prattiki tajbin tal-manifattura. Huwa xieraq li l-livell massimu taċ-ċomb fl-ossidu tar-ram (I) jiġi adattat skont dan.

(3)

Ħafna koprodotti u prodotti sekondarji tal-industrija tal-ikel maħsubin għall-għalf għall-annimali domestiċi jsiru l-iktar mit-tonn. Il-livelli massimi attwali tal-merkurju għal dawk il-koprodotti u għal dawk il-prodotti sekondarji huma inqas mil-livell massimu tal-merkurju li japplika għat-tonn għall-konsum mill-bniedem, u dan iwassal biex ma jkunx hemm biżżejjed provvisti ta' dawk il-koprodotti u ta' dawk il-prodotti sekondarji li jkunu konformi mal-livell massimu tal-merkurju li jista' jintuża fl-għalf għall-annimali. Għalhekk huwa xieraq li l-livell massimu tal-merkurju għall-ħut, għall-annimali akkwatiċi l-oħrajn u għall-prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi, jiġi adattat skont dan, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-annimali.

(4)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-aċidu gwanidinoaċetiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-GAA”) għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ għat-tgħammir, għas-sriedaq u għall-ħnieżer (3). Huwa speċifikat li l-aċidu gwanidinoaċetiku, li huwa addittiv, ikun fih il-melamina bħala impurità sa livell ta' 20 milligramma għal kull kilogramm. L-Awtorità kkonkludiet li l-kontribut tal-GAA għall-kontenut tal-melamina fl-għalf mhux se jkun ta' tħassib. Il-livell massimu tal-melamina fl-għalf ġie stabbilit fid-Direttiva 2002/32/KE. S'issa għall-GAA għadu ma ġie stabbilit l-ebda livell massimu tal-melamina. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit il-livell massimu tal-melamina fil-GAA.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2014 (4) naqqas iż-żmien għall-irtirar tad-dekokinat minn tlett ijiem għall-ebda jum. Għalhekk jenħtieġ li titħassar id-dispożizzjoni dwar it-trażmissjoni inevitabbli tad-dekokinat fil-withdrawal feed maħsub għat-tiġieġ tas-simna.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2002/32/KE tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf għall-annimali ppubblikata fl-2016 bit-titlu “Scientific opinion on the safety and efficacy of copper (I) oxide as feed additive for all animal species”. EFSA Journal 2016;14(6):4509, 19-il paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4509, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2016.4509/epdf.

(3)  L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-addittivi u prodotti jew sustanzi użati fl-għalf għall-annimali ppubblikata fl-2016 bit-titlu “Scientific opinion on the safety and efficacy of guanidinoacetic acid for chickens for fattening, breeder hens and roosters, and pigs”. EFSA Journal 2016;14(2):4394, 39 paġna, doi:10.2903/j.efsa.2016.4394, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2016.4394/epdf.

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 291/2014 tal-21 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1289/2004 fir-rigward taż-żmien għall-irtirar u limiti massimi ta' residwi tal-addittiv tal-għalf dekokinat (ĠU L 87, 22.3.2014, p. 87).


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 4 dwar iċ-ċomb qed tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f'mg/kg (ppm) relatati ma' għalf b'kontenut tal-ilma ta' 12 %

“4.

Ċomb (12)

Materjali tal-għalf

bl-eċċezzjoni ta':

10

il-magħlef (3);

30

il-fosfati u l-algi kalkarji tal-baħar;

15

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10);

20

il-ħmejjer.

5

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-komposti tal-mikronutrijenti

bl-eċċezzjoni ta':

100

l-ossidu taż-żingu;

400

l-ossidu manganuż, il-karbonat ferruż, il-karbonat kupriku, ossidu tar-ram (I).

200

Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

bl-eċċezzjoni ta':

30

il-klinoptilolit ta' oriġini vulkanika; in-natrolit-fonolit.

60

Pretaħlitiet (6)

200

Għalf komplimentari

bl-eċċezzjoni ta':

10

l-għalf minerali;

15

il-formulazzjonijiet ta' forniment fit-tul tal-għalf għal għanijiet partikolari tan-nutriment b'konċentrazzjoni ta' mikroelementi aktar minn 100 darba l-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplut.

60

Għalf komplut.

5”

(2)

Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 5 dwar il-merkurju qed tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f'mg/kg (ppm) relatati ma' għalf b'kontenut tal-ilma ta' 12 %

“5.

Merkurju (4)

Materjali tal-għalf

bl-eċċezzjoni ta':

0,1

il-ħut, l-annimali akkwatiċi l-oħrajn u l-prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-annimali li jipproduċu l-ikel;

0,5

it-tonn (Thunnus spp., Euthynnus spp. Katsuwonus pelamis) u l-prodotti derivati minnu maħsubin għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi;

1,0 (13)

il-ħut, l-annimali akkwatiċi l-oħrajn u l-prodotti derivati minnhom maħsubin għall-produzzjoni ta' għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi, minbarra t-tonn u l-prodotti derivati minnu;

0,5 (13)

il-karbonat tal-kalċju; il-karbonat tal-kalċju u tal-manjeżju (10).

0,3

Għalf kompost

bl-eċċezzjoni ta':

0,1

l-għalf minerali;

0,2

l-għalf kompost għall-ħut;

0,2

l-għalf kompost għall-klieb, għall-qtates, għall-ħut ornamentali u għall-annimali pilużi.

0,3”

(3)

Fit-Taqsima I, imsejħa “KONTAMINANTI INORGANIĊI U KOMPOSTI NITROĠENIĊI”, in-nota tat-tmiem bin-numru 13 qed tinbidel b'dan li ġej:

“(13)

Il-livell massimu huwa applikabbli abbażi tal-piż imxarrab.”

(4)

Fit-Taqsima I, ir-ringiela numru 7 dwar il-melamina qed tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Livelli massimi f'mg/kg (ppm) relatati ma' għalf b'kontenut tal-ilma ta' 12 %

“7.

Melamina (9)

Għalf

bl-eċċezzjoni ta':

2,5

l-għalf fil-laned għall-annimali domestiċi;

2,5 (11)

l-addittivi tal-għalf li ġejjin:

 

l-aċidu gwanidinoaċetiku (il-GAA);

20

l-urea;

il-bjuret.

—”

(5)

Fit-Taqsima VII, ir-ringiela numru 1 dwar id-dekokinat qed tinbidel b'dan li ġej:

Koċċidjostat

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (1)

Livelli massimi f'mg/kg (ppm) relatati ma' għalf b'kontenut tal-ilma ta' 12 %

“1.

Dekokinat

Materjali tal-għalf

0,4

Għalf kompost għal

 

l-għasafar li jbidu u t-tiġieġ imrobbijin biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,4

speċi oħra tal-annimali.

1,2

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-dekokinat.

(2)”


Top