EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2169

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2169 tal-21 ta' Novembru 2017 dwar il-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni tal-Istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/7667

OJ L 306, 22.11.2017, p. 9–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2169/oj

22.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2169

tal-21 ta' Novembru 2017

dwar il-format u l-arranġamenti għat-trażmissjoni tal-Istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku skont ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1952 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istatistika Ewropea tal-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2008/92/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/1952 jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u l-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/1952, jenħtieġ li l-Istati Membri jittrażmettu d-data statistika f'forma elettronika, biex jikkonformaw mal-format tekniku xieraq li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni.

(3)

Il-“Statistical Data and Metadata Exchange (SDMX)” jipprovdi l-istandards statistiċi u tekniċi għall-iskambju tal-istatistika uffiċjali. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni (Eurostat) tistabbilixxi format tekniku f'konformità ma' dawn l-istandards fi ħdan is-Sistema tal-Istatistika Ewropea b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi u għall-konsumaturi finali mhux domestiċi fl-Unjoni għandha tiġi pprovduta lill-Eurostat permezz tal-punt uniku ta' dħul biex il-Kummissjoni (Eurostat) tkun tista' ssib dik id-data b'mezzi elettroniċi.

Artikolu 2

L-istruttura użata għat-trażmissjoni tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat) tinsab fl-Annessi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 311, 17.11.2016, p. 1.

ANNESS I

L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezz tal-gass naturali

L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:

Informazzjoni Ġenerali

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Pajjiż

L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta

Semestru

Organizzazzjoni

L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta

Semestru

Persuna ta' kuntatt

L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta

Semestru

L-indirizz tal-posta elettronika

L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta

Semestru

Sena

Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.)

Semestru

Semestru

1 jew 2

Semestru

Għal kull livell tal-konsum it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 jeħtieġ li jiġu trażmessi.

Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:

Livell-D1 (baxx): konsum annwali ta' inqas minn 20 GJ;

Livell-D2 (medju): konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 200 GJ;

Livell-D3 (għoli): konsum annwali ta' 200 GJ jew aktar.

Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:

LivellI1: konsum annwali ta' anqas minn 1 000 GJ;

Livell-I2: konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 10 000 GJ;

Livell-I3: konsum annwali ta' 10 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 100 000 GJ;

Livell-I4: konsum annwali ta' 100 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 1 000 000 GJ;

Livell-I5: konsum annwali ta' 1 000 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 4 000 000 GJ;

Livell-I6: konsum annwali ta' 4 000 000 GJ jew aktar.

Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.

Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-Kunfidenzjalità

Semestru

Prezz esklużi t-taxxi

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk.

Semestru

Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponenti tal-enerġija u tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT.

Semestru

Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT.

Semestru

Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (valur kalorifiku gross).

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Prezz tal-enerġija u tal-provvista

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-komponent għandu jinkludi l-prezz tal-komodità (commodity price) għall-gass naturali li jitħallas mill-fornitur jew il-prezz tal-gass naturali fil-punt tad-dħul fis-sistema ta' trażmissjoni, inkluż, jekk applikabbli, il-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: il-kostijiet tal-ħżin flimkien ma' kostijiet marbuta mal-bejgħ tal-gass naturali lill-konsumaturi finali.

Annwali

Prezz tan-netwerk

valur

status tal-osservazzjoni

Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter.

Annwali

It-taxxa fuq il-valur miżjud

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1)

Annwali

Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP (sħana u enerġija kombinati).

Annwali

Taxxi tal-kapaċità

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta ma' kumulazzjonijiet strateġiċi, pagamenti tal-kapaċità u s-sigurtà tal-enerġija; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-gass naturali; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema.

Annwali

Taxxi ambjentali

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn.

Annwali

Taxxi oħrajn

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-erba' kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor.

Annwali

Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.

Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull gigajoule (GJ), abbażi tal-valur kalorifiku gross (GCV).

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Kostijiet tat-trażmissjoni

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

Annwali

Kostijiet tad-distribuzzjoni

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

Annwali

Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.

Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 4: Volumi tal-konsum

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Volumi tal-konsum

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem relattiv tal-gass naturali f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet.

Annwali

Il-perjodu ta' referenza għall-konsum tal-volumi huwa annwali.

Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

ANNESS II

L-istruttura għat-trażmissjoni tad-data statistika dwar il-prezzijiet tal-elettriku

L-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi inkuża fil-fajls tat-trażmissjoni:

Informazzjoni Ġenerali

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Pajjiż

L-isem tal-pajjiż li qed jirrapporta

Semestru

Organizzazzjoni

L-isem tal-organizzazzjoni li qed tirrapporta

Semestru

Persuna ta' kuntatt

L-isem tal-uffiċjal li qed jirrapporta

Semestru

L-indirizz tal-posta elettronika

L-indirizz tal-posta elettronika tal-uffiċjal li qed jirrapporta

Semestru

Sena

Is-sena ta' referenza għad-data (2018, 2017, eċċ.)

Semestru

Semestru

1 jew 2

Semestru

Għal kull livell tal-konsum, it-taqsimiet fit-Tabelli 1, 2 u 4 għandhom ikunu trażmessi.

Il-livelli għall-konsumaturi domestiċi huma:

Livell-DA (baxx ħafna): konsum annwali ta' inqas minn 1 000 kWh;

Livell-DB (baxx): konsum annwali ta' 1 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 500 kWh;

Livell-DC (medju): konsum annwali ta' 2 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 5 000 kWh;

Livell-DD (għoli): konsum annwali ta' 5 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 15 000 kWh;

Livell-DE (għoli ħafna): konsum annwali ta' 15 000 kWh jew aktar.

Il-livelli għall-konsumaturi mhux domestiċi huma:

Livell-IA: konsum annwali taħt l-20 MWh;

Livell-IB: konsum annwali ta' 20 jew aktar iżda ta' anqas minn 500 MWh;

Livell-IC: konsum annwali ta' 500 jew aktar iżda ta' anqas minn 2 000 MWh;

Livell-ID: konsum annwali ta' 2 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 20 000 MWh;

Livell-IE: konsum annwali ta' 20 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 70 000 MWh;

Livell-IF: konsum annwali ta' 70 000 jew aktar iżda ta' anqas minn 150 000 MWh;

Livell-IG: konsum annwali ta' 150 000 MWh jew aktar.

Id-data fit-Tabella 3 għandha tkun speċifikata bħala l-medji tal-livelli tal-konsum kollha f'daqqa.

Tabella 1: Livelli ewlenin tal-prezzijiet

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Semestru

Prezz esklużi t-taxxi:

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi biss il-komponent tal-enerġija u l-provvista u l-komponent tan-netwerk.

Semestru

Prezz eskluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi rikoverabbli oħrajn

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti kkunsidrati bħala mhux rikoverabbli għall-konsumaturi finali mhux domestiċi. Għall-konsumaturi domestiċi dan il-livell tal-prezz jinkludi l-komponenti tal-enerġija u n-netwerk u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti iżda jeskludi l-VAT.

Semestru

Prezz inklużi t-taxxi kollha u l-VAT (rikoverabbli u mhux)

valur

status tal-osservazzjoni

Dan il-livell tal-prezz għandu jinkludi l-komponent tal-enerġija u l-provvista, il-komponent tan-netwerk, u t-taxxi, it-tariffi, il-levies u l-imposti rikoverabbli u mhux rikoverabbli kollha, inkluża l-VAT.

Semestru

Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 2: Tqassim dettaljat tal-prezzijiet skont il-komponenti u s-subkomponenti

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Prezz tal-enerġija u tal-provvista

valur

status tal-osservazzjoni

Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-enerġija u l-provvista, esklużi t-taxxi.

Dan il-komponent għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: ġenerazzjoni, aggregazzjoni, enerġija tal-bilanċ, kostijiet tal-enerġija fornuta, servizzi tal-konsumatur, ġestjoni ta' wara l-bejgħ u kostijiet oħra tal-provvista.

Annwali

Prezz tan-netwerk

valur

status tal-osservazzjoni

Il-komponent tal-prezz totali marbut mal-prezzijiet tan-netwerk, esklużi t-taxxi.

Il-prezz tan-netwerk għandu jinkludi l-kostijiet tal-utent finali li ġejjin: tariffi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, telf tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, kostijiet tan-netwerk, kostijiet tas-servizz ta' wara l-bejgħ, kostijiet tas-servizz tas-sistema, u l-kiri tal-miter u l-kostijiet tal-użu tal-miter.

Annwali

It-taxxa fuq il-valur miżjud

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxa fuq il-valur miżjud kif definita fid-Direttiva 2006/112/KE.

Annwali

Taxxi fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-promozzjoni ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-ġenerazzjoni tas-CHP.

Annwali

Taxxi tal-kapaċità

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-pagamenti tal-kapaċità, is-sigurtà tal-enerġija u l-adegwatezza tal-ġenerazzjoni; taxxi fuq ir-ristrutturar tal-industrija tal-faħam; taxxi fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku; “stranded costs” u levies marbuta mal-finanzjament tal-awtoritajiet regolatorji tal-enerġija jew tal-operaturi tas-suq u tas-sistema.

Annwali

Taxxi ambjentali

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mal-kwalità tal-arja u għal finijiet ambjentali oħra; taxxi fuq l-emissjonijiet tas-CO2 jew gassijiet serra oħrajn.

Annwali

Taxxi marbuta mas-settur nukleari

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti marbuta mas-settur nukleari, inkluż id-dekummissjonar nukleari, l-ispezzjonijiet u t-tariffi għall-installazzjonijiet nukleari.

Annwali

Taxxi oħrajn

valur

status tal-osservazzjoni

It-taxxi, it-tariffi, il-levies jew l-imposti l-oħrajn kollha mhux koperti minn kwalunkwe waħda mill-ħames kategoriji preċedenti: appoġġ għat-tisħin distrettwali; imposti fiskali lokali jew reġjonali; kumpens għall-gżejjer; tariffi ta' konċessjoni marbuta ma' liċenzji u tariffi għall-okkupar ta' art u proprjetà pubblika jew privata minn netwerks jew apparat ieħor.

Annwali

Il-perjodu ta' referenza għall-komponenti kollha u għas-subkomponenti kollha huwa annwali.

Il-valuri huma speċifikati fil-munita nazzjonali għal kull kilowatt fis-siegħa.

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 3: Kostijiet tan-netwerks

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Kostijiet tat-trażmissjoni

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tat-trażmissjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

Annwali

Kostijiet tad-distribuzzjoni

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi domestiċi u s-sehem medju relattiv tal-kostijiet tad-distribuzzjoni għall-konsumaturi finali mhux domestiċi, espress bħala perċentwal tal-kostijiet totali tan-netwerk.

Annwali

Il-perjodu ta' referenza għall-kostijiet tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni huwa annwali.

Il-valuri huma speċifikati f'perċentwali.

L-istatus tal-kunfidenzjalità u l-istatus tal-osservazzjoni huma stabbiliti bl-użu ta' listi tal-kodiċijiet standard.

Tabella 4: Volumi tal-konsum

Qasam

Rimarki

Frekwenza tar-Rapportar

Status tal-kunfidenzjalità

Volumi tal-konsum

perċentwal

status tal-osservazzjoni

Is-sehem relattiv tal-elettriku f'kull livell tal-konsum abbażi tal-volum totali li għalih jirreferu l-prezzijiet.

Top