EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2167

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2167 tal-5 ta' Lulju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ

C/2017/4505

OJ L 306, 22.11.2017, p. 2–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/2167/oj

22.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/2


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2167

tal-5 ta' Lulju 2017

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament l-iskartar tal-ħut fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid.

(2)

Skont l-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika fl-Ilmijiet tal-Lbiċ għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2017.

(3)

Sabiex jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Lbiċ għall-perjodu 2016-2018, wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, minn Spanja, minn Franza, min-Netherlands u mill-Portugall fl-2016.

(4)

Il-Belġju, Spanja, Franza, in-Netherlands u l-Portugall għandhom interess ta' ġestjoni tas-sajd dirett fl-ilmijiet tal-Lbiċ. Fit-2 ta' Jannar 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Lbiċ.

(5)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissupplimenta l-pjan għall-iskartar stabbilit bir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 u tkopri s-sajd għaċ-ċinturin iswed fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES (il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni) u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF (il-Kumitat tas-Sajd għal-Lvant Ċentrali tal-Atlantiku) u s-sajd għall-paġella ħamra fid-diviżjoni IX tal-ICES.

(6)

Il-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiddaħħlu fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2374.

(7)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta ssuġġeriet li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu ta' ħatt l-art għaċ-ċinturin iswed maqbud bil-konzijiet tal-qiegħ fid-diviżjonijiet VIIIa, IX u X tal-ICES u fiż-żona 34.1.2 tas-CECAF, billi l-evidenza xjentifika eżistenti tindika frekwenza baxxa ta' okkorrenza (u ta' għadd ta' kampjuni), u dan filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkapti li jimmiraw għal din l-ispeċi, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) fl-evalwazzjoni tiegħu kkonkluda li l-qbid skartat jista' jitqies null jew negliġibbli għal ħafna skopijiet ta' valutazzjoni billi l-mortalità tal-qbid skartat taċ-ċinturin iswed hija kkawżata l-aktar mill-predazzjoni tal-kelb il-baħar u taċ-ċetaċji fuq iċ-ċinturin iswed igganċjat u hija relattivament baxxa meta mqabbla mal-ħatt l-art. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk taċċetta l-eżenzjoni proposta.

(8)

Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li għandha tiġi applikata eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-paġella ħamra fis-subżona IX tal-ICES, billi l-Istati Membri jikkunsidraw li l-evidenza xjentifika tindika rati possibbli ta' sopravivenza għolja. Madankollu, jeħtieġ li jitwettqu studji ġodda sabiex jagħtu prova ta' dan u l-eżenzjoni tista' tiġi kkunsidrata fil-futur meta l-Istati Membri kkonċernati jibagħtu lill-Kummissjoni d-dejta mill-provi għaddejjin bħalissa.

(9)

Jeħtieġ li l-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi ristrutturat għall-finijiet ta' ċarezza.

(10)

Jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jiġi emendat skont dan.

(11)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd u mal-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017, bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali, minħabba s-sottomissjoni tard tar-rakkomandazzjoni konġunta.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2374 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2374 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 33).


ANNESS

ANNESS

Is-sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art

1.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-Irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni

TBB

Ix-xbieki tat-tkarkir bit-travu kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 70 mm u 100 mm

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.


2.   Is-sajd tal-lingwata komuni (Solea solea) u tal-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjoni Ixa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN

Il-parit u x-xbieki tal-għażel kollha

Malji tax-xbieki ta' 100 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni u tal-barbun tat-tbajja'


3.   Is-sajd tal-merluzz (Merluccius merluccius)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

OTB, OTT, PTB, SDN, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SX, SV

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Kollha

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 100 mm jew iktar.

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

OTB, OTT, PTB, OT, PT, TBN, TBS, TX, SSC, SPR, TB, SDN, SX, SV

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u t-tartaruni kollha

Bastimenti li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:

1.

Jużaw malja tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

2.

It-total ta' ħatt l-art tal-merluzz fil-perjodu 2014/2015 (1) jikkonsisti minn: aktar minn 5 % ta' dawk l-ispeċijiet kollha li nħattu l-art u f'aktar minn 5 tunnellati metriċi.

Il-qabdiet kollha tal-merluzz

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa bejn 80 mm u 99 mm

LL, LLS

Il-konzijiet kollha

Ganċ itwal minn 3,85 cm +/– 1,15 cm u usa' minn 1,6 cm +/– 0,4 cm


4.   Is-sajd tal-petriċi (Lophiidae)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar

Il-qabdiet kollha tal-petrika

Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES

GNS, GN, GND, GNC, GTN, GEN

Ix-xbieki tal-għażel kollha

Malja tax-xbieki wiesgħa 200 mm jew iktar

Il-qabdiet kollha tal-petrika


5.   Is-sajd tal-iskampu (Nephrops norvegicus)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjonijiet VIIIa, b, d u e tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT u TX).

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-iskampu

Id-diviżjonijiet VIIIc u IXa tal-ICES (fl-unitajiet funzjonali biss)

OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, OT, PT, TX TB

Ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha

Malji tax-xbieki ta' 70 mm jew akbar

Il-qabdiet kollha tal-iskampu


6.   Is-sajd taċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Diviżjonijiet tal-ICES VIIIc, IX, X u CECAF 34.1.2

LLS, DWS

Il-konzijiet tal-qiegħ

Il-qabdiet kollha taċ-ċinturin iswed


7.   Is-sajd tal-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo)

Żoni tas-sajd

Kodiċi tal-irkaptu

Deskrizzjoni tal-irkaptu tas-sajd

Daqs tal-Malja

Speċijiet li jridu jinħattu

Id-diviżjoni IX tal-ICES

LLS, DWS

Il-konzijiet tal-qiegħ

Daqs tal-ganċ itwal minn 3,95 cm u usa' minn 1,65 cm

Il-qabdiet kollha tal-paġella ħamra


(1)  Il-perjodu ta' referenza jiġi aġġornat skont dan għas-snin sussegwenti. Għall-2018 il-perjodu ta' referenza se jkun 2015 u 2016 u għall-2019, il-perjodu ta' referenza se jkun 2016 u 2017.


Top