EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1962

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1962 tad-9 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel

C/2017/5516

OJ L 279, 28.10.2017, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R2528

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1962/oj

28.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/28


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1962

tad-9 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma għal tliet snin li bdew fl-1 ta' April 2015, jenħtieġ li wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 (2) jiġu ssimplifikati jew iċċarati. Fl-istess ħin, huwa xieraq li jiġi limitat iktar il-piż amministrattiv għall-operaturi u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 611/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

“Artikolu 2a

Projbizzjoni ta' finanzjament doppju

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji ta' demarkazzjoni ċari sabiex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-operazzjonijiet jew għall-azzjonijiet appoġġati b'xi strument ieħor tal-Unjoni.”;

(2)

Fl-Artikolu 3(4), il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“L-esternalizzazzjoni tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tista' tkun awtorizzata għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 bil-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(3)

Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) huwa mħassar;

(4)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Allokazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni minima tal-finanzjament tal-Unjoni disponibbli skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-oqsma speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament. L-allokazzjoni minima għandha tapplika għall-programmi ta' ħidma kollha approvati skont dan ir-Regolament fl-Istati Membri kkonċernati”;

(5)

Fl-Artikolu 6(1), il-punt (g) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(g)

l-evalwazzjoni tal-programmi li jistgħu jkunu twettqu qabel mill-organizzazzjonijiet benefiċjarji fi ħdan il-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2002 (*1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2080/2005 (*2) jew tar-Regolament (KE) Nru 867/2008 jew dan ir-Regolament.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2002 tat-23 ta' Lulju 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 rigward il-programmi tax-xogħol ta' organizzazzjonijiet ta' operaturi fis-settur taż-żebbuġ għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004 u 2004/2005 (ĠU L 195, 24.7.2002, p. 16)."

(*2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2080/2005 tad-19 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta' ħidma tagħhom u l-finanzjament tagħhom (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 8).”;"

(6)

L-Artikolu 7(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (h) huwa mħassar;

(b)

jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“Minħabba l-għanijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk l-ispejjeż ġenerali humiex eliġibbli abbażi ta' rata fissa jew tal-ispejjeż reali stabbiliti abbażi tad-dokumenti ta' sostenn sottomessi mill-benefiċjarji.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika għall-programmi ta' ħidma li se jibdew mill-1 ta' April 2018 u għall-proċessi ta' approvazzjoni tagħhom.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta' appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 55).


Top