Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1834

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1834 tad-9 ta' Ottubru 2017 li jemenda għall-279 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

C/2017/6909

OJ L 260, 10.10.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1834/oj

10.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1834

tad-9 ta' Ottubru 2017

li jemenda għall-279 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-4 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista tiegħu tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, taħt l-intestatura “Persuni naturali”, tinbidel id-dejta tal-identifikazzjoni tinbidel bl-entrata li ġejja:

“Isnilon Totoni Hapilon (alias (a) Isnilon Hapilun, (b) Isnilun Hapilun, (c) Abu Musab, (d) Salahudin, (e) Tuan Isnilon). Data tat-twelid: (a) 18.3.1966, (b) 10.3.1967. Post tat-twelid: Bulanza, Lantawan, Basilan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina.”

tinbidel b'dan li ġej:

“Isnilon Totoni Hapilon (alias (a) Isnilon Hapilun, (b) Isnilun Hapilun, (c) Abu Musab, (d) Salahudin, (e) Tuan Isnilon). Data tat-twelid: (a) 18.3.1966, (b) 10.3.1967. Post tat-twelid: Bulanza, Lantawan, Basilan, il-Filippini. Nazzjonalità: Filippina. Indirizz: (a) Basilan, il-Filippini (post preċedenti sal-2016), (b) Lanao del Sur, il-Filippini (post mill-2016). Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: kannella; tul: 5 piedi u 6 pulzieri.- 168 ċm; piż: 120 libbra — 54 kg; korporatura: irqiq; karnaġġjon: ġilda ċara; għandu xehwiet fuq wiċċu. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 6.12.2005.”


Top