EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1457

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1457 tal-10 ta' Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

C/2017/5708

OJ L 208, 11.8.2017, p. 33–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1457/oj

11.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1457

tal-10 ta' Awwissu 2017

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(d) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017) li żżid disa' persuni fiżiċi u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. Il-KSNU emenda wkoll żewġ entrati diġà eżistenti.

(3)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness IV jiġi emendat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(54)

Choe Chun Yong (alias Ch'oe Ch'un-yo'ng). Ġeneru: raġel. Ċittadinanza: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 654410078. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-militar tal-Korea ta' Fuq u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(55)

Han Jang Su (alias Chang-Su Han). Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 8.11.1969. Post tat-twelid: Pyongyang. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 745420176. Data ta' skadenza tal-passaport: 19.10.2020. Informazzjoni oħra: Kap Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(56)

Jang Song Chol. Data tat-twelid: 12.3.1967. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant barra l-Korea ta' Fuq tal-Korea Mining Development Corporation (KOMID).

(57)

Jang Sung Nam. Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 14.7.1970. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 563120368, maħruġ fit-22.3.2013, data ta' skadenza tal-passaport: 22.3.2018. Indirizz: RDPK. Informazzjoni oħra: Kap ta' fergħa barranija ta' Tangun Trading Corporation, li hija primarjament responsabbli għall-akkwist ta' komoditajiet u teknoloġiji biex jappoġġjaw il-programmi ta' riċerka u żvilupp għad-difiża tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina 5.8.2017.

(58)

Jo Chol Song (alias Cho Ch'o'l-so'ng). Ġeneru: raġel. Data tat-twelid: 25.9.1984. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-passaport 654320502, data ta' skadenza tal-passaport: 16.9.2019. Informazzjoni oħra: Deputat rappreżentant tal-Korea Kwangson Banking Corporation, li tagħti servizzi finanzjarji f'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading, entità subordinata ta' Korea Ryonbong General Corporation. Data tan-nomina 5.8.2017.

(59)

Kang Chol Su. Data tat-twelid: 13.2.1969. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 472234895. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tal-Korea ta' Fuq u tgħin fil-bejgħ barrani relatat mal-militar tal-Korea ta' Fuq. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina 5.8.2017.

(60)

Kim Mun Chol (alias Kim Mun-ch'o'l). Data tat-twelid: 25.3.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant għal Korea United Development Bank. Data tan-nomina 5.8.2017.

(61)

Kim Nam Ung. Nationality: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 654110043. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-militar tal-Korea ta' Fuq u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Data tan-nomina 5.8.2017.

(62)

Pak Il Kyu (alias Pak Il-Gyu). Ġeneru: raġel. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Nru tal-Passaport 563120235. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għall-bejgħ marbut mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina: 5.8.2017.”

2.

Taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi:” jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“(47)

Foreign Trade Bank (FTB). Post: FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Foreign Trade Bank huwa bank tal-Istat u jaġixxi bħala l-bank primarju tal-kambju, u pprovda appoġġ finanzjarju importanti lill-Korea Kwangson Banking Corporation. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(48)

Korean National Insurance Company (KNIC) (alias KoreaNational Insurance Corporation, Korea Foreign Insurance Company). Post: Central District, Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Il-Korean National Insurance Company hija kumpanija finanzjarja u tal-assigurazzjoni tal-Korea ta' Fuq, u hija affiljata ma' Office 39. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(49)

Koryo Credit Development Bank (alias Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank). Post: Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Koryo Credit Development Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji tal-ekonomija tal-Korea ta' Fuq. Data tan-nomina: 5.8.2017.

(50)

Mansudae Overseas Project Group of Companies (alias Mansudae Art Studio). Post: Pyongyang, RDPK. Informazzjoni oħra: Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta' ħaddiema mill-Korea ta' Fuq għal pajjiżi oħrajn għal attivitajiet marbutin mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġġeneraw qligħ għall-Gvern tal-Korea ta' Fuq jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Il-Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel in-negozju f'pajjiżi tal-Afrika u tal-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malasja, il-Mozambique, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo, u ż-Żimbabwe. Data tan-nomina: 5.8.2017.”

3.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(16)

Jang Bom Su (alias Jang Pom Su). Data tat-twelid: 15.4.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016.”

huwa sostitwit bi:

“(16)

Jang Bom Su (alias Jang Pom Su, Jang Hyon U). Data tat-twelid: 15.4.1957, 22.2.1958. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 836110034 (diplomatiku). Data ta' skadenza tal-passaport: 1.1.2020. Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016.”

4.

Taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”,

“(18)

Jon Myong Guk (alias Cho'n Myo'ng-kuk). Data tat-twelid: 18.10.1976. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 4721202031 (Data ta' skadenza: 21.2.2017). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016”

huwa sostitwit bi:

“(18)

Jon Myong Guk (alias Cho'n Myo'ng-kuk, Jon Yong Sang). Data tat-twelid: 18.10.1976, 25.8.1976. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-passaport: 4721202031 (data ta' skadenza tal-passaport: 21.2.2017), 836110035 (diplomatiku, data ta' skadenza tal-passaport: 1.1.2020). Informazzjoni oħra: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tan-nomina: 2.3.2016”.


Top