Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0776

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta' Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/2366

    ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/10/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/776/oj

    5.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 116/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/776

    tal-4 ta' Mejju 2017

    li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    It-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fil-Partijiet 2 sa 5 tal-Anness I tal-istess Regolament.

    (2)

    Tressqu proposti għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ġodda, aġġornati jew imħassra ta' ċerti sustanzi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Abbażi tal-opinjonijiet dwar dawk il-proposti maħruġa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-ECHA (RAC), u abbażi tal-kummenti li waslu mingħand il-partijiet konċernati, jixraq li jiġu introdotti, aġġornati jew imħassra l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' ċerti sustanzi.

    (3)

    L-Istimi ta' Tossiċità Akuta (ATE) jintużaw prinċipalment biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni ta' taħlitiet li fihom sustanzi tossiċi b'rabta mat-tossiċità akuta għas-saħħa tal-bniedem. L-inklużjoni ta' valuri ta' ATE armonizzati fl-entrati elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tiffaċilita l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni tat-taħlitiet u tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet tal-infurzar. Il-valuri ta' ATE armonizzati skont l-Artikolu 37 għandhom jiġu miżjuda fil-kolonna qabel tal-aħħar tat-Tabella 3.1 tal-Parti 3 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament. Skont l-Artikolu 38(1)(e), dawk il-valuri għandhom jissemmew fl-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet għall-klassifikazzjoni armonizzata. It-titolu tal-kolonna tat-Tabella 3.1 tal-Parti 3 kif ukoll it-Taqsima 1.1.2.3 tal-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (4)

    Il-konformità mal-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda u mad-dispożizzjoni l-ġdida dwar l-ATE fit-Taqsima 1.1.2.3 tal-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma għandhiex tkun meħtieġa minnufih, billi jenħtieġ ċertu perjodu ta' żmien biex il-fornituri jkunu jistgħu jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet għall-klassifikazzjonijiet il-ġodda u biex ibigħu l-ħażniet eżistenti. Dak il-perjodu ta' żmien se jkun neċessarju wkoll sabiex il-fornituri jadattaw għal obbligi leġiżlattivi oħra li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda għas-sustanzi u biex jikkonformaw magħhom, bħal dawk stipulati fl-Artikolu 22(f) jew fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), dawk stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew dawk tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

    (5)

    It-Tabella 3.2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li fiha l-lista tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi abbażi tal-kriterji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (5), tħassret b'effett mill-1 ta' Ġunju 2017. Għal raġunijiet ta' konsistenza, ir-referenzi għat-Tabella 3.2 fil-Parti 1 u l-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jitħassru b'effett mill-istess data. Għal raġunijiet ta' ċarezza, it-Tabella 3.1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha ssir it-Tabella 3, u r-referenzi kollha għat-Tabella 3.1 f'dak l-Anness għandhom jiġu mibdula skont dan.

    (6)

    Id-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tħassru b'effett mill-1 ta' Ġunju 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza, ir-referenzi għal dawk id-Direttivi fil-parti introduttorja u fil-Parti 1 u l-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jitħassru flimkien mal-bidliet rigward ir-referenzi għat-Tabelli 3.1 u 3.2 tal-Anness VI ta' dak ir-Regolament b'effett mill-1 ta' Ġunju 2017, li hija d-data stipulata fl-Artikolu 61(4) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 qabel liema t-taħlitiet klassifikati, tikkettati u imballaġġati skont id-Direttiva 1999/45/KE u mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Ġunju 2015 m'għandhomx għalfejn ikunu tikkettati u mballaġġati mill-ġdid b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li jippermettu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fi stadju aktar bikri fuq bażi volontarja, il-fornituri għandu jkollhom il-possibbiltà li japplikaw il-klassifikazzjonijiet armonizzati l-ġodda u li jadattaw it-tikkettar u l-imballaġġ skont dan fuq bażi volontarja qabel l-iskadenza għall-konformità.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   Dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta' Diċembru 2018.

    Fl-Anness, il-punt (1), il-punti (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) tal-punt (2) u l-punti (a) u (b) tal-punt (3) għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2017.

    3.   B'deroga mill-paragrafu 2, sustanzi u taħlitiet jistgħu, qabel l-1 ta' Diċembru 2018, jiġu klassifikati, tikkettati u mballaġġati b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 kif emendat b'dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    (5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1).

    (6)  Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-paragrafi introduttorji jinbidlu b'dan li ġej:

    “Il-Parti 1 ta' dan l-Anness tipprovdi introduzzjoni għal-lista ta' klassifikazzjoni u tikketar armonizzati, bl-inklużjoni ta' informazzjoni mniżżla għal kull entrata u klassifikazzjonijiet u stqarrijiet dwar il-periklu relatati fit-Tabella 3.

    Il-Parti 2 ta' dan l-Anness tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għat-tħejjija ta' dossiers biex jiġu proposti u ġġustifikati l-klassifikazzjoni u t-tikkettar armonizzati ta' sustanzi fil-livell tal-Unjoni.

    Il-Parti 3 ta' dan l-Anness telenka s-sustanzi perikolużi li għalihom ġew stabbiliti klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Fit-Tabella 3 il-klassifikazzjoni u t-tikkettar huma bbażati fuq il-kriterji fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.”;

    (2)

    Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    It-titolu tat-Taqsima 1.1.2 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.1.2.    Informazzjoni relatata mal-klassifikazzjoni u t-tikkettar ta' kull entrata fit-Tabella 3”;

    (b)

    It-Taqsima 1.1.2.3 tinbidel b'dan li ġej:

    “1.1.2.3.   Limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi, Fatturi-M u Stimi ta' Tossiċità Akuta (ATE)

    Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi (SCLs), fejn huma differenti mil-limiti ta' konċentrazzjoni ġenerali mogħtija fl-Anness I għal ċertu kategorija, jingħataw f'kolonna separata flimkien mal-klassifikazzjoni kkonċernata bl-użu tal-istess kodiċijiet imsemmija f'1.1.2.1.1. L-ATEs armonizzati wkoll huma elenkati fl-istess kolonna tat-Tabella 3. L-SCLs u l-ATEs armonizzati jridu jintużaw mill-manifattur, l-importatur jew l-utent downstream għall-klassifikazzjoni ta' taħlita li jkun fiha din is-sustanza. Meta tiġi applikata ATE għandha tintuża l-formula tal-addittività deskritta fit-Taqsima 3.1.3.6 tal-Anness I. Meta ma jingħataw l-ebda limiti ta' konċentrazzjoni għal ċertu kategorija f'dan l-Anness, il-limiti ġeneriċi ta' konċentrazzjoni mogħtija fl-Anness I iridu jiġu applikati għall-klassifikazzjoni ta' sustanzi li fihom impuritajiet, addittivi jew kostitwenti individwali jew għat-taħlitiet. Jekk il-valuri tal-ATEs armonizzati jkunu nieqsa fil-każ tat-tossiċità akuta, il-valur korrett irid jiġi stabbilit bl-użu tad-dejta disponibbli.

    Sakemm mhux indikat mod ieħor, il-limiti ta' konċentrazzjoni huma persentaġġ skont il-piż tas-sustanza kkalkulat b'referenza għall-piż totali tat-taħlita.

    F'każ li fattur M ikun ġie armonizzat għal sustanzi klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent akkwatiku fil-kategoriji Akkwatiku Akut 1 jew Akkwatiku Kroniku 1, dak il-fattur M huwa mogħti fit-Tabella 3 fl-istess kolonna bħal-limiti ta' konċentrazzjoni speċifiċi. F'każ li fattur-M għal Akkwatiku Akut 1 u fattur M għal Akkwatiku Kroniku 1 ikunu ġew arnomizzati, kull fattur M għandu jkun imniżżel fl-istess linja bħad-differenzjazzjoni korrispondenti tiegħu. F'każ li fattur-M wieħed jingħata fit-Tabella 3 u s-sustanza tkun klassifikata bħala Akkwatika Akuta 1 u Akkwatika Kronika 1, dak il-fattur M għandu jintuża għall-klassifikazzjoni ta' taħlita li jkun fiha din is-sustanza għal perikli akkwatiċi akuti u fit-tul mill-manifattur, mill-importatur jew mill-utent downstream permezz tal-metodu tal-addizzjoni. Meta ma jingħata ebda fattur-M fit-Tabella 3, il-fattur(i)-M ibbażati fuq informazzjoni disponibbli għas-sustanza għandhom jiġu stabbiliti mill-manifattur, mill-importatur jew mill-utent downstream. Ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5 tal-Anness I għall-iffissar u l-użu tal-fatturi-M.”;

    (c)

    It-Taqsima 1.1.3.1 hija emendata kif ġej:

    (i)

    in-Nota E hija mħassra;

    (ii)

    In-Nota K tinbidel b'dan li ġej:

    “Nota K:

    Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu jew mutaġenu m'hemmx għalfejn tapplika jekk jista' jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,1 % w/w 1,3-butadiene (Nru EINECS 203-450-8). Jekk is-sustanza mhix klassifikata bħala karċinoġenu jew mutaġenu, għandhom mill-inqas japplikaw id-dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni (P102-)P210-P403. Din in-nota tapplika biss għal ċerti sustanzi kumplessi derivati miż-żejt fil-Parti 3.”;

    (iii)

    In-Nota P tinbidel b'dan li ġej:

    “Nota P:

    Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu jew mutaġenu ma għandhiex tapplika jekk jista' jintwera li s-sustanza fiha inqas minn 0,1 % w/w ta' benżin (Nru EINECS 200-753-7).

    Jekk is-sustanza mhix klassifikata bħala karċinoġenu, għandhom mill-inqas japplikaw id-dikjarazzjonijiet ta' prekawzjoni (P102-)P260-P262-P301 + P310-P331.

    Din in-nota tapplika biss għal ċerti sustanzi kumplessi derivati miż-żejt fil-Parti 3.”;

    (iv)

    In-Nota S tinbidel b'dan li ġej:

    “Nota S:

    Din is-sustanza jista' ma jkollhiex bżonn ta' tikketta skont l-Artikolu 17 (ara t-taqsima 1.3 tal-Anness I) (Tabella 3).”;

    (v)

    Fin-Nota U, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

    “Nota U (Tabella 3):”;

    (d)

    It-Taqsima 1.1.3.2 hija emendata kif ġej:

    (i)

    In-Nota 1 tinbidel b'dan li ġej:

    “Nota 1:

    Il-konċentrazzjoni ddikjarata jew, fin-nuqqas ta' dawn il-konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet ġeneriċi stabbiliti f'dan ir-Regolament huma l-valuri tal-piż skont il-piż tal-element metalliku kkalkulati b'referenza għall-piż totali tat-taħlita.”;

    (ii)

    In-Nota 8 hija miżjuda kif ġej:

    “Nota 8:

    Il-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu m'hemmx għalfejn tapplika jekk jista' jintwera li l-konċentrazzjoni massima teoretika tal-formaldeid li jista' jiġi rilaxxat, irrispettivament mis-sors, fit-taħlita kif introdotta fis-suq tkun inqas minn 0,1 %.”

    (iii)

    In-Nota 9 hija miżjuda kif ġej:

    “Nota 9:

    Il-klassifikazzjoni bħala mutaġenu m'hemmx għalfejn tapplika jekk jista' jintwera li l-konċentrazzjoni massima teoretika tal-formaldeid li jista' jiġi rilaxxat, irrispettivament mis-sors, fit-taħlita kif introdotta fis-suq tkun inqas minn 1 %.”

    (e)

    It-Taqsima 1.1.4 hija mħassra;

    (f)

    It-Titolu tat-Taqsima 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.2.   Klassifikazzjonijiet u dikjarazzjonijiet dwar il-periklu fit-Tabella 3 li jirriżultaw mill-konverżjoni tal-klassifikazzjonijiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE”

    (g)

    It-Taqsima 1.2.1 tinbidel b'dan li ġej:

    “1.2.1.    Klassifikazzjoni minima

    Għal ċerti klassijiet ta' periklu, inklużi t-tossiċità akuta u l-esponiment ripetut ta' STOT, il-klassifikazzjoni skont il-kriterji fid-Direttiva 67/548/KEE ma tikkorrispondix direttament mal-klassifikazzjoni fi klassi ta' periklu u f'kategorija skont dan ir-Regolament. F'dawn il-każijiet il-klassifikazzjoni f'dan l-Anness għandha titqies bħala klassifikazzjoni minima. Din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata jekk l-ebda waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin ma tiġi ssodisfata:

    il-manifattur jew l-importatur għandu aċċess għal dejta jew għal informazzjoni oħra, kif speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness I, li twassal għal klassifikazzjoni f'kategorija aktar severa meta mqabbel mal-klassifikazzjoni minima. Imbagħad trid tiġi applikata l-klassifikazzjoni fil-kategorija l-aktar severa;

    il-klassifikazzjoni minima tista' tiġi irfinata aktar abbażi tat-tabella ta' konverżjoni fl-Anness VII meta l-manifattur jew l-importatur ikun jaf l-istat fiżiku tas-sustanza użata fit-test tat-tossiċità akuta mill-inalazzjoni. Il-klassifikazzjoni kif miksuba mill-Anness VII imbagħad għandha tissostitwixxi l-klassifikazzjoni minima indikata f'dan l-Anness jekk hija differenti minnha.

    Il-klassifikazzjoni minima għal kategorija hi indikata bir-referenza * fil-kolonna “Klassifikazzjoni” fit-Tabella 3.

    Ir-referenza * tista' wkoll tinsab fil-kolonna “Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u Stimi ta' Tossiċità Akuta (ATE)”, fejn din tindika li l-entrata kkonċernata kellha limiti speċifiċi ta' konċentrazzjoni skont id-Direttiva 67/548/KEE għat-tossiċità akuta. Dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni ma jistgħux jiġu “konvertiti” f'limiti ta' konċentrazzjoni skont dan ir-Regolament, speċjalment meta tingħata klassifikazzjoni minima. Madankollu, meta tintwera r-referenza *, il-klassifikazzjoni għat-tossiċità akuta għal din l-annotazzjoni tista' tkun ta' tħassib speċjali.”

    (h)

    It-Taqsima 1.2.2. tinbidel b'dan li ġej:

    “1.2.2.    Ir-rotta ta' esponiment ma tistax tiġi eskluża

    Għal ċerti klassijiet ta' periklu, eż. STOT, ir-rotta ta' esponiment għandha tkun indikata fl-istqarrija ta' periklu biss jekk jintwera b'mod konklużiv li l-ebda rotta oħra ta' esponiment ma tista' tikkawża l-periklu skont il-kriterji fl-Anness I. Skont id-Direttiva 67/548/KEE ir-rotta ta' esponiment ġiet indikata għal klassifikazzjonijiet b'R48 meta kien hemm dejta li tiġġustifika l-klassifikazzjoni għal din ir-rotta ta' esponiment. Il-klassifikazzjoni skont 67/548/KEE li tindika r-rotta ta' esponiment ġiet konvertita fil-klassi u l-kategorija korrispondenti skont dan ir-Regolament, iżda b'dikjarazzjoni ġenerali ta' periklu li ma tispeċifikax ir-rotta ta' esponiment peress li l-informazzjoni meħtieġa mhix disponibbli.

    Dawn id-dikjarazzjonijiet ta' periklu huma indikati bir-referenza ** fit-Tabella 3.”

    (i)

    It-Taqsima 1.2.3 tinbidel b'dan li ġej:

    “1.2.3.    Dikjarazzjonijiet ta' periklu għat-tossiċità riproduttiva

    Id-dikjarazzjonijiet ta' periklu H360 u H361 juru tħassib ġenerali b'rabta mal-effetti fuq il-fertilità u/jew l-iżvilupp: “Jista'/Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità jew lit-tarbija li għadha fil-ġuf”. Skont il-kriterji, id-dikjarazzjoni ta' periklu ġenerali tista' tinbidel b'dikjarazzjoni ta' periklu li turi l-effett speċifiku tat-tħassib skont it-Taqsima 1.1.2.1.2 Meta d-differenzazzjoni l-oħra ma tissemmiex, dan ikun minħabba evidenza li turi li ma hemmx effett ta' dan it-tip, jew li hemm dejta inkonklussiva jew l-ebda dejta, u l-obbligi fl-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw għal dik id-differenzazzjoni.

    Sabiex ma tintilifx informazzjoni mill-klassifikazzjonijiet armonizzati għall-fertilità u l-effetti fuq l-iżvilupp skont id-Direttiva 67/548/KEE, il-klassifikazzjonijiet ġew konvertiti biss għal dawk l-effetti klassifikati skont din id-Direttiva.

    Dawn id-dikjarazzjonijiet ta' periklu huma indikati bir-referenza *** fit-Tabella 3.”

    (j)

    It-Taqsima 1.2.4 tinbidel b'dan li ġej:

    “1.2.4.    Ma setgħetx tiġi stabbilita klassifikazzjoni korretta għall-perikli fiżiċi

    Għal xi entrati l-klassifikazzjoni korretta għall-perikli fiżiċi ma setgħetx tiġi stabbilita għaliex m'hemmx dejta suffiċjenti għall-applikazzjoni tal-kriterji ta' klassifikazzjoni f'dan ir-Regolament. L-entrata tista' tiġi assenjata għal kategorija differenti (jew ogħla) jew għal klassi oħra ta' periklu li mhix dik indikata. Il-klassifika korretta għandha tkun ikkonfermata permezz ta' ttestjar.

    L-entrati b'perikli fiżiċi li għandhom jiġu kkonfermati permezz ta' ttestjar huma indikati bir-referenza **** fit-Tabella 3.”

    (3)

    Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

    (a)

    L-intestatura tat-Taqsima 3 tinbidel b'dan li ġej:

    “3.   

    PARTI 3: TABELLA TA' KLASSIFIKAZZJONI U TIKKETTAR ARMONIZZATI”

    (b)

    Il-paragrafi introduttorji huma mħassra.

    (c)

    It-titolu tat-Tabella 3.1 jinbidel b'dan li ġej:

    “Tabella 3

    Lista ta' klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati ta' sustanzi perikolużi”;

    (d)

    It-Tabella 3 hija emendata kif ġej:

    (i)

    It-titolu tal-kolonna qabel tal-aħħar tinbidel bi “Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATE”;

    (ii)

    L-entrati li jikkorrispondu man-numri tal-indiċi 006-046-00-8, 604-057-00-8, 605-023-00-5, 606-041-00-6, 607-123-00-4, 608-055-00-8, 612-150-00-X, 613-318-00-5, 614-001-00-4, 615-013-00-2, 616-006-00-7, 616-094-00-7 u 650-032-00-X jinbidlu bl-entrati korrispondenti li ġejjin:

    Nru tal-Indiċi

    Identifikazzjoni Kimika Internazzjonali

    Nru tal-KE

    Nru tas-CAS

    Klassifikazzjoni

    Tikkettar

    Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATE

    Noti

    Kodiċi(jiet) tal-Klassi u l-Kategorija tal-Periklu

    Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    Pittogramma, Kodiċi(jiet) tal-Kliem Bħala Sinjal

    Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    Kodiċi(jiet) Supplimentari tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    “006-046-00-8

    bendjokarb (ISO);

    2,2-dimetil-1,3-benżodiossol-4-il metilkarbamat;

    2,2-dimetil-1,3-benżodiossol-4-il metilkarbamat

    245-216-8

    22781-23-3

    Acute Tox. 3

    Acute Tox. 3

    Acute Tox. 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H331

    H311

    H300

    H400

    H410

    GHS06

    GHS09

    Dgr

    H331

    H311

    H300

    H410

     

    M = 10

    M = 100”

     

    “604-057-00-8

    massa ta' reazzjoni ta': isomeri ta' 2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-metil-(n)-dodekilfenol; isomeri ta' 2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-metil-(n)-tetrakożilfenol; isomeri ta' 2-(2H-benżotriażol-2-il)-4-metil-5,6-didodekil-fenol. n = 5 jew 6

    401-680-5

    Aquatic Chronic 4

    H413

     

    H413”

     

     

     

    “605-023-00-5

    5-kloro-2-(4-klorofenossi)fenol;

    [DCPP]

    429-290-0

    3380-30-1

    Eye Dam. 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H318

    H400

    H410

    GHS05

    GHS09

    Dgr

    H318

    H410

     

    M = 10

    M = 10”

     

    “606-041-00-6

    2-metil-1-(4-metiltijofenil)-2-morfolinopropan-1-on

    400-600-6

    71868-10-5

    Repr. 1B

    Acute Tox. 4 *

    Aquatic Chronic 2

    H360FD

    H302

    H411

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H360FD

    H302

    H411”

     

     

     

    “607-123-00-4

    Metakrilat ta' 2,3-epossipropil;

    metakrilat tal-gliċidil

    203-441-9

    106-91-2

    Carc. 1B

    Muta. 2

    Repr. 1B

    Acute Tox. 3

    Acute Tox. 4

    STOT SE 3

    STOT RE 1

    Eye Dam. 1

    Skin Corr. 1C

    Skin Sens. 1

    H350

    H341

    H360F

    H311

    H302

    H335

    H372 (il-passaġġ tan-nifs) (inhalation)

    H318

    H314

    H317

    GHS08

    GHS06

    GHS05

    Dgr

    H350

    H341

    H360F

    H311

    H302

    H335

    H372 (il-passaġġ tan-nifs) (inhalation)

    H314

    H317

     

     

    D”

    “608-055-00-8

    fipronil (ISO);

    (±)-5-ammino-1-(2,6-dikloro-α,α,α-trifluworo-para-tolil)-4-trifluworometilsulfinil-pirażol-3-karbonitril

    424-610-5

    120068-37-3

    Acute Tox. 3*

    Acute Tox. 3*

    Acute Tox. 3*

    STOT RE 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H301

    H311

    H331

    H372*

    H400

    H410

    GHS06

    GHS08

    GHS09

    Dgr

    H301

    H311

    H331

    H372*

    H410

     

    M = 1 000

    M = 10 000 ”

     

    “612-150-00-X

    spirossammina (ISO);

    8-tert-butil-1,4-diossaspiro[4.5]dekan-2-ilmetil(etil)(propil)ammina

    118134-30-8

    Repr. 2

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 4

    STOT RE 2

    Skin Irrit. 2

    Skin Sens. 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H361d

    H332

    H312

    H302

    H373 (għajnejn)

    H315

    H317

    H400

    H410

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Wng

    H361d

    H332

    H312

    H302

    H373 (għajnejn)

    H315

    H317

    H410

     

    M = 100

    M = 100”

     

    “613-318-00-5

    fenpirażammina (ISO);

    S-allil 5-ammino-2,3-diidro-2-iżopropil-3-osso-4-(o-tolil)pirażol-1-karbotijoat;

    S-allil 5-ammino-2-iżopropil-4-(2-metilfenil) -3-osso-2,3-diidropirażol-1-karbotijoat

    473798-59-3

    Aquatic Acute 1 Aquatic Chronic 1

    H400

    H410

    GHS09

    Wng

    H410

     

    M = 10

    M = 1”

     

    “614-001-00-4

    nikotina (ISO);

    3-[(2S)-1-metilpirrolidin-2-il]piridina

    200-193-3

    54-11-5

    Acute Tox. 2

    Acute Tox. 2

    Acute Tox. 2

    Aquatic Chronic 2

    H330

    H310

    H300

    H411

    GHS06

    GHS09

    Dgr

    H330

    H310

    H300

    H411

     

    inhalation:

    ATE = 0,19 mg/L (dusts or mists)

    dermal:

    ATE = 70 mg/kg

    oral:

    ATE (*1) = 5 mg/kg”

     

    “615-013-00-2

    ċjanammid;

    karbamonitril

    206-992-3

    420-04-2

    Carc. 2

    Repr. 2

    Acute Tox. 3

    Acute Tox. 3

    STOT RE 2

    Skin Corr. 1

    Skin Sens. 1

    Eye Dam. 1

    Aquatic Chronic 3

    H351

    H361fd

    H311

    H301

    H373 (tirojde)

    H314

    H317

    H318

    H412

    GHS08

    GHS06

    GHS05

    Dgr

    H351

    H361fd

    H311

    H301

    H373 (tirojde)

    H314

    H317

    H412”

     

     

     

    “616-006-00-7

    diklofluwanid (ISO);

    N-[(diklorofluworometil)tijo]-N′,N′-dimetil-N-fenilsulfammid

    214-118-7

    1085-98-9

    Acute Tox. 4

    Eye Irrit. 2

    Skin Sens. 1

    Aquatic Acute 1

    H332

    H319

    H317

    H400

    GHS07

    GHS09

    Wng

    H332

    H319

    H317

    H400

     

    M = 10”

     

    “616-094-00-7

    3,3′-diċikloeżil-1,1′-metilenebis(4,1-fenilen)diurea

    406-370-3

    58890-25-8

    Aquatic Chronic 4

    H413

     

    H413”

     

     

     

    “650-032-00-X

    ċiprokonażol (ISO); (2RS,3RS;2RS,3SR)-2-(4-klorofenil)-3-ċiklopropil-1-(1H-1,2,4-triażol-1-il)butan-2-ol

    94361-06-5

    Repr. 1B

    Acute Tox. 3

    STOT RE 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H360D

    H301

    H373 (fwied)

    H400

    H410

    GHS08

    GHS06

    GHS09

    Dgr

    H360D

    H301

    H373 (fwied)

    H410

     

    M = 10

    M = 1”

     

    (iii)

    L-entrati li ġejjin iddaħħlu skont l-ordni tal-entrati stabbiliti fit-Tabella 3:

    Nru tal-Indiċi

    Identifikazzjoni Kimika Internazzjonali

    Nru tal-KE

    Nru tas-CAS

    Klassifikazzjoni

    Tikkettar

    Limiti ta' Konċ. Speċifiċi, Fatturi-M u ATE

    Noti

    Kodiċi(jiet) tal-Klassi u l-Kategorija tal-Periklu

    Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    Pittogramma, Kodiċi(jiet) tal-Kliem Bħala Sinjal

    Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    Kodiċi(jiet) Supplimentari tad-Dikjarazzjonijiet ta' Periklu

    “047-003-00-3

    żeolit taż-żingu tal-fidda (Żeolit, tat-tip bi struttura LTA, b'superfiċje modifikata b'joni tal-fidda u taż-żingu)

    [Din l-entrata tkopri ż-żeolit tat-tip bi struttura LTA (Linde Type A) b'superfiċje modifikata b'joni kemm tal-fidda kif ukoll taż-żingu b'kontenuti ta' Ag+ 0,5 %-6 %, Zn2 + 5 %-16 %, u potenzjalment bil-fosfru, NH4+, Mg2+ u/jew Ca2+ f'kull livell < 3 %]

    130328-20-0

    Repr. 2

    Skin Irrit. 2

    Eye Dam. 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H361d

    H315

    H318

    H400

    H410

    GHS08

    GHS05

    GHS09

    Dgr

    H361d

    H315

    H318

    H410

     

    M = 100

    M = 100”

     

    “048-012-00-5

    karbonat tal-kadmju

    208-168-9

    513-78-0

    Carc. 1B

    Muta. 1B

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    STOT RE 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H400

    H410

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H410

     

     

    A1”

    “048-013-00-0

    idrossidu tal-kadmju; diidrossidu tal-kadmju

    244-168-5

    21041-95-2

    Carc. 1B

    Muta. 1B

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    STOT RE 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H400

    H410

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H410

     

     

    A1”

    “048-014-00-6

    nitrat tal-kadmju;

    dinitrat tal-kadmju

    233-710-6

    10325-94-7

    Carc. 1B

    Muta. 1B

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    Acute Tox. 4 *

    STOT RE 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H400

    H410

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H350

    H340

    H332

    H312

    H302

    H372 (kliewi, għadam)

    H410

     

    Carc. 1B; H350:

    C ≥ 0,01 %

    A1”

    “050-030-00-3

    dilawrat tad-dibutiltin; dibutil[bis(dodekanoilossi)]stannan

    201-039-8

    77-58-7

    Muta. 2

    Repr. 1B

    STOT RE 1

    H341

    H360FD

    H372 (sistema immunitarja)

    GHS08

    Dgr

    H341

    H360FD

    H372 (sistema immunitarja)”

     

     

     

    “603-235-00-2

    linalol; 3,7-dimetil-1,6-ottadjen-3-ol; dl-linalol; [1]

    koriandrol; (S)-3,7-dimetil-1,6-ottadjen-3-ol; d-linalol; [2]

    likareol; (R)-3,7-dimetil-1,6-ottadjen-3-ol; l-linalol [3]

    201-134-4 [1]

    204-810-7 [2]

    204-811-2 [3]

    78-70-6 [1]

    126-90-9 [2]

    126-91-0 [3]

    Skin Sens. 1B

    H317

    GHS07

    Wng

    H317”

     

     

     

    “604-093-00-4

    clorofenum;

    klorofen;

    2-benżil-4-klorofenol

    204-385-8

    120-32-1

    Carc. 2

    Repr. 2

    Acute Tox. 4

    Skin Irrit. 2

    Skin Sens. 1

    Eye Dam. 1

    STOT RE 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H351

    H361f

    H332

    H315

    H317

    H318

    H373 (kliewi)

    H400

    H410

    GHS08

    GHS05

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H351

    H361f

    H332

    H315

    H317

    H318

    H373 (kliewi)

    H410

     

    M = 1

    M = 100”

     

    “606-150-00-9

    kletodim (ISO); (5RS)-2-{(1EZ)-1-[(2E)-3-kloroallilossimino]propil}-5-[(2RS)-2-(etiltijo)propil]-3-idrossiċikloeż-2-en-1-on

    99129-21-2

    Acute Tox. 4

    Skin Sens. 1

    Aquatic Chronic 3

    H302

    H317

    H412

    GHS07

    Wng

    H302

    H317

    H412

    EUH066”

     

     

    “606-151-00-4

    antrakinon

    201-549-0

    84-65-1

    Carc. 1B

    H350

    GHS08

    Dgr

    H350”

     

     

     

    “607-720-00-X

    aċidu nonadekafluworodekanojku; [1]

    nonadekafluworodekanoat tal-ammonju; [2]

    nonadekafluworodekanoat tas-sodju [3]

    206-400-3 [1] 221-470-5 [2]

    [3]

    335-76-2 [1] 3108-42-7 [2]

    3830-45-3 [3]

    Carc. 2

    Repr. 1B

    Lact.

    H351

    H360Df

    H362

    GHS08

    Dgr

    H351

    H360Df

    H362”

     

     

     

    “607-721-00-5

    N,N′-metilenedimorfolina;

    N,N′-metilenebismorfolina;

    [formaldeid rilaxxat minn N,N′-metilenbismorfolina];

    [MBM]

    227-062-3

    5625-90-1

    Carc. 1B

    Muta. 2

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 4

    STOT RE 2

    Skin Corr. 1B

    Skin Sens. 1

    Eye Dam.1

    H350

    H341

    H332

    H312

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H317

    H318

    GHS08

    GHS07

    GHS05

    Dgr

    H350

    H341

    H332

    H312

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H317

    EUH071

     

    8

    9”

    “607-722-00-0

    2,3,5,6-tetrafluworo-4-(metossimetil)benżil (Z)-(1R,3R)-3-(2-ċjanoprop-1-enil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat;

    epsilon-momfluworotrina

    1065124-65-3

    Acute Tox. 4

    STOT SE 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H302

    H371 (is-sistema nervuża)

    H400

    H410

    GHS07

    GHS08

    GHS09

    Wng

    H302

    H371 (is-sistema nervuża)

    H410

     

    M = 100

    M = 100”

     

    “607-723-00-6

    teflutrina (ISO);

    2,3,5,6-tetrafluworo-4-metilbenżil (1RS,3RS)-3-[(Z)-2-kloro-3,3,3-trifluworoprop-1-enil]-2,2-dimetilċiklopropanekarbossilat

    79538-32-2

    Acute Tox. 1

    Acute Tox. 2

    Acute Tox. 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H330

    H310

    H300

    H400

    H410

    GHS06

    GHS09

    Dgr

    H330

    H310

    H300

    H410

     

    M = 10 000

    M = 10 000 ”

     

    “612-290-00-1

    prodotti tar-reazzjoni ta' paraformaldeid u 2-idrossipropilammina (proporzjon 3:2);

    [formaldeid rilaxxat minn 3,3′-metilenbis[5-metilossażolidina];

    formaldeid rilaxxat minn ossażolidin];

    [MBO]

    Carc. 1B

    Muta. 2

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 3

    Acute Tox. 4

    STOT RE 2

    Skin Corr. 1B

    Eye Dam. 1

    Skin Sens. 1 A

    Aquatic Chronic 2

    H350

    H341

    H332

    H311

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H318

    H317

    H411

    GHS08

    GHS06

    GHS05

    GHS09

    Dgr

    H350

    H341

    H332

    H311

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H317

    H411

    EUH071

     

    8

    9”

    “612-291-00-7

    prodotti tar-reazzjoni ta' paraformaldeid ma' 2-idrossipropilammina (proporzjon 1:1);

    formaldeid rilaxxat minn α,α,α-trimetil-1,3,5-triażina-1,3,5(2H,4H,6H)-trietanol];

    [HPT]

    Carc. 1B

    Muta. 2

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 4

    STOT RE 2

    Skin Corr. 1C

    Eye Dam. 1

    Skin Sens. 1 A

    Aquatic Chronic 2

    H350

    H341

    H332

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H318

    H317

    H411

    GHS08

    GHS07

    GHS05

    GHS09

    Dgr

    H350

    H341

    H332

    H302

    H373 (il-passaġġ gastrointestinali, il-passaġġ tan-nifs)

    H314

    H317

    H411

    EUH071

     

    8

    9”

    “612-292-00-2

    metilidrażina

    200-471-4

    60-34-4

    Carc. 1B

    H350

    GHS08

    Dgr

    H350”

     

     

     

    “613-321-00-1

    (RS)-4-[1-(2,3-dimetilfenil)etil]-1H-imidażol;

    medetomidina

    86347-14-0

    Acute Tox. 2

    Acute Tox. 2

    STOT SE 3

    STOT SE 1

    STOT RE 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H330

    H300

    H336

    H370 (għajnejn)

    H372

    H400

    H410

    GHS06

    GHS08

    GHS09

    Dgr

    H330

    H300

    H336

    H370 (għajnejn)

    H372

    H410

     

    M = 1

    M = 100”

     

    “613-322-00-7

    triadimenol (ISO); (1RS,2RS;1RS,2SR)-1-(4-klorofenossi)-3,3-dimetil-1-(1H-1,2,4-triazol-1-il)butan-2-ol;

    α-tert-butil-β-(4-klorofenossi)-1H-1,2,4-triażol-1-etanol

    259-537-6

    55219-65-3

    Repr. 1B

    Lact.

    Acute Tox. 4

    Aquatic Chronic 2

    H360

    H362

    H302

    H411

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H360

    H362

    H302

    H411”

     

     

     

    “613-323-00-2

    terbutilażina (ISO);

    N-tert-butil-6-kloro-N′-etil-1,3,5-triażina-2,4-diammina

    227-637-9

    5915-41-3

    Acute Tox. 4

    STOT RE 2

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H302

    H373

    H400

    H410

    GHS07

    GHS08

    GHS09

    Wng

    H302

    H373

    H410

     

    M = 10

    M = 10”

     

    “613-324-00-8

    kwinolin-8-ol;

    8-idrossikwinolina

    205-711-1

    148-24-3

    Repr. 1B

    Acute Tox. 3

    Eye Dam. 1

    Skin Sens. 1

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H360D

    H301

    H318

    H317

    H400

    H410

    GHS08

    GHS06

    GHS05

    GHS09

    Dgr

    H360D

    H301

    H318

    H317

    H410

     

    M = 1

    M = 1”

     

    “613-325-00-3

    tijakloprid (ISO);

    (Z)-3-(6-kloro-3-piridilmetil)-1,3-tijażolidin-2-ilideneċjanammid;

    {(2Z)-3-[(6-kloropiridin-3-yl)metil]-1,3-tijażolidin-2-ilidene}ċjanammid

    111988-49-9

    Carc. 2

    Repr. 1B

    Acute Tox. 4

    Acute Tox. 3

    STOT SE 3

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H351

    H360FD

    H332

    H301

    H336

    H400

    H410

    GHS08 GHS06

    GHS09

    Dgr

    H351

    H360FD

    H332

    H301

    H336

    H410

     

    M = 100

    M = 100”

     

    “616-221-00-6

    eżaflumuron (ISO);

    1-(3,5-dikloro-4-(1,1,2,2-tetrafluworoetossi)fenil)-3-(2,6-difluworobenżoil)urea

    401-400-1

    86479-06-3

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H400

    H410

    GHS09

    Wng

    H410

     

    M = 1 000

    M = 10 000 ”

     

    “616-222-00-1

    pentijopirad (ISO);

    RS)-N-[2-(1,3-dimetilbutil)-3-tijenil]-1-metil-3-(trifluworometil)pirażol-4-karbossammid

    183675-82-3

    Aquatic Acute 1

    Aquatic Chronic 1

    H400

    H410

    GHS09

    Wng

    H410

     

    M = 1

    M = 1”

     

    “616-223-00-7

    karbetammid (ISO);

    (R)-1-(etilkarbamojl)etil karbanilat; (2R)-1-(etilammino)-1-ossopropan-2-il fenilkarbamat

    240-286-6

    16118-49-3

    Carc. 2

    Repr. 1B

    Acute Tox. 4

    Aquatic Chronic 2

    H351

    H360D

    H302

    H411

    GHS08

    GHS07

    GHS09

    Dgr

    H351

    H360D

    H302

    H411”

     

     

     


    (*1)  Stima tal-punt konvertit ta' tossiċità akuta skont it-Tabella 3.1.2 tal-Anness I.


    Top