EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0749

Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha

C/2017/1184

OJ L 113, 29.4.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/749/oj

29.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/11


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/749

tal-24 ta' Frar 2017

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tal-Każakistan mil-lista ta' pajjiżi fl-Anness I tagħha

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Waqt li titqies l-adeżjoni tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet li l-Każakistan jitneħħa mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/755.

(2)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/755 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, jitħassar l-isem “il-Każakistan”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.


Top