EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0625

Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 95, 7.4.2017, p. 1–142 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj

7.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/1


REGOLAMENT (UE) 2017/625 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Marzu 2017

dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 114 u l-Artikolu 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikjedi li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-annimali u tal-ambjent fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. Dak l-objettiv għandu jintlaħaq, fost l-oħrajn, permezz ta' miżuri fil-qasam veterinarju u fitosanitarju, li għandhom bħala objettiv finali tagħhom il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(2)

It-TFUE jipprevedi wkoll li l-Unjoni tikkontribwixxi biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz tal-miżuri li hi tadotta fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern.

(3)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni tipprevedi sett ta' regoli armonizzati li jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu sikuri u bnien, u li l-attivitajiet li jista' jkollhom impatt fuq is-sikurezza tal-katina agroalimentari jew fuq il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fir-rigward tal-informazzjoni dwar l-ikel u l-għalf jitwettqu f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi. Jeżistu wkoll regoli tal-Unjoni li jiżguraw livell għoli ta' saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll livell għoli ta' trattament xieraq tal-annimali, tul il-katina agroalimentari, u f'dawk l-oqsma kollha ta' attività b'mira ewlenija li jiġġieldu t-tixrid possibbli tal-mard tal-annimali, li f'ċerti każijiet ikun jista' jittieħed mill-bniedem, u t-tixrid possibbli ta' pesti li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti mill-pjanti; u regoli li jiżguraw il-protezzjoni tal-ambjent minn riskji li jistgħu jinqalgħu mill-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) jew mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. L-applikazzjoni korretta ta' dawk ir-regoli, minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament bħala “l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari”, tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern.

(4)

Ir-regoli bażiċi tal-Unjoni fir-rigward tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Minbarra dawk ir-regoli bażiċi, liġi dwar l-ikel u l-għalf aktar speċifika tkopri oqsma differenti, bħall-alimentazzjoni tal-annimali, inklużi l-għalf immedikat, l-iġjene tal-ikel u tal-għalf, iż-żoonożi, il-prodotti sekondarji mill-annimali, ir-residwi tal-prodotti veterinarji mediċinali, il-kontaminanti, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali b'impatt fuq is-saħħa tal-bniedem, it-tikkettjar tal-ikel u tal-għalf, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-addittivi tal-ikel u tal-għalf, il-vitamini, il-melħ minerali, il-mikronutrijenti u addittivi oħra, il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, rekwiżiti ta' kwalità u ta' kompożizzjoni, l-ilma tajjeb għax-xorb, il-jonizzazzjoni, ikel ġdid, u OĠM.

(5)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali timmira li tiżgura standards għoljin tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni, l-iżvilupp razzjonali tas-setturi tal-biedja u tal-akkwakultura, u li żżid il-produttività. Dik il-leġislazzjoni hija meħtieġa biex tikkontribwixxi għat-tlestija tas-suq intern għall-annimali u għall-prodotti tal-annimali, u biex jiġi evitat it-tixrid ta' mard li jista' jittieħed u li jikkonċerna l-Unjoni. Hija tkopri oqsma li jinkludu l-kummerċ intra-Unjoni, id-dħul fl-Unjoni, il-qerda tal-mard, il-kontrolli veterinarji u n-notifika tal-mard, u tikkontribwixxi wkoll għas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf.

(6)

Il-mard trasmissibbli tal-annimali, inkluż minn mikroorganiżmi li jkunu żviluppaw reżistenza għall-antimikrobiċi, jista' jkollu impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, u s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali. Bil-għan li jiġu żgurati standards għolja ta' saħħa tal-annimali u saħħa pubblika fl-Unjoni, ir-regoli dwar il-miżuri dwar is-saħħa tal-annimali u dwar is-sikurezza tal-għalf u tal-ikel jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-konformità ma' dawk ir-regoli, inkluż ir-regoli maħsuba biex tiġi indirizzata l-problema tar-reżistenza għall-antimikrobiċi, tiġi soġġetta għall-kontrolli uffiċjali previsti f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni tal-Unjoni tipprevedi regoli dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji li jikkontribwixxu għal azzjoni koerenti fil-livell tal-Unjoni bl-għan li jiġi infurzat l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fil-livell tal-azjenda agrikola u li jitnaqqas kemm jista' jkun l-iżvilupp ta' reżistenza għall-antimikrobiċi fl-annimali u t-trasmissjoni tagħha permezz ta' ikel li jkun ġej mill-annimali. L-Azzjonijiet numri 2 u 3 rrakkomandati mill-Komunikazzjoni tal-15 ta' Novembru 2011 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill intitolata “Pjan ta' azzjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta' Reżistenza Antimikrobika” jenfasizzaw ir-rwol essenzjali li jaqdu r-regoli speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tal-prodotti mediċinali veterinarji. Jenħtieġ li l-konformità ma' dawk ir-regoli speċifiċi tiġi soġġetta għall-kontrolli previsti f'dik il-leġislazzjoni tal-Unjoni u, għalhekk, ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Artikolu 13 tat-TFUE jirrikonoxxi li l-annimali huma esseri sensibbli. Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali tirrikjedi li s-sidien tal-annimali, dawk li jżommu l-annimali, u l-awtoritajiet kompetenti jirrispettaw ir-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali sabiex jiżguraw it-trattament etiku tagħhom, u jevitaw li jikkawżawlhom uġigħ u tbatija bla bżonn. Dawk ir-regoli huma msejsa fuq evidenza xjentifika, u jistgħu jtejbu indirettament il-kwalità u s-sikurezza tal-ikel li joriġina mill-annimali .

(8)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-pjanti tirregola d-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid tal-pesti tal-pjanti li ma jeżistux, jew mhumiex ġeneralment preżenti, fl-Unjoni. L-objettiv tagħha hu li tipproteġi s-saħħa tal-għelejjel tal-Unjoni, kif ukoll is-saħħa tal-ispazji ħodor pubbliċi u privati u l-foresti, filwaqt li tissalvagwarda l-bijodiversità u l-ambjent tal-Unjoni u tiżgura l-kwalità tal-pjanti u tal-prodotti mill-pjanti u s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf magħmul mill-pjanti.

(9)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti tirregola l-awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta' kwalunke sustanzi attivi, aġenti protettivi, sinerġisti, ko-formulanti u aġġuvanti, li huma jista' jkollhom fihom jew li minnhom jistgħu jikkonsistu. L-objettiv ta' dawk ir-regoli huwa li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll dik tal-annimali u tal-ambjent permezz ta' evalwazzjoni tar-riskji maħluqa mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti filwaqt li jittejjeb il-funzjonament tas-suq tal-Unjoni permezz ta' armonizzazzjoni tar-regoli dwar it-tqegħid tagħhom fis-suq u filwaqt ukoll li tittejjeb il-produzzjoni agrikola.

(10)

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jipprevedu l-awtorizzazzjoni minn qabel, it-traċċabbiltà u t-tikkettjar ta' OĠM u ta' ikel u għalf li ġew modifikati ġenetikament. L-OĠM li mhumiex għall-fini tal-konsum dirett, bħal żrieragħ użati bħala materjal ta' sors għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf, jistgħu jiġu awtorizzati skont id-Direttiva 2001/18/KE jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Irrispettivament mill-bażi legali li taħthom jistgħu jiġu awtorizzati l-OĠM, jenħtieġ li japplikaw l-istess regoli dwar il-kontrolli uffiċjali.

(11)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta' prodotti organiċi tipprovdi bażi għall-iżvilupp sostenibbli tal-produzzjoni organika u għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità u t-trattament xieraq tal-annimali, u għall-iżvilupp taż-żoni rurali.

(12)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar skemi ta' kwalità għall-prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel tidentifika l-prodotti u l-oġġetti tal-ikel imkabbra u prodotti skont speċifikazzjonijiet preċiżi filwaqt li tħeġġeġ produzzjoni agrikola diversifikata, tipproteġi l-ismijiet tal-prodotti, u tinforma liċ-ċittadini dwar il-karattru speċifiku tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

(13)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari hija bbażata fuq il-prinċipju li l-operaturi f'kull stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni li huma taħt il-kontroll tagħhom, ikunu responsabbli li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti rilevanti għall-attivitajiet tagħhom stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(14)

Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-istandards għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jiżguraw prodotti sostenibbli u li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq intern; Dawn jiffaċilitaw l-attivitajiet marbutin mat-tqegħid fis-suq abbażi ta' kompetizzjoni ġusta, u b'hekk tingħata għajnuna biex titjieb il-profitabbiltà tal-produzzjoni. Dawn ir-regoli jiżguraw konformità mal-istess rekwiżit kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-prodotti li joriġinaw fi ħdan l-Unjoni. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-istandards għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti agrikoli jikkontribwixxu għat-titjib tal-kondizzjonijiet ekonomiċi għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq u l-kwalità ta' tali prodotti.

(15)

Ir-responsabbiltà għall-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tinsab f'idejn l-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jimmonitorjaw u jivverifikaw, billi jorganizzaw kontrolli uffiċjali, li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni jkunu rispettati u infurzati b'mod effettiv.

(16)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) stabbilixxa qafas leġislattiv waħdieni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali. Dak il-qafas tejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali, l-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, u l-livell ta' protezzjoni minn riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u għat-trattament xieraq tal-annimali fl-Unjoni u l-livell ta' protezzjoni tal-ambjent minn riskji li jistgħu jirriżultaw minn OĠM u minn prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Ir-Regolament imsemmi pprovda wkoll qafas legali konsolidat li jappoġġa approċċ integrat għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali tul il-katina agroalimentari.

(17)

Hemm għadd ta' dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, li l-infurzar tagħhom ma ġiex regolat, jew ġie regolat biss parzjalment mir-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod partikolari, ir-regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali nżammu fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Is-saħħa tal-pjanti taqa' wkoll, fil-parti l-kbira, barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 billi ċerti regoli dwar il-kontrolli uffiċjali huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (9).

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (10) tipprevedi wkoll sett ta' regoli dettaljati ħafna li jistabbilixxu, fost l-oħrajn, il-frekwenza minima ta' kontrolli uffiċjali, u miżuri speċifiċi ta' infurzar li jenħtieġ li jiġu adottati f'każijiet ta' nonkonformità.

(19)

Sabiex il-qafas leġislattiv ġenerali jiġi razzjonalizzat u simplifikat, waqt li fl-istess ħin jiġi segwit l-objettiv ta' regolamentazzjoni aħjar, jenħtieġ li r-regoli applikabbli għall-kontrolli uffiċjali f'oqsma speċifiċi jiġu integrati f'qafas leġislattiv waħdieni għall-kontrolli uffiċjali. Għal dan l-għan, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 882/2004 u atti oħra tal-Unjoni li attwalment qed jirregolaw il-kontrolli uffiċjali f'oqsma speċifiċi jiġu revokati, u sostitwiti b'dan ir-Regolament.

(20)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ifittex li jistabbilixxi qafas armonizzat tal-Unjoni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali, u attivitajiet uffiċjali oħra minbarra l-kontrolli uffiċjali, tul il-katina agroalimentari kollha, filwaqt li jitqiesu r-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f'leġislazzjoni settorjali rilevanti, flimkien mal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli.

(21)

Ir-regoli li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-użu sostenibbli ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jinkludu, fl-Artikolu 8 tagħha, dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni, li ser jibqgħu japplikaw sakemm ir-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fi ħdan dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawk l-attivitajiet ta' spezzjoni.

(22)

Għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (għelejjel li jistgħu jinħadmu, inbid, żejt taż-żebbuġa, frott u ħaxix, ħops, ħalib u prodotti tal-ħalib, ċanga u vitella, laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u għasel), diġà hemm sistema ta' kontroll stabbilita sew u speċifika. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-verifika tal-konformità tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (12) li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, ħlief fejn il-kontrolli mwettqa relattivament għall-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) jindikaw każijiet possibbli ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa.

(23)

Jenħtieġ li ċerti definizzjonijiet li attwalment huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jiġu adattati biex jittieħed kont tal-kamp ta' applikazzjoni usa' ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu allinjati ma' dawk stabbiliti f'atti oħra tal-Unjoni, u sabiex tiġi ċċarata jew, fejn xieraq tiġi sostitwita, terminoloġija li jkollha sens differenti f'setturi differenti.

(24)

Fejn il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tkun teħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li l-operaturi jikkonformaw mar-regoli rilevanti tal-Unjoni u li l-annimali jew l-oġġetti jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi għall-fini tal-ħruġ ta' ċertifikati jew attestazzjonijiet uffiċjali, jenħtieġ li tali verifika ta' konformità titqies bħala kontroll uffiċjali.

(25)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tafda wkoll f'idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ċerti kompiti speċjalizzati li għandhom jitwettqu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali u għall-protezzjoni tal-ambjent fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawk il-kompiti huma l-attivitajiet ta' interess pubbliku li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ lijwettqu sabiex jeqirdu, irażżnu jew inaqqsu kwalunkwe periklu li jista' jinqala' għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew ukoll għall-ambjent. Dawk l-attivitajiet uffiċjali l-oħra, li jinkludu l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet jew approvazzjonijiet, is-sorveljanza u l-monitoraġġ epidemjoloġiċi, il-qerda u t-trażżin ta' mard jew ta' pesti, kif ukoll il-ħruġ ta' ċertifikati jew attestazzjonijiet uffiċjali, huma regolati mill-istess regoli settorjali li huma infurzati permezz tal-kontrolli uffiċjali u għalhekk minn dan ir-Regolament.

(26)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinħatru mill-Istati Membri fl-oqsma kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Filwaqt li l-Istati Membri jinsabu fl-aqwa pożizzjoni biex jidentifikaw u jiddeċiedu liema awtorità jew awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru għal kull qasam jew parti ta' qasam, jenħtieġ ukoll li huma jaħtru awtorità waħdanija li għal kull qasam jew parti ta' qasam tiżgura komunikazzjoni koordinata xierqa mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.

(27)

Għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali li għandhom l-għan li jivverifikaw l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, u għat-twettiq tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra mogħtija lill-awtoritajiet tal-Istati Membri permezz tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti li jaġixxu fl-interess pubbliku, li għandhom biżżejjed riżorsi u tagħmir, u li joffru garanziji ta' imparzjalità u professjonaliżmu. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw il-kwalità, il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

(28)

L-applikazzjoni u l-infurzar korretti tar-regoli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jirrikjedu għarfien xieraq kemm ta' dawk ir-regoli kif ukoll tar-regoli ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, huwa importanti li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jirċievi taħriġ regolari dwar il-leġislazzjoni applikabbli, skont il-qasam ta' kompetenza tiegħu, kif ukoll dwar l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

(29)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu awditjar intern jew iqabbdu lil min jagħmel awditjar f'isimhom, biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dak l-awditjar jitwettaq b'mod trasparenti u jkun soġġett għal skrutinju indipendenti.

(30)

Jenħtieġ li l-operaturi jkollhom id-dritt, soġġett għal-liġi nazzjonali, li jappellaw kontra d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-operaturi dwar dak id-dritt.

(31)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-persunal responsabbli għall-kontrolli uffiċjali ma jiżvelawx informazzjoni miksuba fit-twettiq ta' dawk il-kontrolli fejn dik l-informazzjoni tkun koperta mis-segretezza professjonali. Sakemm ma jkunx hemm interess prevalenti li jiġġustifika l-iżvelar, is-segretezza professjonali għandha tinkludi informazzjoni li tista' tipperikola l-għan tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet jew l-awditjar, il-protezzjoni ta' interessi kummerċjali jew il-protezzjoni ta' proċedimenti tal-qorti u l-konsulenza legali. Madankollu, is-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw informazzjoni fattwali dwar ir-riżultat tal-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta' operaturi individwali meta l-operatur ikkonċernat ikun ingħata l-permess li jikkummenta dwar dan qabel l-iżvelar u tali kummenti jkunu tqiesu, jew ikunu ġew rilaxxati flimkien mal-informazzjoni żvelata mill-awtoritajiet kompetenti. Il-bżonn li tiġi rispettata s-segretezza professjonali huwa wkoll mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jinformaw lill-pubbliku ġenerali fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli ta' suspett li xi ikel jew għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Id-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom kif previst fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) ma għandux ikun affettwat minn dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli għandhom ukoll ikunu mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet fejn l-iżvelar ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali.

(32)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli uffiċjali b'mod regolari, fuq bażi ta' riskju u bi frekwenza adegwata, f'kull settur u fir-rigward ta' kull operatur, attività, annimal u oġġett regolat mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għandha tiġi stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom iqisu l-bżonn li jaġġustaw l-isforz tal-kontroll skont ir-riskju u l-livell ta' konformità mistennija fis-sitwazzjonijiet differenti, inkluż il-ksur possibbli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa. Għaldaqstant, il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità mal-oqsma kollha tal-leġislazzjoni dwar il-katina agroalimentari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi kkunsidrata meta jkunu qed jiġu aġġustati l-isforzi għall-kontroll. F'ċerti każijiet, madankollu, u fid-dawl tal-ħruġ ta' ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li jkunu meħtieġa minn qabel għat-tqegħid fis-suq jew għall-moviment ta' annimali jew oġġetti, il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tirrikjedi li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu irrispettivament mil-livell ta' riskju jew il-probabbiltà ta' nonkonformità. F'tali każijiet il-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tiġi ddettata mill-bżonnijiet ta' ċertifikazzjoni jew ta' attestazzjoni.

(33)

Biex tiġi ppreservata l-effettività tal-kontrolli uffiċjali fil-verifika tal-konformità, jenħtieġ li ma jingħata l-ebda avviż qabel ma jitwettqu l-kontrolli, sakemm tali preavviż ma jkunx assolutament meħtieġ (pereżempju fil-każ ta' dawk il-kontrolli uffiċjali li jitwettqu fil-biċċeriji waqt operazzjonijiet ta' tbiċċir u li jeħtieġu l-preżenza kontinwa jew regolari ta' persunal jew rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fil-binja tal-operatur) jew in-natura tal-attivitajiet ta' kontroll uffiċjali ma tkunx teħtieġ mod ieħor (kif ikun il-każ partikolarment fir-rigward ta' attivitajiet ta' awditjar).

(34)

Jenħtieġ li l-kontrolli uffiċjali jkunu eżawrjenti u effettivi, u jenħtieġ li jiżguraw li l-leġislazzjoni tal-Unjoni tiġi applikata b'mod korrett. Billi l-kontrolli uffiċjali jistgħu jirrappreżentaw piż għall-operaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti iqisu l-interessi tagħhom meta jorganizzaw u jwettqu l-attivitajiet ta' kontroll uffiċjali, u jenħtieġ li jillimitaw tali piż għal dak li jkun meħtieġ għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali effiċjenti u effettivi.

(35)

Jenħtieġ li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu minn membri tal-persunal indipendenti, jiġifieri ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess, u b'mod partikolari li ma jkunux f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, il-ħila tagħhom li jwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom b'mod imparzjali. Jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ ukoll arranġamenti xierqa sabiex tiġi żgurata l-imparzjalità f'każijiet fejn jitwettqu kontrolli uffiċjali fuq annimali, oġġetti, postijiet jew attivitajiet li huma proprjetà ta' awtorità pubblika jew korp pubbliku.

(36)

Jenħtieġ li l-kontrolli uffiċjali jsiru bl-istess livell ta' attenzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, irrispettivament minn jekk ir-regoli infurzati japplikawx għal attivitajiet li huma rilevanti biss fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew għal attivitajiet li ser ikollhom impatt fuq il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-annimali u l-oġġetti li għandhom jiġu spostati jew imqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor jew esportati barra mill-Unjoni. Fil-każ ta' esportazzjoni barra mill-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintalbu wkoll, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni, jivverifikaw il-konformità tal-annimali u l-oġġetti ma' rekwiżiti stabbiliti mill-pajjiż terz destinatarju ta' tali annimali jew oġġetti. Barra minn hekk, fir-rigward tal-istabbiliment ta' mudelli għaċ-ċertifikati ta' esportazzjoni, is-setgħat ta' implimentazzjoni rilevanti previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss fejn tali ċertifikazzjoni tkun prevista fil-liġi tal-Unjoni, u b'mod partikolari fi ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiż terz jew assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi.

(37)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġislazzjoni settorjali, u sa fejn hu strettament meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, jenħtieġ li l-operaturi jkunu jistgħu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jintalbu mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jirrappurtaw il-wasla ta' annimali u oġġetti minn Stat Membru ieħor.

(38)

Biex jiġi żgurat l-infurzar korrett tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jwettqu kontrolli uffiċjali fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-annimali u l-oġġetti kkonċernati minn dik il-leġislazzjoni. Biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu b'mod eżawrjenti u effettiv, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom ukoll is-setgħa li jwettqu kontrolli uffiċjali fl-istadji kollha tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-oġġetti, is-sustanzi, jew il-materjali li mhumiex regolati mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari safejn hija tkun meħtieġa biex jiġi investigat bis-sħiħ il-ksur possibbli ta' dik il-leġislazzjoni, u biex tiġi identifikata l-kawża ta' kwalunkwe ksur bħal dan. Sabiex iwettqu dawk il-kontrolli uffiċjali b'mod effiċjenti, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ifasslu u jżommu lista jew reġistru tal-operaturi li għandhom jiġu kkontrollati.

(39)

L-awtoritajiet kompetenti jaġixxu fl-interess tal-operaturi u tal-pubbliku ġenerali billi jiżguraw li l-istandards għoljin ta' protezzjoni stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari jiġu ppreservati u protetti permezz ta' azzjoni ta' infurzar xierqa, u billi jiżguraw li l-konformità ma' tali leġislazzjoni tiġi vverifikata tul il-katina agroalimentari kollha permezz ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll il-korpi delegati u l-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti, ikunu responsabbli quddiem l-operaturi u l-pubbliku ġenerali għall-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom. Jenħtieġ li huma jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, u jenħtieġ li jippublikaw b'mod regolari informazzjoni dwar il-kontrolli uffiċjali u r-riżultati miksuba. Jenħtieġ ukoll li l-awtoritajiet kompetenti, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, ikunu intitolati jippubblikaw, jew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta' operaturi individwali, abbażi tal-eżitu ta' kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li l-użu ta' skemi ta' klassifikazzjoni mill-Istati Membri jkun permess u jiġi mħeġġeġ, bħala mezz biex tiżdied it-trasparenza tul il-katina agroalimentari, sakemm tali skemi joffru l-garanziji xierqa ta' ġustizzja, konsistenza, trasparenza u oġġettività. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-arranġamenti neċessarji fis-seħħ biex il-klassifikazzjoni tirrifletti bi preċiżjoni l-livell effettiv ta' konformità; b'mod partikolari, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mħeġġa jiżguraw li l-klassifikazzjoni tkun ibbażata fuq l-eżitu ta' diversi kontrolli uffiċjali jew, meta l-klassifikazzjoni tkun ibbażata fuq l-eżitu ta' kontroll uffiċjali wieħed u r-riżultati ma jkunux favorevoli, li l-kontrolli uffiċjali sussegwenti jitwettqu fi żmien raġonevoli. It-trasparenza tal-kriterji ta' klassifikazzjoni hija partikolarment meħtieġa sabiex ikun jista' jsir tqabbil tal-aħjar prattiki u biex, maż-żmien, ikun jista' jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta' approċċ konsistenti fil-livell tal-Unjoni.

(40)

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll korpi delegati u persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti, jiżguraw u jivverifikaw l-effettività u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali mwettqa minnhom. Għal dan il-għan jenħtieġ li huma jaġixxu abbażi ta' proċeduri ddokumentati bil-miktub, u jipprovdu informazzjoni u struzzjonijiet dettaljati lill-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li jkollhom stabbiliti wkoll proċeduri ddokumentati u mekkaniżmi adegwati biex jivverifikaw b'mod kontinwu li l-azzjoni proprja tagħhom tkun effettiva u konsistenti, u jieħdu azzjoni korrettiva fejn jidentifikaw nuqqasijiet.

(41)

Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' każijiet ta' nonkonformità u biex jiġi ssimplifikat it-teħid ta' azzjoni korrettiva mill-operatur ikkonċernat, jenħtieġ li l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali jiġi rreġistrat bil-miktub u jenħtieġ li tingħata kopja lill-operatur jekk jitlobha. Fejn il-kontrolli uffiċjali jirrikjedu l-preżenza kontinwa jew regolari tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-operatur, ir-rapport bil-miktub ta' kull spezzjoni individwali jew ta' kull żjara għand l-operatur ikun sproporzjonat. F'tali każijiet, jenħtieġ li r-rapporti bil-miktub jitħejjew bi frekwenza li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-operatur ikunu informati b'mod regolari dwar il-livell ta' konformità, u jiġu nnotifikati minnufih dwar kwalunkwe nuqqas jew nuqqas ta' konformità identifikat.

(42)

Jenħtieġ li l-operaturi jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati jew persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti, biex jiżguraw it-twettiq bla xkiel tal-kontrolli uffiċjali u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu attivitajiet uffiċjali oħra. Jenħtieġ li l-operaturi responsabbli għal kunsinna li tidħol fl-Unjoni jipprovdu l-informazzjoni kollha disponibbli relatata ma' dik il-kunsinna. Jenħtieġ li l-operaturi kollha jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tagħhom stess, tal-attivitajiet tagħhom u tal-operaturi li huma jfornixxu u ta' dawk li jfornu lilhom.

(43)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas leġislattiv waħdieni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari fl-oqsma kollha koperti minn tali leġislazzjoni. Fi wħud minn dawk l-oqsma, il-leġislazzjoni tal-Unjoni tistipula rekwiżiti dettaljati li għandhom jiġu rispettati, u li jirrikjedu ħiliet speċjali u mezzi speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. Biex tiġi evitata d-diverġenza fil-prattiki tal-infurzar li tista' twassal għal protezzjoni żbilanċjata tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, tat-trattament xieraq tal-annimali u, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll tal-ambjent, li tkun tfixkel il-funzjonament tas-suq intern għall-annimali u l-oġġetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li toħloq distorsjoni għall-kompetizzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissupplimenta r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament permezz tal-adozzjoni ta' regoli ta' kontroll uffiċjali speċifiċi li jkunu jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' kontrolli f'dawk l-oqsma. B'mod partikolari, jenħtieġ li dawn ir-regoli jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima għal tali kontrolli, u miżuri speċifiċi jew addizzjonali minbarra dawk diġà pprovduti f'dan ir-Regolament, li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ jieħdu fir-rigward ta' każijiet ta' nonkonformità, responsabbiltajiet u kompiti speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti minbarra dawk ipprovduti f'dan ir-Regolament, u kriterji speċifiċi għar-rikors għal mekkaniżmi ta' assistenza amministrattiva pprovduti f'dan ir-Regolament. F'każijiet oħra, tali regoli addizzjonali jistgħu jsiru meħtieġa biex jipprovdu qafas aktar dettaljat għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali b'rabta mal-ikel u l-għalf, fejn toħroġ informazzjoni ġdida dwar riskji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew, fir-rigward ta' OĠM u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, riskji wkoll għall-ambjent, b'indikazzjoni li fin-nuqqas ta' speċifikazzjonijiet komuni għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mal-Istati Membri kollha, il-kontrolli jkunu jonqsu milli jipprovdu l-livell mistenni ta' protezzjoni minn dawk ir-riskji, kif previst mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(44)

Biex jippermettu l-organizzazzjoni effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom id-diskrezzjoni li jidentifikaw l-aktar persunal adattat biex iwettaq dawn il-kontrolli, dment li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u t-trattament xieraq tal-annimali fil-katina agroalimentari kollha u dment li jitħarsu l-istandards u l-obbligi internazzjonali. Madankollu, f'ċerti każijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jirreferu għal veterinarji uffiċjali, uffiċjali uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti jew persuni oħra maħtura b'mod speċifiku, fejn il-ħiliet speċifiċi tagħhom meħtieġa biex jiġi żgurat eżitu affidabbli tal-kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li dak ikun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw ukoll veterinarji uffiċjali (inkluż għal kontrolli uffiċjali fuq tjur u lagomorfi) uffiċjali fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti jew persuni oħra maħtura speċifikament f'każijiet fejn dan ma jkunx meħtieġ f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(45)

Għall-finijiet tal-iżvilupp ta' metodi u tekniki ġodda ta' kontroll b'rabta ma' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jadottaw miżuri nazzjonali biex jimplimentaw proġetti pilota għal żmien u kamp ta' applikazzjoni limitati. Jenħtieġ li tali miżuri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li l-operaturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fundamentali kollha applikabbli għall-produzzjoni tal-laħam, inkluż ir-rekwiżit li l-laħam ikun sikur u tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jivvalutaw l-impatt ta' miżuri nazzjonali bħal dawn u jesprimu l-opinjoni tagħhom qabel ma dawn jiġu adottati, u għalhekk li jieħdu l-aktar azzjoni adatta, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b'dawk il-miżuri f'konformità ma' u għall-finijiet tal-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(46)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddelegaw uħud mill-kompiti tagħhom lil korpi oħra. Jenħtieġ li jiġu stipulati kondizzjonijiet xierqa li jiżguraw li l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali, kif ukoll tal-attivitajiet uffiċjali l-oħra, jinżammu. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-korp delegat ikun akkreditat skont l-istandard tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) għat-twettiq tal-ispezzjonijiet.

(47)

Biex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mal-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-metodi użati għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżi, it-testijiet u d-dijanjosi tal-laboratorju, jilħqu standards xjentifiċi, jissodisfaw il-bżonn speċifiku analitiku, ta' ttestjar u ta' dijanjosi tal-laboratorju kkonċernat, u joffru riżultati analitiċi, ta' ttestjar u ta' dijanjosi sodi u affidabbli. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari għall-għażla tal-metodu li għandu jintuża fejn ikun hemm aktar minn wieħed disponibbli minn sorsi differenti, bħall-ISO, l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO), il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC), l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali, jew il-liġi nazzjonali.

(48)

Jenħtieġ li l-operaturi li l-annimali jew l-oġġetti tagħhom huma soġġetti għal teħid ta' kampjuni, analiżi, test jew dijanjosi fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali jkollhom id-dritt għat-tieni opinjoni esperta, a spejjeż tagħhom stess. Jenħtieġ li tali dritt jippermetti li l-operatur jitlob reviżjoni tad-dokumenti minn espert ieħor dwar it-teħid ta' kampjuni, l-analiżi, it-test jew id-dijanjosi inizjali, kif ukoll it-tieni analiżi, test jew dijanjosi tal-partijiet tal-materjal meħuda bħala kampjuni inizjalment sakemm it-tali tieni analiżi, test jew dijanjosi tkun teknikament possibbli jew rilevanti. Dan ikun il-każ, b'mod partikolari, fejn il-prevalenza tal-periklu tkun partikolarment baxxa fl-annimal jew l-oġġett jew fejn id-distribuzzjoni tal-periklu tkun partikolarment skarsa jew irregolari fil-każ tal-valutazzjoni tal-preżenza ta' organiżmi ta' kwarantina jew, skont kif ikun il-każ, għat-twettiq ta' analiżi mikrobijoloġika.

(49)

Għall-finijiet tat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq kummerċ li jsir bl-internet jew b'mezz remot ieħor, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jiksbu kampjuni permezz ta' ordnijiet mibgħuta b'mod anonimu (magħrufa wkoll bħala “xiri misterjuż”), li mbagħad ikunu jistgħu jiġu analizzati, ittestjati, jew jiġu soġġetti għal verifika tal-konformità. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jippreservaw id-drittijiet tal-operaturi għat-tieni opinjoni esperta.

(50)

Jenħtieġ li l-laboratorji magħżula mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-analiżi, it-testijiet u d-dijanjosi fuq kampjuni meħudin fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkollhom l-għarfien espert, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal biex iwettqu tali kompiti bl-ogħla standards possibbli. Biex jiżguraw riżultati sodi u affidabbli, jenħtieġ li dawk il-laboratorji jkunu akkreditati għall-użu ta' dawn il-metodi skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar “Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji fl-ittestjar u l-kalibrazzjoni”. Jenħtieġ li l-akkreditazzjoni tinħareġ minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni li jopera f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

(51)

Filwaqt li l-akkreditazzjoni hija l-istrument preferut biex tiġi żgurata prestazzjoni tajba mil-laboratorji uffiċjali, hija wkoll proċess kumpless u għali, li jirriżulta f'piż sproporzjonat għal-laboratorju f'każijiet fejn il-metodu għat-twettiq tal-analiżi, tat-test jew tad-dijanjosi fil-laboratorju jkun partikolarment sempliċi u ma jirrekjedix proċeduri jew tagħmir speċjalizzat, bħalma hu l-każ tad-detezzjoni tat-Trinchinella fil-kuntest tal-ispezzjoni u, f'ċerti kondizzjonijiet, f'każijiet fejn il-laboratorju jwettaq biss analiżi, testijiet jew dijanjosi fil-kuntest ta' attivitajiet uffiċjali oħra għajr il-kontrolli uffiċjali.

(52)

Sabiex jiġi żgurat approċċ flessibbli u proporzjonali, b'mod partikolari għal-laboratorji tas-saħħa tal-annimali jew tas-saħħa tal-pjanti, jenħtieġ tiġi prevista l-adozzjoni ta' derogi mmirati li jippermettu li ċerti laboratorji jaġixxu mingħajr ma jkollhom akkreditazzjoni għall-metodi kollha li jużaw. Dak ikun il-każ b'mod partikolari fejn il-metodi vvalidati għas-sejbien ta' pesti ta' pjanti partikolari ma jkunux disponibbli. Barra minn hekk, l-akkreditazzjoni ta' laboratorju għall-metodi kollha li jenħtieġ juża bħala laboratorju uffiċjali mhux bilfors tkun disponibbli minnufih f'każijiet fejn ikollhom jintużaw metodi ġodda jew li ġew modifikati reċentement, f'każijiet ta' riskji emerġenti jew f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Għaldaqstant, jenħtieġ li f'ċerti kondizzjonijiet, il-laboratorji uffiċjali ikunu permessi jwettqu analiżi, testijiet u dijanjosi għall-awtoritajiet kompetenti qabel ma jiksbu l-akkreditazzjoni rilevanti.

(53)

Il-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi huma ta' importanza ewlenija billi dawn il-kontrolli jiżguraw konformità mal-leġislazzjoni applikabbli fl-Unjoni, u b'mod partikolari mar-regoli stabbiliti biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali, u fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, l-ambjent ukoll. Jenħtieġ li tali kontrolli uffiċjali jsiru qabel ma l-annimali jew l-oġġetti jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tindirizza b'mod adegwat ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali u għall-ambjent li jistgħu jirriżultaw mid-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni, filwaqt li jitqies ir-rekord tal-konformità tal-operatur mar-rekwiżiti previsti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, il-kontrolli diġà mwettqa fuq dawk l-istess annimali u oġġetti fil-pajjiż terz ikkonċernat, u l-garanziji mogħtija minn dak il-pajjiż terz li l-annimali u l-oġġetti esportati lejn l-Unjoni jilħqu r-rekwiżiti stipulati fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.

(54)

Jinħtieġ provvediment għall-kategoriji ta' annimali u oġġetti li għandhom dejjem jiġu ppreżentati f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera għal kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu qabel ma jidħlu fl-Unjoni. Jinħtieġ provvediment ukoll għall-possibbiltà tar-rekwiżit li kategoriji oħra ta' oġġetti jkunu soġġetti għall-istess rekwiżit temporanjament bis-saħħa ta' miżuri speċifiċi għal dak il-għan, u għall-possibbiltà tar-rekwiżit li ċerti kategoriji oħra ta' oġġetti, u b'mod partikolari prodotti alimentari li jkun fihom kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti kif ukoll prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali (prodotti komposti), jiġu dejjem ippreżentati għal kontrolli uffiċjali f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera qabel ma jidħlu fl-Unjoni.

(55)

Fid-dawl tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew għall-ambjent li jistgħu jirriżultaw minn ċerti annimali jew oġġetti, dawk l-annimali jew l-oġġetti għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali speċifiċi li għandhom isiru meta jidħlu fl-Unjoni. Regoli attwali tal-Unjoni jirrikjedu t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-fruntieri tal-Unjoni biex jiġi vverifikat li l-istandards tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali u tat-trattament xieraq tal-annimali, applikabbli għall-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali u l-prodotti sekondarji mill-annimali, jintlaħqu u li l-pjanti u l-prodotti mill-pjanti jikkonformaw mar-rekwiżiti fitosanitarji. Kontrolli miżjuda mad-dħul fl-Unjoni jitwettqu wkoll fuq ċerti oġġetti oħra fejn riskji emerġenti jew magħrufin jitolbu dan. Jenħtieġ li l-ispeċifiċitajiet ta' tali kontrolli, li attwalment huma regolati mid-Direttivi tal-Kunsill 97/78/KE (17), 91/496/KEE (18) u 2009/29/KE, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (19), jiġu previsti f'dan ir-Regolament.

(56)

Sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema tal-kontrolli uffiċjali tal-Unjoni, tiġi żgurata l-allokazzjoni ottima tar-riżorsi tal-kontrolli uffiċjali speċifiċi għall-kontrolli fil-fruntieri u jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema integrata komuni ta' kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntieri, li tieħu post l-oqfsa attwali frammentati tal-kontrolli, sabiex tittratta l-kunsinni kollha li, fid-dawl tar-riskju li jistgħu jġibu magħhom, jenħtieġ jiġu kkontrollati mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

(57)

Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu fuq kunsinni malli jaslu fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jinkludu verifiki tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha, inkluż fejn meħtieġ verifiki b'mezzi elettroniċi adatti, kif ukoll verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi mwettqa bi frekwenza adatta għar-riskju li jirriżulta minn kull kunsinna ta' annimali jew oġġetti.

(58)

Il-frekwenza tal-verifiki fiżiċi għandha tiġi ddeterminata u mmodifikata abbażi tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u wkoll għall-ambjent. Dak l-approċċ għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jallokaw ir-riżorsi għal kontrolli fejn ikun hemm l-ogħla riskji. Il-frekwenza tal-verifiki tal-identità għandha tkun soġġetta wkoll għal tnaqqis, jew limitata għall-verifika tas-siġill uffiċjali ta' kunsinna fejn dan ikun iġġustifikat minn riskju mnaqqas ippreżentat mill-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskji għall-verifiki tal-identità u dawk fiżiċi għandu jiġi segwit billi jsir użu mill-ġabriet ta' data u l-informazzjoni disponibbli, u mis-sistemi kompjuterizzati tal-ġbir u l-ġestjoni ta' data

(59)

F'ċerti każijiet, u sakemm jiġu żgurati livelli għolja tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti, tat-trattament xieraq tal-annimali u, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll tal-protezzjoni tal-ambjent, il-kontrolli uffiċjali li normalment jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jitwettqu f'punti ta' kontroll oħra, jew minn awtoritajiet oħra.

(60)

Bil-għan li tiġi organizzata sistema effiċjenti ta' kontrolli uffiċjali, jenħtieġ li l-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi u li jirrikjedu kontrolli mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ikunu akkumpanjati minn dokument sanitarju komuni tad-dħul (CHED), li għandu jintuża għan-notifika minn qabel tal-wasla ta' kunsinni fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera, u għar-reġistrazzjoni tar-riżultat tal-kontrolli uffiċjali mwettqa u tad-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-kunsinna li jkun qed jakkumpanja. Jenħtieġ li l-istess dokument jintuża mill-operatur biex jikseb approvazzjoni mill-awtoritajiet doganali ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha.

(61)

F'xi Stati Membri, minħabba limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, bħal xtut jew fruntieri twal, huwa diffiċli li r-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jiġu sodisfatti fuq bażi permanenti. L-importazzjonijiet ta' zkuk tal-injam mhux ipproċessati normalment isiru f'volumi kbar permezz ta' portijiet jew punti ta' kontroll speċjalizzati u bi frekwenza irregolari, li jagħmilha diffiċli li jkun hemm b'mod permanenti l-persunal u t-tagħmir kollu meħtieġ fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. Sabiex jiġu żgurati kontrolli uffiċjali effettivi fuq zkuk tal-injam mhux ipproċessati speċifiċi, jenħtieġ ikunu permessi derogi mir-rekwiżiti minimi għall-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera.

(62)

Jenħtieġ li l-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jsiru fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżulin mill-Istati Membri f'konformità ma' sett ta' rekwiżiti minimi. Jenħtieġ li l-għażla ta' tali postajiet tiġi rtirata jew sospiża meta dawn ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, jew meta l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew, fil-każ tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent. Id-deċiżjoni dwar jekk tali għażla tiġix irtirata jew sospiża għandha tieħu kont tal-grad ta' gravità tar-riskju u l-prinċipju tal-proporzjonalità.

(63)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni biex jirregolaw l-azzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi għandhom jieħdu f'każ ta' suspett ta' nonkonformità, u b'rabta ma' kunsinni mhux konformi u ma' kunsinni li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fil-każ tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent.

(64)

Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi u duplikazzjonijiet fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, biex il-kunsinni li huma soġġetti għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u f'punti ta' kontroll oħra jkunu jistgħu jiġu identifikati fil-pront, u biex jiġi żgurat li l-kontrolli jitwettqu b'mod effiċjenti, jenħtieġ li jiġu żgurati l-kooperazzjoni u l-iskambju tal' informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet rilevanti oħra li jittrattaw il-kunsinni li jaslu minn pajjiżi terzi.

(65)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dejjem ikun hemm riżorsi finanzjarji adegwati disponibbli biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom persunal u tagħmir adatt għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra. Għalkemm l-operaturi huma prinċipalment responsabbli li jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom jitwettqu f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, is-sistema tal-kontrolli proprji li huma jistabbilixxu għal dan il-fini teħtieġ li tkun ikkomplementata b'sistema ddedikata ta' kontrolli uffiċjali miżmuma minn kull Stat Membru għall-iżgurar ta' sorveljanza effettiva tas-suq tul il-katina agroalimentari. Tali sistema, minnha nfisha, hija kumplessa u teħtieġ ħafna riżorsi, u jenħtieġ li tingħata fluss stabbli ta' riżorsi għall-kontrolli uffiċjali, u f'livell xieraq għall-ħtiġijiet ta' infurzar fi kwalunkwe mument. Biex inaqqsu d-dipendenza tas-sistema tal-kontrolli uffiċjali fuq il-finanzi pubbliċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru l-ispejjeż li jġarrbu meta jwettqu kontrolli uffiċjali fuq ċerti operaturi u għal ċerti attivitajiet fejn il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tkun teħtieġ reġistrazzjoni jew approvazzjoni f'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-ikel u l-għalf jew skont ir-regoli li jirregolaw is-saħħa tal-pjanti. Jenħtieġ li jinġabru wkoll tariffi jew imposti mill-operaturi biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-kontrolli uffiċjali li jitwettqu għall-finijiet tal-ħruġ ta' ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali u għall-ispejjeż tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera.

(66)

Jenħtieġ li t-tariffi jew l-imposti kkopru, iżda ma jaqbżux, l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż ġenerali, imġarrba mill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. L-ispejjeż ġenerali jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-appoġġ u l-organizzazzjoni meħtieġa għall-ippjanar u t-twettiq tal-kontrolli uffiċjali. Jenħtieġ li tali spejjeż jiġu kkalkulati abbażi ta' kull kontroll uffiċjali individwali, jew abbażi tal-kontrolli uffiċjali kollha mwettqa matul perijodu ta' żmien iddeterminat. Fejn jiġu applikati tariffi jew imposti abbażi tal-ispiża reali tal-kontrolli uffiċjali individwali, jenħtieġ li l-operaturi b'rekord tajjeb ta' konformità jġarrbu imposti ġenerali aktar baxxi minn operaturi mhux konformi, peress li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali inqas frekwenti. Sabiex titrawwem il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni min-naħa tal-operaturi kollha, irrispettivament mill-metodu (abbażi tal-ispejjeż reali jew ta' rata fiss) magħżul minn kull Stat Membru għall-kalkolu tat-tariffi jew l-imposti, meta jiġu kkalkolati tariffi jew imposti abbażi tal-ispejjeż ġenerali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti f'perijodu ta' żmien partikolari, u jiġu imposti fuq l-operaturi kollha irrispettivament minn jekk humiex soġġetti għal kontroll uffiċjali tul il-perijodu ta' referenza, jenħtieġ li dawk it-tariffi jew imposti jiġu kkalkolati b'mod li jippremjaw lill-operaturi b'rekord tajjeb konsistenti ta' konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari.

(67)

Jenħtieġ li l-ħlas lura dirett jew indirett ta' tariffi jew imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti jkun ipprojbit billi dan iqiegħed fi żvantaġġ lill-operaturi li ma jgawdux mill-ħlas lura u potenzjalment joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(68)

Jenħtieġ li l-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali permezz ta' tariffi jew imposti miġbura mill-operaturi jsir bi trasparenza sħiħa, biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jifhmu l-metodu u d-data użati għall-istabbiliment ta' tariffi jew imposti.

(69)

Il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tistabbilixxi l-każijiet fejn it-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta' ċerti annimali jew oġġetti jenħtieġ lijkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali ffirmat mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni. Jixraq li jiġi stabbilit sett komuni ta' regoli li jistipulaw l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċjali ta' ċertifikazzjoni rigward il-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali, kif ukoll il-karatteristiċi li ċ-ċertifikati uffiċjali jenħtieġ li jkollhom biex tkun żgurata l-affidabbiltà tagħhom.

(70)

F'każijiet oħra, ir-regoli li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jipprevedu li t-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta' ċerti annimali jew oġġetti għandhom ikunu akkumpanjati minn tikketta uffiċjali, marka uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali ieħor maħruġa mill-operaturi taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jew mill-awtoritajiet kompetenti stess. L-attestazzjonijiet uffiċjali jinkludu, pereżempju, passaporti tal-pjanti, logos organiċi u marki ta' identifikazzjoni, fejn dawn ikunu meħtieġa mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, u marki ta' denominazzjonijiet tal-oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jew speċjalitajiet tradizzjonali garantiti. Jixraq li jiġi stipulat sett minimu ta' regoli biex jiżguraw li l-ħruġ tal-attestazzjonijiet uffiċjali jkun jista' jsir ukoll skont garanziji xierqa ta' affidabbiltà.

(71)

Jenħtieġ li l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra kkunu bbażati fuq metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi li jilħqu standards xjentifiċi mill-iktar avvanzati, u li joffru riżultati sodi, affidabbli u paragunabbli mal-Unjoni kollha. Il-metodi użati mil-laboratorji uffiċjali, kif ukoll il-kwalità u l-uniformità tad-data tal-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi ġġenerata minnhom, jenħtieġ ligħalhekk jittejbu b'mod kontinwu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' taħtar, u sserraħ fuq l-assistenza esperta ta', laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea f'dawk l-oqsma kollha tal-katina agroalimentari fejn ikunu meħtieġa riżultati preċiżi u affidabbli ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi. Jenħtieġ li l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea jiżguraw b'mod partikolari li l-laboratorji ta' referenza nazzjonali u l-laboratorji uffiċjali jkunu pprovduti b'informazzjoni aġġornata dwar il-metodi disponibbli, jorganizzaw jew jieħdu sehem attiv f'testijiet komparattivi bejn il-laboratorji, u joffru korsijiet ta' taħriġ għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali jew laboratorji uffiċjali.

(72)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (20) jagħtu, rispettivament lil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati u lil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-addittivi fl-għalf, kompiti speċifiċi bħala parti mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' ikel jew għalf ġenetikament modifikat jew ta' addittivi fl-għalf, relatati b'mod partikolari mal-ittestjar, l-evalwazzjoni u l-validazzjoni tal-metodu ta' sejbien jew ta' analiżi propost mill-applikanti. Jenħtieġ li għalhekk, dawk il-laboratorji jaġixxu bħala laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(73)

Għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra li għandhom l-għan li jidentifikaw ksur possibbli tar-regoli inkluż dak imwettaq permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa, u fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għal data teknika aġġornata, affidabbli u konsistenti, biex jirriċerkaw riżultati, tekniki ġodda u għarfien espert li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli f'dawk iż-żewġ oqsma. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' taħtar u sserraħ fuq l-assistenza esperta ta' ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari u għat-trattament xieraq tal-annimali.

(74)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament u bħala kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, filwaqt li tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fih, jenħtieġ li l-każijiet ta' nonkonformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari li jirrikjedu azzjoni ta' infurzar f'aktar minn Stat Membru wieħed jiġu segwiti b'mod effiċjenti u konsistenti. Is-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) stabbilita skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 diġà tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw u jxerrdu malajr informazzjoni dwar riskji diretti jew indiretti serji għas-saħħa tal-bniedem f'dak li jirrigwarda l-ikel jew l-għalf, jew riskji serji għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew għall-ambjent f'dak li jirrigwarda l-għalf, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri rapidi li jilqgħu għal dawk ir-riskji serji. Madankollu, dak l-istrument, anke jekk jippermetti azzjoni f'waqtha mal-Istati Membri kollha kkonċernati biex tilqa' ċerti riskji serji tul il-katina agroalimentari, huwa ma jistax jaqdi l-għan li jippermetti assistenza u kooperazzjoni transfruntieri effettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti biex dawn jiżguraw li l-każijiet ta' nonkonformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari li jkollhom dimensjoni transfruntiera jiġu segwiti b'effiċjenza mhux biss fl-Istat Membru fejn in-nonkonformità tkun instabet l-ewwel darba, iżda wkoll fl-Istat Membri fejn in-nonkonformità tkun oriġinat. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattivi jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jikkondividu informazzjoni, u jidentifikaw, jinvestigaw u jieħdu azzjoni effettiva u proporzjonata kontra l-ksur tranfruntier tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari anke f'każijiet fejn prattiki frodulenti jew qarrieqa potenzjali jkollhom jew jistgħu jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(75)

Jenħtieġ li t-talbiet għall-assistenza amministrattiva u n-notifiki kollha jiġu segwiti kif xieraq. Sabiex jiffaċilitaw l-assistenza u l-kooperazzjoni amministrattiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jaħtru korp ta' kollegament wieħed jew aktar biex jassistu u jikkoordinaw il-flussi ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex tkun iffaċilitata u ssimplifikata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod tekniċi li għandhom jintużaw, il-proċeduri għall-komunikazzjoni bejn il-korpi ta' kollegament, u format standard għat-talbiet għal assistenza, in-notifiki u t-tweġibiet.

(76)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jintalab jistabbilixxi u jaġġorna regolarment pjan nazzjonali pluriennali ta' kontroll (MANCP) li jkopri l-oqsma kollha regolati mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari u li jinkludi informazzjoni dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kontrolli uffiċjali. Tali MANCPs huma l-istrument li bih kull Stat Membru jenħtieġ li jiżgura li l-kontrolli uffiċjali jsiru b'mod li huwa bbażat fuq ir-riskji u effiċjenti fit-territorju kollu tiegħu u tul il-katina agroalimentari kollha, u f'konformità ma' dan ir-Regolament. Konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti minn qabel it-tħejjija tal-pjanijiet għandha tiżgura li dawn ikunu tajbin għall-għan maħsub.

(77)

Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kompletezza tal-MANCP kull Stat Membru jenħtieġ li jaħtar korp uniku li jiġi inkarigat li jikkoordina t-tħejjija tal-MANCP tiegħu u jiġbor, kif meħtieġ, l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, ir-reviżjoni u l-aġġornament tiegħu.

(78)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jippreżentaw rapport annwali lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' kontroll u l-implimentazzjoni tal-MANCPs. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex jiġu ffaċilitati l-ġbir u t-trasmissjoni ta' data paragunabbli, il-kompilazzjoni sussegwenti ta' tali data fi statistiċi mal-Unjoni kollha u t-tħejjija ta' rapporti mill-Kummissjoni dwar l-operazzjoni tal-kontrolli uffiċjali mal-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tkun tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment ta' formoli fuq mudell standard għar-rapporti annwali.

(79)

Jenħtieġ li l-esperti tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jwettqu kontrolli, inkluż awditjar, fl-Istati Membri biex jivverifikaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni u l-funzjonament tas-sistemi ta' kontroll nazzjonali u tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Jenħtieġ li l-kontrolli tal-Kummissjoni jservu wkoll biex jinvestigaw u jiġbru informazzjoni dwar il-prattiki tal-infurzar, jew dwar problemi, emerġenzi u żviluppi ġodda fl-Istati Membri. Fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati, jenħtieġ li jkun possibbli għall-esperti tal-Kummissjoni li jipparteċipaw fil-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; dawn il-kontrolli jenħtieġ li jiġu organizzati f'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni.

(80)

Jenħtieġ li l-annimali u l-oġġetti minn pajjiżi terzi jikkonformaw mal-istess rekwiżiti li japplikaw għall-annimali u l-oġġetti tal-Unjoni, jew ma' rekwiżiti li huma rikonoxxuti bħala tal-inqas ekwivalenti fir-rigward tal-objettivi segwiti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Dan il-prinċipju huwa ddikjarat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jirrikjedi li l-ikel u l-għalf importati fl-Unjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, jew ma' rekwiżiti meqjusa tal-inqas ekwivalenti għalihom. Rekwiżiti speċifiċi għall-applikazzjoni ta' dak il-prinċipju huma previsti f'regoli tal-Unjoni dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-pesti tal-pjanti, li jipprojbixxu l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti pesti li mhumiex preżenti fl-Unjoni (jew huma preżenti sa punt limitat); f'regoli tal-Unjoni li jistipulaw rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali, li jippermettu d-dħul fl-Unjoni ta' annimali u ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali biss minn pajjiżi terzi li huma inklużi f'lista mfassla għal dak il-għan; u f'regoli tal-Unjoni għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem, li jipprevedu wkoll l-istabbiliment ta' lista ta' pajjiżi terzi li minnhom dawk il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni.

(81)

Sabiex jiġi żgurat li l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha stipulati fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jew ma' rekwiżiti meqjusa ekwivalenti, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti minn regoli tal-Unjoni dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-pesti tal-pjanti, regoli tal-Unjoni li jistipulaw rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali u regoli tal-Unjoni li jistipulaw regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali biex jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti stipulati fil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari b'rabta ma' kwistjonijiet fitosanitarji u veterinarji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistipula kondizzjonijiet għad-dħul tal-annimali u l-oġġetti fl-Unjoni safejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li dawk l-annimali u l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jew ma' rekwiżiti ekwivalenti. Jenħtieġ li tali kondizzjonijiet japplikaw għall-annimali jew l-oġġetti jew għall-kategoriji ta' annimali jew oġġetti mill-pajjiżi terzi kollha jew minn ċerti pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom.

(82)

Fejn, f'każijiet speċifiċi, ikun hemm evidenza li ċerti annimali jew oġġetti li joriġinaw minn pajjiż terz, grupp ta' pajjiżi terzi, jew reġjuni tagħhom, iġibu magħhom riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, jew fil-każ tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, riskji wkoll għall-ambjent, jew fejn ikun hemm evidenza li x'aktarx qed ikun hemm nonkonformità serja mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri biex dawk ir-riskji jitrażżnu.

(83)

It-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra b'mod effettiv u effiċjenti, u fl-aħħar mill-aħħar is-sikurezza u s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, kif ukoll il-protezzjoni tal-ambjent, jiddependu wkoll mid-disponibbiltà, għall-awtoritajiet ta' kontroll, ta' persunal imħarreġ tajjeb, b'għarfien adegwat tal-kwistjonijiet rilevanti kollha għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi taħriġ iddedikat u adegwat biex tippromwovi approċċ uniformi għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra tal-awtoritajiet kompetenti. Biex jippromwovi l-għarfien tal-leġislazzjoni u r-rekwiżiti tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari f'pajjiż terzi, jenħtieġ li tali taħriġ ukoll ikun indirizzat lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi. F'dan il-każ tal-aħħar, jenħtieġ li l-attivitajiet ta' taħriġ jitfasslu biex jieħdu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u biex jappoġġaw l-azzjonijiet tagħhom ta' kontroll u ta' infurzar sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-importazzjoni ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni.

(84)

Biex tippromwovi l-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki fost l-awtoritajiet kompetenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' wkoll torganizza, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, programmi għall-iskambju bejn l-Istati Membri ta' persunal inkarigat mill-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra.

(85)

Għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra b'mod effettiv, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, il-Kummissjoni, u fejn rilevanti, l-operaturi jkunu jistgħu jiskambjaw data u informazzjoni marbuta mal-kontrolli uffiċjali jew ir-riżultati tagħhom b'mod rapidu u effiċjenti. Hemm diversi sistemi tal-informazzjoni stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni u ġestiti mill-Kummissjoni biex ikun possibbli li tali data u informazzjoni tiġi ttrattata u ġestita permezz ta' għodod kompjuterizzati u bbażati fuq l-internet mifruxin mal-Unjoni kollha. Sistema ddedikata għar-reġistrar u l-intraċċar tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali hija s-Sistema Esperta għall-Kontroll tal-Kummerċ (is-sistema Traces), stabbilita bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/24/KE (21) u 2004/292/KE (22) f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE (23) u li bħalissa qed tintuża għall-ġestjoni ta' data u informazzjoni dwar l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u għall-kontrolli uffiċjali fuqhom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jippermetti lil dik is-sistema tinżamm u tittejjeb sabiex tippermetti l-użu tagħha għall-oġġetti kollha li għalihom il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi jew arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali. Jeżistu wkoll sistemi kompjuterizzati speċifiċi għall-iskambju rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni dwar ir-riskji li jistgħu jinqalgħu fil-katina agroalimentari jew għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti. L-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi r-RASFF li hija sistema għan-notifika ta' riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta mill-ikel jew l-għalf, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) jistabbilixxi sistema għan-notifikar u r-rappurtar dwar il-miżuri rigward mard elenkat, u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jistabbilixxi sistema għan-notifikar u r-rappurtar tal-preżenza ta' pesti u għan-notifika ta' każijiet ta' nonkonformità. Jenħtieġ li dawn is-sistemi kollha jiffunzjonaw b'mod armonizzat u konsistenti bl-użu ta' sinerġiji bejn is-sistemi differenti, b'mod li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tagħhom, u b'mod li jsiru aktar effiċjenti.

(86)

Biex tappoġġa ġestjoni aktar effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema kompjuterizzata ta' informazzjoni li tintegra u ttejjeb kif meħtieġ kull sistema eżistenti rilevanti ta' informazzjoni, li tippermetti l-użu ta' għodod avvanzati ta' komunikazzjoni u ċertifikazzjoni, kif ukoll l-aktar użu effiċjenti ta' data u informazzjoni marbuta mal-kontrolli uffiċjali. Bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet mhux meħtieġa ta' rekwiżiti ta' informazzjoni, jenħtieġ li d-disinn ta' tali sistema kompjuterizzata jqis il-ħtieġa li jiġu żgurati, kull fejn xieraq, il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ta' tali sistema kompjuterizzata ma' sistemi oħra tal-informazzjoni operati mill-awtoritajiet pubbliċi u li permezz tagħhom tiġi skambjata jew issir disponibbli awtomatikament data rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ tiġi prevista l-possibbiltà li jintużaw firem elettroniċi fit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), f'konformità mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiġi kkonsultat matul l-istadju tal-iżvilupp ta' kwalunkwe funzjonalità ġdida ta' sistema kompjuterizzata bħal din, kif ukoll matul l-iżvilupp ta' miżuri ta' implimentazzjoni rilevanti li jistgħu jaffettwaw l-ipproċessar ta' data personali u l-privatezza.

(87)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-funzjonament tajjeb tas-sistema kompjuterizzata tal-informazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha, kif ukoll id-dmirijiet u l-prerogattivi tad-diversi atturi u utenti involuti, b'kont meħud b'mod partikolari tal-ħtieġa li jiġi minimizzat il-piż amministrattiv bl-użu, skont kif ikun meħtieġ, ta' lingwa, struttura ta' messaġġi u protokolli ta' skambju standardizzati fuq livell internazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.

(88)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw il-każijiet fejn ikun hemm suspett ta' nonkonformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, u fejn in-nonkonformità tiġi stabbilita, jenħtieġ li jiddeterminaw l-oriġini u l-firxa tagħha, kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-operaturi. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu wkoll miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operaturi kkonċernati jirrimedjaw is-sitwazzjoni, u li jipprevjenu nonkonformità ulterjuri. L-organizzazzjoni u t-twettiq ta' investigazzjonijiet u azzjonijiet ta' infurzar mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu kif jixraq ir-riskji potenzjali u l-probabbiltà ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa tul il-katina agroalimentari.

(89)

Il-verifika tal-konformità mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari permezz ta' kontrolli uffiċjali hija ferm importanti biex jiġi żgurat li l-objettivi ta' dik il-leġislazzjoni jinkisbu b'mod effettiv mal-Unjoni kollha. Interruzzjonijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri jistgħu, f'ċerti każijiet, jimpedixxu sostanzjalment l-ilħuq ta' dawk l-objettivi, u jwasslu għall-emerġenza ta' riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, indipendentement mill-involviment jew ir-responsabbiltà tal-operaturi jew atturi oħra, jew jistgħu jwasslu wkoll għal sitwazzjonijiet ta' nonkonformità serja u mifruxa mal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', f'każijiet ta' interruzzjonijiet serji fis-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru, tirreaġixxi billi tadotta miżuri mmirati li jrażżnu jew jeliminaw dawk ir-riskji mill-katina agroalimentari, sa meta tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-Istat Membru kkonċernat biex jirrimedja l-interruzzjoni fis-sistema ta' kontroll. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.

(90)

Jenħtieġ li l-ksur tar-regoli tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari u ta' dan ir-Regolament jkun soġġett għal penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fil-livell nazzjonali fl-Unjoni kollha, u b'severità tagħhom li tieħu kont, fost l-oħrajn, tad-dannu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem li jista' jirriżulta mill-ksur, inkluż f'każijiet fejn l-operaturi ma jikkooperawx matul kontroll uffiċjali u f'każijiet fejn jiġu prodotti jew jintużaw ċertifikati jew attestazzjonijiet uffiċjali foloz jew qarrieqa. Bil-għan li l-pieni finanzjarji li japplikaw għal ksur tar-regoli permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa jkollhom effett deterrent biżżejjed, jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti fuq livell li għandu l-għan li jeċċedi l-vantaġġ indebitu għat-trasgressur li jirriżulta minn dawk il-prattiki.

(91)

Jenħtieġ li kwalunkwe persuna tkun tista' tressaq informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom biex jidentifikaw, u jimponu penali f'każijiet ta' ksur ta' dan ir-Regolament u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Madankollu, l-iżvelar ta' prattiki irregolari (“whistleblowing”) jista' jkun skoraġġut minħabba n-nuqqas ta' proċeduri ċari jew minħabba biża’ ta' ritaljazzjoni. Ir-rappurtar ta' każijiet ta' ksur ta' dan ir-Regolament huwa għodda siewja biex jiġi żgurat li awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika u timponi penali għal ksur. Jenħtieġ li dan ir-Regolament għalhekk jiżgura li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti adatti biex kwalunkwe persuna tkun tista' tallerta lill-awtoritajiet kompetenti rigward il-ksur possibbli ta' dan ir-Regolament u biex dik il-persuna tingħata protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni.

(92)

Dan ir-Regolament ikopri oqsma li huma diġà koperti f'ċerti atti li huma fis-seħħ bħalissa. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġi stabbilit qafas leġislattiv koerenti, jenħtieġ li l-atti li ġejjin jiġu revokati, u sostitwiti b'dan ir-Regolament: ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE (28), 89/662/KEE (29), 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE (30) u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (31).

(93)

Sabiex tiġi żgurata konsistenza, jenħtieġ li jiġu emendati dawn li ġejjin: ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (33), ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 (35), ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE (38), 1999/74/KE (39), 2007/43/KE (40), 2008/119/KE (41) u 2008/120/KE (42).

(94)

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43) jipprovdi qafas għall-finanzjament mill-Unjoni ta' azzjonijiet u miżuri tul il-katina agroalimentari f'dawk l-oqsma li jaqgħu taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2014-2020. Uħud minn dawk l-azzjonijiet u miżuri għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mal-Unjoni kollha. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 652/2014 jiġi emendat biex jieħu kont tat-tħassir ar-Regolament (KE) Nru 82/2004 minn dan ir-Regolament.

(95)

Meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni speċifika marbuta mas-settur tal-pjanti, li s’issa għadu ma kienx soġġett għall-istess livell ta' kontrolli bħal oġġetti oħra skont dan ir-Regolament, huwa essenzjali li l-introduzzjoni tas-sistema l-ġdida tkun, kemm jista' jkun, mingħajr xkiel u interruzzjoni. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet speċifiċi rigward iż-żmien tal-adozzjoni tal-atti delegati rilevanti. Jidher ċar ukoll li huwa ġġustifikat li jkun hemm eżenzjoni mill-obbligu tal-verifiki tad-dokumenti li għandhom isiru fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntieri għas-settur tal-pjanti fil-każ ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jippreżentaw livell baxx ta' riskju u li jkunu permessi verifiki tad-dokumenti minn ċerta distanza mill-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntieri għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fejn tali verifiki minn ċerta distanza jistgħu jagħtu l-istess livell ta' assigurazzjoni.

(96)

Sabiex jiġu emendati r-referenzi għall-istandards Ewropej, u l-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament, biex jitqiesu l-iżviluppi leġislattivi, tekniċi u xjentifiċi, u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'regoli speċifiċi li jirregolaw il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fl-oqsma li jkopri, inklużi regoli dwar il-kwalifiki u t-taħriġ tal-persunal, dwar responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali tal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-każijiet fejn l-akkreditazzjoni tal-laboratorji mhix meħtieġa, dwar ċerti eżenzjonijiet mill-kontrolli uffiċjali fuq il-fruntieri, dwar il-kriterji li għandhom jintużaw biex tiġi ddeterminata l-frekwenza tal-verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi, dwar l-istabbiliment tal-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu minn ċerti annimali jew oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, dwar rekwiżiti u kompiti addizzjonali tal-laboratorji u ċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u dwar rekwiżiti addizzjonali għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (44). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(97)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-għażla tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari u għat-trattament xieraq tal-annimali, l-adozzjoni tal-programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, u t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali addizzjonali fil-każ ta' ksur tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari li jirrikjedu assistenza koordinata u segwitu min-naħa tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni.

(98)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi regoli u arranġamenti prattiċi fir-rigward tal-awditjar; il-format taċ-ċertifikati u dokumenti oħra; l-istabbiliment ta' sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni; il-kooperazzjoni bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti u fost l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra; il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi fil-laboratorji, kif ukoll il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tagħhom; it-traċċabbiltà; l-elenkar tal-annimali jew oġġetti soġġetti għal kontrolli, kif ukoll l-elenkar tal-pajjiżi jew reġjuni li jistgħu jesportaw ċerti annimali u oġġetti lill-Unjoni; in-notifika minn qabel tal-kunsinni; l-iskambji ta' informazzjoni; il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera; l-iżolament u l-kwarantina; l-approvazzjoni ta' kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi; miżuri li jrażżnu riskju jew li jtemmu nonkonformità serja u mifruxa fir-rigward ta' ċerti annimali jew oġġetti li ġejjin minn pajjiż terz jew minn reġjun tiegħu; ir-rikonoxximent ta' pajjiżi terzi jew reġjuni li joffru garanziji ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, u r-revoka ta' tali rikonoxximent; l-attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' skambju ta' persunal fost l-Istati Membri u dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza għall-ikel u għall-għalf għall-applikazzjoni tal-pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżijiet kif previst fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45).

(99)

Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi żgurat approċċ armonizzat fir-rigward ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-katina agroalimentari, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-effetti, il-kumplessità, in-natura transfruntiera u internazzjonali tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal:

(a)

it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(b)

il-finanzjament tal-kontrolli uffiċjali;

(c)

l-assistenza amministrattiva u l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri bil-ħsieb tal-applikazzjoni korretta tar-regoli msemmija fil-paragrafu 2;

(d)

it-twettiq ta' kontrolli mill-Kummissjoni fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi;

(e)

l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz;

(f)

l-istabbiliment ta' sistema kompjuterizzata tal-informazzjoni għall-ġestjoni ta' informazzjoni u data marbuta mal-kontrolli uffiċjali.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli, kemm jekk ikunu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll jekk ikunu stabbiliti mill-Istati Membri bil-fini li tiġi applikata l-leġislazzjoni tal-Unjoni f'oqsma ta':

(a)

l-ikel u s-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom, u l-manifattura u l-użu ta' materjal u oġġetti li jiġu f'kuntatt mal-ikel;

(b)

ir--rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM) għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf;

(c)

is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-għalf u l-użu tal-għalf, inkluż regoli li għandhom l-għan li jiżguraw prattiki kummerċjali ġusti u li jipproteġu s-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi u l-informazzjoni li tingħatalhom;

(d)

rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali;

(e)

prevenzjoni u minimizzazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali li jirriżultaw minn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati;

(f)

rekwiżiti dwar it-trattament xieraq tal-annimali;

(g)

miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti;

(h)

rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, bl-eċċezzjoni ta' tagħmir għall-applikazzjoni ta' pestiċidi;

(i)

il-produzzjoni organika u t-tikkettjar tal-prodotti organiċi;

(j)

l-użu u t-tikkettjar tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetta, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjaltajiet tradizzjonali garantiti.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija f'paragrafu 2 fejn dawk ir-rekwiżiti huma applikabbli għall-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni jew li għandhom jiġu esportati mill-Unjoni .

4.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità ma':

(a)

ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013; madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika għal verifiki mwettqa skont l-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fejn dawk il-verifiki jidentifikaw prattiki possibilment frodulenti jew qarrieqa fir-rigward tal-istandards għat-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikoli 73 sa 91 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46);

(c)

id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47).

5.   L-Artikoli 4, 5, 6, 8, l-Artikolu 12(2) u (3), l-Artikoli 15, 18 sa 27, 31 sa 34, 37 sa 42 u 78, l-Artikoli 86 sa 108, il-punt (b) tal-Artikolu 112, l-Artikolu 130 u l-Artikoli 131 sa 141 għandhom japplikaw ukoll għal attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mar-regoli msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 2

Kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “kontrolli uffiċjali” tfisser attivitajiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi li jkunu ġew inkarigati b'ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali f'konformità ma' dan ir-Regolament, sabiex jivverifikaw:

(a)

il-konformità min-naħa tal-operaturi ma' dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); u

(b)

li l-annimali u l-oġġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż għall-ħruġ ta' ċertifikat uffiċjali jew attestazzjoni uffiċjali.

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “attivitajiet uffiċjali oħra” tfisser attivitajiet, minbarra kontrolli uffiċjali, li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti, jew mill-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi li jkunu ġew inkarigati b'ċerti attivitajiet uffiċjali oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament, u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi attivitajiet li għandhom l-għan li jivverifikaw il-preżenza ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, li jwaqqfu jew irażżnu t-tixrid ta' tali mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, li jeqirdu dak il-mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti, l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet jew approvazzjonijiet u l-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet uffiċjali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“liġi dwar l-ikel” tfisser il-liġi dwar l-ikel kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(2)

“liġi dwar l-għalf” tfisser il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-għalf b'mod ġenerali u s-sikurezza tal-għalf b'mod partikolari, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni jew l-użu tal-għalf;

(3)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser:

(a)

l-awtoritajiet ċentrali ta' Stat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra, f'konformità ma' dan ir-Regolament u r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

kwalunkwe awtorità oħra li tkun ingħatat dik ir-responsabbiltà;

(c)

fejn xieraq, l-awtoritajiet korrispondenti ta' pajjiż terz;

(4)

“awtorità ta' kontroll organiku” tfisser organizzazzjoni amministrattiva pubblika għall-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta' prodotti organiċita' Stat Membru, li tkun irċeviet mingħand l-awtoritajiet kompetenti, id-delega tal-kompetenzi tagħhom, parzjalment jew b'mod sħiħ, rigward l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (48), inkluż, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz jew li topera f'pajjiż terz;

(5)

“korp delegat” tfisser persuna ġuridika separata, li lilha l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti relatati ma' attivitajiet uffiċjali oħra;

(6)

“proċeduri ta' verifika tal-kontrolli” tfisser l-arranġamenti stabbiliti u l-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti bil-fini li jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkunu konsistenti u effettivi;

(7)

“sistema ta' kontroll” tfisser sistema li tinkludi l-awtoritajiet kompetenti u r-riżorsi, l-istrutturi, l-arranġamenti u l-proċeduri stabbiliti fi Stat Membru biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikoli 18 sa 27;

(8)

“pjan ta' kontroll” tfisser deskrizzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti li fiha informazzjoni dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ta' kontroll uffiċjali, kif ukoll tat-tħaddim tagħha u l-ippjanar dettaljat tal-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu tul perijodu ta' żmien, f'kull wieħed mill-oqsma msemmija fl-Artikolu 1(2);

(9)

“annimali” tfisser annimali kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(10)

“marda tal-annimali” tfisser marda kif definita fil-punt (16) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(11)

“oġġetti” tfisser dak kollu li hu soġġett għal regola waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2), għajr l-annimali;

(12)

“ikel” tfisser ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(13)

“għalf” tfisser għalf kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(14)

“prodotti sekondarji mill-annimali” tfisser prodotti sekondarji mill-annimali kif definiti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(15)

“prodotti derivati” tfisser prodotti derivati kif definiti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;

(16)

“pjanti” tfisser pjanti kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(17)

“pesti tal-pjanti” tfisser pesti kif definiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(18)

“prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

(19)

“prodotti li joriġinaw mill-annimali” tfisser prodotti li joriġinaw mill-annimali kif definiti fil-punt 8(1) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49);

(20)

“prodotti ġerminali” tfisser prodotti ġerminali kif definiti fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(21)

“prodotti mill-pjanti” tfisser prodotti mill-pjanti kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(22)

“oġġetti oħra” tfisser oġġetti oħra kif definiti fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE)2016/2031;

(23)

“periklu” tfisser kwalunkwe aġent jew kondizzjoni li potenzjalment ikollha effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali jew fuq l-ambjent;

(24)

“riskju” tfisser funzjoni tal-probabbiltà ta' effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali jew fuq l-ambjent u tas-severità ta' dak l-effett, b'konsegwenza għall-periklu;

(25)

“ċertifikazzjoni uffiċjali” tfisser il-proċedura li biha l-awtoritajiet kompetenti jagħtu garanzija dwar il-konformità ma' rekwiżit wieħed jew aktar stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(26)

“uffiċjal ta' ċertifikazzjoni” tfisser:

(a)

kwalunkwe uffiċjal tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzat li jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet; jew

(b)

kwalunkwe persuna fiżika oħra, li hija awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti li tiffirma ċertifikati uffiċjali f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(27)

“ċertifikat uffiċjali” tfisser dokument fuq karta jew elettroniku ffirmat mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni u li jipprovdi garanzija rigward il-konformità ma' rekwiżit wieħed jew aktar minn dawk stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(28)

“attestazzjoni uffiċjali” tfisser kwalunkwe tikketta, marka jew forma oħra ta' attestazzjoni maħruġa mill-operaturi taħt is-superviżjoni, permezz ta' kontrolli uffiċjali speċifiċi, tal-awtoritajiet kompetenti, jew maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti nfushom, u li tipprovdi garanzija rigward il-konformità ma' rekwiżit wieħed jew aktar stipulati f'dan ir-Regolament jew fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(29)

“operatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika soġġetta għal obbligu wieħed jew aktar previsti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(30)

“awditjar” tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati ta' tali attivitajiet ikunux konformi mal-arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux qed jiġu applikati b'mod effettiv u jkunux adatti biex jinkisbu l-objettivi;

(31)

“klassifikazzjoni” tfisser klassifikazzjoni tal-operaturi abbażi ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom mal-kriterji ta' klassifikazzjoni;

(32)

“veterinarju uffiċjali” tfisser veterinarju maħtur minn awtorità kompetenti bħala persunal jew mod ieħor u li jkollu l-kwalifiki adatti biex iwettaq kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament u r-regoli rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2);

(33)

“uffiċjal uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti” tfisser persuna fiżika maħtura minn awtorità kompetenti bħala persunal jew mod ieħor u mħarrġa kif xieraq biex twettaq kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament u r-regoli rilevanti msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2);

(34)

“materjal speċifikat riskjuż” tfisser materjal speċifikat riskjuż kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(35)

“vjaġġ twil” tfisser vjaġġ twil kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

(36)

“tagħmir għall-applikazzjoni ta' pestiċidi” tfisser tagħmir għall-applikazzjoni ta' pestiċidi kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/128/KE;

(37)

“kunsinna” tfisser għadd ta' annimali jew kwantità ta' oġġetti koperti mill-istess ċertifikat uffiċjali, attestazzjoni uffiċjali jew kwalunkwe dokument ieħor, imwassla bl-istess mezz ta' trasport, u li jkunu ġejjin mill-istess territorju jew pajjiż terz, u, ħlief għal oġġetti soġġetti għar-regoli msemmija f'punt (g) tal-Artikolu 1(2), ikunu tal-istess tip, klassi jew deskrizzjoni;

(38)

“post ta' kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post, u l-faċilitajiet li jappartjenu għalih, magħżul minn Stat Membru għat-twettiq tal- kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 47(1);

(39)

“punt ta' ħruġ” tfisser post ta' kontroll fuq il-fruntiera jew kwalunkwe post ieħor magħżul minn Stat Membru minn fejn annimali, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(40)

“li jidħlu fl-Unjoni” jew “dħul fl-Unjoni” tfisser l-azzjoni li jinġiebu annimali u oġġetti f'wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I minn barra dawn it-territorji, b'eċċezzjoni rigward ir-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) li għalihom dawn it-termini jfissru l-azzjoni li jiddaħħlu oġġetti fit-“territorju tal-Unjoni” kif definit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(41)

“verifika ta' dokumenti” tfisser l-eżami taċ-ċertifikati uffiċjali, l-attestazzjonijiet uffiċjali u dokument(i) ieħor/oħra, inkluż dokumenti ta' natura kummerċjali, li huma meħtieġa jakkumpanjaw il-kunsinna kif previst mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), mill-Artikolu 54(1) jew minn atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-Artikoli 77(3), 126(3), 128(1) u 129(1);

(42)

“verifika tal-identità” tfisser spezzjoni viżiva biex jiġi vverifikat li l-kontenut u t-tikkettjar ta' kunsinna, inklużi l-marki fuq annimali, siġilli u mezzi ta' trasport, jikkorrispondu għall-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikati uffiċjali, fl-attestazzjonijiet uffiċjali u f'dokumenti oħra li jakkumpanjaw il-kunsinna;

(43)

“verifika fiżika” tfisser verifika tal-annimali jew tal-prodotti u, kif xieraq, verifiki fuq l-imballaġġ, il-mezz ta' trasport, it-tikkettjar u t-temperatura, it-teħid ta' kampjuni għal analiżi, ittestjar jew dijanjosi, u kwalunkwe verifika oħra meħtieġa għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(44)

“transitu” tfisser moviment li jibda minn pajjiż terz lejn pajjiż terz ieħor u li jgħaddi taħt superviżjoni doganali minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I jew li jibda minn wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I lejn territorju ieħor elenkat fl-Anness I wara li jgħaddi mit-territorju ta' pajjiż terz, b'eċċezzjoni fir-rigward tar-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2), li għalihom tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

moviment minn pajjiż terz għal ieħor, kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031 li jgħaddi taħt superviżjoni doganali mit-“territorju tal-Unjoni”, kif definit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament; jew

(b)

moviment mit-“territorju tal-Unjoni” għal parti oħra tat-“territorju tal-Unjoni”, kif definit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jgħaddi mit-territorju ta' pajjiż terz kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament;

(45)

“superviżjoni mill-awtoritajiet doganali” tfisser superviżjoni doganali kif definita fil-punt (27) tal-Artikolu 5 tar- Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50);

(46)

“kontroll mill-awtoritajiet doganali” tfisser kontrolli doganali kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(47)

“detenzjoni uffiċjali” tfisser il-proċedura li biha l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-annimali u l-oġġetti soġġetti għal kontrolli uffiċjali ma jiċċaqalqux u ma jintmessux, sakemm tittieħed deċiżjoni dwar id-destinazzjoni tagħhom; hija tinkludi l-ħażna mill-operaturi f'konformità mal-istruzzjonijiet u taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti;

(48)

“ktieb tal-vjaġġ” tfisser id-dokument stipulat fil-punti 1 sa 5 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

(49)

“awżiljarju uffiċjali” tfisser rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti mħarreġ f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti taħt l-Artikolu 18 u impjegat biex iwettaq ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali jew ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra;

(50)

“laħam u ġewwieni li jittiekel” tfisser, għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament, il-prodotti elenkati fis-Sottokapitoli 0201 sa 0208 tal-Kapitolu 2 tat-Taqsima I tal-Parti II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (51);

(51)

“marka tas-saħħa” tfisser marka applikata wara li jsiru l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 18(2) li tiċċertifika li l-laħam huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

TITOLU II

KONTROLLI UFFIĊJALI U ATTIVITAJIET UFFIĊJALI OĦRA FL-ISTATI MEMBRI

KAPITOLU I

Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 4

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Għal kull qasam regolat mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li lilhom jiddelegaw ir-responsabbiltà li jorganizzaw jew iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

2.   Fejn, għall-istess qasam, Stat Membru jiddelega r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni jew it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra lil aktar minn awtorità kompetenti waħda, fuq il-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew fejn l-awtoritajiet kompetenti maħturin f'konformità mal-paragrafu 1 ikunu jistgħu, bis-saħħa ta' dik il-ħatra, jittrasferixxu responsabbiltajiet speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali jew għal attivitajiet uffiċjali oħra lil awtoritajiet pubbliċi oħra, l-Istat Membru għandu:

(a)

jiżgura koordinazzjoni effiċjenti u effettiva fost l-awtoritajiet kollha involuti, kif ukoll il-konsistenza u l-effettività tal-kontrolli uffiċjali jew ta' attivitajiet uffiċjali oħra fit-territorju kollu tiegħu; u

(b)

jaħtar awtorità unika, f'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Istati Membri, responsabbli għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni u l-kuntatti mal-Kummissjoni u ma' Stati Membri oħra fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa f'kull wieħed mill-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-verifika ta' konformità mar-regoli msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) jistgħu jagħtu ċerti responsabbiltajiet relatati ma' kontrolli uffiċjali jew ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil awtorità ta' kontroll organiku waħda jew aktar. F'każijiet bħal dawn, għandhom jattribwixxu numru tal-kodiċi lil kull waħda minnhom.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata bid-dettalji ta' kuntatt u bi kwalunkwe bidla fir-rigward ta':

(a)

l-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-paragrafu 1;

(b)

l-awtoritajiet waħdanin maħturin f'konformità mal-paragrafu 2(b);

(c)

l-awtoritajiet ta' kontroll organiku msemmijin fil-paragrafu 3;

(d)

il-korpi delegati msemmijin fl-Artikolu 28(1).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha wkoll issir disponibbli mill-Istati Membri lill-pubbliku, inkluż fuq l-internet.

Artikolu 5

Obbligi ġenerali fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' kontroll organiku

1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' kontroll organiku għandu:

(a)

ikollhom proċeduri u/jew arranġamenti stabbiliti biex jiżguraw l-effettività u l-adegwatezza tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra;

(b)

ikollhom proċeduri u/jew arranġamenti stabbiliti biex jiżguraw l-imparzjalità, il-kwalità u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fil-livelli kollha;

(c)

ikollhom proċeduri u/jew arranġamenti stabbiliti biex jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jkunu ħielsa minn kwalunkwe konflitt ta' interess;

(d)

ikollhom kapaċità adegwata ta' laboratorju għall-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi, jew ikollhom aċċess għal tali kapaċità;

(e)

ikollhom għadd suffiċjenti ta' membri ta' persunal ikkwalifikat u b'esperjenza, sabiex il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effiċjenti u effettiv, jew ikollhom aċċess għal tali persunal;

(f)

ikollhom faċilitajiet u tagħmir adegwati u miżmuma sew biex jiżguraw li l-persunal ikun jista' jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra b'mod effiċjenti u effettiv;

(g)

ikollhom is-setgħat legali biex iwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u biex jieħdu l-azzjoni prevista f'dan ir-Regolament u fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(h)

ikollhom proċeduri legali stabbiliti biex żguraw li l-persunal ikollu aċċess għall-bini u għad-dokumenti miżmuma mill-operaturi bil-għan li jkun jista' jaqdi l-kompiti tiegħu sew;

(i)

ikollhom pjanijiet ta' kontinġenza stabbiliti, u jkunu preparati biex jimplimentaw dawn il-pjanijiet f'każ ta' emerġenza, fejn xieraq, f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Kwalunkwe ħatra ta' uffiċjal veterinarju għandha tkun bil-miktub u għandha tistipula l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u kompiti relatati li għalihom tkun saret il-ħatra. Ir-rekwiżiti imposti fuq il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li huma previsti f'dan ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit dwar il-ħelsien minn kwalunkwe konflitt ta' interess, għandhom japplikaw għall-veterinarji uffiċjali kollha.

3.   Kwalunkwe ħatra ta' uffiċjal uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti għandha tkun bil-miktub u għandha tisipula l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra u kompiti relatati li għalihom tkun saret il-ħatra. Ir-rekwiżiti imposti fuq il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li huma previsti f'dan ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit dwar il-ħelsien minn kwalunkwe konflitt ta' interess, għandhom japplikaw għall-uffiċjali uffiċjali kollha tas-saħħa tal-pjanti.

4.   Il-persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandu:

(a)

jirċievi, għall-qasam ta' kompetenza tiegħu, taħriġ adegwat li jippermettilu jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod kompetenti, u jwettaq kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra b'mod konsistenti;

(b)

iżomm ruħu aġġornat fil-qasam ta' kompetenza tiegħu u jirċievi taħriġ addizzjonali regolari kif ikun meħtieġ; u

(c)

jirċievi taħriġ fis-suġġetti stipulati fil-Kapitolu 1 tal-Anness II u dwar l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, skont kif ikun meħtieġ.

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta' kontroll organiku u l-korpi delegati għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' taħriġ bil-għan li jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jirċievi t-taħriġ imsemmi fil-punti (a), (b) u (c).

5.   Meta, fi ħdan is-servizzi ta' awtorità kompetenti, aktar minn unità waħda tkun kompetenti biex twettaq kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra, għandhom jiġu żgurati koordinazzjoni u kooperazzjoni effiċjenti u effettivi bejn l-unitajiet differenti.

Artikolu 6

Awditjar tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jiżguraw il-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu awditjar intern jew jiżguraw li jitwettaq awditjar fuqhom stess u għandhom jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta' dak l-awditjar.

2.   L-awditjar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal skrutinju indipendenti u jsir b'mod trasparenti.

Artikolu 7

Dritt għal appell

Id-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 55, l-Artikolu 66(3) u (6), l-Artikolu 67, il-punt (b) tal-Artikolu 137(3) u l-Artikolu 138(1) u (2), dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhom ikunu soġġetti għad-dritt għal appell ta' tali persuni f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Id-dritt ta' appell ma għandux jaffettwa l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni fil-pront biex ineħħu jew irażżnu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 8

Obbligi ta' kunfidenzjalità tal-awtoritajiet kompetenti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, soġġett għall-paragrafu 3, l-informazzjoni li tinkiseb fit-twettiq ta' dmirijiethom fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn ma tiġix żvelata lil partijiet terzi fejn, taħt il-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, dik l-informazzjoni tkun fin-natura tagħha koperta bis-segretezza professjonali.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti obbligi ta' kunfidenzjalità xierqa għall-persunal u individwi oħra impjegati matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

2.   Il-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal awtoritajiet ta' kontroll organiku, korpi delegati u persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali ddelegati u għal-laboratorji uffiċjali.

3.   Sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar ta' informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet fejn l-iżvelar ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, tali informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni li l-iżvelar tagħha jipperikola:

(a)

l-għan tal-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet jew l-awditjar;

(b)

il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' operatur jew ta' kwalunkwe persuna oħra fiżika jew legali; jew

(c)

il-protezzjoni ta' proċedimenti fil-qrati u pariri legali.

4.   Meta jkunu qed jiddeterminaw jekk hemmx interess pubbliku prevalenti jew le fl-iżvelar ta' informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu, fost l-oħrajn, ir-riskji li jista' jkun hemm għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għall-ambjent, u n-natura, il-gravità u l-firxa ta' dawn ir-riskji.

5.   L-obbligi ta' kunfidenzjalità previsti f'dan l-Artikolu ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw jew b'xi mod ieħor jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar l-eżitu ta' kontrolli uffiċjali li jirrigwardaw operaturi individwali, dment li, u mingħajr preġudizzju għal sitwazzjonijiet fejn l-iżvelar ikun meħtieġ mil-leġislazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-operatur ikkonċernat jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar l-informazzjoni li l-awtorità kompetenti jkun biħsiebha tippubblika jew tagħmel disponibbli għall-pubbliku, qabel il-pubblikazzjoni jew ir-rilaxx tagħha b'kont meħud tal-urġenza tas-sitwazzjoni; u

(b)

l-informazzjoni li tiġi ppubblikata jew li b'xi mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tqis il-kummenti espressi mill-operatur ikkonċernat jew tiġi ppubblikata jew rilaxxata flimkien ma' tali kummenti.

KAPITOLU II

Kontrolli uffiċjali

Taqsima I

Rekwiżiti ġenerali

Artikolu 9

Regoli ġenerali dwar il-kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq l-operaturi kollha b'mod regolari, abbażi tar-riskji u bi frekwenza adegwata, li jqisu:

(a)

riskji identifikati marbutin ma':

(i)

annimali u prodotti;

(ii)

l-attivitajiet taħt il-kontroll tal-operaturi;

(iii)

il-post tal-attivitajiet jew operati tal-operaturi;

(iv)

l-użu ta' prodotti, proċessi, materjal, jew sustanzi li jistgħu jinfluwenzaw is-sikurezza tal-ikel, l-integrità u t-tjubija tal-ikel, jew is-sikurezza tal-għalf, is-saħħa tal-annimali jew it-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti jew, fil-każ ta' OĠM u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jista' wkoll ikollhom impatt negattiv fuq l-ambjent;

(b)

kwalunkwe informazzjoni li tindika l-possibbiltà li l-konsumaturi jitqarrqu, b'mod partikolari dwar in-natura, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, iż-żmien kemm iservi, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta' fabbrikazzjoni jew produzzjoni tal-ikel;

(c)

ir-rekord ta' qabel tal-operaturi fir-rigward tar-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuqhom, u fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(d)

l-affidabbiltà u r-riżultati tal-kontrolli proprji li jkunu saru mill-operaturi, jew minn parti terza fuq talba tagħhom, inkluż, fejn adatt, l-iskemi privati ta' assigurazzjoni tal-kwalità, bil-għan li tiġi aċċertata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); u

(e)

kwalunkwe informazzjoni li aktarx tindika nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali regolarment, bi frekwenzi adegwati ddeterminati abbażi tar-riskji, biex jidentifikaw ksur intenzjonali possibbli tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), imwettqa permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa, filwaqt li jqisu l-informazzjoni dwar tali ksur, kondiviża permezz tal-mekkaniżmi ta' għajnuna amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108, u kwalunkwe informazzjoni oħra li tindika l-possibbiltà ta' tali ksur.

3.   Il-kontrolli uffiċjali mwettqa qabel it-tqegħid fis-suq jew il-moviment ta' ċerti annimali u prodotti, għall-finijiet tal-ħruġ taċ-ċertifikati uffiċjali jew attestamenti uffiċjali rikjesti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) bħala kondizzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għall-moviment tal-annimali jew prodotti, għandhom jitwettqu f'konformità ma' dawn it-tnejn li ġejjin:

(a)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

l-atti delegati u ta' implimentazzjoni applikabbli li jkunu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 18 sa 27.

4.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mingħajr avviż minn qabel, ħlief fejn tali avviż ikun neċessarju u ġġustifikat kif dovut biex jitwettaq il-kontroll uffiċjali. Fir-rigward ta' kontrolli uffiċjali fuq talba mill-operatur, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi jekk il-kontrolli uffiċjali għandhomx jitwettqu b'avviż minn qabel jew le. Il-kontrolli uffiċjali b'avviż minn qabel ma għandhomx jipprekludu kontrolli uffiċjali mingħajr avviż minn qabel.

5.   Il-kontrolli uffiċjali għandhom isiru, sa fejn possibbli, b'tali mod li l-piż amministrattiv u l-interruzzjoni operazzjonali għall-operaturi jinżammu fl-inqas livelli meħtieġa, mingħajr ma tiġi affettwata ħażin l-effettività tal-kwalità tal-kontroll.

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali bl-istess mod, filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-kontrolli jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet speċifiċi, irrispettivament minn jekk l-annimali u l-oġġetti kkonċernati humiex:

(a)

disponibbli fis-suq tal-Unjoni, ikunux joriġinaw mill-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli uffiċjali, jew minn Stat Membru ieħor; jew

(b)

ser jiġu esportati mill-Unjoni; jew

(c)

deħlin fl-Unjoni.

7.   Safejn strettament meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, l-Istati Membri ta' destinazzjoni jistgħu jitolbu lill-operaturi li jkollhom annimali jew oġġetti mwassla lilhom minn Stat Membru ieħor jirrappurtaw il-wasla ta' tali annimali jew oġġetti.

Artikolu 10

Operaturi, proċessi u attivitajiet soġġetti għal kontrolli uffiċjali

1.   Safejn meħtieġ biex tkun aċċertata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq:

(a)

annimali u oġġetti fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-użu;

(b)

sustanzi, materjali jew oġġetti oħrajn li jistgħu jinfluwenzaw il-karatteristiċi jew is-saħħa tal-annimali u l-oġġetti, u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti applikabbli, fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-użu;

(c)

operaturi fir-rigward tal-attivitajiet, inkluż iż-żamma ta' annimali, it-tagħmir, il-mezzi ta' trasport, il-bini u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom u l-inħawi ta' madwarhom u fuq dokumentazzjoni relatata.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jikkonċernaw listi jew reġistri eżistenti stabbiliti abbażi tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta' operaturi. Fejn tali lista jew reġistru jkunu jeżistu diġà għal finijiet oħra, dawn jistgħu jintużaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex temenda dan ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' kategoriji ta' operaturi li għandhom jiġu eżentati mil-lista tal-operaturi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fejn l-inklużjoni tagħhom f'tali lista tikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għalihom meta mqabbel mar-riskju relatat mal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 11

Trasparenza tal-kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali b'livell għoli ta' trasparenza u għandhom, tal-inqas darba fis-sena, jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-internet, informazzjoni rilevanti dwar l-organizzazzjoni u t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali.

Għandhom jiżguraw ukoll il-pubblikazzjoni regolari u f'waqtha ta' informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

it-tip, l-għadd u r-riżultat tal-kontrolli uffiċjali;

(b)

it-tip u l-għadd ta' każijiet ta' nonkonformità identifikati;

(c)

it-tip u l-għadd ta' każijiet fejn ittieħdu miżuri mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 138; u

(d)

it-tip u l-għadd ta' każijiet fejn il-penali msemmija fl-Artikolu 139 ġew imposti.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' tingħata, fejn xieraq, permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 113(1).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw li kwalunkwe ineżattezza fl-informazzjoni li ssir disponibbli lill-pubbliku tiġi kkoreġuta kif xieraq.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippubblikaw, jew jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-operaturi individwali abbażi tar-riżultat ta' kontroll uffiċjali wieħed jew aktar, dejjem jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kriterji ta' klassifikazzjoni jkunu oġġettivi, trasparenti, u disponibbli għall-pubbliku; u

(b)

ikunu fis-seħħ arranġamenti xierqa biex jiġi żgurat li l-proċess ta' klassifikazzjoni jkun ġust, konsistenti u trasparenti.

Artikolu 12

Proċeduri ta' kontroll dokumentati

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali skont proċeduri ddokumentati.

Dawk il-proċeduri għandhom ikopru l-oqsma għall-proċeduri ta' kontroll stipulati fil-Kapitolu II tal-Anness II, u għandhom jinkludu struzzjonijiet għall-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri ta' verifika tal-kontroll . .

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jieħdu azzjonijiet korrettivi fil-każijiet kollha fejn il-proċeduri previsti fil-paragrafu 2 jidentifikaw nuqqasijiet; u

(b)

jaġġornaw il-proċeduri ddokumentati previsti fil-paragrafu 1, kif xieraq.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ukoll japplikaw għal korpi delegati u awtoritajiet ta' kontroll organiku.

Artikolu 13

Rekords bil-miktub ta' kontrolli uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu rekords bil-miktub ta' kull kontroll uffiċjali li jwettqu. Dawk ir-rekords jistgħu jkunu bil-miktub jew f'forma elettronika.

Dawk ir-rekords għandu jkun fihom:

(a)

deskrizzjoni tal-iskop tal-kontrolli uffiċjali;

(b)

il-metodi ta' kontroll applikati;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali; u

(d)

fejn xieraq, l-azzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu mingħand l-operatur ikkonċernat b'riżultat tal-kontrolli uffiċjali tagħhom.

2.   Dment li ma jkunx mitlub mod ieħor għall-finijiet ta' investigazzjonijiet ġudizzjarji jew il-protezzjoni tal-proċeduri tal-qorti, l-operaturi soġġetti għal kontroll uffiċjali għandhom jingħataw, fuq talba, kopja tar-rekords previsti fil-paragrafu 1, ħlief jekk ikun inħareġ ċertifikat uffiċjali jew ingħatat attestazzjoni uffiċjali. L-operatur għandu jiġi infurmat minnufih bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità identifikat permezz tal-kontrolli uffiċjali.

3.   Fejn il-kontrolli uffiċjali jitolbu l-preżenza kontinwa jew regolari ta' persunal jew ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti fil-proprjetà tal-operatur, ir-rekords previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu prodotti bi frekwenza li tippermetti li l-awtoritajiet kompetenti u l-operatur:

(a)

ikunu infurmati b'mod regolari dwar il-livell ta' konformità; u

(b)

ikunu infurmati minnufih bi kwalunkwe każ ta' nonkonformità identifikat permezz tal-kontrolli uffiċjali.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ukoll japplikaw għal korpi delegati, awtoritajiet ta' kontroll organiku u persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti uffiċjali ta' kontroll.

Artikolu 14

Metodi u tekniki għal kontrolli uffiċjali

Il-kontrolli uffiċjali, il-metodi u t-tekniki għandhom jinkludu dawn li ġejjin kif xieraq:

(a)

eżami tal-kontrolli li l-operaturi jkunu implimentaw u tar-riżultati miksuba;

(b)

spezzjoni ta':

(i)

it-tagħmir, il-mezzi tat-trasport, il-bini u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom u l-inħawi ta' madwarhom;

(ii)

annimali u oġġetti, inklużi oġġetti semi-manifatturati, materja prima, ingredjenti, materjal ta' għajnuna għall-ipproċessar u prodotti oħra użati għall-preparazzjoni u l-produzzjoni tal-oġġetti jew għall-għalf jew it-trattament tal-annimali;

(iii)

il-prodotti u l-proċessi tat-tindif u tal-manutenzjoni;

(iv)

it-traċċabbiltà, it-tikkettjar, il-preżentazzjoni, ir-reklamar u l-materjal ta' imballaġġ rilevanti inkluż materjal li jkun maħsub li ser jiġi f'kuntatt mal-ikel;

(c)

kontrolli tal-kondizzjonijiet tal-iġjene fil-proprjetà tal-operaturi;

(d)

valutazzjoni tal-proċeduri fir-rigward ta' prattiki ta' manifattura tajba, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki ta' biedja tajba, u tal-proċeduri ibbażati fuq il-prinċipji ta' punti kritiċi ta' kontroll u analiżi tar-riskji (HACCP);

(e)

eżami tad-dokumenti, ir-rekords tat-traċċabbiltà u rekords oħra li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż fejn adatt, dokumenti li jakkumpanjaw ikel, għalf u kwalunkwe sustanza jew materjal li jidħol fi stabbiliment jew joħroġ minnu;

(f)

intervisti mal-operaturi u l-persunal tagħhom;

(g)

il-verifika ta' kejl meħud mill-operatur u riżultati oħrajn tat-test;

(h)

teħid ta' kampjuni, analiżi, dijanjosi u testijiet;

(hi)

awditjar tal-operaturi;

(j)

kwalunkwe attività oħra meħtieġa għall-identifikazzjoni ta' każijiet ta' nonkonformità.

Artikolu 15

Obbligi tal-operaturi

1.   Safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali jew ta' attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom jagħtu lill-persunal, fejn dan ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, aċċess għal:

(a)

it-tagħmir, il-mezzi tat-trasport, il-bini u postijiet oħra taħt il-kontroll tagħhom u l-inħawi ta' madwarhom;

(b)

is-sistemi kompjuterizzati ta' ġestjoni tal-informazzjoni;

(c)

l- annimali u l-oġġetti taħt il-kontroll tagħhom;

(d)

id-dokumenti tagħhom u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

2.   Matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, l-operaturi għandhom jgħinu u jikkooperaw mal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' kontroll organiku fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

3.   L-operatur responsabbli għal kunsinna li tidħol fl-Unjoni għandu, minbarra l-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, mingħajr dewmien jagħmel disponibbli fuq karta jew b'mod elettroniku l-informazzjoni kollha li tikkonċerna annimali u oġġetti.

4.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti relatati mal-wasla u l-ħatt ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) fejn dan huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni sħiħa tagħhom u t-twettiq effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali fuq tali u prodotti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

5.   Għall-fini tal-Artikolu 10(2) u soġġett għall-Artikolu 10(3), l-operaturi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-anqas bid-dettalji aġġornati li ġejjin:

(a)

l-isem u l-formola legali tagħhom; u

(b)

l-attivitajiet speċifiċi li jwettqu, inklużi attivitajiet imwettqa permezz ta' komunikazzjoni minn distanza, u l-postijiet taħt il-kontroll tagħhom.

6.   L-obbligi tal-operaturi stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll f'każijiet fejn kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jitwettqu minn veterinarji uffiċjali, uffiċjali fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti, korpi delegati, awtoritajiet ta' kontroll u persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti uffiċjali ta' kontroll jew ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra.

Taqsima II

Rekwiżiti addizzjonali għal kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'ċerti oqsma

Artikolu 16

Rekwiżiti addizzjonali

1.   Fl-oqsma regolati mir-regoli previsti f'din it-Taqsima, dawk ir-regoli għandhom japplikaw flimkien mar-regoli l-oħrajn stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Meta tadotta l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'din it-Taqsima, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-esperjenza miksuba mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi kummerċjali tal-ikel u tal-għalf fl-applikazzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52) u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53);

(b)

żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi;

(c)

l-aspettattivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-ikel u bidliet fix-xejriet tal-konsum tal-ikel;

(d)

riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti assoċjati ma' annimali u oġġetti; u

(e)

informazzjoni dwar ksur intenzjonali possibbli mwettaq permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa.

3.   Meta tadotta l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni previsti f'din it-Taqsima, u safejn dan ma jimpedixxix milli jinkisbu l-objettivi segwiti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-elementi li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies in-natura u d-daqs tan-negozji ż-żgħar;

(b)

il-ħtieġa li jiġi permess l-użu kontinwu ta' metodi tradizzjonali fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar jew tad-distribuzzjoni tal-ikel u l-produzzjoni ta' ikel tradizzjonali; u

(c)

il-ħtiġijiet tal-operaturi li jinsabu f'reġjuni li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi.

Artikolu 17

Definizzjonijiet speċifiċi

Għall-finijiet tal-Artikolu 18:

(a)

“taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali” tfisser li l-veterinarju uffiċjali jassenja t-twettiq ta' azzjoni lil awżiljarju uffiċjali;

(b)

“taħt is-sorveljanza tal-veterinarju uffiċjali” tfisser li azzjoni titwettaq minn awżiljarju uffiċjali taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali u l-veterinarju uffiċjali jkun preżenti fuq il-post matul iż-żmien meħtieġ biex titwettaq dik l-azzjoni;

(c)

“spezzjoni ante-mortem” tfisser il-verifika, qabel l-attivitajiet ta' tbiċċir, tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tat-trattament xieraq tal-annimali, inkluż, fejn xieraq, l-eżami kliniku ta' kull annimal individwali, u l-verifika ta' tagħrif dwar il-katina tal-ikel kif imsemmija fit-Taqsima III tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(d)

“spezzjoni post-mortem” tfisser il-verifika fil-biċċerija jew l-istabbiliment li jżomm it-tjur tal-konformità mar-rekwiżiti li japplikaw għal:

(i)

karkassi kif definiti fil-punt 1.9 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u ġewwieni li jittiekel kif definit fil-punt 1.11 ta' dak l-Anness, sabiex jiġi deċiż jekk il-laħam huwiex tajjeb għall-konsum mill-bniedem,

(ii)

it-tneħħija bla periklu ta' materjal speċifikat ta' riskju, u

(iii)

is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.

Artikolu 18

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għal azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-produzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem

1.   Il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jinkludu l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1099/2009 kif applikabbli.

2.   Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 imwettqa b'rabta mal-produzzjoni tal-laħam għandhom jinkludu:

(a)

l-ispezzjoni ante-mortem titwettaq fil-biċċerija minn veterinarju uffiċjali, li jista', fir-rigward preselezzjoni tal-annimali, jiġi assistit minn awżiljarji uffiċjali mħarrġa għal dak il-għan;

(b)

permezz ta' deroga mill-punt (a), fir-rigward tat-tjur u l-lagomorfi, l-ispezzjoni ante-mortem imwettqa minn veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali jew, fejn ikun hemm biżżejjed garanziji fis-seħħ, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali;

(c)

l-ispezzjoni post-mortem imwettqa minn veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali jew, fejn ikun hemm biżżejjed garanziji fis-seħħ, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali;

(d)

il-kontrolli uffiċjali l-oħra mwettqa f'biċċeriji, u fi stabbilimenti li jaqtgħu l-pjanti u li jżommu t-tjur, minn veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali jew, fejn ikun hemm biżżejjed garanziji fis-seħħ, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, sabiex tkun verifikata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli:

(i)

l-iġjene tal-produzzjoni tal-laħam;

(ii)

il-preżenza ta' reżidwi ta' prodotti mediċinali veterinarji u kontaminanti fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem;

(iii)

verifiki ta' prattiki ta' iġjene tajbin u analiżi tal-perikli u proċeduri bbażati fuq prinċipji HACCP;

(iv)

testijiet tal-laboratorju għas-sejbien tal-preżenza ta' aġenti żoonotiċi u mard tal-annimali u biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kriterju mikrobijoloġiku kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (54);

(v)

it-trattament u r-rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali u ta' materjal ta' riskju speċifiku;

(vi)

is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.

3.   L-awtorità kompetenti tista', abbażi tal-analiżi tar-riskju, tippermetti li l-persunal tal-biċċerija jgħinu fit-twettiq ta' kompiti marbuta mal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 2 fi stabbilimenti tat-tbiċċir tat-tjur jew lagomorfi, jew, fi stabbilimenti tat-tbiċċir ta' annimali ta' speċijiet oħrajn, iwettqu kompiti speċifiċi ta' teħid ta' kampjuni u ttestjar marbutin ma' dawk il-kontrolli, bil-kondizzjoni li l-persunal:

(a)

jaġixxi indipendentement mill-persunal ta' produzzjoni tal-biċċerija;

(b)

ikun ingħatalu taħriġ xieraq biex iwettaq dawn il-kompiti; u

(c)

iwettaq dawn il-kompiti fil-preżenza u skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali jew tal-awżiljarju uffiċjali.

4.   Fejn il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2 ma jkunu identifikaw l-ebda nuqqas li jista' jagħmel il-laħam mhux xieraq għall-konsum mill-bniedem, il-marka tas-saħħa għandha tiġi applikata għal ungulati domestiċi, mammali mrobbija tal-kaċċa minbarra logomorfi, u annimali kbar selvaġġi tal-kaċċa, mill-veterinarju uffiċjali, taħt is-superviżjoni tal-veterinarju uffiċjali, taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali, jew, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, permezz tal-persunal tal-biċċerija.

5.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jibqa' responsabbli għad-deċiżjonijiet meħuda wara l-kontrolli uffiċjali previsti fil-paragrafi 2 u 4, anki jekk it-twettiq ta' azzjoni jiġi assenjat minnu lill-awżiljarju uffiċjali.

6.   Għall-finijiet tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 imwettqa b'rabta ta' molluski bivalvi ħajjin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikklassifikaw iż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski.

7.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament dwar regoli speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu dwar:

(a)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, meta l-ispezzjoni ante-mortem f'ċerti biċċeriji tista' ssir taħt is-superviżjoni jew taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali, dment li d-derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(b)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, fir-rigward tat-tjur u l-lagomorfi, meta jkunu ġew sodisfatti biżżejjed garanziji biex il-kontrolli uffiċjali jsiru taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-ispezzjonijiet ante-mortem imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(c)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, meta l-ispezzjoni ante-mortem tista' ssir barra l-biċċerija f'każ ta' tbiċċir urġenti;

(d)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-ispezzjoni ante-mortem tista' ssir fl-impriża minn fejn joriġinaw l-annimali;

(e)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat meta jkunu ġew sodisfatti biżżejjed garanziji biex il-kontrolli uffiċjali jsiru taħt ir-responsabbiltà ta' veterinarju uffiċjali fir-rigward tal-attivitajiet ta' spezzjoni u awditjar ante-mortem imsemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2;

(f)

il-kriterji u l-kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2, f'każ ta' tbiċċir urġenti, meta l-ispezzjoni post-mortem għandha ssir mill-veterinarju uffiċjali;

(g)

il-kriterji u l-kondizjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'rabta mal-Pectinidae, il-gastropodi marini u l-Holothuroidea, b'deroga mill-paragrafu 6, meta ż-żoni ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski ma għandhomx jiġu kklassifikati;

(h)

derogi speċifiċi fir-rigward tar-Rangifer tarandus tarandus, il-Lagopus lagopus u l-Lagopus mutus, sabiex ikunu jistgħu jissoktaw id-drawwiet u l-prattiki lokali u tradizzjonali li ilhom jeżistu, dment li d-derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(i)

il-kriterji u kondizzjonijiet biex jiġi ddeterminat, b'deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 2, meta l-kontrolli uffiċjali f'impjanti tat-tqattigħ jistgħu jitwettqu minn persunal maħtur mill-awtoritajiet kompetenti għal dak il-għan u mħarreġ kif xieraq;

(j)

rekwiżiti minimi speċifiċi għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u għal veterinarju uffiċjali u awżiljarju uffiċjali sabiex tiġi żgurata prestazzjoni xierqa tal-kompiti tagħhom previsti f'dan l-Artikolu, inklużi r-rekwiżiti minimi ta' taħriġ speċifiku;

(k)

rekwiżiti minimi adegwati ta' taħriġ tal-persunal tal-biċċeriji li jassisti fit-twettiq tal-kompiti relatati ma' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra skont il-paragrafu 3.

8.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija f'dan l-Artikolu fir-rigward ta':

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi ta' dawk il-kontrolli uffiċjali, b'kont meħud tal-perikli u r-riskji speċifiċi li jeżistu b'rabta ma' kull prodott li joriġina mill-annimali u l-proċessi differenti li jgħaddi minnhom u fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontrolli uffiċjali biex iwieġeb għall-perikli u riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jinħolqu minn prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(b)

il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ ta' żoni klassifikati ta' produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin;

(c)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2);

(d)

l-arranġamenti prattiċi tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2, inklużi r-rekwiżiti uniformi meħtieġa sabiex jiżguraw li biżżejjed garanziji jiġu sodisfatti meta l-kontrolli uffiċjali jsiru taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju uffiċjali;

(e)

ir-rekwiżiti tekniċi tal-marka tas-saħħa u l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tagħha;

(f)

ir-rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u l-frekwenza minima uniformi għal dawk il-kontrolli uffiċjali fuq ħalib mhux pasturizzat, prodotti tal-ħalib u prodotti tal-ħut, fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontrolli uffiċjali biex ikun hemm reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jinħolqu minnhom.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

9.   Filwaqt li jikkonformaw mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament u b'mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ikel, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jimplimentaw proġetti pilota limitati fiż-żmien u l-firxa, biex jiġu evalwati arranġamenti prattiċi alternattivi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam. Dawk il-miżuri nazzjonali għandhom jiġu notifikati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2015/1535. L-eżitu tal-evalwazzjoni mwettqa permezz ta' proġetti pilota għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni malli jkun disponibbli.

10.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar, għandha tkun permessa.

Artikolu 19

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tar-reżidwi ta' sustanzi rilevanti fl-ikel u fl-għalf

1.   Il-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 1(2) għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali, li jsiru fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, fuq sustanzi rilevanti inkluż sustanzi li ser jintużaw f'materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel, kontaminanti, sustanzi mhux awtorizzati, projbiti u mhux mixtieqa li l-użu jew il-preżenza tagħhom fuq għelejjel jew annimali jew għall-produzzjoni jew l-ipproċessar ta' ikel jew għalf jistgħu jirriżultaw f'residwi ta' dawk is-sustanzi f'ikel jew għalf.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara dawk il-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, inkluż, fejn adatt, il-firxa ta' kampjuni u l-istadju ta' produzzjoni, proċessar u distribuzzjoni fejn il-kampjuni għandhom jittieħdu f'konformità mal-metodi li għandhom jintużaw għat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tal-laboratorju stabbiliti f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 34(6), b'kont meħud tal-perikli u r-riskji speċifiċi marbutin mas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' xi nonkonformità jew ma' suspett ta' nonkonformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2);

(c)

il-każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rabta ma' xi nonkonformità jew ma' suspett ta' nonkonformità ta' annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi, għandhom jieħdu waħda jew aktar mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 65 sa 72.

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara dawk il-kontrolli uffiċjali, rigward:

(a)

il-frekwenza minima uniformi għal tali kontrolli uffiċjali, b'kont meħud tal-perikli u r-riskji relatati mas-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

arranġamenti addizzjonali speċifiċi u kontenut addizzjonali speċifiku għal dawk previsti fl-Artikolu 110, għat-tħejjija tal-partijiet rilevanti tal-pjan nazzjonali pluriennali ta' kontroll (MANCP) previst fl-Artikolu 109(1);

(c)

arranġamenti prattiċi speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi tal-għajnuna amministrattiva prevista fl-Artikoli 102 sa 108.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar għandha tkun permessa.

Artikolu 20

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-annimali, il-prodotti li joriġinaw mill-annimali, il-prodotti ġerminali, il-prodotti sekondarji mill-annimali u l-prodotti derivati

1.   Il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a), (c), (d), u (e) tal-Artikolu 1(2) għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali, li jitwettqu fi kwalunkwe stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni, fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali, prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 1(2) u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara l-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti ġerminali bħala reazzjoni għal perikli u riskji rikonoxxuti għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali permezz ta' kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti f'konformità mar-regoli msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2);

(b)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala reazzjoni għal perikli u riskji speċifiċi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali permezz ta' kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 1(2);

(c)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' xi nonkonformità jew ma' suspett ta' nonkonformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikolu 137(2) u 138(2).

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 rigward:

(a)

il-frekwenza minima uniformi ta' dawn il-kontrolli uffiċjali fuq annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali u prodotti ġerminali fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskjiuniformi rikonoxxuti għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali permezz ta' kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-miżuri għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(2); u

(b)

il-frekwenza minima uniformi ta' dawn il-kontrolli uffiċjali fuq prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għal perikli u riskji speċifiċi għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali permezz ta' kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 1(2).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar għandha tkun permessa.

Artikolu 21

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali

1.   Fl-istadji kollha rilevanti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tul il-katina agroalimentari, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2).

2.   Il-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli li jistipulaw rekwiżiti marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali fil-każ tat-trasport tagħhom, b'mod partikolari mar-Regolament (KE) Nru 1/2005, għandhom jinkludu:

(a)

fil-każ ta' vjaġġi twal bejn Stati Membri u ma' pajjiżi terzi, kontrolli uffiċjali mwettqa qabel it-tagħbija, għall-verifika tal-istat tajjeb tal-annimali għat-trasport;

(b)

fil-każ ta' vjaġġi twal bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ta' equidae domestiċi għajr l-equidae rreġistrati u annimali domestiċi tal-ispeċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini, u qabel dawk il-vjaġġi:

(i)

kontrolli uffiċjali tal-kotba tal-vjaġġ biex jiġi vverifikat li l-ktieb tal-vjaġġ huwa realistiku u li jindika konformità mar-Regolament (KE) Nru 1/2005; u

(ii)

kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw li t-trasportatur indikat fil-ktieb tal-vjaġġ għandu awtorizzazzjoni valida ta' trasportatur, ċertifikat ta' approvazzjoni għall-mezz ta' trasport għall-vjaġġi twal, u ċertifikati ta' kompetenza għax-xufiera u l-akkumpanjaturi;

(c)

fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera previsti fl-Artikolu 59(1), u fil-punti ta' ħruġ:

(i)

kontrolli uffiċjali ta' kemm l-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati jkunu b'saħħithom, u tal-mezz ta' trasport biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Kapitolu II u tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 fejn applikabbli mal-Kapitolu VI tiegħu;

(ii)

kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw li t-trasportaturi jikkonformaw ma' ftehimiet internazzjonali applikabbli, u li għandhom awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur validi u ċertifikati ta' kompetenza għax-xufiera u l-akkumpanjanti; u

(iii)

kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw jekk l-equidae domestiċi u l-annimali domestiċi ta' speċijiet bovini, ovini, kaprini u porċini ġewx ittrasportati jew ikunux ser jiġu ttrasportati fi vjaġġi twal.

3.   Matul it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw jew inaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe dewmien bejn it-tgħabbija tal-annimali u t-tluq tagħhom, jew matul it-trasport.

L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx iżommu l-annimali matul it-trasport sakemm dan ma jkunx strettament neċessarju għat-trattament xieraq tal-annimali jew raġunijiet ta' saħħa tal-annimali jew tal-bniedem. Jekk l-annimali jridu jinżammu matul it-trasport għal aktar minn sagħtejn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li jsiru arranġamenti xierqa għall-kura tal-annimali u, fejn neċessarju, it-tmiegħ, it-tisqija, il-ħatt u l-akkommodazzjoni tagħhom.

4.   Fejn, wara l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, tiġi stabbilita nonkonformità u din ma tiġix ikkoreġuta mill-organizzatur qabel il-vjaġġ twil, bit-twettiq ta' bidliet adatti għall-arranġamenti tat-trasport, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprojbixxu dak il-vjaġġ twil.

5.   Fejn, wara l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li l-annimali mhumiex f'kondizzjoni li jkomplu l-vjaġġ, huma għandhom jagħtu l-ordni li l-annimali jinħattu, jingħataw l-ilma u l-ikel u jistrieħu sakemm ikunu jifilħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom.

6.   Notifika ta' nonkonformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-finijiet tal-Artikoli 105 u 106 għandha ssir:

(a)

lill-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni lit-trasportatur;

(b)

fejn jiġi identifikat nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe tali regola applikabbli għall-mezzi ta' trasport, lill-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tal-mezz ta' trasport;

(c)

fejn jiġi identifikat nuqqas ta' konformità ma' tali regoli applikabbli għal sewwieqa, lill-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat ta' kompetenza tas-sewwieq.

7.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar għandha tkun permessa.

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2). Dawk l-atti delegati għandhom iqisu r-riskju għat-trattament xieraq tal-annimali marbut mal-attivitajiet tal-biedja u mat-trasport, mat-tbiċċir u mal-qtil tal-annimali, u għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' dawn il-kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għar-riskju marbut ma' speċijiet ta' annimali u mezzi tat-trasport differenti, u l-ħtieġa li ma jitħallewx isiru prattiki nonkonformi u li tiġi limitata t-tbatija tal-annimali;

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2);

(c)

il-verifika tar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u fil-punti ta' ħruġ, u r-rekwiżiti minimi applikabbli għal dawk il-punti ta' ħruġ;

(d)

kriterji u kondizzjonijiet speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta' għajnuna amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108;

(e)

il-każijiet u l-kondizzjonijiet fejn il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali jistgħu jinkludu l-użu ta' indikaturi speċifiċi marbutin mat-trattament xieraq tal-annimali bbażati fuq kriterji ta' prestazzjoni li jistgħu jitkejlu, u d-disinn ta' tali indikaturi abbażi ta' evidenza xjentifika u teknika.

9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2), li jistabbilixxu r-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali u dwar l-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali, rigward:

(a)

il-frekwenza minima uniformi ta' tali kontrolli uffiċjali, fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għar-riskju marbut ma' speċijiet ta' annimali differenti u l-mezzi tat-trasport, u l-bżonn li jiġu evitati prattiki mhux konformi u li tiġi limitata t-tbatija tal-annimali; u

(b)

l-arranġamenti prattiċi għaż-żamma ta' reġistri bil-miktub tal-kontrolli uffiċjali mwettqa u l-perijodu taż-żamma tagħhom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 22

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mas-saħħa tal-pjanti

1.   Il-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali fuq pesti, pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u fuq operaturi professjonisti u persuni oħra soġġetti għal dawk ir-regoli.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti wara t-twettiq ta' dawk il-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' dawk il-kontrolli uffiċjali fuq id-dħul u l-moviment fl-Unjoni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra partikolari soġġetti għar-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji rikonoxxuti għas-saħħa tal-pjanti b'rabta ma' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi ta' oriġini jew provenjenza partikolari; u

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2) li japplikaw għal dawk l-oġġetti u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara tali kontrolli uffiċjali fuq:

(a)

il-frekwenza minima uniformi ta' tali kontrolli uffiċjali, fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontroll uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti għas-saħħa tal-pjanti b'rabta ma' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra speċifiċi ta' oriġini jew provenjenza partikolari;

(b)

il-frekwenza uniformi ta' kontrolli uffiċjali li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-operaturi awtorizzati li joħorġu passaporti tal-pjanti f'konformità mal-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 b'kont meħud ta' jekk dawk l-operaturi jkunux implimentaw pjan ta' ġestjoni tar-riskji fitosanitarji, kif imsemmi fl-Artikolu 91 ta' dak ir-Regolament għall-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li jipproduċu;

(c)

il-frekwenza uniformi ta' kontrolli uffiċjali li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-operaturi awtorizzati li japplikaw il-marka msemmija fl- Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew li tinħareġ l-attestazzjoni uffiċjali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 99(2) ta' dak ir-Regolament.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar għandha tkun permessa.

Artikolu 23

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u tal-ikel u l-għalf modifikat ġenetikament

1.   Il-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(2) għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali fuq OĠM għall-fini tal-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf u fuq ikel u għalf ġenetikament modifikat imwettqa f'kull stadju rilevanti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tul il-katina agroalimentari.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara dawn il-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jieħdu kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell minimu ta' kontrolli uffiċjali għall-prevenzjoni ta' prattiki bi ksur tar-regoli msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(2), u jistabbilixxu:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti ta':

(i)

il-preżenza fil-katina agroalimentari ta' OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat li ma jkunux ġew awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

(ii)

il-kultivazzjoni ta' OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u l-applikazzjoni korretta tal-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2001/18/KE u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5) u fil-punt (b) tal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2).

3.   Il-Kummissjoni tista' permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1, b'kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell minimu ta' kontrolli uffiċjali għall-prevenzjoni ta' prattiki bi ksur ta' dawk ir-regoli rigward il-frekwenza minima uniformi ta' dawn il-kontrolli uffiċjali fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontroll uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti ta':

(a)

il-preżenza fil-katina agroalimentari ta' OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat li ma jkunux ġew awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

(b)

il-kultivazzjoni ta' OĠM għall-produzzjoni tal-ikel u l-għalf u l-applikazzjoni korretta tal-pjan ta' monitoraġġ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2001/18/KE u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(5) u fil-punt (b) tal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar għandha tkun permessa.

Artikolu 24

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

1.   Il-kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 1(2) dan ir-Regolament għandhom jinkludu kontrolli uffiċjali dwar sustanzi attivi, aġenti protettivi, sinerġisti, koformulanti u aġġuvanti kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.   Għall-fini li tiġi stabbilita l-frekwenza ta' kontrolli uffiċjali bbażati fuq ir-riskju msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll dan li ġej:

(a)

ir-riżultati ta' attivitajiet ta' monitoraġġ rilevanti, inklużi dawk dwar ir-residwi tal-pestiċidi mwettqa għall-fini tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55);

(b)

informazzjoni dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhux awtorizzati, inkluż il-kummerċ illegali ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u r-riżultati ta' kontrolli rilevanti mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56); u

(c)

informazzjoni dwar avvelenament marbut mal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 56 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u informazzjoni dwar ir-rispons tas-saħħa ta' emerġenza disponibbli miċ-ċentri msemmija fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) No 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57).

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq ta'dawn il-kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jiġu kkawżati minn prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, rigward il-manifattura, it-tqegħid fis-suq, id-dħul fl-Unjoni, it-tikkettjar, l-imballaġġ, it-trasport, il-ħżin u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jiġi żgurat li dawn jintużaw b'mod sikur u sostenibbli u li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali tagħhom; u

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2).

4.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 rigward:

(a)

il-frekwenza minima uniformi ta' dawn il-kontrolli uffiċjali, fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontroll uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji uniformi rikonoxxuti li jistgħu jiġu kkawżati minn prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, rigward il-manifattura, it-tqegħid fis-suq, id-dħul fl-Unjoni, it-tikkettjar, l-imballaġġ, it-trasport, il-ħżin u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jiġi żgurat li dawn jintużaw b'mod sikur u sostenibbli u li jiġi miġġieled il-kummerċ illegali tagħhom;

(b)

il-ġbir ta' informazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' avvelenament issuspettat mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(c)

il-ġbir ta' informazzjoni, u l-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhux awtorizzatiinkluż il-kummerċ illegali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

5.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar, għandha tkun permessa.

Artikolu 25

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għall-produzzjoni organika u t-tikkettjar ta' prodotti organiċi

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2), rigward:

(a)

rekwiżiti speċifiċi u kontenut addizzjonali għal dawk previsti fl-Artikolu 110 għat-tħejjija tal-partijiet rilevanti tal-MANCP previst fl-Artikolu 109(1), u kontenut addizzjonali speċifiku tar-rapport previst fl-Artikolu 113;

(b)

responsabbiltajiet u kompiti speċifiċi għaċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea b'żieda ma' dawk previsti fl-Artikolu 98;

(c)

arranġamenti prattiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta' assistenza amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni dwar każijiet ta' nonkonformità jew il-probabbiltà ta' nonkonformità bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi delegati;

(d)

il-metodi li għandhom jintużaw għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżijiet u t-testijiet fil-laboratorju, għajr kwalunkwe regola li tinvolvi l-istabbiliment ta' limiti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 26

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħrajn li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjaltajiet tradizzjonali ggarantiti

1.   B'deroga mill-Artikolu 31(3), b'rabta mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2), fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegaw id-deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni biex jużaw l-isem irreġistrat ta' prodott, jistgħu jiddelegaw ukoll l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

jordnaw li ċerti attivitajiet tal-operatur ikkonċernat jiġu soġġetti għal kontrolli uffiċjali miżjuda jew sistematiċi;

(b)

jordnaw li l-operatur iżid il-frekwenza tal-kontrolli tiegħu stess;

(c)

jordnaw il-modifika ta' tikketta sabiex jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u r-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2).

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2). Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti, metodi u tekniki addizzjonali msemmija fl-Artikoli 12 u 14 għall-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u r-rekwiżiti tat-tikkettjar;

(b)

metodi u tekniki speċifiċi imsemmija fl-Artikolu 14 għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali mmirati li jiżguraw it-traċċabbiltà tal-oġġetti u annimali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2) fl-istadji kollha tal-produzzjoni, il-preparazzjoni u d-distribuzzjoni, u mmirati li jipprovdu garanziji tal-konformità ma' dawk ir-regoli;

(c)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-azzjonijiet u l-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikolu 138(1) u (2).

3.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 1(2)) rigward:

(a)

arranġamenti prattiċi speċifiċi għall-attivazzjoni tal-mekkaniżmi ta' assistenza amministrattiva previsti fl-Artikoli 102 sa 108, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni dwar każijiet ta' nonkonformità jew il-probabbiltà ta' nonkonformità, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi delegati; u

(b)

obbligi speċifiċi ta' rappurtar tal-korpi delegati;

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Għall-fini tal-Artikolu 30, id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali, imsemmija f'dan l-Artikolu, lil persuna fiżika waħda jew aktar, għandha tkun permessa.

Artikolu 27

Regoli speċifiċi dwar il-kontrolli uffiċjali u għall-azzjoni li tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti f'każijiet ta' riskji ġodda identifikati b'rabta mal-ikel u l-għalf

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 sabiex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq ċerti kategoriji ta' ikel u għalf biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 1(2) u għall-azzjoni li għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti wara dawn il-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti delegati għandhom jindirizzaw riskji li għadhom kif ġew identifikati, li jistgħu jirriżultaw minn ikel jew għalf, għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew, b'rabta mal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, jew kwalunkwe riskju ta' dan it-tip li jirriżulta minn xejriet ġodda ta' produzzjoni jew konsum ta' ikel jew għalf, u li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv fin-nuqqas ta' tali regoli komuni. Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu regoli dwar:

(a)

rekwiżiti speċifiċi uniformi għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji speċifiċi li jista' jkun hemm b'rabta ma' kull kategorija ta' ikel u għalf u l-proċessi differenti li tgħaddi minnhom; u

(b)

il-każijiet fejn, b'rabta ma' nonkonformitajiet speċifiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu waħda mill-miżuri jew aktar fost dawk imsemmija fl-Artikoli 137(2) u 138(2).

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi uniformi dwar kontrolli uffiċjali mwettqa fuq ċerti kategoriji ta' ikel jew għalf biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 1(2) biex jiġu indirizzati riskji li għadhom kif ġew identifikati, li jistgħu jirriżultaw mill-ikel jew l-għalf, għas-saħħa tal-bniedem jew l-annimali jew, b'rabta mal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, jew kwalunkwe riskju ta' dan it-tip li jirriżulta minn xejriet ġodda ta' produzzjoni jew konsum ta' ikel jew għalf, u li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv fin-nuqqas ta' regoli komuni ta' dan it-tip dwar il-frekwenza minima uniformi ta' dawn il-kontrolli uffiċjali, fejn ikun meħtieġ livell minimu ta' kontroll uffiċjali bħala reazzjoni għall-perikli u r-riskji speċifiċi li jeżistu b'rabta ma' kull kategorija ta' ikel u għalf u l-proċessi differenti li tgħaddi minnhom. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati relatati ma' każijiet ta' riskji serji għas-saħħa tal-bniedem jew l-annimali jew għall-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 145(3).

KAPITOLU III

Delega ta' ċerti kompiti tal-awtoritajiet kompetenti

Artikolu 28

Delega mill-awtoritajiet kompetenti ta' ċerti kompiti speċifiċi ta' kontroll uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lil wieħed jew aktar mill-korpi delegati jew persuni fiżiċi f'konformità mal-kondizzjonijiet previsti fl-Artikoli 29 u 30, rispettivament. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-korp delegat jew il-persuna fiżika, li lilhom ġew iddelegati dawn il-kompiti, ikollhom is-setgħat meħtieġa biex iwettqu effettivament dawn il-kompiti.

2.   Fejn awtorità kompetenti jew Stat Membru jiddeċiedu li jiddelegaw ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 1(2) lil korp delegat wieħed jew aktar, huma għandhom jattribwixxu numru ta' kodiċi lil kull korp delegat, u għandhom jaħtru awtoritajiet rilevanti responsabbli għall-approvazzjoni u s-superviżjoni tagħhom.

Artikolu 29

Kondizzjonijiet għad-delegar ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lill-korpi delegati

Id-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lil korp delegat imsemmi fl-Artikolu 28(1) għandha ssir bil-miktub u għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-delega tinkludi deskrizzjoni preċiża ta' dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali li jista' jwettaq il-korp delegat, u l-kondizzjonijiet li taħthom huwa jista' jwettaq dawk il-kompiti;

(b)

il-korp delegat:

(i)

għandu l-kompetenza, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali ddelegati lilu;

(ii)

għandu numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal li jkunu kkwalifikati u b'esperjenza kif xieraq;

(iii)

huwa imparzjali u ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta' interess u b'mod partikolari mhuwiex f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tiegħu fir-rigward tat-twettiq ta' dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali ddelegati lilu;

(iv)

jaħdem u huwa akkreditat f'konformità mal-istandards rilevanti għall-kompiti ddelegati inkwistjoni, inkluż l-istandard EN ISO/IEC 17020 “Rekwiżiti għall-operazzjoni ta' diversi tipi ta' korpi li jwettqu l-ispezzjoni”;

(v)

għandu setgħat biżżejjed biex iwettaq il-kompiti ta' kontrolli uffiċjali ddelegati lilu; u

(c)

ikun hemm arranġamenti implimentati li jiżguraw il-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw u l-korp delegat.

Artikolu 30

Kondizzjonijiet għad-delegar ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lil persuni fiżiċi

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lil persuna fiżika waħda jew iktar, fejn jippermettu hekk ir-regoli previsti fl-Artikoli 18 sa 27. Tali delega għandha ssir bil-miktub u għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-delega tinkludi deskrizzjoni preċiża ta'dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali li jistgħu jwettqu l-persuni fiżiċi u l-kondizzjonijiet li fihom il-persuni fiżiċi jistgħu jwettqu dawk il-kompiti;

(b)

il-persuni fiżiċi:

(i)

għandhom l-esperjenza, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettqu dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali ddelegati lilhom;

(ii)

huma adegwatament kwalifikati u għandhom esperjanza;

(iii)

jaġixxu b'mod imparzjali u ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta' interess fir-rigward tal-eżerċizzju ta' dawk il-kompiti ta' kontroll uffiċjali ddelegati lilhom; u

(c)

ikun hemm arranġamenti fis-seħħ li jiżguraw il-koordinazzjoni effiċjenti u effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw u l-persuni fiżiċi.

Artikolu 31

Kondizzjonijiet għad-delega ta' ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil korp delegat wieħed jew aktar, soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ma jipprojbixxux tali delega; u

(b)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29 jintlaħqu, bl-eċċezzjoni ta' dik stabbilita fil-punt (b)(iv).

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil persuna fiżika waħda jew aktar soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jippermettu tali delega; u

(b)

il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30, applikati mutatis mutandis, jiġu sodisfatti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiddelegaw lil korp delegat jew lil persuna fiżika d-deċiżjoni rigward il-miżuri previsti fil-punt (b) tal-Artikolu 138(1), u fl-Artikolu 138(2) u (3).

Artikolu 32

Obbligi tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi

Il-korpi delegati jew persuni fiżiċi li lilhom ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali jkunu ġew iddelegati f'konformità mal-Artikolu 28(1), jew ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra jkunu ġew iddelegati f'konformità mal-Artikolu 31, għandhom:

(a)

jikkomunikaw ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa minnhom lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw il-kompiti fuq bażi regolari u kull meta l-awtoritajiet kompetenti jitolbu dan;

(b)

jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw il-kompiti kull meta r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali jindikaw nuqqas ta' konformità jew jindikaw il-probabbiltà ta' nuqqas ta' konformità, sakemm arranġamenti speċifiċi bejn l-awtorità kompetenti u l-korp delegat jew il-persuna fiżika ma jipprevedux mod ieħor; u

(c)

jagħtu aċċess lill-awtoritajiet kompetenti għall-bini u l-faċilitajiet tagħhom u jikkooperaw u jipprovdu assistenza.

Artikolu 33

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw

L-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddelegaw ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali lil korpi delegati jew persuni fiżiċi skont l-Artikolu 28(1) jew ċerti kompiti marbutin ma' attivitajiet uffiċjali oħra lil korpi delegati jew persuni fiżiċi skont l-Artikolu 31 għandhom:

(a)

jorganizzaw awditjar jew spezzjonijiet ta' tali korpi jew persuni, kif meħtieġ u filwaqt li jevitaw id-duplikazzjoni, filwaqt li jqisu kwalunkwe akkreditazzjoni msemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 29;

(b)

jirtiraw id-delega minnufih, kompletament jew parzjalment, fejn:

(i)

ikun hemm evidenza li tali korp delegat jew persuna fiżika qed tonqos milli twettaq kif suppost il-kompiti ddelegati lilha;

(ii)

il-korp delegat jew il-persuna fiżika jonqsu milli jieħdu azzjoni xierqa u f'waqtha biex jirremedjaw għan-nuqqasijiet identifikati; jew

(iii)

ikun intwera li tkun ġiet kompromessa l-indipendenza jew l-imparzjalità tal-korp delegat jew tal-persuna fiżika.

Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet kompetenti li jirtiraw id-delega għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija f'dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

Teħid ta' kampjuni, analiżijiet, testijiet u dijanjosijiet

Artikolu 34

Metodi użati għat-teħid ta' kampjuni, analiżijiet, testijiet u dijanjosijiet

1.   Il-metodi użati għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi tal-laboratorju matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-metodi jew il-kriterji ta' prestazzjoni għal dawk il-metodi.

2.   Fin-nuqqas tar-regoli tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1, u fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, il-laboratorji uffiċjali għandhom jużaw wieħed minn dawn il- metodi li ġejjin skont l-idoneità għall-ħtiġijiet ta' ttestjar, ħtiġijiet analitiċi u dijanjostiċi:

(a)

metodi disponibbli konformi ma' regoli jew protokolli rilevanti rikonoxxuti internazzjonalment, inklużi dawk li jkun aċċetta l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN); jew

metodi rilevanti żviluppati jew rakkomandati mil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u vvalidati skont il-protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment;

(b)

fin-nuqqas tar-regoli jew il-protokolli adatti, kif imsemmija fil-punt (a), metodi li jikkonformaw mar-regoli rilevanti stabbiliti fuq livell nazzjonali, jew jekk dawn ir-regoli ma jkunux jeżistu, metodi rilevanti żviluppati jew rakkomandati mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali u vvalidati f'konformità mal-protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment; jew

metodi rilevanti żviluppati u vvalidati bi studji ta' validazzjoni ta' metodi inter jew intralaboratorji skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment.

3.   Fejn l-analiżijiet, it-testijiet jew id-dijanjosijiet tal-laboratorju jkunu meħtieġa b'urġenża u ma jeżisti l-ebda metodu minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-laboratorju ta' referenza nazzjonali rilevanti, jew, jekk ma jeżisti l-ebda laboratorju ta' referenza nazzjonali, kwalunkwe laboratorju ieħor magħżul skont l-Artikolu 37(1), jista' juża metodi differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu sakemm ma ssirx il-validazzjoni ta' metodu xieraq skont protokolli xjentifiċi aċċettati internazzjonalment.

4.   Kull fejn possibbli, il-metodi mħaddma għall-analiżi tal-laboratorju għandhom ikunu karatterizzati bil-kriterji rilevanti stipulati fl-Anness III.

5.   Il-kampjuni għandhom jittieħdu, jiġu ttrattati u ttikkettati b'mod li jiżguraw l-validità legali, xjentifika u teknika tagħhom.

6.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli dwar:

(a)

il-metodi li għandhom jintużaw għat-teħid ta' kampjuni u għall-analiżijiet, l-ittestjar u d-dijanjosijiet tal-laboratorju;

(b)

il-kriterji ta' pretazzjoni, parametri ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi, inċertezza tal-kejl, u proċeduri għall-validazzjoni ta' dawk il-metodi;

(c)

l-interpretazzjoni tar-riżultati tal-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 35

It-tieni opinjoni esperta

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi, li l-annimali jew il-prodotti tagħhom huma soġġetti għat-teħid ta' kampjuni, analiżi, ittestjar jew dijanjosi fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali, ikollhom id-dritt għat-tieni opinjoni esperta, bi spejjeż tal-operatur stess.

Id-dritt għat-tieni opinjoni esperta għandu jagħti dritt lill-operatur jitlob rieżami dokumentarju tat-teħid ta' kampjuni, l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi minn espert ieħor li jkun rikonoxxut u li jkollu kwalifiki adegwati.

2.   Fejn rilevanti, xieraq u vijabbli teknikament, filwaqt li jitqiesu partikolarment il-prevalenza u l-firxa tal-periklu fl-annimali jew prodotti, id-deterjorabbiltà tal-kampjuni jew tal-prodotti, u l-ammont ta' substrati disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

meta jittieħed il-kampjun, u jekk dan jintalab mill-operatur, jiżguraw li tittieħed kwantità suffiċjenti biex ikun jista' jkun hemm it-tieni opinjoni esperta u għar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 3, jekk din tkun neċessarja; jew

(b)

fejn ma jkunx possibbli li tittieħed kwantità suffiċjenti kif imsemmi fil-punt (a) , jinformaw lill-operatur b'dan.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta tiġi vvalutata l-preżenza ta' pesti tal-kwarantina fil-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għall-fini tal-verifika tal-konformità mar-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2).

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, fejn ikun hemm disputa bejn l-awtoritajiet kompetenti u operaturi li tkun ibbażata fuq it-tieni opinjoni esperta msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jitolbu, bi spejjeż tagħhom, ir-reviżjoni tad-dokumenti tal-ewwel analiżi, test jew dijanjosi u, fejn xieraq, analiżi, ittestjar jew dijanjosi oħra minn laboratorju uffiċjali ieħor.

4.   L-applikazzjoni mill-operatur, għat-tieni opinjoni esperta taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu azzjoni pronta biex jeliminaw jew irażżnu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, jew għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, skont dan ir-Regolament u skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 36

Teħid ta' kampjuni ta' annimali u prodotti offruti għall-bejgħ permezz ta' komunikazzjoni minn distanza

1.   Fil-każ ta' annimali u prodotti offruti għall-bejgħ permezz ta' komunikazzjoni minn distanza, jistgħu jintużaw kampjuni ordnati mingħand l-operaturi mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr ma jidentifikaw ruħhom għall-finijiet ta' kontroll uffiċjali.

2.   Ladarba l-kampjuni jkunu fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti, dawn għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi li mingħandhom ġew ordnati dawk il-kampjuni skont il-paragrafu 1:

(a)

jiġu infurmati li tali kampjuni ttieħdu fil-kuntest ta' kontroll uffiċjali, u, fejn xieraq, jiġu analizzati jew ittestjati għall-finijiet ta' tali kontroll uffiċjali; u

(b)

fejn il-kampjuni msemmija f'dak il-paragrafu jiġu analizzati jew ittestjati, ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt għat-tieni opinjoni esperta, kif previst fl-Artikolu 35(1).

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għall-korpi delegati u persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati ċerti kompiti ta' kontrolli uffiċjali.

Artikolu 37

Għażla tal-laboratorji uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħżlu laboratorji uffiċjali biex iwettqu l-analiżijiet, it-testijiet u d-dijanjosijiet ta' kampjuni meħudin matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu joperaw l-awtoritajiet kompetenti, jew fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz li huwa Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu bħala laboratorju uffiċjali laboratorju li jinsab fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz li huwa Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu fis-seħħ arranġamenti adegwati li taħthom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu l-awditjar u l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 39(1), jew jiddelegaw it-twettiq ta' tali awditjar u spezzjonijet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew pajjiż terz li huwa Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea fejn jinsab il-laboratorju; u

(b)

dak il-laboratorju jkun diġà ntgħażel bħala laboratorju uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jinsab fit-territorju tiegħu.

3.   L-għażla ta' laboratorju uffiċjali għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi deskrizzjoni ddettaljata ta':

(a)

il-kompiti li l-laboratorju jwettaq bħala laboratorju uffiċjali;

(b)

il-kondizzjonijiet li fihom huwa jwettaq il-kompiti msemmija fil-punt (a); u

(c)

l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effettiva, kif ukoll il-kollaborazzjoni bejn il-laboratorju u l-awtoritajiet kompetenti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru biss bħala laboratorju uffiċjali laboratorju li:

(a)

ikollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet fuq kampjuni;

(b)

ikollu għadd suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat, imħarreġ u b'esperjenza kif xieraq;

(c)

jiżgura li l-kompiti kkonferiti lilu kif stabbilit fil-paragrafu 1 jitwettqu b'mod imparzjali u li jkun ħieles minn kwalunkwe kunflitt ta' interess fir-rigward tal-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu bħala laboratorju uffiċjali;

(d)

ikun jista' jwassal mingħajr dewmien ir-riżultati tal-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi mwettqa fuq il-kampjuni meħudin matul il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra; u

(e)

jopera skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 u jkun akkreditat skont dak l-istandard minn korp ta' akkreditament nazzjonali li jopera skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

5.   L-ambitu tal-akkreditament ta' laboratorju uffiċjali kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 4:

(a)

għandu jinkludi dawk il-metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi tal-laboratorju li jeħtieġ li jintużaw mil-laboratorju għall-analiżi, ittestjar jew dijanjosi meta jopera bħala laboratorju uffiċjali;

(b)

jista' jinkludi metodu wieħed jew aktar ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju jew gruppi ta' metodi;

(c)

jista' jiġi ddefinit b'mod flessibbli, b'mod li jippermetti l-ambitu tal-akkreditament jinkludi verżjonijiet modifikati tal-metodi użati mil-laboratorju uffiċjali fejn l-akkreditament ikun ingħata, jew metodi ġodda minbarra dawk il-metodi, abbażi tal-validazzjonijiet proprji tal-laboratorju, mingħajr valutazzjoni speċifika tal-korp ta' akkreditament nazzjonali qabel l-użu ta' dawk il-metodi mmodifikati jew ġodda.

6.   Fejn l-ebda laboratorju uffiċjali magħżul fl-Unjoni jew f'pajjiż terz li huwa Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea skont il-paragrafu 1 ma jkollu l-ispeċjalizzazzjoni, it-tagħmir, l-infrastruttura u l-persunal meħtieġ għat-twettiq ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju ġodda jew partikolarment mhux komuni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lil laboratorju jew ċentru tad-dijanjosi li ma jikkonformax ma' rekwiżit wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, li jwettaq dawk l-analiżi, ittestjar jew dijanjosi.

Artikolu 38

Obbligi tal-laboratorji uffiċjali

1.   Fejn ir-riżultati ta' analiżi, test jew dijanjosi li jsiru fuq kampjuni li jittieħdu matul il-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra jindikaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, jew jindikaw il-probabbiltà ta' nonkonformità, il-laboratorji uffiċjali għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li għażluhom għal dik l-analiżi, test jew dijanjosi u, fejn rilevanti, il-korpi delegati jew persuni fiżiċi li lilhom ġew iddelegati l-kompiti. Madankollu, l-arranġamenti speċifiċi bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti u l-laboratorji uffiċjali jistgħu jispeċifikaw li din l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa li tingħata minnufih.

2.   Fuq talba tal-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea jew tal-laboratorju ta' referenza nazzjonali, il-laboratorji uffiċjali għandhom jieħdu sehem f'ittestjar komparattiv jew testijiet tal-profiċjenza interlaboratorji li jkunu organizzati għall-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi li jwettqu bħala laboratorji uffiċjali.

3.   Il-laboratorji uffiċjali għandhom, fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-ismijiet tal-metodi użati għall-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi mwettqa fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

4.   Il-laboratorji uffiċjali għandhom jindikaw, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, flimkien mar-riżultati, il-metodi użati għal kull analiżi, ittestjar jew dijanjosi, imwettqa fil-kuntest ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

Artikolu 39

Awditjar tal-laboratorji uffiċjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jorganizzaw l-awditjar tal-laboratorji uffiċjali li jkunu għażlu skont l-Artikolu 37(1) fuq bażi regolari u kull meta jqisu li jkun meħtieġ awditjar, sakemm ma jsibux li tali awditjar ikun obsolet meta jittieħed kont tal-valutazzjoni ta' akkreditazzjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 37(4).

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw minnufih l-għażla ta' laboratorju uffiċjali, bis-sħiħ jew għal ċerti kompiti, fejn dan jonqos mill jieħu azzjoni xierqa u f'waqtha ta' rimedju wara riżultati ta' awditjar imsemmi fil-paragrafu 1 li jikxef xi fatt minn dawn li ġejjin:

(a)

li m'għadux jikkonforma mal-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 37(4) u (5);

(b)

li ma jikkonformax mal-obbligi previsti fl-Artikolu 38;

(c)

li l-prestazzjoni tiegħu mhix tajba biżżejjed fl-ittestjar komparattiv interlaboratorju msemmi fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 40

Derogi mill-kondizzjoni għall-akkreditament obbligatorju għal ċerti laboratorji uffiċjali

1.   B'deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 37(4), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru dawn li ġejjin bħala laboratorji uffiċjali, irrispettivament jekk jilħqux jew le l-kondizzjoni prevista f'dak il-punt:

(a)

laboratorji:

(i)

li l-unika attività tagħhom huwa s-sejbien tat-Trichinella fil-laħam;

(ii)

li jużaw biss, għas-sejbien tat-Trichinella, il-metodi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 (58);

(iii)

li jwettqu s-sejbien tat-Trichinella bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' laboratorju uffiċjali magħżul skont l-Artikolu 37(1), u akkreditat skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 għall-użu tal-metodi msemmija fil-punt (ii) ta' dan il-punt; u

(iv)

li jipparteċipaw b'mod regolari u għandhom prestazzjoni sodisfaċenti f'testijiet tal-profiċjenza jew testijiet komparattivi interlaboratorji organizzati mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali għall-metodi li jużaw għas-sejbien tat-Trichinella;

(b)

laboratorji li jwettqu biss analiżijiet, testijiet jew dijanjosijiet fil-kuntest ta' attivitajiet uffiċjali oħra, bil-kondizzjoni li:

(i)

jużaw biss il-metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi tal-laboratorju msemmija fl-Artikolu 34(1) u fil-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 34(2);

(ii)

iwettqu l-analiżijiet, it-testijiet jew id-dijanjosijiet taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali relattivament għall-metodi li jużaw;

(iii)

jieħdu sehem b'mod regolari u għandhom prestazzjoni sodisfaċenti fl-ittestjar komparattiv jew it-testijiet tal-profiċjenza interlaboratorji organizzati mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali relattivament għall-metodi li jużaw; u,

(iv)

ikollhom fis-seħħ sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità li tiżgura riżultati sodi u affidabbli mill-metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi tal-laboratorju li jintużaw.

2.   Fejn il-metodi li jintużaw mil-laboratorji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jirrikjedu konferma tar-riżultat tal-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi tal-laboratorju, l-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi tal-laboratorju għall-konfermazzjoni għandhom isiru minn laboratorju uffiċjali konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 37(4).

3.   Il-laboratorji uffiċjali magħżulin skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu jinsabu fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-awtoritajiet kompetenti li jkunu għażluhom.

Artikolu 41

Setgħat ta' adozzjoni ta' derogi mill-kondizzjoni għall-akkreditament obbligatorju tal-metodi kollha ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi tal-laboratorju li jintużaw mil-laboratorji uffiċjali

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru bħala laboratorji uffiċjali skont l-Artikolu 37(1) laboratorji li ma jilħqux il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 37(4)(e) b'rabta mal-metodi kollha li jużaw, għal kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra, bil-kondizzjoni li tali laboratorji jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li joperaw u huma akkreditati skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 għall-użu ta' metodu wieħed jew aktar li huwa simili għal, u rappreżentattiv tal-metodi l-oħra li jużaw; u

(b)

li jagħmlu użu regolari u sinifikanti tal-metodi li għalihom ikunu kisbu l-akkreditament imsemmi fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu; ħlief, fir-rigward tal-qasam regolat mir-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2), fejn ma jkunx jeżisti metodu vvalidat għas-sejbien tal-pesti partikolari tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 34(1) u (2).

Artikolu 42

Derogi temporanji mill-kondizzjonijiet tal-akkreditament obbligatorju għal-laboratorji uffiċjali

1.   B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 37(5), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu, b'mod temporanju, laboratorju uffiċjali eżistenti bħala laboratorju uffiċjali skont l-Artikolu 37(1) għall-użu ta' metodu ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju li għalih ma jkunx kiseb l-akkreditament imsemmi fl-Artikolu 37(4)(e):

(a)

fejn l-użu ta' dak il-metodu jkun meħtieġ mill-ġdid mir-regoli tal-Unjoni;

(b)

fejn bidliet f'metodu li jkun qed jintuża jirrikjedu akkreditament ġdid jew l-estensjoni tal-ambitu tal-akkreditament miksub mil-laboratorju uffiċjali;

(c)

f'każijiet fejn il-bżonn tal-użu tal-metodu jirriżulta minn sitwazzjoni ta' emerġenza, jew minn riskju emerġenti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll.

2.   Il-ħatra temporanja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-laboratorju uffiċjali huwa diġà akkreditat skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 għall-użu ta' metodu simili għal dak mhux inkluż fl-ambitu tal-akkreditament tiegħu;

(b)

tinsab implimentata sistema ta' assigurazzjoni tal-kwalità fil-laboratorju uffiċjali biex tiżgura riżultati sodi u affidabbli bl-użu ta' metodu mhux inkluż fl-ambitu tal-akkreditament eżistenti;

(c)

l-analiżijiet, l-ittestjar jew id-dijanjosijiet isiru taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali għal dak il-metodu.

3.   L-għażla temporanja prevista fil-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż perijodu ta' sena. Hija tista' tiġġedded darba għal sena oħra.

4.   Il-laboratorji uffiċjali magħżulin skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu jinsabu fl-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jinsabu l-awtoritajiet kompetenti li jkunu għażluhom.

KAPITOLU V

Kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

Artikolu 43

Il-kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

Il-kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni għandhom jiġu organizzati fuq bażi tar-riskju. Fir-rigward ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikoli 47 u 48, tali kontrolli uffiċjali għandhom isiru f'konformità mal-Artikoli 47 sa 64.

Taqsima I

Annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll mal-fruntiera taħt it-Taqsima II

Artikolu 44

Kampjuni meħuda fuq annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll mal-fruntiera taħt it-Taqsima II

1.   Biex jaċċertaw il-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali b'mod regolari, fuq bażi tar-riskju u bi frekwenza xierqa, fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni u li għalihom l-Artikoli 47 u 48 ma japplikawx.

2.   Fuq annimali u oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 il-frekwenza xierqa tal-kontrolli uffiċjali għandha tiġi ddeterminata, filwaqt li jitqiesu:

(a)

ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll, marbutin ma' tipi differenti ta' annimali u oġġetti;

(b)

kwalunkwe informazzjoni li tindika l-possibbiltà li l-konsumaturi jitqarrqu, b'mod partikolari dwar in-natura, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, iż-żmien kemm iservu, il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta' fabbrikazzjoni jew produzzjoni tal-oġġetti;

(c)

ir-rekord ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) applikabbli għall-annimali u l-oġġetti kkonċernati:

(i)

tal-pajjiż terz u l-istabbiliment tal-oriġini jew il-post tal-produzzjoni kif xieraq;

(ii)

tal-esportatur;

(iii)

tal-operatur responsabbli għall-kunsinna;

(d)

il-kontrolli li jkunu diġà saru fuq l-annimali u l-oġġetti kkonċernati; u

(e)

il-garanziji li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini jkunu taw fir-rigward tal-konformità tal-annimali u l-oġġetti mar-rekwiżiti stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti bħala tal-anqas ekwivalenti għalihom.

3.   Il-kontrolli uffiċjali previsti fil-paragrafu 1 għandhom isiru f'post xieraq fit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż:

(a)

il-punt tad-dħul fl-Unjoni;

(b)

post ta' kontroll fuq il-fruntiera;

(c)

il-punt ta' rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni;

(d)

l-imħażen u l-proprjetà tal-operatur responsabbli għall-kunsinna;

(e)

il-post tad-destinazzjoni.

4.   Minkejja l-paragrafi 1 u 3, l-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u f'punti oħra ta' dħul fl-Unjoni għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq dawn li ġejjin, kull meta jkollhom raġuni biex jemmnu li d-dħul tagħhom fl-Unjoni jista' jġib miegħu riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll:

(a)

il-mezz ta' trasport, inkluż meta jkun battal; u

(b)

imballaġġ, inklużi pallets.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu wkoll kontrolli uffiċjali ta' oġġetti li jinsabu għaddejjin f'waħda mill-proċeduri doganali ddefiniti fil-punti (16)(a), (b) u (c) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u f'ħażna temporanja ddefinita fil-punt (17) tal-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 45

Tipi ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera taħt it-Taqsima II

1.   Fejn kontrolli uffiċjali jitwettqu skont l-Artikolu 44(1), dawn għandhom:

(a)

jinkludu dejjem verifika tad-dokumenti; u

(b)

jinkludu verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi, skont ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) f'kondizzjonijiet xierqa li jippermettu li l-investigazzjonijiet isiru kif suppost.

3.   Fejn il-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità jew il-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu juru li l-annimali u l-oġġetti mhumiex konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 66(1), (3) u (5), l-Artikoli 67, 68, u 69, l-Artikolu 71(1) u (2), l-Artikolu 72(1) u (2), għandhom japplikaw l-Artikoli 137 u 138.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operaturi jinnotifikaw il-wasla ta' ċerti oġġetti li jidħlu fl-Unjoni.

Artikolu 46

Kampjuni meħuda fuq annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll mal-fruntiera taħt it-Taqsima II

1.   Fejn jittieħdu kampjuni fuq annimali u oġġetti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 34 sa 42:

(a)

jinfurmaw lill-operaturi kkonċernati u, fejn xieraq, l-awtoritajiet doganali; u

(b)

jiddeċiedu jekk ikunx meħtieġ li l-annimali jew l-oġġetti jinżammu sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi, l-ittestjar jew id-dijanjosi mwettqa, jew jekk jistgħux jiġu rilaxxati dment li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-annimali jew l-oġġetti.

2.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi l-proċeduri meħtieġa biex jiżguraw it-traċċabbiltà tal-annimali jew l-oġġetti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1; u

(b)

jidentifikaw id-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw l-annimali jew l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 fejn ikunu ttieħdu kampjuni mill-awtoritajiet kompetenti.

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Taqsima II

Kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera fuq annimali u oġġetti

Artikolu 47

Annimali u oġġetti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Biex jaċċertaw il-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali, fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, fuq kull kunsinna tal-kategoriji li ġejjin ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni:

(a)

annimali;

(b)

prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali u prodotti sekondarji mill-annimali;

(c)

pjanti, prodotti mill-pjanti, u oġġetti oħra kif imsemmi fil-listi stabbiliti skont l-Artikoli 72(1) u 73(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(d)

oġġetti minn ċerti pajjiżi terzi li għalihom il-Kummissjoni tkun iddeċidiet, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni pprovduti fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu, li miżura li tirrikjedi żieda temporanja fil-kontrolli uffiċjali fid-dħul tagħhom fl-Unjoni hija meħtieġa minħabba riskju magħruf jew emerġenti jew minħabba evidenza li jista' jkun hemm nonkonformità serja u mifruxa mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(e)

annimali u oġġetti soġġett għal miżura ta' emerġenza pprovduta f'atti adottati f'konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 2016/429, jew l-Artikoli 28(1), 30(1), 40(3), 41(3), 49(1), 53(3) u 54(3) tar-Regolament (UE) 2016/2031, li jirrikjedu li l-kunsinni ta' dawk l-annimali jew l-oġġetti, identifikati permezz tal-kodiċijiet tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda, ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni;

(f)

annimali u oġġetti li, fir-rigward tad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ikunu ġew stabbiliti kondizzjonijiet jew miżuri, permezz ta' atti adottati f'konformità mal-Artikoli 126 jew 128 rispettivament, jew skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), li jirrikjedu li l-konformità ma' dawk il-kondizzjonijiet jew il-miżuri tiġi aċċertata mad-dħul fl-Unjoni tal-annimali jew oġġetti.

2.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi listi li jiddettaljaw l-annimali u l-oġġetti kollha msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, filwaqt li jindikaw il-kodiċi tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda; u

(b)

tistabbilixxi l-lista tal-oġġetti li jappartjenu għall-kategorija msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, li tindika l-kodiċijiet tagħhom min-Nomenklatura Magħquda, u taġġornaha kif meħtieġ, fir-rigward tar-riskji msemmija f'dak il-punt.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' emendi tal-kategoriji ta' kunsinni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, biex tinkludi prodotti komposti, ħuxlief u tiben u prodotti oħra limitati strettament għal prodotti li jippreżentaw riskju li għadu kif ġie identifikat jew wieħed li żdied b'mod sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll.

4.   Sakemm mhux previst mod ieħor mill-atti li jistabbilixxu l-miżuri jew il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1, dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 meta dawn ma jkunux ta' natura kummerċjali.

5.   L-operaturi responsabbli mill-kunsinna għandhom jiżguraw li l-annimali u l-oġġetti tal-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1 jiġu ppreżentati għal kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera msemmi hemmhekk.

Artikolu 48

Annimali u oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet fejn u l-kondizzjonijiet li fihom il-kategoriji li ġejjin ta' annimali u oġġetti huma eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 47, u meta tkun iġġustifikata tali eżenzjoni:

(a)

oġġetti mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali jew għan-negozju, jew bħala oġġetti għall-wiri f'fieri, li mhumiex intiżi biex jitqiegħdu fis-suq;

(b)

annimali u oġġetti intiżi għal finijiet xjentifiċi;

(c)

oġġetti abbord mezz ta' trasport li jopera b'mod internazzjonali li ma jinħattux u jkunu intiżi għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri;

(d)

oġġetti li jiffurmaw parti mill-bagalji personali ta' passiġġieri u jkunu intiżi għall-konsum jew l-użu personali;

(e)

kunsinni żgħar ta' oġġetti mibgħuta lil persuni fiżiċi li mhumiex intiżi biex jitqiegħdu fis-suq;

(f)

annimali domestiċi kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(g)

oġġetti li jkunu għaddew minn trattament speċifiku u li ma jaqbżux kwantitajiet li għandhom jiġu stabbiliti f'dawk l-atti delegati;

(h)

kategoriji ta' annimali u oġġetti li jkunu ta' riskju żgħir jew ta' ebda riskju speċifiku u li għalihom il-kontrolli fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jkunu għalhekk mhux meħtieġa.

Artikolu 49

Kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) mal-wasla tal-kunsinna fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera. Dawk il-kontrolli uffiċjali għandhom jinkludu verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi.

2.   Għandhom jitwettqu verifiki fiżiċi fejn dawk il-verifiki jikkonċernaw:

(a)

annimali, ħlief l-annimali akkwatiċi, jew il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel, minn veterinarju uffiċjali, li jista' jiġi assistit minn persunal imħarreġ f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti taħt il-paragrafu 5 fi kwistjonijiet veterinarji u maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak il-għan;

(b)

annimali akkwatiċi, prodotti li ġejjin mill-annimali ħlief dawk imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, prodotti ġerminali jew prodotti sekondarji mill-annimali, minn veterinarju uffiċjali jew minn persunal imħarreġ f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti taħt il-paragrafu 5 u maħtur mill-awtoritajiet kompetenti għal dak il-għan;

(c)

pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, minn uffiċjal uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għandhom iwettqu sistematikament kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta' annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati u fuq mezzi ta' trasport biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti li jagħtu prijorità lill-kontrolli uffiċjali fuq annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati u biex jitnaqqas id-dewmien fuq tali kontrolli.

4.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti prattiċi għall-preżentazzjoni tal-kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), l-unitajiet tat-trasport jew is-subentitajiet li jistgħu jikkonstitwixxu kunsinna individwali u l-għadd massimu ta' tali unitajiet tat-trasport jew subentitajiet f'kull kunsinna, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi żgurat it-trattament rapidu u effiċjenti tal-kunsinni kif ukoll il-kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, l-istandards internazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għat-taħriġ tal-persunal kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għat-twettiq tal-verifiki fiżiċi fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera.

Artikolu 50

Ċertifikati u dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinni u l-kunsinni maqsumin

1.   Iċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali oriġinali, jew l-ekwivalenti elettroniċi, li jinħtieġu mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) biex jakkumpanjaw il-kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) għandhom jiġu ppreżentati lil, u miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera għandhom joħorġu lill-operatur responsabbli għall-kunsinna kopja awtentikata fuq il-karta jew elettronika taċ-ċertifikati jew id-dokumenti uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1, jew, jekk il-kunsinna tkun maqsuma, kopji awtentikati b'mod individwali fuq il-karta jew elettroniċi ta' tali ċertifikati jew dokumenti.

3.   Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu sakemm ma jkunux twettqu l-kontrolli uffiċjali u ma jkunx ġie ffinalizzat id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) imsemmi fl-Artikolu 56 f'konformità mal-Artikolu 56(5) u l-Artikolu 57.

4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li taħthom iċ-CHED huwa meħtieġ jakkumpanja l-kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) sal-post ta' destinazzjoni.

Artikolu 51

Regoli speċifiċi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu:

(a)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, l-awtoritajiet kompetenti ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera jistgħu jawtorizzaw it-tkomplija tat-trasport ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) sal-post ta' destinazzjoni finali sakemm isiru disponibbli r-riżultati ta' verifiki fiżiċi, fejn tali verifiki jkunu meħtieġa;

(b)

l-iskadenzi u l-arranġamenti għat-twettiq ta' verifiki tad-dokumenti u, fejn meħtieġ, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kategoriji ta' annimali u oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali previsti fl-Artikolu 47(1) li jidħlu fl-Unjoni bi trasport bil-baħar jew bl-ajru minn pajjiż terz, meta dawk l-annimali jew oġġetti jiġu trasferiti minn bastiment jew inġenju tal-ajru u jiġu ttrasportati taħt superviżjoni doganali lejn bastiment jew inġenju tal-ajru ieħor fl-istess port jew ajruport bi tħejjija għat-tkomplija tal-vjaġġ (“kunsinni trasbordati”);

(c)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kunsinni trasbordati u fuq annimali li jaslu bl-ajru jew bil-baħar u li jibqgħu fuq l-istess mezz ta' trasport għat-tkomplija tal-vjaġġ jistgħu jitwettqu f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera differenti minn dak tal-ewwel wasla fl-Unjoni;

(d)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, it-transitu ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) jista' jiġi awtorizzat u ċerti kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera fuq tali kunsinni, inklużi l-każijiet u l-kondizzjonijiet għall-ħżin ta' oġġetti fi mħażen doganali jew ħielsa jew żoni ħielsa approvati b'mod speċjali;

(e)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li skonthom, id-derogi mir-regoli dwar verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi għandhom japplikaw fir-rigward ta' kunsinni trasbordati u t-transitu ta' kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1).

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet meta, u l-kondizzjonijiet li bihom, id-derogi mir-regoli dwar il-verifiki tad-dokumenti għandhom japplikaw fir-rigward ta' kunsinni trasbordati u t-transitu ta' kunsinni tal-oġġetti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1).

Artikolu 52

Dettalji tal-verifiki tad-dokumenti, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi

Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-Artikoli 49, 50 u 51, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula r-regoli dettaljati dwar l-operati li għandhom jitwettqu matul u wara l-verifiki tad-dokumenti, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija f'dawk l-Artikoli biex jiżguraw it-twettiq effiċjenti ta' dawk il-kontrolli uffiċjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 53

Kontrolli uffiċjali li ma jitwettqux fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli li jistabbilixxu l-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom:

(a)

jistgħu jitwettqu verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) mill-awtoritajiet kompetenti f'punti ta' kontroll differenti minn punti ta' kontroll fuq il-fruntiera, dment li dawk il-punti ta' kontroll jkunu konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 64(3) u fl-atti ta' implimentazzjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 64(4);

(b)

jistgħu jitwettqu verifiki fiżiċi fuq kunsinni li jkunu għaddew minn verifiki tad-dokumenti u verifiki tal-identità f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni f'punt ta' kontroll fuq il-fruntiera ieħor u fi Stat Membru differenti;

(c)

jistgħu jitwettqu verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi fuq kunsinni li jkunu għaddew minn verifiki dokumentattivi f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni f'punt ta' kontroll fuq il-fruntiera ieħor fi Stat Membru differenti;

(d)

jistgħu jitwettqu kompiti speċifiċi ta' kontroll mill-awtoritajiet kompetenti jew awtoritajiet pubbliċi oħra, sakemm dawk il-kompiti ma jkunux diġà jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' dawk l-awtoritajiet, dwar:

(i)

kunsinni msemmija fl-Artikolu 65(2);

(ii)

bagalji personali ta' passiġġieri;

(iii)

oġġetti ordnati permezz ta' bejgħ b'kuntratti minn distanza, inkluż bit-telefon jew permezz tal-internet.

(iv)

annimali tad-dar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (59);<

(e)

jistgħu jitwettqu minn distanza minn post ta' kontroll fuq il-fruntiera verifiki tad-dokumenti fuq kunsinni ta' pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1).

2.   Il-punt (b) tal-Artikolu 56(3), il-punt (a) tal-Artikolu 57(2), l-Artikolu 59(1), il-punti (a) u (d) tal-Artikolu 60(1) u l-Artikoli 62 u 63 għandhom japplikaw ukoll għall-punti ta' kontroll imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 54

Frekwenza tal-verifiki tad-dokumenti, tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi

1.   Il-kunsinni kollha tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) għandhom jiġu soġġetti għal verifiki tad-dokumenti.

2.   Il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi għandhom isiru fuq kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) bi frekwenza li tiddependi mir-riskju li jġib miegħu kull annimal, oġġett jew kategorija ta' annimali jew oġġetti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll.

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli għall-applikazzjoni uniformi tar-rata ta' frekwenza xierqa msemmija fil-paragrafu 2. Dawk ir-regoli għandhom jiżguraw li dawk il-frekwenzi jkunu ogħla minn frekwenza żero u għandhom jistabbilixxu:

(a)

il-kriterji u l-proċeduri li jiddeterminaw u jimmodifikaw ir-rati ta' frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 47(1) u li jaġġustawhom għal-livell ta' riskju assoċjat ma' dawk il-kategoriji, wara li jkunu kkunsidraw:

(i)

l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 125(1);

(ii)

l-eżitu ta' kontrolli mwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 120(1);

(iii)

ir-rekord tal-imgħoddi tal-operaturi fir-rigward tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(iv)

id-data u l-informazzjoni miġbura permezz tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC) imsemmija fl-Artikolu 131;

(v)

valutazzjonijiet xjentifiċi disponibbli; u

(vi)

kwalunkwe informazzjoni oħra fir-rigward tar-riskju assoċjat mal-kategoriji ta' annimali u oġġetti;

(b)

il-kondizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri jistgħu jżidu r-rati ta' frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi stabbiliti f'konformità mal-punt (a) sabiex jittieħed kont tal-fatturi ta' riskju lokali;

(c)

il-proċeduri li jiżguraw li r-rati ta' frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi stabbiliti f'konformità mal-punt (a) jiġu applikati b'mod uniformi u f'waqtu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli dwar:

(a)

il-frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi għall-kategoriji ta' oġġetti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 47(1); u

(b)

il-frekwenza tal-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi għall-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 47(1) dment li dan ma tkunx diġà previst mill-atti msemmija fihom.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 55

Deċiżjonijiet dwar il-kunsinni

1.   Għandha tittieħed deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar kull kunsinna tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) wara t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, inklużi verifiki dokumentattivi u, fejn meħtieġ, verifiki tal-identità u verifiki fiżiċi, filwaqt li tindika jekk il-kunsinna hix konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u, fejn rilevanti, il-proċedura doganali applikabbli.

2.   Id-deċiżjonijiet dwar il-kunsinni għandhom jittieħdu minn:

(a)

veterinarju uffiċjali fejn jikkonċernaw annimali, prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti ġerminali jew prodotti sekondarji mill-annimali; jew

(b)

uffiċjal uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti fejn ikunu jikkonċernaw pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra.

3.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li deċiżjoni dwar il-kunsinni ta' prodotti tas-sajd, molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi ħajjin, tunikati ħajjin u gastropodi marini ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, tittieħed minn persunal imħarreġ b'mod adegwat li kien speċifikament maħtur mill-awtoritajiet kompetenti għal dak il-għan.

Artikolu 56

L-użu tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) mill-operatur u mill-awtoritajiet kompetenti

1.   Għal kull kunsinna tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) l-operatur responsabbli għall-kunsinna għandu jimla l-parti rilevanti taċ-CHED, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni immedjata u sħiħa tal-kunsinna u tad-destinazzjoni tagħha.

2.   Ir-referenzi f'dan ir-Regolament għaċ-CHED jinkludu referenza għall-ekwivalenti elettroniku tiegħu.

3.   Iċ-CHED għandu jintuża minn:

(a)

l-operaturi responsabbli għall-kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) sabiex jagħtu notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla ta' dawk il-kunsinni; u

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera, sabiex:

(i)

jirreġistraw l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali mwettqa u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi ta' dan, inkluża d-deċiżjoni ta' ċaħda ta' kunsinna;

(ii)

jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) permezz tal-IMSOC.

4.   L-operaturi responsabbli għall-kunsinna għandhom jagħtu notifika minn qabel f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 billi jlestu u jissottomettu l-parti rilevanti taċ-CHED fl-IMSOC għat-trasmissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera qabel il-wasla fiżika tal-kunsinna fl-Unjoni.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera għandhom jiffinalizzaw iċ-CHED malli:

(a)

ikunu twettqu l-kontrolli uffiċjali kollha meħtieġa mill-Artikolu 49(1);

(b)

ikunu disponibbli r-riżultati tal-verifiki fiżiċi, fejn tali verifiki jkunu meħtieġa; u

(c)

tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-kunsinna f'konformità mal-Artikolu 55 u din tkun ġiet irreġistrata fiċ-CHED.

Artikolu 57

L-użu taċ-CHED mill-awtoritajiet kompetenti

1.   It-tqegħid u t-trattament ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) taħt proċedura doganali, inkluż id-dħul jew it-trattament f'imħażen doganali jew żoni ħielsa, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni taċ-CHED mill-operatur responsabbli għall-kunsinna lill-awtoritajiet doganali, mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 u r-regoli msemmija fl-Artikoli 53 u 54. F'dan l-istadju, iċ-CHED għandu jkun finalizzat kif dovut fl-IMSOC mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera.

2.   L-awtoritajiet doganali:

(a)

ma għandhomx jippermettu t-tqegħid tal-kunsinna taħt proċedura doganali differenti minn dik indikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera; u

(b)

mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 u r-regoli msemmija fl-Artikoli 53 u 54, għandhom jippermettu biss ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta' kunsinna mal-preżentazzjoni ta' CHED iffinalizzat kif dovut li jikkonferma li l-kunsinna hija konformi mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Fejn issir dikjarazzjoni doganali għal kunsinna tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) u ċ-CHED ma jiġix ippreżentat, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-kunsinna u jinnotifikaw b'mod immedjat lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 66(6).

Artikolu 58

Format, rekwiżiti ta' żmien u regoli speċifiċi għall-użu taċ-CHED

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli dwar:

(a)

il-format taċ-CHED u l-istruzzjonijiet għall-preżentazzjoni u l-użu tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali rilevanti; u

(b)

ir-rekwiżiti ta' żmien minimu għan-notifika minn qabel ta' kunsinni mill-operaturi responsabbli mill-kunsinna kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 56(3) sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jwettqu kontrolli uffiċjali b'mod effettiv u f'waqtu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 59

Għażla ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għall-fini tat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq kategorija waħda jew aktar ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1).

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel ma jagħżlu post ta' kontroll fuq il-fruntiera. Dik in-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-Kummissjoni tivverifika li l-post ta' kontroll fuq il-fruntiera jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 64.

3.   Fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru:

(a)

jekk l-għażla tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera propost tiddependix mill-eżitu favorevoli ta' kontroll imwettaq minn esperti tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 116 sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Artikolu 64; u

(b)

tad-data ta' tali kontroll, li ma għandhiex tkun aktar tard minn sitt xhur min-notifika.

4.   F'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun infurmat lil Stat Membru, f'konformità mal-paragrafu 3, li ma jinħtieġx kontroll, l-Istat Membru jista' jipproċedi bl-għażla.

5.   L-Istat Membru għandu jdewwem l-għażla tal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera sa meta l-eżitu favorevoli tal-kontroll ikun ġie kkomunikat lilu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati tal-kontroll tagħha kif msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data ta' dak il-kontroll.

Artikolu 60

Elenkar tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Kull Stat Membru għandu jagħmel disponibbli fl-Internet listi aġġornati tal-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera fit-territorju tiegħu, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni li ġejja għal kull post ta' kontroll fuq il-fruntiera:

(a)

id-dettalji ta' kuntatt tiegħu;

(b)

il-ħinijiet ta' ftuħ tiegħu;

(c)

il-pożizzjoni eżatta tiegħu u jekk huwiex port, ajruport, jew punt ta' dħul ferrovjarju jew bit-triq; u

(d)

il-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-għażla tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format, il-kategoriji, it-taqsiriet għal ħatriet u informazzjoni oħra li għandhom jintużaw mill-Istati Membri fil-listi ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 61

Irtirar ta' approvazzjonijiet, u għażla mill-ġdid, tal-entitajiet eżistenti ta' kontroll fuq il-fruntieri

1.   Għandhom jiġi rtirati l-approvazzjoni tal-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/78/KE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/496/KEE, l-għażla ta' punti ta' dħul skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 u l-Artikolu 13c(4) tad-Direttiva 2000/29/KE u l-għażla tal-ewwel punti ta' introduzzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 (60).

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu mill-ġdid postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera, punti magħżulin ta' dħul, punti ta' dħul u l-ewwel punti ta' introduzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 59(1) dment li dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikolu 64.

3.   L-Artikolu 59(2), (3) u (5) ma għandux japplika għall-għażla mill-ġdid imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 62

Irtirar tal-għażla ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Fejn postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 64, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jirtiraw l-għażla prevista fl-Artikolu 59(1) għall-kategoriji kollha, jew għal ċerti kategoriji, ta' annimali u oġġetti li għalihom saret l-għażla; u

(b)

ineħħu dawk il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera mil-listi msemmija fl-Artikolu 60(1), għall-kategoriji ta' annimali u oġġetti li għalihom tiġi rtirata l-għażla.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-irtirar tal-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera kif previst fil-paragrafu 1 u bir-raġunijiet għal tali rtirar.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' każijiet fejn, u l-proċeduri li permezz tagħhom, postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li l-għażla tagħhom tkun biss ġiet irtirata parzjalment f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jintagħżlu mill-ġdid b'deroga mill-Artikolu 59.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu fuq l-irtirar ta' għażla ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija f'dan ir-Regolament.

Artikolu 63

Sospensjoni tal-għażla ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Stat Membru għandu jissospendi l-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera, u jordna li l-attivitajiet tiegħu jitwaqqfu, għal kull kategorija jew għal ċerti kategoriji ta' annimali u prodotti li għalihom tkun saret l-għażla, f'każijiet fejn tali attivitajiet jistgħu jirriżultaw f'riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-GMOs u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent. F'każ ta' riskju serju, is-sospensjoni għandha tkun effettiva immedjatament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe sospensjoni tal-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera u bir-raġunijiet għal tali sospensjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jindikaw is-sospensjoni tal-għażla ta' post ta' kontroll fuq il-fruntiera fil-listi msemmija fl-Artikolu 60(1).

4.   L-Istati Membri għandhom ineħħu s-sospensjoni prevista fil-paragrafu 1 malli:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li r-riskju msemmija fil-paragrafu 1 ma għandux jeżisti; u

(b)

ikunu kkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni li abbażi tagħha titneħħa s-sospensjoni.

5.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu fuq is-sospensjoni ta' għażla ta' postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għal raġunijiet oħra għajr dawk imsemmija f'dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Rekwiżiti minimi għal postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera

1.   Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għandhom jinsabu fil-viċinanza immedjata tal-punt ta' dħul fl-Unjoni u f'post li jiġi magħżul mill-awtoritajiet doganali f'konformità mal-Artikolu 135(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew f'żona ħielsa.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, post ta' kontroll fuq il-fruntiera jista' jkun jinsab f'distanza li ma tkunx fil-viċinanza immedjata tal-punt ta' dħul fl-Unjoni f'każijiet ta' limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi.

3.   Il-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera għandu jkollhom:

(a)

għadd suffiċjenti ta' persunal ikkwalifikat kif xieraq;

(b)

proprjetajiet jew faċilitajiet xierqa għan-natura u l-volum tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti ttrattati;

(c)

tagħmir u proprjetajiet jew faċilitajiet li jippermettu t-twettiq ta' kontrolli uffiċjali għal kull kategorija ta' annimali u oġġetti li għaliha jkun inħatar il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera;

(d)

arranġamenti implimentati biex jiżguraw, kif xieraq, aċċess għal kwalunkwe tagħmir, proprjetà u servizz ieħor meħtieġ biex japplikaw il-miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 65, 66 u 67 f'każijiet ta' suspett ta' nonkonformità, kunsinni nonkonformi jew kunsinni li huma ta' riskju;

(e)

arranġamenti ta' kontinġenza biex jiżguraw l-operat bla xkiel ta' kontrolli uffiċjali u l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri meħuda f'konformità mal-Artikoli 65, 66 u 67 f'każijiet ta' kondizzjonijiet jew avvenimenti mhux previsti jew mhux mistennija;

(f)

it-teknoloġija u t-tagħmir meħtieġa għall-operat effiċjenti tal-IMSOC u, kif xieraq, għal sistemi kompjuterizzati oħra ta' ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għat-trattament u l-iskambju ta' data u informazzjoni;

(g)

aċċess għas-servizzi ta' laboratorji uffiċjali bil-kapaċità li jipprovdu riżultati analitiċi, ta' ttestjar u dijanjostiċi bi skadenzi xierqa u mgħammra bl-għodda tat-teknoloġija tal-informatika meħtieġa biex jiżguraw l-introduzzjoni tar-riżultati tal-analiżijiet, it-testijiet jew id-dijanjosijiet imwettqa fl-IMSOC kif xieraq;

(h)

arranġamenti xierqa għat-trattament kif suppost ta' kategoriji differenti ta' annimali u oġġetti u għall-prevenzjoni ta' riskji li jistgħu jirriżultaw mill-kontaminazzjoni inkroċjata; u

(i)

arranġamenti għall-konformità ma' standards rilevanti tal-bijosigurtà sabiex jipprevjenu t-tifrix ta' mard fl-Unjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar ir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu sabiex jittieħed kont ta' karatteristiċi u ħtiġijiet loġistiċi speċifiċi marbutin mat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali u mal-applikazzjoni tal-miżuri meħuda f'konformità mal-Artikolu 66(3) u (6) u l-Artikolu 67 fir-rigward tal-kategoriji differenti ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-każijiet u l-kondizzjonijiet li taħthom postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera magħżula għall-importazzjoni ta' zkuk mhux ipproċessati u injam isserrat u mqatta' jistgħu jiġu eżentati minn waħda jew aktar mill-obbligi msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu biex jitqiesu l-ħtiġijiet ta' awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli uffiċjali li joperaw taħt limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, filwaqt li jiżguraw it-twettiq xieraq tal-kontrolli.

Taqsima III

Azzjoni f'każ ta' suspett ta' nonkonformità u ta' nonkonformità ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni

Artikolu 65

Suspett ta' nonkonformità u kontrolli uffiċjali intensifikati

1.   F'każ ta' suspett ta' nonkonformità ta' kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikoli 44(1) u 47(1) mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali sabiex jikkonfermaw jew jeliminaw dak is-suspett.

2.   Il-kunsinni ta' annimali u oġġetti li ma jiġux iddikjarati mill-operaturi li jikkonsistu mill-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1), għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti fejn ikun hemm suspett biex jemmnu li tali kategoriji ta' annimali jew oġġetti huma preżenti fil-kunsinna.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu l-kunsinni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 f'detenzjoni uffiċjali sa meta joħorġu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali previsti f'dawk il-paragrafi.

Fejn xieraq, dawk il-kunsinni għandhom ikunu iżolati jew fi kwarantina u l-annimali għandhom jitqiegħdu f'post kenni, jingħalfu, jingħataw l-ilma u kif meħtieġ jiġu ttrattati sa meta joħorġu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali.

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet biex jissuspettaw prattiki frodulenti jew qarrieqa minn operatur responsabbli mill-kunsinna jew il-kontrolli uffiċjali jagħtu raġunijiet biex jemmnu li r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ikunu nkisru b'mod serju jew ripetut, fejn xieraq, u minbarra l-miżuri previsti fl-Artikolu 66(3), għandhom jintensifikaw, skont kif ikun meħtieġ, il-kontrolli uffiċjali fuq kunsinni tal-istess oriġini jew użu.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri permezz tal-IMSOC bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu kontrolli uffiċjali intensifikati, kif previst fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jindikaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom.

6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għat-twettiq koordinat mill-awtoritajiet kompetenti tal-kontrolli uffiċjali intensifikati msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 66

Miżuri li għandhom jittieħdu f'każijiet ta' kunsinni nonkonformi li jidħlu fl-Unjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu f'detenzjoni uffiċjali kwalunkwe kunsinna ta' annimali jew oġġetti li tidħol fl-Unjoni li ma tkunx konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u għandhom jirrifjutaw id-dħul tagħha fl-Unjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżolaw jew iżommu fi kwarantina, skont kif ikun meħtieġ, kwalunkwe tali kunsinna u l-annimali li jagħmlu parti minnha għandhom jinżammu, jingħataw kura jew jiġu ttrattati f'kondizzjonijiet xierqa sakemm ma tittieħed ebda deċiżjoni oħra. Jekk ikun possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu wkoll l-interess li jipprovdu kura speċjali għal ċerti tipi ta' oġġetti.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar l-arranġamenti prattiċi għall-iżolament u l-kwarantina previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

3.   L-awtorità kompetenti għandha, fir-rigward tal-kunsinna msemmija fil-paragrafu 1 tordna, mingħajr dewmien, li l-operatur responsabbli mill-kunsinna:

(a)

jeqred il-kunsinna;

(b)

jibgħat mill-ġdid il-kunsinna barra mill-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 72(1) u (2); jew

(c)

jissottometti l-kunsinna għal trattament speċjali f'konformità mal-Artikolu 71(1) u (2), jew kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex tiżgura l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), u, fejn xieraq, jalloka l-kunsinna għal finijiet għajr dawk li għalihom kienet intiża oriġinarjament.

Kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandha titwettaq f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż b'mod partikolari fejn jidħlu l-kunsinni ta' annimali ħajjin, dawk maħsuba biex jeħilsu lill-annimali minn kwalunkwe wġigħ, dwejjaq jew tbatija li tista' tiġi evitata.

Meta l-kunsinna tikkonsisti minn pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra, il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu applikati jew lill-kunsinna inkella lil-lottijiet tagħha.

Qabel ma tordna lill-operatur jieħu azzjoni f'konformità mal-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tisma' lill-operatur ikkonċernat, sakemm ma tkun tinħtieġ azzjoni immedjata sabiex twieġeb għal riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti tordna lill-operatur jieħu azzjoni waħda jew aktar minn dawk stipulati fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, dik l-awtorità kompetenti tista' b'mod eċċezzjonali tawtorizza li l-azzjoni tittieħed fir-rigward ta' parti mill-kunsinna biss, sakemm il-qerda parzjali, id-dispaċċ mill-ġdid, trattament speċjali, jew miżura oħra:

(a)

tkun tali li tiżgura l-konformità;

(b)

ma taħloqx riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll; u

(c)

ma tfixkilx l-operazzjonijiet ta' kontrolli uffiċjali.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw id-dħul ta' kunsinna kif previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u kwalunkwe ordni maħruġa skont il-paragrafi 3 u 6 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 67:

(a)

lill-Kummissjoni;

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra;

(c)

lill-awtoritajiet doganali;

(d)

lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini; u

(e)

lill-operatur responsabbli għall-kunsinna.

Dik in-notifika għandha titwettaq permezz tal-IMSOC.

6.   Jekk kunsinna tal-kategoriji ta' annimali jew oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) ma tiġix ippreżentata għall-kontrolli uffiċjali msemmija fih, jew jekk ma tiġix ippreżentata f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 50(1) u (3), 56(1), (3) u (4), jew mar-regoli adottati taħt l-Artikolu 48, l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 51, l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 58, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jordnaw li tinżamm jew tissejjaħ lura, u titqiegħed f'detenzjoni uffiċjali mingħajr dewmien.

Il-paragrafi 1, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal tali kunsinni.

7.   Il-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati a spiża tal-operatur responsabbli mill-kunsinna.

Artikolu 67

Miżuri li għandhom jittieħdu għal annimali jew oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi u li huma riskju

Fejn kontrolli uffiċjali jindikaw li kunsinna ta' annimali jew oġġetti tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll għall-ambjent, tali kunsinna għandha tiġi iżolata jew titqiegħed fi kwarantina, u l-annimali li jagħmlu parti minnha għandhom jinżammu, jingħataw kura jew jiġu ttrattati f'kondizzjonijiet xierqa sakemm ma titteħidx deċiżjoni oħra.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-kunsinna konċernata f'detenzjoni uffiċjali u għandhom, mingħajr dewmien, jordnaw li l-operatur responsabbli minn dik il-kunsinna:

(a)

jeqred il-kunsinna f'konformità, mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), filwaqt li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew l-ambjent, u fir-rigward ta' annimali ħajjin, inkluż b'mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta' kwalunkwe wġigħ, dwejjaq jew tbatija li tista' tiġi evitata; jew

(b)

jissottometti l-kunsinna għal trattament speċjali f'konformità mal-Artikolu 71(1) u (2).

Il-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati a spiża tal-operatur responsabbli mill-kunsinna.

Artikolu 68

Segwitu għad-deċiżjonijiet meħuda b'rabta ma' kunsinni nonkonformi li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jinvalidaw iċ-ċertifikati uffiċjali u kif xieraq dokumenti rilevanti oħra li jakkumpanjaw kunsinni li jkunu ġew soġġetti għal miżuri skont l-Artikolu 66(3) u (6) u l-Artikolu 67; u

(b)

jikkooperaw f'konformità mal-Artikoli 102 sa 108 biex jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex tiżgura li ma jkunx possibbli d-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' kunsinni li d-dħul tagħhom ikun ġie rrifjutat f'konformità mal-Artikolu 66(1).

2.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn twettqu l-kontrolli uffiċjali għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni ta' miżuri ordnati skont l-Artikolu 66(3) u (6) u l-Artikolu 67 biex jiżguraw li l-kunsinna ma ġġibx magħha impatti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali, jew fuq l-ambjent, matul l-applikazzjoni jew sakemm issir l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri.

Fejn xieraq, tali applikazzjoni għandha titlesta taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 69

Nuqqas mill-operatur li japplika l-miżuri ordnati mill-awtoritajiet kompetenti

1.   L-operatur responsabbli mill-kunsinna għandu jwettaq il-miżuri kollha ordnati mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 66(3) u (6) u l-Artikolu 67 mingħajr dewmien u, sa mhux aktar tard, minn 60 jum mill-jum li fih l-awtoritajiet kompetenti nnotifikaw lill-operatur ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħhom f'konformità mal-Artikolu 66(5). L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw perijodu iqsar mill-perijodu ta' 60 jum.

2.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, l-ebda azzjoni ma tkun ittieħdet mill-operatur ikkonċernat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jordnaw:

(a)

li l-kunsinna tinqered jew tiġi soġġetta għal kwalunkwe miżura xierqa oħra;

(b)

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 67, li l-kunsinna tinqered f'faċilitajiet xierqa li jinsabu kemm jista' jkun qrib il-post ta' kontroll fuq il-fruntiera, filwaqt li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew l-ambjent.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-perijodu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu r-riżultati tat-tieni opinjoni esperta msemmija fl-Artikolu 35, sakemm dan ma jkollux effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, fuq it-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll fuq l-ambjent.

4.   Il-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati a spiża tal-operatur responsabbli mill-kunsinna.

Artikolu 70

Konsistenza tal-applikazzjoni tal-Artikoli 66, 67 u 68

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli biex jiżguraw il-konsistenza fil-postijiet kollha ta' kontroll fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 59(1), u l-punti kollha ta' kontroll imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1), tad-deċiżjonijiet u l-miżuri meħuda u l-ordni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 66, 67 u 68 li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet kompetenti meta jirrispondu għal sitwazzjonijiet komuni jew rikorrenti ta' nonkonformità jew ta' riskju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 71

Trattament speċjali ta' kunsinni

1.   It-trattament speċjali ta' kunsinni previst fil-punt (c) tal-Artikolu 66(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 67 jista', kif xieraq, jinkludi:

(a)

it-trattament jew l-ipproċessar, inkluża d-dekontaminazzjoni, fejn xieraq, iżda bl-esklużjoni tad-dilwizzjoni, sabiex il-kunsinna tikkonforma mar-rekwiżiti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew mar-rekwiżiti ta' pajjiż terz fejn tintbagħat mill-ġdid; jew

(b)

it-trattament f'kull mod ieħor xieraq għall-konsum bla periklu mill-annimali jew il-bniedem jew għall-finijiet li mhumiex il-konsum mill-annimali jew il-bniedem.

2.   It-trattament speċjali previst fil-paragrafu 1 għandu:

(a)

jitwettaq b'mod effettiv u jiżgura l-eliminazzjoni ta' kwalunkwe riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, kif ukoll għall-ambjent;

(b)

jiġi ddokumentat u jitwettaq taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, taħt il-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor bi qbil reċiproku; u

(c)

jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trattament speċjali previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Fin-nuqqas ta' regoli adottati permezz ta' atti delegati, tali trattament speċjali għandu jsir f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 72

Spedizzjoni mill-ġdid ta' kunsinni

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermetti l-ispedizzjoni mill-ġdid ta' kunsinni soġġett għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-destinazzjoni tkun ġiet miftiehma mal-operatur responsabbli għall-kunsinna;

(b)

l-operatur responsabbli għall-kunsinna jkun infurma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru bil-miktub li l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta' oriġini jew, jekk differenti, il-pajjiż terz ta' destinazzjoni ġew infurmati bir-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi għar-rifjut tad-dħul fl-Unjoni tal-kunsinna ta' annimali jew oġġetti kkonċernati;

(c)

fejn il-pajjiż terz ta' destinazzjoni mhuwiex il-pajjiż terz ta' oriġini, l-operatur ikun ġab il-ftehim tal-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż terz ta' destinazzjoni u dawk il-awtoritajiet kompetenti jkunu nnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma lesti li jaċċettaw il-kunsinna; u

(d)

fil-każ ta' kunsinni ta' annimali l-ispedizzjoni mill-ġdid hija f'konformità mar-rekwiżiti dwar it-trattament xieraq tal-annimali.

2.   Il-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal kunsinni tal-kategoriji ta' oġġetti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1).

Taqsima IV

Approvazzjoni tal-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni

Artikolu 73

Approvazzjoni ta' kontrolli qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi

1.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tapprova, fuq talba ta' pajjiż terz, kontrolli speċifiċi ta' qabel l-esportazzjoni li dak il-pajjiż terz iwettaq fuq kunsinni ta' annimali u oġġetti qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni bil-ħsieb li jivverifikaw li l-kunsinni esportati jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Tali approvazzjoni għandha tapplika biss għal kunsinni li joriġinaw mill-pajjiż terz ikkonċernat u tista' tingħata għal kategorija waħda jew aktar ta' annimali jew oġġetti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

2.   L-approvazzjoni prevista fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a)

il-frekwenza massima ta' kontrolli uffiċjali li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mad-dħul tal-kunsinni fl-Unjoni, fejn ma jkunx hemm raġuni ta' suspett tan-nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jew prattiċi frodulenti jew qarrieqa;

(b)

iċ-ċertifikati uffiċjali li għandhom jakkumpanjaw il-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni;

(c)

mudell għaċ-ċertifikati msemmija fil-punt (b);

(d)

l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li taħt ir-responsabbiltà tiegħu għandhom jitwettqu l-kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni; u

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe korp delegat li lilu dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddelegaw ċerti kompiti. Tali delega tista' tiġi approvata biss jekk dan jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 33 jew kondizzjonijiet ekwivalenti.

3.   L-approvazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tingħata lil pajjiż terz biss jekk l-evidenza disponibbli u, fejn xieraq, kontroll tal-Kummissjoni mwettaq f'konformità mal-Artikolu 120, juru li s-sistema ta' kontrolli uffiċjali f'dak il-pajjiż terz tista' tiżgura li:

(a)

il-kunsinni tal-annimali jew l-oġġetti esportati lejn l-Unjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew rekwiżiti ekwivalenti; u

(b)

il-kontrolli mwettqa fil-pajjiż terz qabel l-ispedizzjoni lejn l-Unjoni huma effettivi b'mod suffiċjenti biex jissostitwixxu jew inaqqsu l-frekwenza tal-verifiki dokumentarji, il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

4.   L-awtoritajiet kompetenti jew korp delegat speċifikat fl-approvazzjoni għandu:

(a)

ikun responsabbli għal kuntatti mal-Unjoni; u

(b)

jiżgura li ċ-ċertifikati uffiċjali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jakkumpanjaw kull kunsinna li tkun ikkontrollata.

5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dettaljati u kriterji għall-approvazzjoni ta' kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni mwettqa minn pajjiżi terzi f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għal kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar annimali u oġġetti soġġetti għall-approvazzjoni msemmija f'dak il-paragrafu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 74

Nonkonformità mal-approvazzjoni ta' kontrolli ta' qabel l-esportazzjoni, u rtirar tagħha, mwettqa minn pajjiżi terzi

1.   Meta l-kontrolli uffiċjali fuq kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti li fir-rigward tagħhom ikunu ġew approvati kontrolli speċifiċi ta' qabel l-esportazzjoni f'konformità mal-Artikolu 73(1) jiżvelaw nonkonformitajiet serji u rikorrenti mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri minnufih għandhom:

(a)

jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u lill-operaturi kkonċernati permezz tal-IMSOC minbarra li jfittxu assistenza amministrattiva f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 102 sa 108; u

(b)

iżidu l-għadd ta' kontrolli uffiċjali fuq kunsinni mill-pajjiż terz rilevanti u, fejn meħtieġ biex jiġi permess eżami analitiku kif suppost tas-sitwazzjoni, iżommu għadd xieraq ta' kampjuni f'kondizzjonijiet xierqa ta' ħżin.

2.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tirtira l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 73(1) fejn, wara l-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ikun hemm indikazzjonijiet li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 73(3) u (4) ma għadhomx qed jiġu sodisfatti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Taqsima V

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet b'rabta mal-kunsinni minn pajjiżi terzi

Artikolu 75

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet b'rabta mal-kunsinni li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi

1.   L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jittrattaw ma' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali fuq kunsinni ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra għandhom:

(a)

jiżguraw aċċess reċiproku għall-informazzjoni li tkun meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-twettiq tal-attivitajiet rispettivi tagħhom b'rabta mal-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni; u

(b)

jiżguraw l-iskambju f'waqtu ta' tali informazzjoni, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli dwar arranġamenti uniformi ta' kooperazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra msemmija fil-paragrafu 1 huma meħtieġa li jistabbilixxu biex jiżguraw:

(a)

l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għall-informazzjoni meħtieġa għad-detezzjoni immedjata u kompleta tal-kunsinni ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni li huma soġġetti għal kontrolli uffiċjali f'post ta' kontroll fuq il-fruntiera f'konformità mal-Artikolu 47(1);

(b)

l-aġġornament reċiproku, permezz tal-skambji ta' informazzjoni jew is-sinkronizzazzjoni ta' settijiet tad-data rilevanti, ta' informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra dwar kunsinni ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni; u

(c)

il-komunikazzjoni rapida ta' deċiżjonijiet meħuda minn tali awtoritajiet abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 76

Kooperazzjoni fost l-awtoritajiet b'rabta ma' kunsinni mhux soġġetti għal kontrolli uffiċjali fuq il-fruntieri

1.   Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ ta' kunsinni ta' annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli mad-dħul fl-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 47(1) ta' dan ir-Regolament u li għalihom tkun saret dikjarazzjoni doganali għal rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa f'konformità mal-punt 12 tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u mal-Artikoli 158 sa 202 ta' dak ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa meta jkollhom raġuni biex jemmnu li l-kunsinna tista' tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, u minnufih jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti b'tali sospensjoni.

3.   Kunsinna li r-rilaxx tagħha għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 2 għandha tiġi rilaxxata jekk, sa tliet jiem tax-xogħol mis-sospensjoni tar-rilaxx, l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux talbu lill-awtoritajiet doganali biex ikomplu s-sospensjoni jew ikunu infurmaw lill-awtoritajiet doganali li ma jeżisti l-ebda riskju.

4.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jqisu li jeżisti riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll;

(a)

huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet doganali biex ma jirrilaxxawx il-kunsinna għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa u biex jinkludu d-dikjarazzjoni li ġejja dwar il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-kunsinna kif ukoll dwar kwalunkwe dokument rilevanti ieħor ta' akkumpanjament jew l-ekwivalenti elettroniċi rilevanti:

“Prodott jippreżenta riskju — rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni mhux awtorizzat — Regolament (UE) 2017/…”;

(b)

l-ebda proċedura doganali oħra ma għandha tiġi permessa mingħajr il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti; u

(c)

għandhom japplikaw l-Artikolu 66(1), (3), (5) u (6), l-Artikoli 67, 68 u 69, l-Artikolu 71(1) u (2) u l-Artikolu 72(1) u (2).

5.   F'każ ta' kunsinni ta' annimali u oġġetti għajr dawk soġġetti għal kontrolli mad-dħul fl-Unjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 47(1) u li għalihom ma tkun saret l-ebda dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, l-awtoritajiet doganali, fejn ikollhom raġuni biex jemmnu li l-kunsinna tista' tippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent ukoll, għandhom jibagħtu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ta' destinazzjoni aħħarija.

Taqsima VI

Miżuri speċifiċi

Artikolu 77

Regoli għal kontrolli uffiċjali speċifiċi u għal miżuri li għandhom jittieħdu wara t-twettiq ta' tali kontrolli

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' regoli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali speċifiċi u dwar miżuri f'każijiet ta' nonkonformità, biex ikopru l-ispeċifiċitajiet tal-kategoriji li ġejjin ta' annimali u oġġetti, jew l-arranġamenti għal, u l-mezzi ta', it-trasport tagħhom:

(a)

kunsinni ta' prodotti friski tas-sajd li jkunu nħattu direttament f'portijiet magħżula mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (61) minn bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' pajjiż terz;

(b)

kunsinni ta' selvaġġina mhux imqaxxra, bil-pil;

(c)

kunsinni tal-kategoriji ta' oġġetti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 47(1) li jitwasslu, bi ħżin f'imħażen doganali jew f'żoni ħielsa speċjalment approvat jew mingħajru, lil bastimenti li jitilqu mill-Unjoni, maħsubin għall-forniment tal-bastimenti, jew għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri;

(d)

materjal ta' imballaġġ tal-injam;

(e)

ikel li jakkumpanja annimali u maħsub għall-għalf ta' dawk l-annimali;

(f)

annimali u oġġetti ordnati permezz ta' bejgħ b'kuntratti minn distanza u mwasslin minn pajjiż terz lejn indirizz fl-Unjoni, u r-rekwiżiti ta' notifika meħtieġa biex jippermettu t-twettiq xieraq tal-kontrolli uffiċjali;

(g)

prodotti mill-pjanti li, fid-dawl tad-destinazzjoni sussegwenti tagħhom, jistgħu jqajmu r-riskju tat-tixrid ta' mard tal-annimali infettiv jew li jittieħed;

(h)

kunsinni tal-kategoriji ta' annimali u oġġetti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 47(1) li joriġinaw minn, u jirritornaw lejn, l-Unjoni wara dħul irrifjutat minn pajjiż terz;

(i)

oġġetti li jidħlu fl-Unjoni bl-ingrossa minn pajjiż terz, irrispettivament jekk joriġinawx kollha minn dak il-pajjiż terz;

(j)

kunsinni ta' oġġetti msemmija fl-Artikolu 47(1) li ġejjin mit-territorju tal-Kroazja u li jittransitaw mit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina f'Neum (“il-kuritur ta' Neum”) qabel ma jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja mill-punti ta' dħul fi Klek jew Zaton Doli;

(k)

annimali u oġġetti eżentati mill-Artikolu 47 f'konformità mal-Artikolu 48.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-monitoraġġ tat-trasport u l-wasla ta' kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti, mill-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-wasla sal-istabbiliment fil-post ta' destinazzjoni fl-Unjoni, sal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera fil-post ta' destinazzjoni jew sal-post ta' kontroll fuq il-fruntiera tal-ħruġ.

3.   Il-Kummissjoni tista, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli dwar:

(a)

mudelli ta' ċertifikati uffiċjali u regoli għall-ħruġ ta' tali ċertifikati; u

(b)

il-format tad-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw il-kategoriji ta' annimali jew oġġetti msemmija fil-paragrafu 1.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

KAPITOLU VI

Iffinanzjar tal-kontrolli uffiċjali u ta' attivitajiet uffiċjali oħra

Artikolu 78

Regoli ġenerali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi finanzjarji adegwati jkunu disponibbli biex jipprovdu l-persunal u riżorsi oħra meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra.

2.   Dan il-Kapitolu japplika wkoll fil-każ tad-delega ta' ċerti kompiti ta' kontroll uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'konformità mal-Artikolu 28 u l-Artikolu 31.

Artikolu 79

Tariffi jew imposti obbligatorji

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru tariffi jew imposti għall-kontrolli uffiċjali mwettqa fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu II tal-Anness IV u fuq annimali u oġġetti msemmija fil-punti (a) , (b) u (c) tal-Artikolu 47(1), fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punti ta' kontroll msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 53(1), jew:

(a)

fil-livell tal-ispiża kkalkulata f'konformità mal-Artikolu 82(1); jew

(b)

fl-ammonti previsti fl-Anness IV.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru tariffi jew imposti biex jirkupraw l-ispejjeż li jġarrbu b'rabta ma':

(a)

kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-annimali u l-oġġetti msemmija fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 47(1);

(b)

kontrolli uffiċjali mwettqa fuq it-talba tal-operatur, sabiex jinkiseb l-approvazzjoni prevista fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005;

(c)

kontrolli uffiċjali li oriġinarjament ma kinux ippjanati, u li;

(i)

jkunu saru neċessarji wara s-sejbien ta' każ ta' nonkonformità mill-istess operatur, waqt kontroll uffiċjali mwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament; u

(ii)

jkunu twettqu biex jivvalutaw il-livell u l-impatt tal-każ ta' nonkonformità jew biex jivverifikaw li tkun ittranġat in-nonkonformità.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu, b'rabta mal-attivitajiet imsemmija fil-Kapitolu II tal-Anness IV, fuq bażi oġġettiva u mhux diskriminatorja, inaqqsu l-ammont ta' tariffi jew imposti filwaqt li jqisu:

(a)

l-interessi ta' operaturi b'ammont ta' materjal ipproċessat baxx;

(b)

il-metodi tradizzjonali wżati għall-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni;

(c)

il-ħtiġijiet ta' operaturi li jinsabu f'reġjuni soġġetti għal limitazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi; u

(d)

ir-rekord ta' konformità tal-operaturi mar-regoli rilevanti msemmija fl-Artikolu 1(2) kif aċċertat permezz ta' kontrolli uffiċjali.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tariffi u imposti ikkalkulati f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 82(1) m’għandhomx jinġabru taħt l-ammont li fih, meta titqies l-ispiża għall-ġbir u d-dħul ġenerali mistenni mit-tariffi u l-imposti, il-ġbir ta' dik it-tariffa jew imposta ma jkunx ekonomiku.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal kontrolli uffiċjali mwettqa biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu 1(2).

Artikolu 80

Tariffi jew imposti oħra

L-Istati Membri jistgħu jiġbru tariffi jew imposti biex ikopru l-ispejjeż ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra għajr dawk it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 79, sakemm ma jkunx ipprojbit mid-dispożizzjonijiet leġislattivi applikabbli fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 81

Spejjeż

It-tariffi jew l-imposti li għandhom jinġabru f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 79(1) u mal-Artikolu 79(2) għandhom jiġu ddeterminati abbażi tal-ispejjeż li ġejjin, sa fejn dawn jirriżultaw mill-kontrolli uffiċjali kkonċernati:

(a)

is-salarji tal-persunal, inkluż persunal ta' appoġġ u amministrattiv, involut fit-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, u l-ispejjeż tas-sigurtà soċjali, tal-pensjoni u tal-assigurazzjoni tagħhom;

(b)

l-ispiża ta' faċilitajiet u tagħmir, inklużi l-ispejjeż ta' manutenzjoni u assigurazzjoni u spejjeż assoċjati oħrajn;

(c)

l-ispiża ta' oġġetti ta' konsum, u ta' għodod;

(d)

l-ispejjeż ta' servizzi imposti lill-awtoritajiet kompetenti minn korpi delegati għal kontroll uffiċjali delegati lil dawn il-korpi delegati;

(e)

l-ispiża ta' taħriġ tal-persunal imsemmi fil-punt (a), bl-esklużjoni tat-taħriġ meħtieġ għall-ksib tal-kwalifika meħtieġa għall-impjieg mal-awtoritajiet kompetenti;

(f)

l-ispiża ta' vvjaġġar tal-persunal imsemmi fil-punt (a), u ta' spejjeż assoċjati ta' sussistenza;

(g)

l-ispiża tat-teħid ta' kampjuni u tal-analiżi tal-laboratorju, l-ittestjar u d-dijanjosi imposti minn laboratorji uffiċjali għal dawk il-kompiti.

Artikolu 82

Kalkolu tat-tariffi jew imposti

1.   It-tariffi jew imposti miġbura f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 79(1) u mal-Artikolu 79(2) għandhom jiġu stabbiliti skont wieħed mill-metodi ta' kalkolu li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a)

f'rata fissa abbażi tal-kostijiet globali tal-kontrolli uffiċjali mġarrba mill-awtoritajiet kompetenti tul ċertu perijodu ta' żmien, u applikati lill-operaturi kollha, irrispettivament jekk xi kontroll uffiċjali jitwettaqx matul il-perijodu ta' referenza, b'rabta ma' kull operatur li jintalab iħallas; fl-istabbiliment tal-livell tat-tariffi li għandhom jintalbu għal kull settur, attività u kategorija ta' operaturi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-impatt li t-tip u d-daqs tal-attività kkonċernata, u l-fatturi ta' riskju rilevanti, ikollhom fuq id-distribuzzjoni tal-kostijiet globali ta' dawk il-kontrolli uffiċjali; jew,

(b)

abbażi tal-kalkolu tal-ispejjeż reali ta' kull kontroll uffiċjali individwali, u applikati lill-operaturi soġġetti għal tali kontroll uffiċjali.

2.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar imsemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 81 għandhom jitqiesu għall-kalkolu tat-tariffi jew l-imposti imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 79(1) u fl-Artikolu 79(2) b'mod li ma jiddiskriminax bejn l-operaturi abbażi tad-distanza tal-proprjetà tagħhom mill-post tal-awtoritajiet kompetenti.

3.   Fejn tariffi jew l-imposti jiġu kkalkulati f'konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 1, it-tariffi jew l-imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż ġenerali mġarrba għall-kontrolli uffiċjali mwettqa tul il-perijodu ta' żmien imsemmi fih.

4.   Fejn tariffi jew imposti huma kkalkulati f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1, dawn ma għandhomx jaqbżu l-ispiża reali tal-kontroll uffiċjali mwettaq.

Artikolu 83

Ġbir u applikazzjoni ta' tariffi u imposti

1.   Operatur ma għandux iħallas tariffa jew imposta għal kontroll uffiċjali u għal attività uffiċjali oħra mwettqa abbażi ta' lment jekk dak il-kontroll ma jwassalx għall-konferma ta' nonkonformità.

2.   It-tariffi jew imposti miġbura f'konformità mal-Artikolu 79 u l-Artikolu 80 ma għandhomx jitħallsu lura direttament jew indirettament, sakemm dawn ma kellhomx jinġabru.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tariffi jew l-imposti għandhom jinġabru minn awtoritajiet oħra barra mill-awtoritajiet kompetenti jew minn korpi delegati.

Artikolu 84

Il-pagament tat-tariffi jew imposti

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-operaturi jirċievu, fuq talba, prova ta' pagament tat-tariffi jew imposti f'każ fejn l-operaturi ma jkollhomx aċċess mod ieħor għal tali prova.

2.   It-tariffi jew imposti miġbura f'konformità mal-Artikolu 79(1) għandhom jitħallsu mill-operatur responsabbli għall-kunsinna jew ir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 85

Trasparenza

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw livell għoli ta' trasparenza fuq:

(a)

it-tariffi jew l-imposti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 79(1), fl-Artikolu 79(2) u fl-Artikolu 80, jiġifieri;

(i)

il-metodu u d-data użati biex jistabbilixxu dawn it-tariffi jew l-imposti;

(ii)

l-ammont tat-tariffi jew l-imposti, applikat għal kull kategorija ta' operaturi u għal kull kategorija ta' kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra;

(iii)

ir-rendikont tal-ispejjeż, kif imsemmija fl-Artikolu 81;

(b)

l-identità tal-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli għall-ġbir tat-tariffi jew l-imposti.

2.   Kull awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal kull perijodu ta' referenza u l-ispejjeż għall-awtorità kompetenti li għaliha tariffa jew ħlas ikun dovut f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 79(1), l-Artikolu 79(2) u l-Artikolu 80.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar il-metodi ġenerali użati biex jiġu kkalkulati t-tariffi jew l-imposti previsti fil-punt (a) tal-Artikolu 79(1), fl-Artikolu 79(2) u fl-Artikolu 80.

KAPITOLU VII

Ċertifikazzjoni uffiċjali

Artikolu 86

Rekwiżiti ġenerali dwar iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali

1.   Ċertifikazzjoni uffiċjali għandha tirriżulta fil-ħruġ ta':

(a)

ċertifikati uffiċjali; jew

(b)

attestazzjonijiet uffiċjali fil-każijiet previsti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

2.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw ċerti kompiti marbuta mal-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali jew attestazzjonijiet uffiċjali, jew mas-superviżjoni uffiċjali msemmija fl-Artikolu 91(1), tali delega għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 sa 33.

Artikolu 87

Ċertifikati uffiċjali

L-Artikoli 88, 89 u 90 għandhom japplikaw:

(a)

meta r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jirrikjedu l-ħruġ ta' ċertifikat uffiċjali; u

(b)

għal ċertifikati uffiċjali li jinħtieġu għall-finijiet tal-esportazzjoni ta' kunsinni tal-annimali u l-oġġetti għal pajjiżi terzi jew li jiġu rikjesti mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru minnu tkun intbagħtet il-kunsinna mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' destinazzjoni fir-rigward ta' kunsinni ta' annimali u oġġetti li għandhom jiġu esportati lejn pajjiżi terzi.

Artikolu 88

Firma u ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali

1.   Iċ-ċertifikati uffiċjali għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru l-uffiċjali ta' ċertifikazzjoni li jkunu awtorizzati li jiffirmaw ċertifikati uffiċjali u għandhom jiżguraw li dawn l-uffiċjali:

(a)

ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess u b'mod partikolari ma jkunux f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom fir-rigward ta' dak li jkun qed jiġi ċċertifikat; u

(b)

ikunu rċevew taħriġ xieraq dwar ir-regoli li bihom tiġi ċċertifikata l-konformità b'ċertifikat uffiċjali u dwar il-valutazzjoni teknika ta' konformità ma' dawk ir-regoli kif ukoll mar-regoli rilevanti stipulati f'dan ir-Regolament.

3.   Iċ-ċertifikati uffiċjali għandhom jiġu ffirmati mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni u jinħarġu abbażi ta' waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)

l-għarfien dirett mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni tal-fatti aġġornati u d-data rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni li tinkiseb permezz ta':

(i)

kontroll uffiċjali; jew

(ii)

il-ksib ta' ċertifikat uffiċjali ieħor maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)

fatti u data rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni, li l-għarfien tagħhom jiġi aċċertat minn persuna oħra awtorizzata għal dak il-għan mill-awtoritajiet kompetenti, u filwaqt li taġixxi taħt il-kontroll tagħhom, dment li l-uffiċjali ta' ċertifikazzjoni jista' jivverifika l-preċiżjoni ta' tali fatti u data;

(c)

fatti u data rilevanti għaċ-ċertifikazzjoni li jkunu nkisbu mis-sistemi ta' kontroll proprju tal-operaturi, ikkomplementati u kkonfermati minn riżultati ta' kontrolli uffiċjali regolari, fejn l-uffiċjali ta' ċertifikazzjoni b'hekk ikun sodisfatt li jintlaħqu l-kondizzjonijiet għall-ħruġ taċ-ċertifikat uffiċjali.

4.   Iċ-ċertifikati uffiċjali għandhom jiġu ffirmati mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni u jinħarġu biss abbażi tal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu meta r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu dan.

Artikolu 89

Garanziji ta' affidabbiltà għaċ-ċertifikati uffiċjali

1.   Iċ-ċertifikati uffiċjali:

(a)

għandu jkollhom kodiċi uniku;

(b)

ma għandhomx jiġu iffirmati mill-uffiċjali ta' ċertifikazzjoni fejn ikunu vojta jew inkompluti;

(c)

għandhom jinkitbu b'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mifhuma mill-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni u, fejn rilevanti, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' destinazzjoni;

(d)

għandhom ikunu awtentiċi u preċiżi;

(e)

għandhom jippermettu l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun iffirmathom u d-data tal-ħruġ; u

(f)

għandhom jippermettu l-verifika faċli tar-rabta bejn iċ-ċertifikat, l-awtorità emittenti u l-kunsinna, il-lott jew l-annimal jew il-oġġett individwali kopert miċ-ċertifikat.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipprevjenu l-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali foloz jew qarrieqa jew l-abbuż ta' ċertifikati uffiċjali.

Artikolu 90

Setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward taċ-ċertifikati uffiċjali

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistipula regoli għall-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli 88 u 89, dwar:

(a)

ċertifikati uffiċjali mudelli u regoli għall-ħruġ ta' tali ċertifikati, fejn ir-rekwiżiti ma jkunux stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

il-mekkaniżmi u l-arranġamenti tekniċi biex jiżguraw il-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali preċiżi u affidabbli, u jipprevjenu r-riskju ta' frodi;

(c)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' rtirar ta' ċertifikati uffiċjali u għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' sostituzzjoni;

(d)

regoli għall-produzzjoni ta' kopji ċċertifikati ta' ċertifikati uffiċjali;

(e)

il-format ta' dokumenti li għandhom jakkumpanjaw annimali u oġġetti wara li jkunu twettqu kontrolli uffiċjali;

(f)

regoli għall-ħruġ ta' ċertifikati elettroniċi u għall-użu ta' firem elettroniċi.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 91

Attestazzjonijiet uffiċjali

1.   Meta dan ir-Regolament jew ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jirrikjedu l-ħruġ ta' attestazzjonijiet uffiċjali mill-operaturi taħt is-superviżjoni uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, jew mill-awtoritajiet kompetenti nfushom, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-attestazzjonijiet uffiċjali għandhom:

(a)

ikunu awtentiċi u preċiżi;

(b)

jinkitbu f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u, fejn rilevanti, b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' destinazzjoni; u

(c)

fejn ikunu relattivi għal kunsinna jew lott, jippermettu l-verifika tar-rabta bejn l-attestazzjoni uffiċjali u dik il-kunsinna jew il-lott.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali għas-superviżjoni tal-ħruġ ta' attestazzjonijiet uffiċjali jew, fejn l-attestazzjonijiet uffiċjali jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti, il-persunal involut fil-ħruġ ta' dawk l-attestazzjonijiet uffiċjali:

(a)

ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess u b'mod partikolari ma jkunux f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom fir-rigward ta' dak li jkun qed jiġi ċċertifikat bl-attestazzjonijiet uffiċjali; u

(b)

ikunu rċevew taħriġ xieraq dwar:

(i)

ir-regoli li skonthom il-konformità tiġi ċċertifikata mill-attestazzjonijiet uffiċjali u dwar il-valutazzjoni teknika tal-konformità ma' dawk ir-regoli;

(ii)

ir-regoli rilevanti stipulati f'dan ir-Regolament.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali regolari biex jivverifikaw li:

(a)

l-operaturi li joħorġu l-attestazzjonijiet jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); u

(b)

l-attestazzjoni tinħareġ abbażi ta' fatti u data rilevanti, korretti u verifikabbli.

TITOLU III

LABORATORJI TA' REFERENZA U ĊENTRI TA' REFERENZA

Artikolu 92

Deċiżjoni li jiġi stabbilit laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea

1.   Fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi stabbilit fejn l-effettività ta' kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra tiddependi wkoll fuq il-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà ta':

(a)

il-metodi ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi użati mil-laboratorji uffiċjali magħżula f'konformità mal-Artikolu 37(1); u

(b)

ir-riżultati tal-analiżi, it-testijiet u d-dijanjosi mwettqa minn dawk il-laboratorji uffiċjali.

2.   Għandu jiġi stabbilit laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea kulfejn ikun hemm ħtieġa rikonoxxuta li jiġu promossi prattiki uniformi fir-rigward tal-iżvilupp jew l-użu tal-metodi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mandat u l-operazzjoni tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea b'mod regolari.

4.   Il-Kummissjoni għandha tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta d-deċiżjoni li jiġi stabbilit tali laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea permezz ta' att delegat f'konformità mal-Artikolu 144.

Artikolu 93

Għażla ta' laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tagħżel laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet fejn tkun ittieħdet deċiżjoni li jiġi stabbilit tali laboratorju f'konformità mal-Artikolu 92.

2.   L-għażliet previsti fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

isegwu proċess ta' għażla pubbliku; u

(b)

ikunu limitati fiż-żmien u b'perjodu ta' minimu ta' ħames snin jew riveduti b'mod regolari.

3.   Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom:

(a)

joperaw f'konformità mal-istandard EN ISO/IEC 17025 u jkunu akkreditati f'konformità ma' dak l-istandard minn korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, li jopera f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-akkreditazzjoni:

(i)

għandu jinkludi l-metodi kollha ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju rikjest li għandu jintuża mil-laboratorju meta dan jopera bħala laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(ii)

jista' jinkludi metodu wieħed jew aktar ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju jew gruppi ta' metodi;

(iii)

jista' jiġi ddefinit b'mod flessibbli, sabiex jippermetti lill-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditazzjoni jinkludi verżjonijiet modifikati tal-metodi użati mil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea meta ngħatat l-akkreditazzjoni jew metodi ġodda minbarra dawk il-metodi, abbażi tal-validazzjonijiet proprji tal-laboratorju mingħajr valutazzjoni speċifika, qabel l-użu ta' dawk il-metodi modifikati jew ġodda, mill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(b)

ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess u b'mod partikolari ma jkunux f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal- kompiti tagħhom bħala laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(c)

ikollhom, jew ikollhom aċċess kuntrattwali għal, persunal ikkwalifikat kif xieraq b'taħriġ adegwat fit-tekniċi analitiċi, tal-ittestjar u tad-dijanjosi applikati fil-qasam ta' kompetenza tagħhom, u persunal ta' appoġġ kif xieraq;

(d)

ikollhom, jew ikollhom aċċess għal, l-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom;

(e)

jiżguraw li l-persunal tagħhom u kwalunkwe persunal imqabbad b'mod kuntrattwali ikollhom għarfien tajjeb tal-istandards u l-prattiki internazzjonali u li jittieħed kont tal-aħħar żvilupp fir-riċerka fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali fil-ħidma tagħhom;

(f)

ikunu mgħammra, jew ikollhom aċċess għat-tagħmir meħtieġ, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u

(g)

fejn rilevanti, għandhom ikunu kapaċi jikkonformaw ma' standards rilevanti ta' bijosigurtà.

4.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, għall-qasam regolat mir-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tagħżel laboratorji uffiċjali, magħżula bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' deroga adottata skont l-Artikolu 41, bħala laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea irrispettivament minn jekk jissodisfawx il-kondizzjoni prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.   B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-laboratorji msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandhom ikunu l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropa li jkollhom ir-responsabbiltajiet u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 94 ta' dan ir-Regolament fl-oqsma rispettivament ta':

(a)

OĠM u ikel u għalf ġenetikament modifikati; u

(b)

addittivi tal-għalf.

6.   L-obbligi ta' kunfidenzjalità tal-persunal, imsemmija fl-Artikolu 8, għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-persunal tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 94

Responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea

1.   Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkontribwixxu għat-titjib u l-armonizzazzjoni tal-metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi li għandhom jintużaw mil-laboratorji uffiċjali magħżula f'konformità mal-Artikolu 37(1) u tad-data ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi ġġenerata minnhom.

2.   Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula f'konformità mal-Artikolu 93(1) għandhom ikunu responsabbli mill-kompiti li ġejjin sakemm jiġu inklużi fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali tal-laboratorji ta' referenza li ġew stabbiliti f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014:

(a)

il-forniment lil laboratorji ta' referenza nazzjonali b'dettalji u gwida dwar il-metodi ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju, inklużi metodi ta' referenza;

(b)

il-forniment ta' materjali ta' referenza lil laboratorji ta' referenza nazzjonali;

(c)

il-koordinazzjoni tal-applikazzjoni mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali, u, jekk meħtieġ, minn laboratorji uffiċjali oħra tal-metodi msemmija fil-punt (a), b'mod partikolari bl-organizzazzjoni regolari ta' ttestjar komparattiv bejn il-laboratorji, jew testijiet ta' profiċjenza u bl-iżgurar ta' segwitu xieraq ta' tali ttestjar komparattiv jew testijiet ta' profiċjenza f'konformità, fejn disponibbli, ma' protokolli aċċettati internazzjonalment, u n-notifika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu tat-testijiet komparattivi bejn il-laboratorji jew testijiet tal-profiċjenza;

(d)

il-koordinazzjoni ta' arranġamenti prattiċi meħtieġa għall-applikazzjoni ta' metodi ġodda ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju, u n-notifika tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali bl-avvanzi f'dan il-qasam;

(e)

it-twettiq ta' korsijiet tat-taħriġ għall-persunal mil-laboratorji ta' referenza nazzjonali, u, jekk meħtieġ, minn laboratorji uffiċjali oħra, kif ukoll ta' esperti minn pajjiżi terzi;

(f)

il-forniment ta' assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom;

(g)

il-forniment ta' informazzjoni dwar attivitajiet rilevanti ta' riċerka nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali lil laboratorji ta' referenza nazzjonali;

(h)

il-kollaborazzjoni, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom, mal-laboratorji f'pajjiżi terzi u mal-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċina (EMA), u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC);

(i)

l-assistenza b'mod attiv fid-dijanjosi ta' tifqigħ fl-Istat Membri ta' mard li ġej mill-ikel, żoonotiku jew tal-annimali, jew ta' pesti tal-pjanti, billi jwettqu dijanjosi konfermatorja, studji ta' karatterizzazzjoni u tassonomiċi jew epiżotiċi dwar iżolati patoġeni jew kampjuni ta' pesti;

(j)

il-koordinazzjoni u t-twettiq ta' testijiet għall-verifika tal-kwalità ta' reaġenti u lottijiet ta' reaġenti użati għad-dijanjosi ta' mard li ġej mill-ikel, żoonotiku jew tal-annimali, u pesti tal-pjanti;

(k)

fejn rilevanti għall-qasam ta' kompetenza tagħhom, l-istabbiliment u ż-żamma ta':

(i)

kollezzjonijiet ta' referenza ta' pesti tal-pjanti u/jew ta' razez ta' referenza ta' aġenti patoġeniċi;

(ii)

kollezzjonijiet ta' referenza ta' materjali intiżi biex jidħlu f'kuntatt ma' ikel użati għall-kalibrazzjoni tat-tagħmir analitiku u biex jipprovdu kampjuni tagħhom lil laboratorji ta' referenza nazzjonali;

(iii)

listi aġġornati tas-sustanzi u r-reaġenti ta' referenza disponibbli u tal-manifatturi u l-fornituri ta' tali sustanzi u reaġenti; u

(l)

fejn rilevanti għall-ambitu ta' kompetenza tagħhom, jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni, kif xieraq, biex jiżviluppaw metodi ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi ta' standards għoljin.

Fir-rigward tal-punt (i) tal-punt (k), il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea jista' jistabbilixxi u jżomm dawk il-kollezzjonijiet ta' referenza u r-razez ta' referenza billi jesternalizza l-kuntrattwali lil laboratorji uffiċjali oħra u lil organizzazzjonijiet xjentifiċi.

3.   Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom jippubblikaw il-lista tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali magħżul mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 100(1).

Artikolu 95

Għażla taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali

1.   Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tagħżel ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali li għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri marbuta mal-applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 1(2).

2.   L-għażliet previsti fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

isegwu proċess ta' għażla pubbliku; u

(b)

ikunu limitati fiż-żmien jew riveduti regolarment.

3.   Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali għandhom:

(a)

jaġixxu b'mod imparzjali fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tagħhom bħala ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(b)

ikollhom livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku u tekniku dwar ir-relazzjoni bejn il-bniedem u l-annimali, l-imġiba tal-annimali, il-fiżjoloġija tal-annimali, il-ġenetika tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u l-alimentazzjoni marbuta mat-trattament xieraq tal-annimali, u aspetti tat-trattament xieraq tal-annimali marbuta mal-użu kummerċjali u xjentifiku tal-annimali;

(c)

ikollhom persunal ikkwalifikat kif xieraq b'taħriġ adegwat fl-oqsma msemmija fil-punt (b) u fi kwistjonijiet ta' etika marbutin mal-annimali u l-persunal ta' appoġġ kif xieraq;

(d)

ikollhom jew ikollhom aċċess għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; u

(e)

jiżguraw li l-persunal tagħhom ikollu għarfien tajjeb tal-istandards u l-prattiki internazzjonali fl-oqsma msemmija fil-punt (b) u li jittieħed kont fil-ħidma tagħhom tal-aħħar żviluppi fir-riċerka fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż studji mwettqa u azzjonijiet meħuda minn ċentri ta' referenza oħra tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali, f'dawk l-oqsma.

Artikolu 96

Responsabbiltajiet u kompiti taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali

Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali għandhom ikunu responsabbli mill-kompiti ta' appoġġ li ġejjin sakemm dawn jiġu inklużi fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali taċ-ċentri ta' referenza li ġew stabbiliti f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014:

(a)

il-forniment ta' għarfien espert xjentifiku u tekniku fl-ambitu tal-missjoni tagħhom inkluż, fejn hu xieraq, fl-għamla ta' assistenza koordinata, lil netwerks u korpi nazzjonali rilevanti ta' appoġġ fil-qasam regolat mir-regoli msemmija fil-punt(f) tal-Artikolu 1(2);

(b)

il-forniment ta' għarfien espert xjentifiku u tekniku għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-indikaturi tat-trattament xieraq tal-annimali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 21(8);

(c)

l-iżvilupp jew il-koordinazzjoni tal-iżvilupp ta' metodi għall-valutazzjoni tal-livell tat-trattament xieraq tal-annimali u ta' metodi għat-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali;

(d)

it-twettiq ta' studji xjentifiċi u tekniċi dwar it-trattament xieraq tal-annimali użati għal finijiet kummerċjali jew xjentifiċi;

(e)

it-twettiq ta' korsijiet ta' taħriġ għall-persunal tan-netwerks jew il-korpi nazzjonali ta' appoġġ xjentifiku msemmija fil-punt (a), għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u għall-esperti minn pajjiżi terzi; u

(f)

it-tixrid tas-sejbiet tar-riċerka u ta' innovazzjonijiet tekniċi u l-kollaborazzjoni ma' korpi ta' riċerka tal-Unjoni fl-oqsma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom.

Artikolu 97

Għażla taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari

1.   Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tagħżel ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea li għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri biex jipprevjenu, isibu u jiġġieldu kontra kwalunkwe ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) imwettaq permezz ta' prattiki qarrieqa jew frodulenti.

2.   L-għażliet previsti fil-paragrafu 1 għandhom:

(a)

isegwu proċess ta' għażla pubbliku; u

(b)

ikunu limitati fiż-żmien jew riveduti regolarment.

3.   Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari għandhom:

(a)

jaġixxu b'mod imparzjali fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tagħhom bħala ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(b)

ikollhom livell għoli ta' kompetenza xjentifika u teknika fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u fix-xjenza forensika applikata f'dawk l-oqsma, sabiex ikollhom il-kapaċità li jwettqu jew jikkoordinaw riċerka fl-ogħla livelli dwar l-awtentiċità u l-integrità ta' oġġetti u li jiżviluppaw, japplikaw u jivvalidaw il-metodi li għandhom jintużaw għas-sejbien ta' ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) imwettaq permezz ta' prattika qarrieqa jew frodulenti;

(c)

ikollhom persunal ikkwalifikat kif xieraq b'taħriġ adegwat fl-oqsma msemmija fil-punt (a) u l-persunal ta' appoġġ meħtieġ;

(d)

ikollhom jew ikollhom aċċess għall-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; u

(e)

jiżguraw li l-persunal tagħhom ikollu għarfien tajjeb tal-istandards u l-prattika internazzjonali fl-oqsma msemmija fil-punt (b) u li fil-ħidma tiegħu jittieħed kont tal-aħħar żviluppi fir-riċerka fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali f'dawl l-oqsma.

Artikolu 98

Responsabbiltajiet u kompiti taċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari

Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari għandhom ikunu responsabbli mill-kompiti ta' appoġġ li ġejjin sakemm dawn jiġu inklużi fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali taċ-ċentri ta' referenza li ġew stabbiliti f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 652/2014:

(a)

l-għoti ta' għarfien speċjalizzat b'rabta mal-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari u l-metodi ta' sejbien tal-ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament imwettaq permezz ta' prattika qarrieqa jew frodulenti, b'rabta max-xjenza forensika applikata għall-oqsma regolati minn dawn ir-regoli;

(b)

il-forniment ta' analiżijiet speċifiċi mfassla biex jidentifikaw it-taqsimiet tal-katina agroalimentari li potenzjalment jiġu soġġetti għal ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament imwettaq permezz ta' prattika qarrieqa jew frodulenti u li jgħinu fl-iżvilupp ta' protokolli u tekniċi uffiċjali u speċifiċi ta' kontroll;

(c)

fejn meħtieġ, it-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (a) sa (h) tal-Artikolu 94(2) ta' dan ir-Regolament, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mal-kompiti ta' laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula f'konformità mal-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament;

(d)

fejn meħtieġ, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kollezzjonijiet jew bażijiet ta' data ta' materjal ta' referenza awtentikat, biex jintużaw għas-sejbien ta' ksur tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament imwettaq permezz ta' prattika qarrieqa jew frodulenti; u

(e)

id-disseminazzjoni ta' sejbiet tar-riċerka u ta' innovazzjonijiet tekniċi fl-oqsma fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom.

Artikolu 99

Obbligi tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna, kulfejn meħtieġ, il-lista ta':

(a)

laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea pprovduti fl-Artikolu 93;

(b)

ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali previsti fl-Artikolu 95;

(c)

Iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari previsti fl-Artikolu 97.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta' rekwiżiti, responsabbiltajiet u kompiti għal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali u ċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari minbarra dawk stipulati fl-Artikolu 93(3), fl-Artikolu 94, fl-Artikolu 95(3), fl-Artikolu 96, fl-Artikolu 97(3) u fl-Artikolu 98. Tali atti delegati għandhom ikunu limitati għal sitwazzjonijiet ta' riskji ġodda jew emerġenti, mard tal-annimali jew pesti tal-annimali ġodda jew emerġenti jew fejn rekwiżiti legali ġodda jiġġustifikaw dan.

3.   Il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-Kummissjoni għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 93(3), l-Artikolu 94 u l-Artikoli 95(3) u 97(3).

4.   Jekk il-kontrolli tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu juru nonkonformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 93(3), fl-Artikolu 94, u fl-Artikoli 95(3) u 97(3), il-Kummissjoni, wara li tkun irċeviet il-kummenti mil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea jew iċ-ċentru ta' referenza tal-Unjoni Ewropea, għandha:

(a)

permezz ta' att ta' implimentazzjoni tirtira l-għażla ta' dak il-laboratorju jew iċ-ċentru; jew

(b)

tieħu kwalunkwe miżura oħra xierqa.

Artikolu 100

Għażla tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu laboratorju ta' referenza nazzjonali wieħed jew aktar għal kull laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżul f'konformità mal-Artikolu 93(1).

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu laboratorju nazzjonali ta' referenza wkoll fil-każijiet fejn ma jkun ebda laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea korrispondenti.

Stat Membru jista' jagħżel laboratorju li jinsab fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz li huwa Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Laboratorju uniku jista' jintgħażel bħala laboratorju ta' referenza nazzjonali għal aktar minn Stat Membru wieħed.

2.   Ir-rekwiżiti pprovduti fil-punt (e) tal-Artikolu 37(4), fl-Artikolu 37(5), fl-Artikolu 39 u fl-Artikolu 42(1), fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 42(2), u fl-Artikolu 42(3), għandhom japplikaw għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali.

B'deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 37(4), għall-qasam regolat mir-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu laboratorji uffiċjali, magħżula bħala tali mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' deroga adottata taħt l-Artikolu 41, bħala laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea irrispettivament minn jekk jissodisfawx il-kondizzjoni prevista mill-punt (e) tal-Artikolu 37(4).

3.   Il-laboratorji ta' referenza nazzjonali:

(a)

għandhom ikunu imparzjali, ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interessi u b'mod partikolari ma għandhomx ikunu f'sitwazzjoni li tista' taffettwa, direttament jew indirettament, l-imparzjalità tal-kondotta professjonali tagħhom f'dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal- kompiti tagħhom bħala laboratorji ta' referenza nazzjonali;

(b)

ikollhom jew ikollhom aċċess kuntrattwali għal persunal ikkwalifikat kif xieraq b'taħriġ adegwat fit-tekniki ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi fil-qasam ta' kompetenza tagħhom, u persunal ta' appoġġ kif xieraq;

(c)

għandu jkollhom, jew għandu jkollhom aċċess għal, l-infrastruttura, it-tagħmir u l-prodotti meħtieġa biex iwettqu l-kompiti li jingħatawlhom;

(d)

jiżguraw li l-persunal tagħhom u kwalunkwe persunal imqabbad b'mod kuntrattwali ikollhom għarfien tajjeb tal-istandards u l-prattiki internazzjonali u li jittieħed kont tal-aħħar żvilupp fir-riċerka fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali fil-ħidma tagħhom;

(e)

ikunu mgħammra, jew ikollhom aċċess għat-tagħmir meħtieġ, biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; u

(f)

fejn rilevanti, għandhom ikunu kapaċi jikkonformaw ma' standards ta' bijosigurtà rilevanti.

4.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jikkomunikaw l-isem u l-indirizz ta' kull laboratorju ta' referenza nazzjonali lill-Kummissjoni, lil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea rilevanti, u lill-Istati Membri l-oħra;

(b)

jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) disponibbli għall-pubbliku; u

(c)

jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) kulfejn meħtieġ.

5.   L-Istati Membri li jkollhom aktar minn laboratorju ta' referenza nazzjonali wieħed għal laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li tali laboratorji jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti bejniethom, ma' laboratorji nazzjonali oħra u mal-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta' rekwiżiti għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali minbarra dawk stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Tali atti delegati għandhom ikunu limitati biex tiġi żgurata l-koerenza ma' kwalunkwe rekwiżit addizzjonali adottat f'konformità mal-Artikolu 99(2).

Artikolu 101

Responsabbiltajiet u kompiti tal-laboratorji ta' referenza nazzjonali

1.   Il-laboratorji ta' referenza nazzjonali, fil-kamp ta' applikazzjoni ta' kompetenza tagħhom, għandhom:

(a)

jikkollaboraw mal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea, u jieħdu sehem f'korsijiet ta' taħriġ u fi ttestjar komparattiv bejn il-laboratorji organizzati minn dawk il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(b)

jikkoordinaw l-attivitajiet tal-laboratorji uffiċjali magħżula f'konformità mal-Artikolu 37(1) bl-għan li jarmonizzaw u jtejbu l-metodi ta' analiżi, ittestjar jew dijanjosi tal-laboratorju u l-użu tagħhom;

(c)

fejn xieraq, jorganizzaw testijiet komparattivi bejn il-laboratorji jew testijiet ta' profiċjenza bejn laboratorji uffiċjali, jiżguraw segwitu xieraq ta' tali testijiet u jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bir-riżultati ta' tali testijiet u segwitu;

(d)

jiżguraw it-tixrid, lill-awtoritajiet kompetenti u lil-laboratorji uffiċjali, tal-informazzjoni pprovduta mil-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea;

(e)

jipprovdu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom assistenza xjentifika u teknika lill-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni tal-MANCP imsemmija fl-Artikolu 109 ta' programmi ta' kontroll ikkoordinati adottati f'konformità mal-Artikolu 112;

(f)

fejn rilevanti, għandhom jistabbilixxu u jżommu listi aġġornati tas-sustanzi u r-reaġenti ta' referenza disponibbli, u tal-manifatturi u l-provvedituri ta' tali sustanzi u reaġenti;

(g)

fejn meħtieġ, it-twettiq ta' korsijiet ta' taħriġ għall-persunal ta' laboratorji uffiċjali magħżula taħt l-Artikolu 37(1); u

(h)

jassistu b'mod attiv lill-Istat Membru li jkun għażilhom fid-dijanjosi ta' tifqigħ ta' mard li ġej mill-ikel, żoonotiku jew tal-annimali jew ta' pesti tal-pjanti u f'każ ta' nonkonformità ta' kunsinni, bit-twettiq ta' dijanjosijiet konfermatorji, karatterizzazzjoni u studji epiżotiċi jew tassonomiċi dwar iżolati ta' patoġeni jew kampjuni ta' pesti.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-istabbiliment ta' responsabbiltajiet u kompiti għal-laboratorji ta' referenza nazzjonali minbarra dawk stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Tali atti delegati għandhom ikunu limitati biex tiġi żgurata l-koerenza ma' kwalunkwe responsabbiltà u kompitu addizzjonali adottati f'konformità mal-Artikolu 99(2).

TITOLU IV

ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA U KOOPERAZZJONI

Artikolu 102

Regoli ġenerali

1.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħtu assistenza amministrattiva lil xulxin f'konformità mal-Artikoli 104 sa 107, sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) f'każijiet li jkollhom rilevanza f'aktar minn Stat Membru wieħed.

2.   L-assistenza amministrattiva għandha tinkludi, fejn xieraq, u, bi qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru f'kontrolli uffiċjali fuq il-post imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor.

3.   Dan it-Titolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal regoli nazzjonali:

(a)

applikabbli għar-rilaxx ta' dokumenti u informazzjoni li jkunu s-suġġett ta' investigazzjonijiet ġudizzjarji u proċedimenti tal-qorti, inklużi investigazzjonijiet kriminali jew li jkunu marbutin magħhom; u

(b)

immirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw it-trasmissjoni, minn awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi, prosekuturi pubbliċi u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn, lill-awtoritajiet kompetenti, ta' informazzjoni dwar in-nonkonformità possibbli mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan it-Titolu u li tista' tikkostitwixxi:

(a)

riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent; jew

(b)

ksur possibbli tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) imwettaq permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa.

5.   Il-komunikazzjoni kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikoli 104 sa 107 għandha tkun bil-miktub f'forma stampata jew elettronika.

6.   Sabiex jiġu ssimplifikati u mħaffa l-iskambji ta' komunikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format standard permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:

(a)

għat-talbiet għal assistenza previsti fl-Artikolu 104(1); u

(b)

għall-komunikazzjoni ta' notifiki u tweġibiet komuni u rikorrenti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 103

Korpi ta' kollegament

1.   Kull Stat Membru għandu jagħżel korp ta' kollegament wieħed jew aktar li jaġixxu bħala punti ta' kuntatt responsabbli milli jiffaċilitaw l-iskambju ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikoli 104 sa 107.

2.   L-għażla tal-korpi ta' kollegament ma għandhiex tipprekludi l-kuntratti diretti, l-iskambju ta' informazzjoni jew il-kooperazzjoni bejn il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra d-dettalji ta' kuntatt tal-korpi ta' kollegament tagħhom, magħżula f'konformità mal-paragrafu 1, u kwalunkwe emenda sussegwenti ta' dawk id-dettalji.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-lista tal-korpi ta' kollegament ikkomunikata lilha mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 3.

5.   Kull talba għal assistenza skont l-Artikolu 104(1), u kull notifika u komunikazzjoni skont l-Artikoli 105, 106 u 107, għandha tintbagħat minn korp ta' kollegament lill-korrispondent tiegħu fl-Istat Membru fejn hija indirizzata t-talba jew in-notifika.

6.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod tekniċi u l-proċeduri għall-komunikazzjoni bejn il-korpi ta' kollegament magħżula f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 104

Assistenza fuq talba

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jqisu li, għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali jew għas-segwitu effettiv ta' tali kontrolli fit-territorju tagħhom, jeħtieġu data jew informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandhom jibagħtu talba motivata għal assistenza amministrattiva lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru. L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu t-talba għandhom:

(a)

jinfurmaw bil-wasla tat-talba mingħajr dewmien;

(b)

meta l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba tispeċifika dan, jindikaw, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba, l-istima taż-żmien meħtieġ biex jagħtu tweġiba informata għat-talba; u

(c)

iwettqu l-kontrolli uffiċjali jew l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti li bagħtu t-talba, mingħajr dewmien, l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati u jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-Unjoni fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.   Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu fil-forma oriġinali tagħhom, jew jistgħu jiġu pprovduti kopji.

3.   Bi qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu t-talba u l-awtoritajiet kompetenti li jirċievuha, il-persunal maħtur minn tal-ewwel jista' jkun preżenti matul il-kontrolli uffiċjali u l-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c), imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu it-talba għal assistenza.

F'tali każijiet, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu t-talba:

(a)

għandu jkun kapaċi jipproduċi, f'kull ħin, awtorità bil-miktub li turi l-identità u l-kapaċità uffiċjali tiegħu;

(b)

għandu jingħata aċċess mill-operatur għall-istess proprjetà u dokumenti bħall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu t-talba, permezz tal-intermedjarju tiegħu, u għall-uniku għan tal-istħarriġ amministrattiv li jkun qed isir; u

(c)

ma għandux, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jeżerċita s-setgħat ta' stħarriġ mogħtija lill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti li jirċievu t-talba.

Artikolu 105

Assistenza mhux fuq talba fil-każ ta' nonkonformità

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru jsiru jafu b'nonkonformità, u jekk tali nonkonformità jkollha implikazzjonijiet għal Stat Membru ieħor, għandhom jinnotifikaw tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor mingħajr ma jintalbu dan, u mingħajr dewmien żejjed.

2.   L-awtoritajiet kompetenti nnotifikati f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom:

(a)

jinfurmaw bil-wasla tan-notifika mingħajr dewmien żejjed;

(b)

fejn l-awtorità kompetenti li tibgħat in-notifika tispeċifika dan, jindikaw fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tan-notifika:

(i)

liema investigazzjonijiet ikunu beħsiebhom iwettqu; jew,

(ii)

ir-raġunijiet għala jqisu li l-ebda stħarriġ mhu meħtieġ; u

(c)

fejn l-investigazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) jitqiesu meħtieġa, jinvestigaw il-kwistjoni u jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien, li jkunu bagħtu n-notifika bir-riżultati, u fejn xieraq, bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

Artikolu 106

Assistenza fil-każ ta' nonkonformità li joħloq riskju jew ksur ripetut jew potenzjalment serju

1.   Fejn, matul kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali jew oġġetti li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li tali annimali jew oġġetti mhumiex konformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) b'tali mod li joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent, jew b'tali mod li jikkostitwixxu ksur serju potenzjali ta' dawk ir-regoli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li minnu ntbagħtet il-kunsinna, kif ukoll ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat, sabiex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-investigazzjonijiet xierqa.

2.   L-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom, mingħajr dewmien:

(a)

jinfurmaw bil-wasla tan-notifika;

(b)

meta l-awtorità kompetenti li tibgħat in-notifika tispeċifika dan, jindikaw l-investigazzjoni li jkunu beħsiebhom iwettqu; u

(c)

jinvestigaw il-kwistjoni, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti li jibagħtu n-notifika bin-natura tal-investigazzjoni u tal-kontrolli uffiċjali mwettqa, bid-deċiżjonijiet meħudin, u bir-raġunijiet għal tali deċiżjonijiet.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti li jibagħtu n-notifika jkollhom raġunijiet biex jemmnu li l-investigazzjonijiet imwettqa, jew il-miżuri meħudin mill-awtoritajiet kompetenti nnotifikati, ma jindirizzawx b'mod adegwat in-nonkonformità misjuba, għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti nnotifikati biex jikkomplementaw il-kontrolli uffiċjali mwettqa jew il-miżuri meħudin. F'tali każijiet l-awtoritajiet kompetenti miż-żewġ Stati Membri għandhom:

(a)

ifittxu approċċ miftiehem bil-għan li jindirizzaw kif xieraq in-nonkonformità, inkluż permezz ta' kontrolli uffiċjali u investigazzjonijiet konġunti mwettqa f'konformità mal-Artikolu 104(3); u

(b)

jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien meta ma jkunux kapaċi jaqblu fuq miżuri xierqa.

4.   Meta l-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq annimali jew oġġetti li joriġinaw fi Stat Membru ieħor juru każijiet ripetuti ta' nonkonformità kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

Artikolu 107

Assistenza abbażi ta' informazzjoni pprovduta minn pajjiżi terzi

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni mingħand pajjiż terz li jindika nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jew riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, għandhom, mingħajr dewmien:

(a)

jinnotifikaw tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra kkonċernati; u

(b)

jikkomunikaw tali informazzjoni lill-Kummissjoni fejn tkun jew tista' tkun rilevanti fil-livell tal-Unjoni.

2.   L-informazzjoni miksuba permezz ta' kontrolli uffiċjali u investigazzjonijiet imwettqa f'konformità ma' dan ir-Regolament tista' tiġi kkomunikata lill-pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1, dment li:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti li jkunu pprovdew l-informazzjoni jaqblu ma' tali komunikazzjoni;

(b)

il-pajjiż terz ikun intrabat li jipprovdi l-assistenza meħtieġa biex jiġbor evidenza ta' prattiki li huma, jew li jidhru, nonkonformi mar-regoli tal-Unjoni, jew li huma ta' riskju għall-bniedem, għall-annimali, għall-pjanti jew għall-ambjent; u

(c)

ikun hemm konformità mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti applikabbli għall-komunikazzjoni tad-data personali lill-pajjiżi terzi.

Artikolu 108

Assistenza kkoordinata u segwitu mill-Kummissjoni

1.   Fejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati mhumiex kapaċi jaqblu dwar azzjoni xierqa biex jindirizzaw in-nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha tikkoordina, mingħajr dewmien, il-miżuri u l-azzjonijiet meħudin mill-awtoritajiet kompetenti f'konformità ma' dan it-Titolu, fejn l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni jew:

(a)

tirrapporta attivitajiet li huma, jew li jidhru, nonkonformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), u tali attivitajiet għandhom, jew jista' jkollhom, ramifikazzjonijiet f'aktar minn Stat Membru wieħed; jew

(b)

tindika li l-istess attivitajiet, jew attivitajiet simili, li huma jew jidhru nonkonformi mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), x'aktarx ikunu qed isiru f'aktar minn Stat Membru wieħed..

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista':

(a)

b'kollaborazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, tibgħat tim ta' spezzjoni biex iwettaq kontroll uffiċjali fuq il-post;

(b)

titlob, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru li minnu ntbagħtet il-kunsinna, u fejn xieraq, fi Stati Membri oħra kkonċernati, jintensifikaw kif xieraq il-kontrolli uffiċjali, u jirrapportawlha dwar il-miżuri meħudin minnhom;

(c)

tieħu kwalunkwe miżura xierqa oħra f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu regoli għall-iskambju rapidu tal-informazzjoni fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

TITOLU V

IPPJANAR U RAPPURTAR

Artikolu 109

Pjanijiet nazzjonali pluriennali ta' kontroll (MANCP) u korp uniku għall-MANCP

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontrolli uffiċjali regolati b'dan ir-Regolament isiru mill-awtoritajiet kompetenti abbażi ta' MANCP, li t-tħejjija u l-implimentazzjoni tiegħu jiġu kkoordinati fit-territorju kollu tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp uniku inkarigat bil-kompitu li:

(a)

jikkoordina t-tħejjija tal-MANCP mal-awtoritajiet kompetenti kollha responsabbli għall-kontrolli uffiċjali;

(b)

jiżgura li l-MANCP huwa koerenti;

(c)

jiġbor l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-MANCP bil-ħsieb li jiġi ppreżentat ir-rappurtar annwali msemmi fl-Artikolu 113 u tar-rieżami u l-aġġornament tiegħu kif meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 111(2).

Artikolu 110

Kontenut tal-MANCP

1.   MANCP għandhom jitħejjew b'mod li jiżgura li jiġu ppjanati kontrolli uffiċjali fl-oqsma kollha regolati bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9 u mar-regoli previsti fl-Artikoli 18 sa 27.

2.   MANCP għandhom jinkludu informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali fl-Istat Membru kkonċernat f'kull wieħed mill-oqsma koperti, u għandhom jinkludu tal-anqas informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

l-objettivi strateġiċi tal-MANCP u kif il-prijoritizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali u l-allokazzjoni tar-riżorsi jirriflettu dawk l-objettivi;

(b)

il-kategorizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali skont ir-riskji;

(c)

l-għażla ta' awtoritajiet kompetenti u l-kompiti tagħhom f'livell ċentrali, reġjonali u lokali, u r-riżorsi disponibbli għal dawk l-awtoritajiet;

(d)

fejn xieraq, id-delega ta' kompiti lil korpi delegati;

(e)

l-organizzazzjoni ġenerali u l-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi kontrolli uffiċjali fi stabbilimenti individwali;

(f)

sistemi ta' kontroll applikati għal setturi differenti, u l-koordinazzjoni bejn servizzi differenti tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali f'dawk is-setturi;

(g)

il-proċeduri u l-arranġamenti implimentati biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti previsti fl-Artikolu 5(1);

(h)

it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti;

(i)

il-proċeduri ddokumentati previsti fl-Artikolu 12(1);

(j)

l-organizzazzjoni ġenerali u l-operat ta' pjanijiet ta' kontinġenza f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); u

(k)

l-organizzazzjoni ġenerali tal-kooperazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri.

Artikolu 111

Tħejjija, aġġornament u rieżami tal-MANCP

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-MANCP previst fl-Artikolu 109(1) isir disponibbli għall-pubbliku, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-partijiet tal-pjan li l-iżvelar tagħhom jista' jipperikola l-effettività tal-kontrolli uffiċjali.

2.   Il-MANCP għandu jiġi aġġornat regolarment biex jiġi aġġustat skont bidliet fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), u jiġi rieżaminat sabiex iqis, tal-anqas, il-fatturi li ġejjin:

(a)

l-emerġenza ta' mard ġdid, pesti ġodda tal-pjanti, jew riskji ġodda oħra għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fil-każ tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, anke għall-ambjent;

(b)

bidliet sinifikanti fl-istruttura, il-ġestjoni jew l-operat tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru;

(c)

ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali tal-Istati Membri;

(d)

ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni fl-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 116(1);

(e)

sejbiet xjentifiċi; u

(f)

l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz fi Stat Membru.

3.   Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-aħħar verżjoni aġġornata tal-MANCP rispettiv tagħhom.

Artikolu 112

Programmi ta' kontroll ikkoordinati u ġbir ta' informazzjoni u data

Bil-għan li ssir valutazzjoni mmirata, mal-Unjoni kollha, tal-qagħda tal-applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew sabiex tiġi stabbilita l-prevalenza ta' ċerti perikli mal-Unjoni kollha, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta':

(a)

l-implimentazzjoni ta' programmi ta' kontroll ikkoordinati, ta' tul ta' żmien limitat, f'wieħed mill-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

l-organizzazzjoni, fuq bażi ad hoc, tal-ġbir ta' data u informazzjoni rigward l-applikazzjoni ta' sett speċifiku tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew rigward il-prevalenza ta' ċerti perikli.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikoli 113

Rapporti annwali mill-Istati Membri

1.   Sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport li jinkludi:

(a)

kull emenda li tkun saret fil-MANCP tiegħu biex iqis il-fatturi msemmija fl-Artikolu 111(2);

(b)

ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fis-sena ta' qabel fil-qafas tal-MANCP tiegħu;

(c)

it-tip u l-għadd ta' każijiet ta' nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), f'kull qasam, identifikati fis-sena ta' qabel mill-awtoritajiet kompetenti;

(d)

il-miżuri meħudin biex jiżguraw l-operat effettiv tal-MANCP tiegħu, inklużi l-azzjoni ta' infurzar u r-riżultati ta' tali miżuri; u

(e)

link għall-[paġna web tal-awtorità kompetenti li fiha] l-informazzjoni pubblika dwar it-tariffi jew l-imposti msemmija fl-Artikolu 85(2).

2.   Sabiex tiġi żgurata l-preżentazzjoni uniformi tar-rapporti annwali previsti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta u taġġorna kif meħtieġ mudelli ta' formoli standard għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni u d-data msemmija f' dak il-paragrafu.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni, kull meta jkun possibbli, għandhom jippermettu l-użu tal-mudelli ta' formoli standard adottati mill-Kummissjoni għall-preżentazzjoni ta' rapporti oħra dwar il-kontrolli uffiċjali li l-awtoritajiet kompetenti għandhom mitluba jippreżentaw lill-Kummissjoni f'konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 114

Rapporti annwali mill-Kummissjoni

1.   Sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport annwali dwar l-operat tal-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri, li jqis:

(a)

ir-rapporti annwali ppreżentati mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 113; u

(b)

ir-riżultati tal-kontrolli tal-Kummissjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 116(1).

2.   Ir-rapport annwali previst fil-paragrafu 1 jista', fejn xieraq, jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar titjib possibbli fis-sistemi ta' kontroll uffiċjali fl-Istati Membri u f'ċerti kontrolli uffiċjali f'ċerti oqsma.

Artikolu 115

Pjanijiet ta' kontinġenza għall-ikel u l-għalf

1.   Għall-applikazzjoni tal-pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżi previst fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta' kontinġenza għall-ikel u l-għalf, li jistipulaw il-miżuri li għandhom jiġu applikati, mingħajr dewmien, meta jinstab li ikel jew għalf joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, direttament jew permezz tal-ambjent.

2.   Il-pjanijiet ta' kontinġenza għall-ikel u l-għalf previsti fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu involuti;

(b)

is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a); u

(c)

il-mezzi u l-proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u partijiet oħra kkonċernati, kif ikun xieraq.

3.   L-Istati Membri għandhom jerġgħu jeżaminaw il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom għall-ikel u l-għalf b'mod regolari, biex iqisu l-bidliet fl-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-pjan u l-eżerċizzji ta' simulazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta':

(a)

regoli għall-istabbiliment tal-pjanijiet ta' kontinġenza previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu konsistenti u effettiv tal-pjan ġenerali għall-immaniġġjar ta' kriżi previst fl-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002; u

(b)

ir-rwol tal-partijiet interessati fl-istabbiliment u l-operat ta' dawk il-pjanijiet ta' kontinġenza.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

TITOLU VI

ATTIVITAJIET TAL-UNJONI

KAPITOLU I

Kontrolli tal-Kummissjoni

Artikolu 116

Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

1.   L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu kontrolli, inklużi awditi, f'kull Stat Membru, sabiex:

(a)

jivverifikaw l-applikazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u dawk previsti f'dan ir-Regolament;

(b)

jivverifikaw il-funzjonament tas-sistemi nazzjonali ta' kontroll fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u dawk previsti f'dan ir-Regolament u tal-awtoritajiet kompetenti li joperawhom;

(c)

jinvestigaw u jiġbru informazzjoni:

(i)

dwar kontrolli uffiċjali u prattiki ta' infurzar fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u dawk previsti f'dan ir-Regolament;

(ii)

dwar problemi importanti jew rikorrenti bl-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(iii)

fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, problemi emerġenti jew żviluppi ġodda fl-Istati Membri fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) u dawk previsti f'dan ir-Regolament.

2.   Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għandhom jitwettqu b'mod regolari.

3.   Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu verifiki fuq il-post. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jakkumpanjaw il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jwettqu kontrolli uffiċjali.

4.   L-esperti mill-Istati Membri jistgħu jassistu lill-esperti tal-Kummissjoni. L-esperti nazzjonali li jakkumpanjaw lill-esperti tal-Kummissjoni għandhom jingħataw l-istess drittijiet ta' aċċess bħall-esperti tal-Kummissjoni.

Artikolu 117

Rapporti mill-Kummissjoni dwar kontrolli mwettqa fl-Istati Membri

Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tħejji abbozz ta' rapport dwar is-sejbiet u dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati mill-esperti tagħha matul il-kontrolli mwettqa f'konformità mal-Artikolu 116(1);

(b)

tibgħat kopja tal-abbozz ta' rapport previst fil-punt (a) lill-Istat Membru fejn ikunu saru dawk il-kontrolli sabiex jikkummenta dwaru;

(c)

tqis il-kummenti tal-Istat Membru msemmija fil-punt (b) fit-tħejjija tar-rapport finali dwar is-sejbiet tal-kontrolli mwettqa mill-esperti tagħha fl-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 116(1); u

(d)

tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-rapport finali msemmi fil-punt (c) flimkien mal-kummenti tal-Istat Membru msemmija fil-punt (b).

Artikolu 118

Programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

1.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi programm annwali jew pluriennali ta' kontroll, għall-kontrolli li għandhom isiru mill-esperti tagħha fl-Istati Membri, kif previst fl-Artikolu 116(1); u

(b)

tikkomunika lill-Istati Membri, sal-aħħar ta' kull sena, il-programm annwali ta' kontroll jew kull aġġornament tal-programm pluriennali ta' kontroll għas-sena ta' wara.

2.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' temenda l-programm ta' kontroll tagħha biex tqis l-iżviluppi fl-oqsma regolati bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Kwalunkwe tali emenda għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien lill-Istati Membri.

Artikolu 119

Obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-kontrolli tal-Kummissjoni

L-Istati Membri għandhom:

(a)

jieħdu miżuri xierqa ta' segwitu biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas speċifiku jew sistemiku identifikat permezz tal-kontrolli mwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 116(1);

(b)

jagħtu l-assistenza teknika meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni disponibbli, inkluż ir-riżultati tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 6, fuq talba motivata, u appoġġ tekniku ieħor, mitlubin mill-esperti tal-Kummissjoni biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli b'mod effiċjenti u effettiv; u

(c)

jagħtu l-assistenza meħtieġa biex jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-proprjetà kollha, jew għal partijiet tal-proprjetà, l-annimali u l-oġġetti, u għall-informazzjoni, inklużi sistemi informatiċi, rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 120

Kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

1.   L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli f'pajjiżi terzi sabiex:

(a)

jivverifikaw il-konformità, jew l-ekwivalenza, tal-leġislazzjoni u s-sistemi tal-pajjiż terz, inklużi ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali u l-ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali, tikketti uffiċjali, marki uffiċjali u attestazzjonijiet uffiċjali oħra, mar-rekwiżiti stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

jivverifikaw il-kapaċità tas-sistema ta' kontroll tal-pajjiż terz biex jiżguraw li l-kunsinni ta' annimali u oġġetti esportati lejn l-Unjoni jikkonformaw ma' rekwiżiti rilevanti stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti li tal-anqas ikunu ekwivalenti għalihom;

(c)

jiġbru informazzjoni u data biex jiċċaraw il-kawżi ta' problemi rikorrenti jew emerġenti fir-rigward ta' esportazzjonijiet ta' annimali u oġġetti minn pajjiż terz.

2.   Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom iqisu, b'mod partikolari:

(a)

il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b)

l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, is-setgħat u l-indipendenza tagħhom, is-superviżjoni li għaliha huma soġġetti, u l-awtorità li għandhom biex jinfurzaw il-leġislazzjoni applikabbli b'mod effettiv;

(c)

it-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz fit-twettiq ta' kontrolli uffiċjali;

(d)

ir-riżorsi, inklużi l-faċilitajiet ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

(e)

l-eżistenza u l-operat ta' proċeduri ddokumentati ta' kontroll, u ta' sistemi ta' kontroll ibbażati fuq prijoritajiet;

(f)

fejn applikabbli, is-sitwazzjoni fir-rigward tas-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali, iż-żoonożi u saħħa tal-pjanti, u l-proċeduri għan-notifikar lill-Kummissjoni u lil korpi internazzjoni rilevanti, dwar it-tifqigħ ta' mard tal-annimali u pesti tal-pjanti;

(g)

il-livell u l-operat tal-kontrolli mwettqa mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fuq l-annimali, il-pjanti u l-prodotti tagħhom, li jaslu minn pajjiżi terzi oħra; u

(h)

il-garanzija li jista' jagħti l-pajjiż terz fir-rigward tal-konformità, jew l-ekwivalenza, mar-rekwiżiti stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.   Sabiex tiffaċilita l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli previsti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, qabel ma twettaq tali kontrolli, tista' titlob lill-pajjiż terz ikkonċernat li jipprovdi:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 125(1); u

(b)

fejn xieraq u meħtieġ, ir-rekords bil-miktub dwar il-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

4.   Il-Kummissjoni tista' taħtar esperti mill-Istati Membri biex jassistu lill-esperti tagħha matul il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 121

Frekwenza tal-kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

Il-frekwenza tal-kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 120 għandha tiġi ddeterminata abbażi ta l-kriterji li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tar-riskju tal-annimali u l-oġġetti esportati lejn l-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat;

(b)

ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(c)

il-volum u n-natura tal-annimali u l-oġġetti li jidħlu fl-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat;

(d)

ir-riżultati tal-kontrolli diġà mwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni jew minn korpi ta' spezzjoni oħra;

(e)

ir-riżultati ta' kontrolli uffiċjali fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat, u ta' kwalunkwe kontroll uffiċjali ieħor li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru jkunu wettqu;

(f)

l-informazzjoni riċevuta mill-EFSA, jew minn korpi simili;

(g)

l-informazzjoni riċevuta minn korpi rikonoxxuti internazzjonalment, bħal:

(i)

l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;

(ii)

il-Kummissjoni Codex Alimentarius;

(iii)

l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE);

(iv)

l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti u kwalunkwe organizzazzjoni reġjonali oħra għall-protezzjoni tal-pjanti stabbilita skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Pjanti (IPPC);

(v)

is-segretarjat tal-IPPC;

(vi)

l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi;

(vii)

il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;

(viii)

is-segretarjat tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosigurtà għall-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversità Bijoloġika;

(h)

l-evidenza ta' sitwazzjonijiet ta' mard emerġenti, jew ċirkostanzi oħra li jistgħu jirriżultaw mid-dħul fl-Unjoni, minn pajjiż terz, ta' annimali u oġġetti li joħolqu riskji għas-saħħa jew għall-ambjent jew riskju ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa;

(i)

il-ħtieġa li jiġu investigati jew indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza f'pajjiżi terzi individwali.

Artikolu 122

Rapporti mill-Kummissjoni dwar kontrolli mwettqa mill-esperti tagħha f'pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni għandha tħejji rapporti dwar is-sejbiet ta' kull kontroll imwettaq f'konformità mal-Artikoli 120 u 121. Fejn xieraq, ir-rapport tagħha għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed ir-rapporti tagħha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 123

Programm tal-kontrolli tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika minn qabel, lill-Istati Membri, il-programm tal-kontrolli f'pajjiżi terzi, u għandha tirrapporta dwar ir-riżultati. Il-Kummissjoni tista' temenda dak il-programm biex tqis l-iżviluppi fl-oqsma regolati bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2). Kwalunkwe tali emenda għandha tiġi kkomunikata lill-Istati Membri minn qabel.

Artikolu 124

Kontrolli ta' pajjiżi terzi fl-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontrolli ppjanati fl-oqsma regolati mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) fit-territorju tagħhom, mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi.

2.   L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem fil-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1, fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn dawk il-kontrolli jkunu qed isiru .

3.   Il-parteċipazzjoni tal-esperti tal-Kummissjoni fil-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandha sservi, b'mod partikolari, biex:

(a)

jingħataw pariri dwar ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

tiġi pprovduta informazzjoni u data disponibbli fil-livell tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għall-kontroll imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz;

(c)

jiġu ffaċilitati l-konsistenza u l-uniformità fir-rigward tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fi Stati Membri differenti.

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet għad-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni

Artikolu 125

Informazzjoni dwar is-sistemi ta' kontroll ta' pajjiżi terzi

1.   Il-Kummissjoni għandha titlob lil pajjiżi terzi li beħsiebhom jesportaw annimali u oġġetti lejn l-Unjoni biex jipprovdu l-informazzjoni preċiża u aġġornata li ġejja, dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni ġenerali tas-sistemi ta' kontroll sanitarju u fitosanitarju fit-territorju tagħhom:

(a)

kwalunkwe regola sanitarja jew fitosanitarja adottata jew proposta fit-territorju tagħhom;

(b)

il-proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskji, u l-fatturi li jitqiesu għall-valutazzjoni tar-riskji u għad-determinazzjoni tal-livell adegwat ta' protezzjoni sanitarja jew fitosanitarja;

(c)

kwalunkwe proċedura u mekkaniżmu ta' kontroll u spezzjoni, inkluż, fejn rilevanti, fuq annimali u oġġetti li jaslu minn pajjiżi terzi oħra;

(d)

mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni uffiċjali;

(e)

fejn xieraq, kwalunkwe miżura meħuda wara r-rakkomandazzjonijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122;

(f)

fejn rilevanti, ir-riżultati ta' kontrolli mwettqa fuq annimali u oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni; u

(g)

fejn rilevanti, informazzjoni dwar bidliet li jkunu saru fl-istruttura u l-funzjonament ta' sistemi ta' kontroll adottati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti sanitarji jew fitosanitarji tal-Unjoni, jew rakkomandazzjoni previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122.

2.   It-talba għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata, u tqis in-natura tal-annimali u l-oġġetti li għandhom jiġu esportati lejn l-Unjoni, u s-sitwazzjoni fi, u l-istruttura speċifiċi ta', il-pajjiż terz.

Artikolu 126

Stabbiliment ta' kondizzjonijiet addizzjonali għad-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 144 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati għad-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-annimali u l-oġġetti jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), bl-eċċezzjoni tal-punti (d), (e), (g) u (h) tal-Artikolu 1(2), jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti li tal-anqas ikunu ekwivalenti tagħhom.

2.   Il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidentifikaw l-annimali u l-oġġetti b'referenza għall-kodiċijiet tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda, u jistgħu jinkludu:

(a)

ir-rekwiżit li ċerti annimali u oġġetti għandhom jidħlu fl-Unjoni biss minn pajjiż terz jew reġjun ta' dak il-pajjiż terz li jidher f'lista mfassla mill-Kummissjoni għal dan il-għan;

(b)

ir-rekwiżit li kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti minn pajjiżi terzi jintbagħtu minn, u jinkisbu jew jitħejjew fi, stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti li tal-anqas ikunu ekwivalenti tagħhom;

(c)

ir-rekwiżit li mal-kunsinni ta' ċerti annimali u oġġetti jkun hemm ċertifikat uffiċjali, attestazzjoni uffiċjali, jew kwalunkwe evidenza oħra li l-kunsinni jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fil-paragrafu 1, jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti li tal-anqas ikunu ekwivalenti tagħhom, inklużi r-riżultati tal-analiżi mwettqa minn laboratorju akkreditat;

(d)

l-obbligu li tiġi pprovduta l-evidenza msemmija fil-punt (c), f'format speċifiku;

(e)

kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ biex jiżgura li ċerti annimali u oġġetti joffru livell ta' protezzjoni tas-saħħa u, fir-rigward tal-OĠM, tal-ambjent, ekwivalenti għal-livell żgurat mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli dwar il-format u t-tip ta' ċertifikati uffiċjali, attestazzjonijiet uffiċjali, jew evidenza meħtieġa f'konformità mar-regoli previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 127

Inklużjoni fil-lista ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 126(2)

1.   L-inklużjoni ta' pajjiż terz jew reġjun tiegħu fil-lista msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 126(2) għandha ssir f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tapprova t-talba mibgħuta lilha għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mill-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma' evidenza xierqa, u garanziji li l-annimali u l-oġġetti kkonċernati minn dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 126(1) jew rekwiżiti ekwivalenti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati u aġġornati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-talba msemmija fil-paragrafu 2 filwaqt li tqis, kif ikun xieraq:

(a)

il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz fis-settur ikkonċernat;

(b)

l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz u s-servizzi ta' kontroll tiegħu, is-setgħat disponibbli għalihom, il-garanziji li jistgħu jingħataw fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni tal-pajjiż terz applikabbli għas-settur ikkonċernat, u l-affidabbiltà tal-proċeduri ta' ċertifikazzjoni uffiċjali;

(c)

it-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ta' kontrolli uffiċjali adegwati u attivitajiet oħra biex jivvalutaw il-preżenza ta' perikli għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, u fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent;

(d)

ir-regolarità u r-rapidità tal-informazzjoni pprovduta mill-pajjiż terz dwar il-preżenza ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent;

(e)

il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz li:

(i)

il-kondizzjonijiet applikati għall-istabbilimenti li minnhom annimali jew oġġetti jiġu esportati lejn l-Unjoni jikkonformaw ma' rekwiżiti li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 126(1);

(ii)

lista tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (i) titfassal u tinżamm aġġornata;

(iii)

il-lista tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (i) u l-aġġornamenti tagħha jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien;

(iv)

l-istabbilimenti msemmija fil-punt (i) huma soġġetti għal kontrolli regolari u effettivi mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz;

(f)

is-sejbiet tal-kontrolli mwettqa mill-esperti tal-Kummissjoni fil-pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 120(1);

(g)

kull informazzjoni jew data oħra dwar il-kapaċità tal-pajjiż terz biex jiżgura li jidħlu fl-Unjoni biss annimali u oġġetti li jipprovdu l-istess livell, jew livell ekwivalenti, ta' protezzjoni bħal-livell mogħti mir-rekwiżiti rilevanti msemmija fl-Artikolu 126(1).

4.   Il-Kummissjoni għandha tħassar ir-referenza għal pajjiż terz jew reġjun ta' pajjiż terz mil-lista msemmija fl-Artikolu 126(2)(a) meta l-kondizzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista ma jibqgħux jiġu sodisfatti. Għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 128

Miżuri speċjali fir-rigward tad-dħul ta' ċerti annimali u oġġetti fl-Unjoni

1.   Fejn, f'każijiet differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u fl-Artikolu 249 tar-Regolament (UE) Nru 2016/249, ikun hemm evidenza li d-dħul fl-Unjoni ta' ċerti annimali u prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz, reġjun tiegħu jew grupp ta' pajjiżi terzi, jista' jkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għall-ambjent, jew fejn ikun hemm evidenza li aktarx tkun qiegħda ssir nonkonformità serja u mifruxa mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta l-miżuri meħtieġa biex trażżan tali riskju, jew biex twaqqaf u ttemm in-nonkonformità identifikata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2) ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidentifikaw l-annimali u l-oġġetti b'referenza għall-kodiċijiet tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda, u jistgħu jinkludu:

(a)

il-projbizzjoni tad-dħul tal-annimali u l-oġġetti fl-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 li joriġinaw jew jintbagħtu mill-pajjiżi terzi kkonċernati jew minn reġjuni tagħhom;

(b)

ir-rekwiżit li l-annimali u l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li joriġinaw jew jintbagħtu minn ċerti pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom ikunu soġġetti, qabel ma jintbagħtu, għal ċertu trattament speċifiku jew ċerti kontrolli speċifiċi;

(c)

ir-rekwiżit li l-annimali u l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 li joriġinaw jew jintbagħtu minn ċerti pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom ikunu soġġetti, malli jidħlu fl-Unjoni, għal ċertu trattament speċifiku jew ċerti kontrolli speċifiċi;

(d)

ir-rekwiżit li kunsinni tal-annimali u l-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li joriġinaw jew jintbagħtu minn ċerti pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom ikollhom magħhom ċertifikat uffiċjali, attestazzjoni uffiċjali, jew kwalunkwe evidenza oħra li l-kunsinna tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), jew ma' rekwiżiti rikonoxxuti li tal-anqas ikunu ekwivalenti tagħhom;

(e)

ir-rekwiżit li tiġi pprovduta l-evidenza msemmija fil-punt (d), f'format speċifiku;

(f)

miżuri oħra meħtieġa biex jitrażżan ir-riskju.

3.   Meta jiġu adottati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jitqiesu:

(a)

l-informazzjoni miġbura f'konformità mal-Artikolu 125;

(b)

kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta mill-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(c)

fejn meħtieġ, ir-riżultati tal-kontrolli tal-Kummissjoni previsti fl-Artikolu 120(1).

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati marbuta mas-saħħa tal-bniedem, mas-saħħa tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll mal-protezzjoni tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 145(3).

Artikolu 129

Ekwivalenza

1.   Fl-oqsma regolati bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), bl-esklużjoni tal-Artikolu 1(2)(d), (e), (g) u (h), il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tista' tirrikonoxxi li miżuri applikati f'pajjiż terz, jew f'reġjuni tiegħu, huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati f'dawk ir-regoli, abbażi ta':

(a)

eżami eżawrjenti tal-informazzjoni u d-data pprovduta mill-pajjiż terz ikkonċernat, skont l-Artikolu 125(1); u

(b)

fejn xieraq, l-eżitu sodisfaċenti ta' kontroll imwettaq f'konformità mal-Artikolu 120(1).

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

2.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw l-arranġamenti prattiċi għad-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat, jew reġjuni tiegħu, u jistgħu jinkludu:

(a)

in-natura u l-kontenut taċ-ċertifikati jew attestazzjonijiet uffiċjali li l-annimali jew l-oġġetti għandu jkollhom magħhom;

(b)

rekwiżiti speċifiċi applikabbli għad-dħul tal-annimali jew l-oġġetti fl-Unjoni, u għall-kontrolli uffiċjali li għandhom isiru malli jidħlu fl-Unjoni;

(c)

fejn meħtieġ, proċeduri għat-tfassil u l-emendar ta' listi ta' reġjuni jew stabbilimenti fil-pajjiż terz ikkonċernat li minnhom huwa permess id-dħul ta' annimali u oġġetti fl-Unjoni.

3.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrevoka, mingħajr dewmien, l-atti ta' implimentazzjoni previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, meta ma tibqax tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

KAPITOLU III

Taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti u ta' awtoritajiet oħra

Artikolu 130

Taħriġ u skambju tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Il-Kummissjoni tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, u fejn xieraq, għall-persunal ta' awtoritajiet oħra tal-Istati Membri, involut fl-investigazzjonijiet ta' ksur possibbli ta' dan ir-Regolament, u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

Il-Kummissjoni għandha torganizza dawk l-attivitajiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati.

2.   L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' approċċ armonizzat lejn il-kontrolli uffiċjali u lejn attivitajiet uffiċjali oħra fl-Istati Membri. Għandhom jinkludu, kif ikun xieraq, taħriġ dwar:

(a)

dan ir-Regolament, u r-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2);

(b)

il-metodi u t-tekniki ta' kontroll rilevanti għall-kontrolli uffiċjali u għall-attivitajiet uffiċjali l-oħra tal-awtoritajiet kompetenti;

(c)

metodi u tekniki ta' produzzjoni, ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni.

3.   L-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu miftuħin għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi, u jistgħu jiġu organizzati barra mill-Unjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-għarfien miksub permezz tal-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jinxtered kif meħtieġ, u jintuża kif xieraq fl-attivitajiet ta' taħriġ tal-persunal imsemmija fl-Artikolu 5(4).

Attivitajiet ta' taħriġ maħsuba biex jinxtered tali għarfien għandhom jiġu inklużi fil-programmi ta' taħriġ imsemmija fl-Artikolu 5(4).

5.   Il-Kummissjoni tista' torganizza, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, programmi għall-iskambju ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jwettaq kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra, bejn żewġ Stati Membri jew aktar.

Tali skambju jista' jsir permezz tal-issekondar temporanju ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti, minn Stat Membru għal ieħor, jew permezz tal-iskambju ta' tali persunal bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

6.   Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistipula regoli dwar l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta' taħriġ imsemmija fil-paragrafu 1 u tal-programmi msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

KAPITOLU IV

Sistemi ta' ġestjoni tal-informazzjoni

Artikolu 131

Sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali (IMSOC)

1.   Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi sistema kompjuterizzata ta' ġestjoni tal-informazzjoni għal kontrolli uffiċjali (IMSOC) għall-operat integrat tal-mekkaniżmi u l-għodod li permezz tagħhom data, informazzjoni u dokumenti dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jiġu ġestiti, trattati, u skambjati awtomatikament.

2.   L-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz tal-IMSOC u kwalunkwe komponent tagħha għandu jsir biss għall-fini li jitwettqu kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 132

Funzjonalitajiet ġenerali tal-IMSOC

L-IMSOC għandha:

(a)

tippermetti t-trattament u l-iskambju kompjuterizzat tal-informazzjoni, id-data u d-dokumenti meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali, li jirriżultaw mit-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, jew mir-reġistrazzjoni tat-twettiq jew l-eżitu ta' kontrolli uffiċjali, fil-każijiet kollha meta dan ir-Regolament, ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-atti ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 16 sa 27 jipprevedu l-iskambju fost l-awtoritajiet kompetenti, bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni, u fejn xieraq, ma' awtoritajiet oħra u l-operaturi, ta' tali informazzjoni, data u dokumenti;

(b)

tipprovdi mekkaniżmu għall-iskambju ta' data, informazzjoni u dokumenti f'konformità mal-Artikoli 102 sa 108;

(c)

tipprovdi għodda għall-ġbir u l-ġestjoni tar-rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni;

(d)

tippermetti l-produzzjoni, it-trattament u t-trasmissjoni, inkluż f'forma elettronika, tal-ktieb tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tar-rekords miksubin mis-sistema ta' navigazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) ta' dak ir-Regolament, u taċ-CHED imsemmi fl-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament; u

(e)

tintegra s-sistemi kompjuterizzati eżistenti ġestiti mill-Kummissjoni u użati għall-iskambju rapidu ta' data, informazzjoni u dokumenti rigward ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, u għas-saħħa tal-pjanti, kif stabbilit mill-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u tipprovdi rabtiet xierqa bejn dawk is-sistemi u l-komponenti l-oħrajn tagħha.

Artikolu 133

Użu tal-IMSOC fil-każ ta' annimali u oġġetti soġġetti għal ċerti kontrolli uffiċjali

1.   Fil-każ ta' annimali jew oġġetti li l-movimenti tagħhom fl-Unjoni, jew it-tqegħid tagħhom fis-suq, huma soġġetti għal rekwiżiti jew proċeduri speċifiċi stabbiliti bir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), l-IMSOC għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fil-post li minnu tintbagħat il-kunsinna u lil awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq dawk l-annimali jew oġġetti, li jiskambjaw f'ħin reali data, informazzjoni u dokumenti rigward l-annimali jew l-oġġetti li jkunu qed jiġu ttrasportati minn Stat Membru għal ieħor, u rigward il-kontrolli uffiċjali mwettqa.

L-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika għal oġġetti soġġetti għar-regoli msemmija fil-punti (g) u (h) tal-Artikolu 1(2).

2.   Fil-każ ta' annimali u oġġetti esportati, li għalihom japplikaw regoli tal-Unjoni rigward il-ħruġ taċ-ċertifikat ta' esportazzjoni, l-IMSOC għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-post li minnu tintbagħat il-kunsinna u lil awtoritajiet kompetenti oħra responsabbli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali, li jiskambjaw f'ħin reali data, informazzjoni u dokumenti dwar tali annimali u oġġetti, kif ukoll ir-riżultat ta' kontrolli mwettqa fuq dawk l-annimali jew oġġetti.

3.   F'każ ta' annimali jew oġġetti soġġetti għall-kontrolli uffiċjali msemmija fl-Artikoli 44 sa 64, l-IMSOC għandha:

(a)

tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera u lil awtoritajiet kompetenti oħra responabbli għat-twettiq ta' kontrolli uffiċjali fuq dawk l-annimali jew oġġetti, li jiskambjaw f'ħin reali data, informazzjoni u dokumenti dwar dawk l-annimali u oġġetti, u dwar il-kontrolli mwettqa fuq l-istess annimali jew oġġetti;

(b)

tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera li jikkondividu u jiskambjaw data, informazzjoni u dokumenti rilevanti ma' awtoritajiet doganali u ma' awtoritajiet oħra responsabbli għat-twettiq ta' kontrolli fuq annimali u oġġetti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, kif ukoll ma' operaturi involuti fil-proċeduri ta' dħul, f'konformità mar-regoli adottati skont l-Artikoli 15(4) u 75(2), u ma' regoli rilevanti oħra tal-Unjoni; u

(c)

tappoġġa u topera l-proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 54(2) u fl-Artikolu 65(6).

4.   Għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-IMSOC għandha tiġi integrata fis-sistema eżistenti Traces.

Artikolu 134

Il-funzjonament tal-IMSOC

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjonigħall-funzjonament tal-IMSOC li jistipulaw:

(a)

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-IMSOC u l-komponenti tas-sistema tagħha, inkluż il-mekkaniżmu ta' skambju elettroniku ta' data għall-iskambji ma' sistemi nazzjonali eżistenti, l-identifikazzjoni ta' standards applikabbli, id-definizzjoni ta' strutturi ta' messaġġi, dizzjunarji tad-data, skambju ta' protokolli u proċeduri;

(b)

ir-regoli speċifiċi għall-funzjonament tal-IMSOC u tal-komponenti tas-sistema tagħha sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u s-sikurezza tal-iskambju ta' informazzjoni;

(c)

ir-regoli speċifiċi għall-funzjonament u l-użu tal-IMSOC u tal-komponenti tagħha, inklużi r-regoli biex jiġu aġġornati u jinħolqu r-rabtiet meħtieġa bejn is-sistemi msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 132 u fl-Artikolu 133(4); u

(d)

l-arranġamenti ta' kontinġenza li għandhom jiġu applikati f'każ ta' indisponibbiltà ta' kwalunkwe funzjonalità tal-IMSOC;

(e)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li taħthom, il-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati jistgħu jingħataw aċċess parzjali għall-funzjonalitajiet tal-IMSOC u l-arranġamenti prattiċi ta' tali aċċess;

(f)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li taħthom, id-data, l-informazzjoni u d-dokumenti għandhom jintbagħtu permezz tal-IMSOC;

(g)

ir-regoli dwar sistema elettronika li biha ċ-ċertifikati elettroniċi maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi għandhom jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti; u

(h)

il-każijiet fejn, u l-kondizzjonijiet li fihom, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-użu tal-IMSOC lil utenti okkażjonali.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

Artikolu 135

Protezzjoni tad-data

1.   Id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandhom japplikaw sakemm l-informazzjoni pproċessata permezz tal-IMSOC ikun fiha data personali kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE u fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.   Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħhom li jibagħtu l-informazzjoni rilevanti lill-IMSOC u l-ipproċessar ta' kwalunkwe data personali li tista' tirriżulta minn din l-attività, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE.

3.   Fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha għall-ġestjoni tal-IMSOC u l-ipproċessar ta' kwalunkwe data personali li tista' tirriżulta minn dik l-attività, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4.   L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 10, l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE kif meħtieġ biex jipproteġu l-interess imsemmi fil-punti (d) u (f) tal-Artikolu 13(1) ta' dik id-Direttiva.

5.   Il-Kummissjoni tista' tirrestrinġi d-drittijiet u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(1) u l-Artikoli 13 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi msemmija fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 20(1) ta' dak ir-Regolament matul il-perijodu li fih ikunu qed jiġu ppjanati jew ikunu qed jittieħdu azzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mal-liġi dwar l-ikel jew l-għalf jew biex jiġi żgurat l-infurzar tal-liġi dwar l-ikel jew l-għalf fil-każ speċifiku li miegħu tkun marbuta l-informazzjoni.

Artikolu 136

Sigurtà tad-data

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-IMSOC tkun konformi mar-regoli dwar is-sigurtà tad-data adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 17 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 rispettivament.

TITOLU VII

AZZJONI TA' INFURZAR

KAPITOLU I

Azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u penali

Artikolu 137

Obbligi ġenerali tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' azzjoni ta' infurzar

1.   Meta jaġixxu f'konformità ma' dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu prijorità lil azzjoni li għandha tittieħed biex jitneħħew jew jitrażżnu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali jew, fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent.

2.   F'każ ta' suspett ta' nonkonformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu investigazzjoni sabiex jikkonfermaw jew ineħħu dak is-suspett.

3.   Fejn meħtieġ, l-azzjonijiet meħuda f'konformità mal-paragrafu 2 għandhom jinkludu:

(a)

it-twettiq ta' kontrolli uffiċjali intensifikati fuq annimali, oġġetti u operaturi għal perijodu xieraq;

(b)

id-detenzjoni uffiċjali ta' annimali u oġġetti, kif ukoll ta' kwalunkwe sustanza jew prodott mhux awtorizzati, kif ikun xieraq.

Artikolu 138

Azzjonijiet f'każ ta' nonkonformità stabbilita

1.   Fejn tiġi stabbilita nonkonformità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu:

(a)

kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jiddeterminaw l-oriġini u l-livell tan-nonkonformità, u biex jistabbilixxu r-responsabbiltajiet tal-operatur; u

(b)

miżuri xierqa biex jiżguraw li l-operatur ikkonċernat jirrimedja n-nonkonformità u jipprevjeni r-ripetizzjoni tat-tali nonkonformità.

Meta jiġu biex jiddeċiedu l-miżuri li għandhom jittieħdu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura ta' dik in-nonkonformità u r-rekord tal-operatur fir-rigward tal-konformità.

2.   Meta jaġixxu f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kwalunkwe miżura li jqisu li tkun meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), inklużi, iżda mhux limitatament għal, dawn li ġejjin:

(a)

jordnaw jew iwettqu trattamenti fuq l-annimali;

(b)

jordnaw il-ħatt, it-trasferiment għal mezz ieħor ta' trasport, iż-żamma u l-kura tal-annimali, perijodi ta' kwarantina, il-posponiment tal-qtil tal-annimali, u, jekk ikun meħtieġ, jordnaw l-ingaġġ ta' assistenza veterinarja;

(c)

jordnaw trattamenti fuq l-oġġetti, l-alterazzjoni tat-tikketti, jew informazzjoni korrettiva li għandha tiġi pprovduta lill-konsumaturi;

(d)

jillimitaw jew jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq, il-moviment, id-dħul fl-Unjoni jew l-esportazzjoni ta' annimali u oġġetti; u jipprojbixxu r-ritorn tagħhom lejn l-Istat Membru li minnhom ikunu ntbagħtu, jew jordnaw ir-ritorn tagħhom lejn l-Istat Membru li minnhom intbagħtu;

(e)

jordnaw li l-operatur iżid il-frekwenza tal-kontrolli tiegħu stess;

(f)

jordnaw li ċerti attivitajiet tal-operatur ikkonċernat ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali miżjuda jew sistematiċi;

(g)

jordnaw is-sejħa lura, l-irtirar, it-tneħħija jew il-qerda tal-oġġetti, filwaqt li jawtorizzaw, fejn xieraq, l-użu tal-oġġetti għal finijiet differenti minn dawk li għalihom kienu intiżi oriġinarjament;

(h)

jordnaw l-iżolament jew l-għeluq, għal perijodu xieraq ta' żmien, tan-negozju kollu, jew parti min-negozju, tal-operatur ikkonċernat, jew tal-istabbilimenti, l-azjendi jew proprjetà oħra tiegħu;

(i)

jordnaw il-waqfien, għal perijodu ta' żmien xieraq, tal-attivitajiet kollha, jew parti mill-attivitajiet, tal-operatur ikkonċernat, u fejn rilevanti, tas-siti elettroniċi li l-operatur jopera jew juża;

(j)

jordnaw is-sospensjoni jew l-irtirar tar-reġistrazzjoni jew l-approvazzjoni tal-istabbiliment, l-impjant, l-azjenda jew il-mezz ta' trasport ikkonċernati, tal-awtorizzazzjoni ta' trasportatur jew taċ-ċertifikat ta' kompetenza tax-xufier;

(k)

jordnaw il-qtil tal-annimali, dejjem jekk dan ikun l-aktar miżura xierqa biex tissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem u s-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-operatur ikkonċernat, jew lir-rappreżentant tiegħu:

(a)

notifika bil-miktub tad-deċiżjoni tagħhom rigward l-azzjoni jew il-miżura li għandha tittieħed f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, flimkien mar-raġunijiet għal tali deċiżjoni; u,

(b)

informazzjoni dwar kwalunkwe dritt ta' appell kontra tali deċiżjonijiet, jew dwar il-proċedura u l-limiti ta' żmien applikabbli fir-rigward ta' tali dritt ta' appell.

4.   Kull nefqa mġarrba taħt dan l-Artikolu għandha titħallas mill-operaturi responsabbli.

5.   L-awtoritajiet kompetenti, fil-każ ta' ħruġ ta' ċertifikati uffiċjali foloz jew qarrieqa jew fil-każ ta' abbuż ta' ċertifikati uffiċjali għandhom jieħdu miżuri xierqa, inkluż:

(a)

is-sospensjoni temporanja tal-uffiċjal ta' ċertifikazzjoni mill-kompiti tiegħu;

(b)

l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għall-iffirmar ta' ċertifikati uffiċjali;

(c)

kwalunkwe miżura oħra li tipprevjeni li r-reati msemmija fl-Artikolu 89(2) jiġu ripetuti.

Artikolu 139

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sal-14 ta' Diċembru 2019, jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pieni finanzjarji għall-ksur ta' dan ir-Regolament u tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), imwettaq permezz ta' prattiki frodulenti jew qarrieqa, jirriflettu, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-inqas il-vantaġġ ekonomiku għall-operatur jew, kif xieraq, persentaġġ tal-fatturat tal-operatur.

Artikolu 140

Rappurtar ta' ksur

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom mekkaniżmi effettivi li jippermettu r-rappurtar tal-ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)

proċeduri għar-riċevuta ta' rapporti ta' ksur u s-segwitu tagħhom;

(b)

protezzjoni xierqa għall-persuni li jirrapportaw ksur minn ritaljazzjoni, diskriminazzjoni jew tipi oħra ta' trattament inġust; u,

(c)

protezzjoni tad-data personali tal-persuna li tirrapporta ksur f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.

KAPITOLU II

Miżuri ta' infurzar tal-Unjoni

Artikolu 141

Tfixkil serju tas-sistema ta' kontroll ta' Stat Membru

1.   Fejn il-Kummissjoni jkollha evidenza ta' tfixkil serju ta' sistema ta' kontroll ta' Stat Membru u tali tfixkil jista' jikkostitwixxi riskju mifrux għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ukoll għall-ambjent, jew jista' jirriżulta fi ksur mifrux tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin, li għandhom jiġu applikati sakemm jitneħħa tali tfixkil:

(a)

il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq jew tat-trasport, il-moviment jew trattament ieħor ta' ċerti annimali jew oġġetti kkonċernati mit-tfixkil tas-sistema ta' kontroll;

(b)

kondizzjonijiet speċjali għall-attivitajiet, l-annimali jew l-oġġetti msemmija fil-punt (a);

(c)

is-sospensjoni tat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jew f'punti ta' kontroll oħra kkonċernati mit-tfixkil tas-sistema ta' kontroll uffiċjali, jew l-irtirar ta' tali postijiet ta' kontroll fuq il-fruntiera jew punti ta' kontroll oħra;

(d)

miżuri temporanji oħra xierqa, meħtieġa biex irażżnu dak ir-riskju, sakemm jitneħħa t-tfixkil tas-sistema ta' kontroll.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 145(2).

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati biss fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx irranġa s-sitwazzjoni fuq talba tal-Kummissjoni u fil-limitu ta' żmien xieraq stipulat mill-Kummissjoni.

3.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati marbuta mas-saħħa tal-bniedem, mas-saħħa tal-annimali, jew fir-rigward tal-OĠM u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, anke mal-protezzjoni tal-ambjent, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 145(3).

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet proċedurali

Artikolu 142

Emendar tal-Annessi u tar-referenzi għal standards Ewropej

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward ta' emendi għall-Annessi II u III, sabiex jitqiesu l-bidliet fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2), il-progress tekniku, u l-iżviluppi xjentifiċi.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tar-referenzi għall-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 29(b)(iv), l-Artikolu 37(4)(e) u l-Artikolu 93(3)(a) fil-każ li s-CEN jemenda dawk l-istandards.

Artikolu 143

Protezzjoni tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar ta' data personali li jsir fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali li jsir mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 144

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 18(7) u 21(8), l-Artikolu 41, l-Artikoli 45(4) u 47(3), l-Artikolu 48, l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 51, u l-Artikoli 53(1), 62(3), 64(2) u (5), 77(1) u (2), 92(4), 99(2), 100(6), 101(2), 126(1), 142(1) u (2), 149(2), 150(3), 154(3),155(3) u 165(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-28 ta' April 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' tul identiku ta' żmien, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 18(7) u 21(8), l-Artikolu 41, l-Artikoli 45(4) u 47(3), l-Artikolu 48, l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 51, u l-Artikoli 53(1), 62(3), 64(2) u (5), 77(1) u (2), 99(2), 100(6), 101(2), 126(1), 142(1) u (2), 149(2), 150(3), 154(3), 155(3) u 165(3) tista' tiġi rrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il- prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 18(7) u 21(8), l-Artikolu 41, l-Artikoli 45(4) u 47(3), l-Artikolu 48, l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 51, u l-Artikoli 53(1), 62(3), 64(2) u (5), 77(1) u (2), 99(2), 100(6), 101(2), 126(1), 142(1) u (2), 149(2), 150(3), 154(3), 155(3) u 165(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 145

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, ħlief fir-rigward tal-Artikoli 25 u 26 ta' dan ir-Regolament li għalihom il-Kummissjoni għandha tkun assistita, rispettivament, mill-Kumitati stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Dawk il-kumitati għandhom ikunu kumitati fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 146

Tħassir

1.   Ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004, id-Direttivi 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni 92/438/KEE jitħassru b'effett mill-14 ta' Diċembru 2019.

2.   Ir-referenzi għall-atti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabelli ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 147

Rabta mar-Regolament (KE) Nru 882/2004

L-għażla ta' kull laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha tibqa' fis-seħħ sakemm jintgħażel laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea fl-istess qasam skont l-Artikolu 93 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 148

Rabta mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 dwar l-approvazzjoni ta' stabbilimenti kummerċjali tal-ikel

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom isegwu meta japplikaw għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom f'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004.

2.   Malli tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni minn operatur kummerċjali tal-ikel, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel żjara fuq il-post.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tapprova stabbiliment għall-attivitajiet ikkonċernati fil-każ biss li l-operatur kummerċjali tal-ikel ikun wera li jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel.

4.   L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni kondizzjonali jekk ikun jidher li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-infrastruttura u t-tagħmir. Hija għandha tagħti approvazzjoni sħiħa fil-każ biss li jkun jidher minn kontroll uffiċjali ġdid fl-istabbiliment, imwettaq fi żmien tliet xhur mill-għoti tal-approvazzjoni kondizzjonali, li l-istabbiliment jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti l-oħra tal-liġi dwar l-ikel. Jekk ikun sar progress ċar iżda l-istabbiliment ikun għadu ma jissodisfax ir-rekwiżiti rilevanti kollha, l-awtorità kompetenti tista' ttawwal l-approvazzjoni kondizzjonali. Madankollu, l-approvazzjoni kondizzjonali ma għandhiex taqbeż it-total ta' sitt xhur, ħlief fil-każ ta' bastimenti fabbrika u friża li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, li għalihom tali approvazzjoni kondizzjonali ma għandhiex taqbeż it-total ta' 12-il xahar.

5.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-approvazzjoni ta' stabbilimenti taħt rieżami meta twettaq kontrolli uffiċjali.

Artikolu 149

Miżuri tranżizzjonali b'rabta mat-tħassir tad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE

1.   Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE li jirregolaw il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 47(2), l-Artikolu 48, il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 51(1), il-punt (a) tal-Artikolu 53(1), l-Artikolu 54(1) u (3), u il-punt (a) tal-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabilha li għandha tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 47(2), l-Artikolu 48, il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 51(1), il-punt (a) tal-Artikolu 53(1), l-Artikolu 54(1) u (3), u l-punt (a) tal-Artikolu 58.

Artikolu 150

Miżuri tranżizzjonali b'rabta mat-tħassir tad-Direttiva 96/23/KE

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibqgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali meħtieġa biex jidentifikaw il-preżenza tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 96/23/KE, f'konformità mal-Annessi II, III u IV ta' dik id-Direttiva, minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament, sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabilha li għandha tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-Artikolu 29(1) u (2) tad-Direttiva 96/23/KE għandu jibqa' japplika minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabilha li għandha tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-data ta' qabel imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandha tiġi stabbilita skont l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikoli 19 u 112.

Artikolu 151

Emendi għad-Direttiva 98/58/KE

Id-Direttiva 98/58/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2).

(*2)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …).”;"

(2)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal- 31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità, u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawk ir-rapporti lill-Istati Membri”;

(c)

jitħassar il-punt (a) tal-paragrafu 3;

(3)

jitħassar l-Artikolu 7.

Artikolu 152

Emendi għad-Direttiva 1999/74/KE

Id-Direttiva 1999/74/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità, u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawn ir-rapporti lill-Istati Membri.”;

(c)

jitħassar il-punt (a) tal-paragrafu 3;

(2)

jitħassar l-Artikolu 9.

Artikolu 153

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

Ir-Regolament (UE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

jitħassru l-Artikoli 19 u 21;

(2)

fl-Anness X, jitħassru l-Kapitoli A u B.

Artikolu 154

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u miżuri tranżizzjonali relatati

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej;

“(d)

‘post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera’ tfisser post ta' kontroll fuq il-fruntiera kif definit fl-Artikolu 3(25) tar-Regolament (UE) 2017/..... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) .

(*3)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(f)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/.....”;

(c)

il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(i)

‘punt ta' ħruġ’ tfisser punt ta' ħruġ kif definit fl-Artikolu 3(39) tar-Regolament (UE) 2017/.....”;

(d)

il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(p)

‘veterinarju uffiċjali’ tfisser veterinarju uffiċjali kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2017/.....”.

(2)

jitħassru l-Artikoli 14, 15, 16 u 21, l-Artikolu 22(2), u l-Artikoli 23, 24 u 26.

(3)

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   'L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtorità kompetenti biex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tan-nuqqasijiet ewlenin identifikati, u pjan ta' azzjoni biex jindirizzahom.”;

(4)

jitħassar l-Artikolu 28.

2.   L-Artikoli 14, 15, 16 u 21, l-Artikolu 22(2), u l-Artikoli 23, 24 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandhom jibqgħu japplikaw, minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabilha li għandha tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandha tiġi stabbilita skont l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 21.

Artikolu 155

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u miżuri tranżizzjonali relatati

1.   Jitħassru l-Artikoli 26 u 27, l-Artikolu 28(1) u (2) u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 396/2005.

2.   L-Artikolu 26, l-Artikolu 27(1) u l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandhom jibqgħu japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabilha li għandha tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 biex jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Dik id-data għandha tkun id-data tal-applikazzjoni tar-regoli korrispondenti li għandha tiġi stabbilita skont l-atti delegati jew ta' implimentazzjoni previsti fl-Artikolu 19.

Artikolu 156

Emendi għad-Direttiva 2007/43/KE

Id-Direttiva 2007/43/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2(1) , il-punti (c) u (d) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(c)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/..... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(d)

‘veterinarju uffiċjali’ tfisser veterinarju uffiċjali kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2017/......;

(*4)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017… dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(2)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 1;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawk ir-rapporti lill-Istati Membri.”.

Artikolu 157

Emendi għad-Direttiva 2008/119/KE

Id-Direttiva 2008/119/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2 , il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).

(*5)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …).”;"

(2)

l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawk ir-rapporti lill-Istati Membri.”;

(3)

jitħassar l-Artikolu 9.

Artikolu 158

Emendi għad-Direttiva 2008/120/KE

Id-Direttiva 2008/120/KE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“10.

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

(*6)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(2)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport annwali għas-sena ta' qabel, dwar l-ispezzjonijiet li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mar-rapport għandu jkun hemm analiżi tal-aktar sejbiet serji ta' nonkonformità, u pjan ta' azzjoni nazzjonali biex jipprevjeni jew inaqqas l-okkorrenza tagħhom għas-snin ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarji ta' dawk ir-rapporti lill-Istati Membri.”;

(3)

jitħassar l-Artikolu 10.

Artikolu 159

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1099/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 1099/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (q) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(q)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7).

(*7)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(2)

jitħassar l-Artikolu 22.

Artikolu 160

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1069/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 1069/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (10) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(10)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8).

(*8)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(b)

il-punt (15) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(15)

‘transitu’ tfisser transitu kif definit fl-Artikolu 3(44) tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(2)

jitħassru l-Artikoli 45, 49 u 50.

Artikolu 161

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena, rapport, għas-sena ta' qabel, dwar il-firxa u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament.”;

(b)

jitħassru t-tieni u t-tielet paragrafi.

(2)

jitħassar il-punt (n) tal-Artikolu 78(1).

Artikolu 162

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Kontenut tal-kontrolli uffiċjali”;

(b)

jitħassru l-paragrafi 1 u 2;

(c)

fil-paragrafu 3, il-frażi ta' introduzzjoni hija sostitwita b'dan li ġej:

“3.   Il-kontrolli uffiċjali mwettqa f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) għandhom ikopru:

(*9)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)”;"

(2)

l-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti, l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti li jindikaw prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq, għandha ssir minn:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti magħżula f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/…; jew

(b)

korpi delegati kif definiti fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(b)

fil-paragrafu 3, jitħassar l-ewwel subparagrafu;

(c)

fil-paragrafu 4, il-kliem “il-paragrafi 1 u 2” huma sostitwiti bil-kliem: “il-paragrafu 2”;

(3)

jitħassar l-Artikolu 38;

(4)

l-Artikolu 39 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 39

Korpi delegati li jwettqu kontrolli f'pajjiżi terzi

Il-korpi delegati li jwettqu kontrolli fil-pajjiżi terzi msemmija fil-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 37 għandhom jiġu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għall-‘Valutazzjoni tal-konformità – Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw prodotti, proċessi u servizzi’. Dawn il-korpi delegati jistgħu jiġu akkreditati minn korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni fl-Unjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew minn korp tal-akkreditazzjoni barra l-Unjoni li jkun firmatarju tal-ftehim ta' rikonoxximent multilaterali taħt l-awspiċji tal-Forum Internazzjonali tal-Akkreditazzjoni.”

Artikolu 163

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 30(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Biex ikopru l-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma approvati mill-Kummissjoni, jistgħu jingħataw għotjiet lil:

(a)

il-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) u liċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11);

(b)

iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għat-trattament xieraq tal-annimali msemmija fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/…;

(c)

iċ-ċentri ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-awtentiċità u l-integrità tal-katina agroalimentari msemmija fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2017/....

(*10)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …)."

(*11)  Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r- Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (‘ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali’) (OJ L 171, 29.6.2016, p. 66).”."

(2)

jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

Akkreditazzjoni ta' laboratorji ta' referenza nazzjonali għas-saħħa tal-pjanti

1.   Jistgħu jingħataw għotjiet lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2017/… għall-ispejjeż imġarrba għall-ksib tal-akkreditazzjoni skont l-istandard EN ISO/IEC 17025 dwar ‘Rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza ta' laboratorji fl-ittestjar u l-kalibrazzjoni’ għall-użu ta' metodi ta' analiżi, ittestjar u dijanjosi tal-laboratorju għall-verifika tal-konformità mar-regoli dwar miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti.

2.   Jistgħu jingħataw għotjiet lil laboratorju ta' referenza nazzjonali uniku f'kull Stat Membru għal kull laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għas-saħħa tal-pjanti, sa tliet snin wara l-għażla ta' dak il-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 164

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/429 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati

1.   Ir-Regolament (UE) 2016/429 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (33) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(33)

‘kontroll uffiċjali’ tfisser kwalunkwe forma ta' kontroll imwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12);

(*12)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …).”;"

(b)

il-punt (51) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(51)

‘Traces’ tfisser komponent tas-sistema integrat fl-IMSOC kif imsemmi fl-Artikoli 131 sa 136 tar-Regolament (UE) 2017/…;”;

(c)

il-punt (53) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(53)

‘veterinarju uffiċjali’ tfisser veterinarju uffiċjali kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2017/…;”;

(d)

il-punt (55) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(55)

‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità veterinarja ċentrali ta' Stat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali u ta' kwalunkwe attività uffiċjali oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2017/…, jew kwalunkwe awtorità oħra li lilha tkun ġiet iddelegata dik ir-responsabbiltà;”;

(2)

fl-Artikolu 229, il-paragrafu (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-operaturi responsabbli mill-kunsinna inkwistjoni għandhom jippreżentaw kunsinni ta' annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi jew territorji terzi għall-finijiet ta' kontroll uffiċjali kif previst fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(3)

jitħassar l-Artikolu 281.

2.   Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-materji regolati bir-Regolament (UE) 2016/429, sad-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament:

(a)

l-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE;

(b)

l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE;

(c)

l-Artikolu 18(1), (3), (4), (5), (6), (7) u (8) tad-Direttiva 91/496/KEE;

(d)

l-Artikolu 22(1), (3), (4), (5), (6) u (7) tad-Direttiva 97/78/KE.

3.   B'kont meħud tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/429 u minkejja d-data ta' applikazzjoni prevista f'dak ir-Regolament, għall-finijiet tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament, il-kondizzjoni għall-applikazzjoni tiegħu għandha titqies bħala diġà sodisfatta mill-14 ta' Diċembru 2019.

Artikolu 165

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/2031 u dispożizzjonijiet tranżizzjonali relatati

1.   Ir-Regolament (UE) 2016/2031 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-punt (6) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(6)

‘awtorità kompetenti’ tfisser awtoritajiet kompetenti kif definiti fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13);

(*13)  Regolament (UE) 2017/.... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L …, p. …).”;"

(2)

l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Konferma uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti tal-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni

Fejn awtorità kompetenti tissuspetta, jew tkun irċeviet evidenza dwar il-preżenza ta' pest ta' kwarantina fl-Unjoni, jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1), f'parti mit-territorju tal-Istat Membru rispettiv fejn dak il-pest preċedentement ma kienx magħruf li kien preżenti, jew f'kunsinna ta' pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra introdotti fit-territorju tal-Unjoni, maħsuba li jiġu introdotti fih, jew imċaqilqa ġewwa fih, hija għandha minnufih tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa biex tikkonferma, abbażi ta' dijanjosi minn laboratorju uffiċjali kif imsemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2017/… (‘biex tikkonferma uffiċjalment’) jekk dak il-pest huwiex preżenti jew le.

Sa meta tingħata l-konferma uffiċjali tal-preżenza ta' dak il-pest, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, fejn applikabbli, jieħdu miżuri fitosanitarji biex jeliminaw ir-riskju tat-tixrid ta' dak il-pest.

Is-suspett jew l-evidenza msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati fuq kwalunkwe informazzjoni riċevuta skont l-Artikoli 14 u 15, jew minn kwalunkwe sors ieħor.”;

(3)

fl-Artikolu 11, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“In-notifiki taħt l-ewwel paragrafu għandhom isiru mill-awtorità unika, kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/…, tal-Istat Membru kkonċernat u permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103.”;

(4)

fl-Artikolu 25(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-eżekuzzjoni tal-pjan, f'każ ta' preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest ta' prijorità kkonċernat, kif ukoll il-katina ta' kmand u l-proċeduri għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet pubbliċi oħra, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2017/…, il-korpi delegati jew il-persuni fiżiċi involuti, kif imsemmija fl-Artikolu 28(1) ta' dak ir-Regolament (UE) …/…., il-laboratorji u l-operaturi professjonisti, inkluża l-koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u l-pajjiżi terzi ġirien, fejn meħtieġ;”;

(5)

fl-Artikolu 41, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   F'każ li pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra jkunu ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni, jew ġew imċaqilqa ġewwa fih, bi ksur tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa, kif imsemmija fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2017/… u għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha ssir ukoll lill-pajjiż terz minn fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra ġew introdotti fit-territorju tal-Unjoni.”;

(6)

fl-Artikolu 44, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjonijiet fil-pajjiż terz ikkonċernat u f'konformità mal-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2017/…., biex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu humiex sodisfatti.”;

(7)

fl-Artikolu 49(6), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103 ta' dan ir-Regolament, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe każ fejn tkun ġiet irrifjutata l-introduzzjoni ta' pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor fit-territorju tal-Unjoni, jew ikun ġie pprojbit il-moviment tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, peress li l-Istat Membru kkonċernat kien tal-fehma li kien hemm ksur tal-projbizzjoni msemmija fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Fejn applikabbli, dik in-notifika għandha tinkludi l-miżuri meħuda mill-Istati Membri dwar il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra kkonċernati skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(8)

fl-Artikolu 76 il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dawn li ġejjin:

“4.   Fil-każ ta' pajjiż terz li mhux parti kontraenti għall-IPPC, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta biss iċ-ċertifikati fitosanitarji maħruġa mill-awtoritajiet li huma kompetenti f'konformità mar-regoli nazzjonali ta' dak il-pajjiż terz u nnotifikati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-operaturi, permezz tas-sistema elettronika ta' notifika msemmija fl-Artikolu 103, skont il-punt (a) tal-Artikolu 132 tar-Regolament (UE) 2017/…, bin-notifiki li tirċievi.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 105, biex jissupplimentaw dan ir-Regolament fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà ta' dawk iċ-ċertifikati.

5.   Ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għandhom jiġu aċċettati biss meta jiġu pprovduti permezz ta', jew fi skambju elettroniku ma', l-IMSOC msemmija fl-Artikolu 131(1) tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(9)

fl-Artikolu 77(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fejn ikun inħareġ ċertifikat fitosanitarju f'konformità mal-Artikolu 71(1), (2) u (3), u l-awtorità kompetenti kkonċernata tikkonkludi li l-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 76 ma ġewx sodisfatti, hi għandha tinvalida dak iċ-ċertifikat fitosanitarju u tiżgura li ma jakkumpanjax aktar dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew l-oġġetti l-oħra kkonċernati. F'dak il-każ, u fir-rigward tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti jew tal-oġġetti l-oħra kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tieħu waħda mill-miżuri stipulati fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2017/....”;

(10)

fl-Artikolu 91(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-operaturi awtorizzati li jimplimentaw pjan approvat għall-ġestjoni tar-riskju ta' pesti jistgħu jkunu soġġetti għal spezzjonijiet bi frekwenza mnaqqsa, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2017/…”;

(11)

fl-Artikolu 94(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 87 ta' dan ir-Regolament, fejn pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor, introdott fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiż terz li, għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni jeħtieġ passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 79(1) u 80(1) ta' dan ir-Regolament, il-passaport għandu jinħareġ jekk il-verifiki taħt l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2017/… dwar l-introduzzjoni tagħhom ikunu tlestew b'mod sodisfaċenti u jkunu waslu għall-konklużjoni li l-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett ieħor ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi għall-ħruġ ta' passaport tal-pjanti skont l-Artikolu 85 ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, l-Artikolu 86 ta' dan ir-Regolament.”;

(12)

fl-Artikolu 100, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Iċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għall-esportazzjoni għandhom jiġu pprovduti permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.”;

(13)

fl-Artikolu 101, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Iċ-ċertifikati fitosanitarji elettroniċi għar-riesportazzjoni għandhom jiġu pprovduti permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.”;

(14)

fl-Artikolu 102, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Iċ-ċertifikat ta' qabel l-esportazzjoni għandu jakkumpanja l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra kkonċernati matul il-moviment tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, għajr jekk l-informazzjoni li tinsab fih tiġi skambjata bejn l-Istati Membri kkonċernati permezz ta', jew permezz ta' skambju elettroniku ma', l-IMSOC.”;

(15)

l-Artikolu 103 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 103

L-istabbiliment ta' sistema ta' notifika elettronika

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika għall-preżentazzjoni ta' notifiki mill-Istati Membri.

Dik is-sistema għandha tkun ikkollegata u kompatibbli mal-IMSOC.”;

(16)

fl-Artikolu 109, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Direttiva 2000/29/KE titħassar, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 165(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/....”.

2.   L-Artikoli rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-materji regolati mill-Artikolu 47(2), l-Artikolu 48, il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 51(1), il-punt (a) tal-Artikolu 53(1), l-Artikolu 54(1) u (3) u l-punt (a) tal-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament minflok dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, sal-14 ta' Diċembru 2022 jew data qabel, wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li tiġi ddeterminata fl-att delegat adottat f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

3.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 144 li jemendaw dan ir-Regolament fir-rigward tad-data msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu u d-data ta' applikazzjoni prevista fl-Artikolu 167(1), il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fil-punti (a) u (e) tal-Artikolu 53(1), fir-rigward tal-oġġetti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1), sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel id-data tal-applikazzjoni tagħhom.

Artikolu 166

Miżuri tranżizzjonali għall-adozzjoni ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni

Mingħajr preġudizzju għad-dati ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 167 u kwalunkwe dispożizzjoni tranżizzjonali prevista f'dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni previsti f'dan ir-Regolament sat-28 ta' April 2017. Tali atti għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 167, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tranżizzjonali prevista f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 167

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Sakemm mhux previst mod ieħor fil-paragrafi 2 sa 4, huwa għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2019.

2.   Fil-qasam kopert mir-regoli msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 1(2), għandhom japplikaw l-Artikolu 34(1), (2) u (3), il-punt (e) tal-Artikolu 37(4) u l-Artikolu 37(5) mid-29 ta' April 2022.

3.   L-Artikoli 92 sa 101 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mid-29 ta' April 2018, minflok l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, li jitħassar minn dan ir-Regolament.

4.   L-Artikolu 163 għandu japplika mit-28 ta' April 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

Għall-Parlament Ewropew

Il-President


(1)  ĠU C 67, 6.3.2014, p. 166.

(2)  ĠU C 114, 15.4.2014, p. 96.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-19 ta' Diċembru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2017 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(6)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(7)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(8)  Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji mill-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament tal-prodotti sekondarji mill-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(11)  Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(12)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(13)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir- Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(14)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(15)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(16)  Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mat-tqegħid fis-suq ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(17)  Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).

(18)  Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

(19)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(20)  Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(21)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta' sistema veterinarja integrata u komputerizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).

(22)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

(23)  Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).

(24)  Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(25)  Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar miżuri ta' protezzjoni kontra l-pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

(26)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(27)  Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

(28)  Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34).

(29)  Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13).

(30)  Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28).

(31)  Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE (ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27).

(32)  Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(33)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).

(34)  Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(35)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

(36)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(37)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(38)  Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23).

(39)  Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).

(40)  Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).

(41)  Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7).

(42)  Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5).

(43)  Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir- Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(44)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(45)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(46)  Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

(47)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

(48)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(49)  Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

(50)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(51)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(52)  Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(53)  Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

(54)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(55)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(56)  Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(57)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(58)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).

(59)  Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

(60)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2011 tat-22 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi u proċeduri ddettaljati għall-importazzjoni ta' oġġetti tal-kċina magħmulin mill-plastiċi poliammid u melammina li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta' Ħong Kong, iċ-Ċina (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 25).

(61)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(*1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

TERRITORJI MSEMMIJA FIL-PUNT 40 TAL-ARTIKOLU 3, ĦLIEF GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PUNT (G) TAL-ARTIKOLU 1(2)

1.

It-territorju tar-Renju tal-Belġju

2.

It-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija

3.

It-territorju tar-Repubblika Ċeka

4.

It-territorju tar-Renju tad-Danimarka bl-eċċezzjoni tal-Gżejjer Faeroe u ta' Greenland

5.

It-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

6.

It-territorju tar-Repubblika tal-Estonja

7.

It-territorju tal-Irlanda

8.

It-territorju tar-Repubblika Ellenika

9.

It-territorju tar-Renju ta’ Spanja bl-eċċezzjoni ta' Ceuta u Melilla

10.

It-territorju tar-Repubblika Franċiża

11.

It-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja

12.

It-territorju tar-Repubblika Taljana

13.

It-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru

14.

It-territorju tar-Repubblika tal-Latvja

15.

It-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja

16.

It-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

17.

It-territorju tar-Repubblika tal-Ungerija

18.

It-territorju tar-Repubblika ta' Malta

19.

It-territorju tar-Renju tan-Netherlands fl-Ewropa

20.

It-territorju tar-Repubblika tal-Awstrija

21.

It-territorju tar-Repubblika tal-Polonja

22.

It-territorju tar-Repubblika Portugiża

23.

It-territorju tar-Rumanija

24.

It-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja

25.

It-territorju tar-Repubblika Slovakka

26.

It-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja

27.

It-territorju tar-Renju tal-Iżvezja

28.

It-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq


ANNESS II

TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU I

Suġġetti għat-taħriġ tal-persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra

1.

Metodi u tekniki differenti ta’ kontroll, pereżempju l-ispezzjoni, il-verifika, l-iskrinjar, l-iskrinjar immirat, it-teħid ta' kampjuni, u l-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi tal-laboratorju

2.

Proċeduri ta’ kontroll

3.

Ir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)

4.

Verifika tan-nonkonformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)

5.

Il-perikli fil-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ annimali u oġġetti

6.

L-istadji differenti tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, u r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem, u fejn xieraq, għas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, għat-trattament xieraq tal-annimali, għall-ambjent

7.

L-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ proċeduri HACCP, u ta’ prattiki agrikoli tajbin

8.

Sistemi ta’ ġestjoni, pereżempju programmi ta’ garanzija tal-kwalità ġestiti mill-operaturi, u l-valutazzjoni tagħhom sa fejn huma rilevanti għar-rekwiżiti stipulati fir-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2)

9.

Sistemi ta’ ċertifikazzjoni uffiċjali

10.

Arranġamenti ta’ kontinġenza għall-emerġenzi, inkluża l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

11.

Proċedimenti legali u l-implikazzjonijiet tal-kontrolli uffiċjali

12.

Eżami ta’ materjal bil-miktub, dokumentarju u rekords oħra, inklużi dawk marbutin mal-ittestjar komparattiv bejn il-laboratorji, l-akkreditazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji, li jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2); dan jista' jinkludi aspetti finanzjarji u kummerċjali

13.

Proċeduri ta’ kontroll u rekwiżiti għad-dħul ta’ annimali u oġġetti fl-Unjoni minn pajjiżi terzi

14.

Kull qasam ieħor meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kontrolli uffiċjali jsiru f’konformità ma’ dan ir-Regolament

KAPITOLU II

Suġġetti għall-proċeduri ta’ kontroll

1.

L-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ċentrali u l-awtoritajiet li lilhom ikunu taw il-kompiti għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra

2.

Ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi delegati jew persuni fiżiċi, li lilhom ikunu taw il-kompiti marbutin mal-kontrolli uffiċjali jew attivitajiet uffiċjali oħra

3.

Dikjarazzjoni dwar l-objettivi li għandhom jinkisbu

4.

Kompiti, responsabbiltajiet u dmirijiet tal-persunal

5.

Proċeduri ta’ teħid ta' kampjuni, metodi u tekniki ta’ kontroll, inklużi l-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi tal-laboratorju, l-interpretazzjoni tar-riżultati, u deċiżjonijiet konsegwenti

6.

L-iskrinjar u programmi ta’ skrinjar immirat

7.

Assistenza reċiproka fil-każ li l-kontrolli uffiċjali jirrikjedu li aktar minn Stat Membru jieħdu azzjoni

8.

Azzjoni li għandha tittieħed wara kontrolli uffiċjali

9.

Kooperazzjoni ma’ servizzi u dipartimenti oħra li jista' jkollhom responsabbiltajiet rilevanti, jew ma' operaturi

10.

Verifika tal-adegwatezza tal-metodi ta' teħid ta' kampjuni u tal-analiżi, l-ittestjar u d-dijanjosi tal-laboratorju

11.

Kwalunkwe attività jew informazzjoni oħra meħtieġa sabiex il-kontrolli uffiċjali jsiru b'mod effettiv


ANNESS III

IL-KARATTERIZZAZZJONI TAL-METODI TA’ ANALIŻI

1.

Il-metodi ta' analiżi u r-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkaratterizzati mill-kriterji li ġejjin:

(a)

eżattezza (verità u preċiżjoni);

(b)

applikabbiltà (matriċi u firxa ta’ konċentrazzjoni);

(c)

limitu tad-detezzjoni;

(d)

limitu tal-kwantifikazzjoni;

(e)

preċiżjoni;

(f)

ripetibbiltà;

(g)

riproduċibbiltà;

(h)

irkupru;

(i)

selettività;

(j)

sensittività;

(k)

linearità;

(l)

inċertezza tal-kejl;

(m)

kriterji oħra li jistgħu jiġu selezzjonati kif ikun meħtieġ.

2.

Il-valuri ta’ preċiżjoni msemmija fil-punt 1(e) għandhom jew jinkisbu minn prova kollaborattiva mwettqa f’konformità ma’ protokoll rikonoxxut internazzjonalment dwar il-provi kollaborattivi (eż. ISO 5725 “Eżattezza (verità u preċiżjoni) tal-metodi u r-riżultati tal-kejl”), jew, fejn ikunu ġew stabbiliti kriterji ta’ prestazzjoni għal metodi analitiċi, għandhom jissejsu fuq testijiet tal-konformità ma’ kriterji. Il-valuri ta’ ripetibbiltà u riproduċibbiltà għandhom jiġu espressi f’forma rikonoxxuta internazzjonalment (eż. l-intervalli ta’ fiduċja ta’ 95 % kif iddefiniti minn ISO 5725 “Eżattezza (verità u preċiżjoni) tal-metodi u r-riżultati tal-kejl”). Ir-riżultati mill-prova kollaborattiva għandhom jiġu ppubblikati, jew ikunu disponibbli b’xejn.

3.

Il-metodi ta’ analiżi applikabbli b’mod uniformi għal diversi gruppi ta’ prodotti bażiċi għandhom jingħataw preferenza fuq metodi li japplikaw biss għal prodotti bażiċi individwali.

4.

F’sitwazzjonijiet fejn metodi ta’ analiżi jistgħu jiġu vvalidati biss f’laboratorju uniku, dawk il-metodi għandhom jiġu vvalidati f’konformità ma’ protokolli jew linji gwida xjentifiċi aċċettati internazzjonalment jew, fejn ikunu ġew stabbiliti kriterji ta’ prestazzjoni għal metodi analitiċi, għandhom jissejsu fuq testijiet tal-konformità ma’ kriterji.

5.

Il-metodi ta’ analiżi adottati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu editjati fil-format standard għall-metodi ta’ analiżi rakkomandat mill-ISO.


ANNESS IV

KAPITOLU I

Tariffi jew imposti għall-kontrolli uffiċjali ta' kunsinni ta' annimali u oġġetti li jidħlu fl-unjoni

I.   KUNSINNI TA' ANNIMALI ĦAJJIN

(a)

Annimali bovini, equidae, ħnieżer, ngħaġ, mogħoż, tjur, fniek u tjur żgħar tal-kaċċa jew annimali tal-kaċċa mal-art, ċingjali u ruminanti selvaġġi:

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

(b)

Annimali ta' speċijiet oħra:

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

II.   KUNSINNI TA' LAĦAM

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

III.   KUNSINNI TA’ PRODOTTI TAS-SAJD

(a)

Prodotti tas-sajd mhux bl-ingrossa:

(i)

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

(ii)

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

(iii)

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

(b)

Prodotti tas-sajd, trasportati bħala merkanzija fi kwantità ppakkjata individwalment:

(i)

EUR 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti tas-sajd ta' mhux aktar minn 500 tunnellata,

(ii)

EUR 1 200 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti tas-sajd ta' aktar minn 500 u ta’ mhux aktar minn 1 000 tunnellata,

(iii)

EUR 2 400 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti tas-sajd ta' aktar minn 1 000 u ta' mhux aktar minn 2 000 tunnellata,

(iv)

EUR 3 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti tas-sajd ta' aktar minn 2 000 tunnellata.

IV.   KUNSINNI TA' PRODOTTI TAL-LAĦAM, LAĦAM TAT-TJUR, LAĦAM TA' ANNIMALI TAL-KAĊĊA SELVAĠĠI, LAĦAM TAL-FNIEK JEW LAĦAM TA' ANNIMALI TAL-KAĊĊA MROBBIJIN

(a)

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

(b)

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

(c)

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

V.   KUNSINNI TA' PRODOTTI OĦRA LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI DIFFERENTI MINN PRODOTTI TAL-LAĦAM GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

(a)

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem mhux bl-ingrossa;

(i)

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

(ii)

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

(iii)

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

(b)

Prodotti oħra li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem trasportati bħala merkanzija fi kwantità ppakkjata individwalment:

(i)

EUR 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' mhux aktar minn 500 tunnellata,

(ii)

EUR 1 200 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 500 u ta' mhux aktar minn 1 000 tunnellata,

(iii)

EUR 2 400 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 1 000 u ta' mhux aktar minn 2 000 tunnellata,

(iv)

EUR 3 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 2 000 tunnellata.

VI.   KUNSINNI TA' PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI U GĦALF LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI

(a)

Kunsinna ta’ prodott sekondarju tal-annimali u għalf li joriġinaw mill-annimali mhux trasportati bl-ingrossa:

(i)

EUR 55 kull kunsinna, ta' mhux aktar minn 6 tunnellati, u

(ii)

EUR 9 kull tunnellata, ta' aktar minn 6 u ta' mhux aktar minn 46 tunnellata, jew

(iii)

EUR 420 kull kunsinna, ta' aktar minn 46 tunnellata.

(b)

Prodotti sekondarji mill-annimali u għalf li joriġinaw mill-annimali, trasportati bħalamerkanzija fi kwantità ppakkjata individwalment:

(i)

EUR 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' mhux aktar minn 500 tunnellata,

(ii)

EUR 1 200 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 500 u ta' mhux aktar minn 1 000 tunnellata,

(iii)

EUR 2 400 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 1 000 u ta' mhux aktar minn 2 000 tunnellata,

(iv)

EUR 3 600 kull bastiment, b'tagħbija ta' prodotti ta' aktar minn 2 000 tunnellata.

VII.   KUNSINNI TA' ANNIMALI U OĠĠETTI MINN PAJJIŻI TERZI FI TRANŻITU JEW TRASBORDATI

EUR 30 għal kunsinna miżjuda b'EUR 20 għal kwart ta’ siegħa għal kull membru tal-persunal involut fil-kontrolli.

VIII.   KUNSINNI TA' PJANTI, PRODOTTI MILL-PJANTI U PRODOTTI, OĠĠETTI U MATERJALI OĦRA LI KAPAĊI JŻOMMU JEW IXERRDU PESTI TAL-PJANTI

(a)

Għal verifiki dokumentarji: EUR 7 kull kunsinna.

(b)

Għal verifiki tal-identità:

(i)

EUR 7 kull kunsinna mhux akbar minn tagħbija ta’ trakk, tagħbija ta' vagun tal-ferrovija jew it-tagħbija ta’ kontejner ta’ daqs paragunabbli,

(ii)

EUR 14 kull kunsinna ikbar mid-daqs imsemmi fuq.

(c)

Għal verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti, f’konformità ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet:

(i)

biċċiet, nebbieta (ħlief materjal riproduttiv tal-forestrija), pjanti żgħar tal-frawli jew tal-ħaxix;

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 10 000,

EUR 0,70 kull kunsinna għal kull 1 000 unità addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(ii)

arbuxelli, siġar (li mhumiex siġar tal-Milied maqtugħin), pjanti tal-injam oħra fl-imxietel, inkluż materjal riproduttiv tal-foresta (minbarra żrieragħ):

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 10 000,

EUR 0,44 kull kunsinna għal kull 1 000 unità addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(iii)

basal, basal tuberuż, riżomi, tuberi, maħsuba biex jinżergħu (minbarra tuberi tal-patata):

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 200 kg,

EUR 0,16 kull kunsinna għal kull 10 kg addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(iv)

żrieragħ, kulturi tat-tessut:

EUR 7,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 100 kg,

EUR 0,175 kull kunsinna għal kull 10 kg addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(v)

pjanti oħrajn maħsuba biex jinżergħu, mhux speċifikati x'imkien ieħor f'dan il-punt:

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 5 000,

EUR 0,18 kull kunsinna għal kull 100 unità addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(vi)

fjuri maqtugħin:

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 20 000,

EUR 0,14 kull kunsinna għal kull 1 000 unità addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(vii)

fergħat bil-faxxina, partijiet minn koniferi (minbarra siġar tal-Milied maqtugħin):

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 100 kg,

EUR 1,75 kull kunsinna għal kull 100 kg addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(viii)

siġar tal-Milied maqtugħin:

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 1 000,

EUR 1,75 kull kunsinna għal kull 100 unità addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(ix)

weraq tal-pjanti, bħal erbi, ħwawar u ħaxix bil-weraq:

EUR 17,5 kull kunsinna ta' mhux aktar minn 100 kg,

EUR 1,75 kull kunsinna għal kull 10 kg addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(x)

frott, ħaxix (minbarra ħaxix bil-weraq):

EUR 17,5 kull kunsinna li ma tiżinx aktar minn 25 000 kg,

EUR 0,7 kull kunsinna għal kull 1 000 kg addizzjonali,

(xi)

tuberi tal-patata:

EUR 52,5 kull lott li ma jiżinx aktar 25 000 kg,

EUR 52,5 kull lott għall kull 25 000 kg addizzjonali,

(xii)

injam (minbarra qoxra tas-siġar):

EUR 17,5 kull kunsinna ta' volum ta' mhux aktar minn 1000 m3,

EUR 0,175 kull kunsinna għall kull 10 m3 addizzjonali,

(xiii)

ħamrija u materjal għat-tkabbir, qoxra tas-siġar:

EUR 17,5 kull kunsinna li ma tiżinx aktar minn 25 000 kg,

EUR 0,7 kull kunsinna għal kull 1 000 kg addizzjonali,

EUR 140 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(xiv)

qamħ:

EUR 17,5 kull kunsinna li ma tiżinx aktar minn 25 000 kg,

EUR 0,7 kull kunsinna għal kull 1 000 kg addizzjonali,

EUR 700 kull tariffa massima ta' kunsinna,

(xv)

pjanti jew prodotti mill-pjanti oħrajn mhux speċifikati x'imkien ieħor f'dan il-punt:

EUR 17,5 kull kunsinna.

Fejn kunsinna ma tkunx tikkonsisti esklużivament minn prodotti li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni tal-inċiż rilevanti, dawk il-partijiet minnha li jikkonsistu minn prodotti li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni tal-inċiż rilevanti (lott jew lottijiet) għandhom jiġu ttrattati bħala kunsinna separata.

KAPITOLU II

Tariffi jew imposti għall-kontrolli uffiċjali fil-biċċeriji, f'impjanti tat-tqattigħ, f'impjanti tal-ipproċessar ta' annimali tal-kaċċa, fuq il-produzzjoni tal-ħalib u fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd u prodotti tal-akkwakultura

I.   TARIFFI JEW IMPOSTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FIL-BIĊĊERIJI

(a)

Laħam taċ-ċanga:

(i)

annimali bovini adulti: EUR 5/annimal,

(ii)

annimali bovini żgħar: EUR 2/annimal,

(b)

laħam ta' annimali solipedi/equidae: EUR 3/annimal,

(c)

majjal: annimali f'piż tal-karkassa:

(i)

ta' inqas minn 25 kg: EUR 0,5/annimal,

(ii)

ta' 25 kg jew aktar: EUR 1/annimal,

(d)

laħam tan-ngħaġ u laħam tal-mogħoż: annimali f'piż tal-karkassa:

(i)

ta’ inqas minn 12-il kg: EUR 0,15/annimal,

(ii)

ta' 12 kg jew aktar: EUR 0,25/annimal,

(e)

laħam tat-tjur:

(i)

tjur tal-ġeneru Gallus u farawna: EUR 0,005/annimal,

(ii)

papri u wiżż: EUR 0,01/annimal,

(iii)

dundjani: EUR 0,025/annimal,

(iv)

laħam ta' fniek imrobbija: EUR 0,005/annimal,

(v)

summien u ħaġel: EUR 0,002/annimal.

II.   TARIFFI JEW IMPOSTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI F'IMPJANTI TAT-TQATTIGĦ

Kull tunnellata ta' laħam:

(a)

ċanga, vitella, majjal, annimali solipedi/equidae, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż: EUR 2,

(b)

laħam tat-tjur u tal-fniek imrobbija: EUR 1,5,

(c)

laħam ta' annimali tal-kaċċa mrobbija u selvaġġi:

għasafar żgħar tal-kaċċa u annimali tal-kaċċa mal-art: EUR 1,5,

għasafar li ma jtirux (ngħam, emu, nandou): EUR 3,

ċingjali u ruminanti: EUR 2.

III.   TARIFFI JEW IMPOSTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI F'IMPJANTI TAL-IPPROĊESSAR TA' ANNIMALI TAL-KAĊĊA

(a)

għasafar żgħar tal-kaċċa: EUR 0,005/annimal,

(b)

annimali żgħar tal-kaċċa mal-art: EUR 0,01/annimal,

(c)

għasafar li ma jtirux: EUR 0,5/annimal,

(d)

mammali tal-art:

(i)

ċingjal: EUR 1,5/annimal,

(ii)

ruminanti: EUR 0,5/annimal.

IV.   TARIFFI JEW IMPOSTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODUZZJONI TAL-ĦALIB

(a)

EUR 1 kull 30 tunnellata

u

(b)

EUR 0,5/tunnellata wara dan.

V.   TARIFFI JEW IMPOSTI GĦALL-KONTROLLI UFFIĊJALI FUQ IL-PRODUZZJONI U T-TQEGĦID FIS-SUQ TA' PRODOTTI TAS-SAJD U PRODOTTI TAL-AKKWAKULTURA

(a)

Prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mqiegħda fis-suq għall-ewwel darba:

(i)

EUR 1/tunnellata għall-ewwel 50 tunnellata fix-xahar,

(ii)

EUR 0,5/tunnellata, wara dan;

(b)

L-ewwel bejgħ f'suq tal-ħut:

(i)

EUR 0,5/tunnellata għall-ewwel 50 tunnellata fix-xahar,

(ii)

EUR 0,25/tunnellata, wara dan.

(c)

L-ewwel bejgħ fil-każ ta' nuqqas ta' gradazzjoni jew gradazzjoni insuffiċjenti għall-freskezza u/jew għad-daqs:

(i)

EUR 1/tunnellata għall-ewwel 50 tunnellata fix-xahar,

(ii)

EUR 0,5/tunnellata, wara dan.


ANNESS V

TABELLI TA’ KORRELAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 146(2)

1.   Regolament (KE) Nru 882/2004

Regolament (KE) Nru 882/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 10

Artikolu 3(4)

Artikolu 9(6)

Artikolu 3(5)

Artikolu 9(6)

Artikolu 3(6)

Artikolu 9(7)

Artikolu 3(7)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(1)(a), (c), (d), (e), (f), (g) u (i)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 4(5)

Artikolu 5(5)

Artikolu 4(6)

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(7)

Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 28(1)

Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 31(3)

Artikolu 5(2)(a), (b), (c) u (f)

Artikolu 29

Artikolu 5(2)(d)

Artikolu 5(2)(e)

Artikolu 32

Artikolu 5(3)

Artikolu 33

Artikolu 5(4)

Artikolu 6

Artikolu 5(4)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (b)

Artikolu 7(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(2), it-tieni sentenza

Artikolu 7(2), it-tielet sentenza

Artikolu 7(3)

Artikolu 8 (3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 5(1)(h)

Artikolu 8(3)(a)

Artikolu 12(2)

Artikolu 8(3)(b)

Artikolu 12(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11(1)

Artikolu 34(1) u (2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 34(4)

Artikolu 11(4)

Artikolu 34(6)

Artikolu 11(5)

Artikolu 35(1)

Artikolu 11(6)

Artikolu 35(2)

Artikolu 11(7)

Artikolu 34(5)

Artikolu 12(1)

Artikolu 37(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 37(4)(e)

Artikolu 12(3)

Artikolu 37(5)(c)

Artikolu 12(4)

Artikolu 39(2)

Artikolu 13

Artikolu 115

Artikolu 14(1)

Artikolu 14(2)

Artikolu 45(3)

Artikolu 14(3)

Artikolu 15(1)

Artikolu 44(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 15(2)

Artikolu 44(3) u (5)

Artikolu 15(3)

Artikolu 44(3) u (5)

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 47(1)(d) u (2)(b) u Artikolu 54(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 16(1)

Artikolu 45(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 44(2)

Artikolu 16(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 45(2)

Artikolu 16(3), it-tieni sentenza

Artikolu 34(5)

Artikolu 17(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 59(1)

Artikolu 17(1), it-tieni inċiż

Artikolu 56(1), (3)(a) u (4) u Artikolu 58

Artikolu 17(2)

Artikolu 18

Artikolu 65(1), (2) u (3)

Artikolu 19(1)

Artikolu 66(1) u (3)

Artikolu 19(2)(a)

Artikolu 67

Artikolu 19(2)(b)

Artikolu 66(6)

Artikolu 19(3)

Artikolu 66(5)

Artikolu 19(4)

Artikolu 7

Artikolu 20

Artikolu 71

Artikolu 21(1)

Artikolu 72(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 69

Artikolu 21(3)

Artikolu 66(1)

Artikolu 21(4)

Artikolu 66(5)

Artikolu 22

Artikolu 66(7), 67, l-aħħar sentenza, u Artikolu 69(4)

Artikolu 23(1)

Artikolu 73(1)

Artikolu 23(2)

Artikolu 73(2) u 74

Artikolu 23(3)

Artikolu 73(3)

Artikolu 23(4)

Artikolu 73(2)

Artikolu 23(5)

Artikolu 73(4)(a)

Artikolu 23(6)

Artikolu 73(2)(c) u (4)(b)

Artikolu 23(7)

Artikolu 74

Artikolu 23(8)

Artikolu 74

Artikolu 24(1)

Artikolu 75(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 57

Artikolu 24(3)

Artikolu 46

Artikolu 24(4)

Artikolu 76

Artikolu 25(1)

Artikolu 25(2)(a)

Artikolu 25(2)(b)

Artikolu 77(1)(c)

Artikolu 25(2)(c)

Artikolu 77(1)(f)

Artikolu 25(2)(d)

Artikolu 48(c) u (d) u Artikolu 77(1)(e) u (k)

Artikolu 25(2)(e)

Artikolu 25(2)(f)

Artikolu 70

Artikolu 25(2)(g)

Artikolu 77(1)(h)

Artikolu 25(2)(h)

Artikolu 46(2)(b)

Artikolu 26

Artikolu 78(1)

Artikolu 27(1)

Artikolu 80

Artikolu 27(2)

Artikolu 79

Artikolu 27(3)

Artikolu 27(4)

Artikolu 79(1)

Artikolu 27(5)

Artikolu 27(6)

Artikolu 27(7)

Artikolu 27(8)

Artikolu 84(2)

Artikolu 27(9)

Artikolu 83(2)

Artikolu 27(10)

Artikolu 27(11)

Artikolu 84(1)

Artikolu 27(12), l-ewwel sentenza

Artikolu 85

Artikolu 27(12), it-tieni sentenza

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30(1)(a)

Artikolu 87

Artikolu 30(1)(b)

Artikolu 90(a)

Artikolu 30(1) (c)

Artikolu 88(2)

Artikolu 30(1)(d)

Artikolu 90(b) u (f)

Artikolu 30(1)(e)

Artikolu 90(c)

Artikolu 30(1)(f)

Artikolu 90(d)

Artikolu 30(1)(g)

Artikolu 90(e)

Artikolu 30(2)(a)

Artikolu 89(1)(f)

Artikolu 30(2)(b)

Artikolu 89(1)(d)

Artikolu 30(3)

Artikolu 31

Artikolu 32(1)(a)

Artikolu 94(2)(a)

Artikolu 32(1)(b)

Artikolu 94(2)(c)

Artikolu 32(1)(c)

Artikolu 94(2)(d)

Artikolu 32(1)(d)

Artikolu 94(2)(e)

Artikolu 32(1)(e)

Artikolu 94(2)(f)

Artikolu 32(1)(f)

Artikolu 94(2)(h)

Artikolu 32(2)(a)

Artikolu 94(2)(a), (c) u (d)

Artikolu 32(2)(b)

Artikolu 94(2)(i)

Artikolu 32(2)(c)

Artikolu 94(2)(e)

Artikolu 32(2)(d)

Artikolu 94(2)(h)

Artikolu 32(2)(e)

Artikolu 94(2)(e)

Artikolu 32(3)

Artikolu 93(3)(a)

Artikolu 32(4)(a)

Artikolu 93(3)(c)

Artikolu 32(4)(b)

Artikolu 93(3)(d)

Artikolu 32(4)(c)

Artikolu 93(3)(d)

Artikolu 32(4)(d)

Artikolu 8

Artikolu 32(4)(e)

Artikolu 93(3)(e)

Artikolu 32(4)(f)

Artikolu 94(2)(k)(iii)

Artikolu 32(4)(g)

Artikolu 93(3)(e)

Artikolu 32(4)(h)

Artikolu 93(3)(f)

Artikolu 32(5)

Artikolu 99(1)

Artikolu 32(6)

Artikolu 99(2)

Artikolu 32(7)

Artikolu 32(8), l-ewwel sentenza

Artikolu 99(3)

Artikolu 32(8), it-tieni sentenza

Artikolu 99(4)

Artikolu 32(9)

Artikolu 33(1)

Artikolu 100(1)

Artikolu 33(2)

Artikolu 101(1)

Artikolu 33(3)

Artikolu 100(2)

Artikolu 33(4)

Artikolu 100(4)

Artikolu 33(5)

Artikolu 100(5)

Artikolu 33(6)

Artikolu 101(2)

Artikolu 33(7)

Artikolu 34(1)

Artikolu 102(1)

Artikolu 34(2)

Artikolu 102(1) u (2)

Artikolu 34(3)

Artikolu 102(3)

Artikolu 35(1)

Artikolu 103(1)

Artikolu 35(2)

Artikolu 103(3)

Artikolu 35(3)

Artikolu 103(2)

Artikolu 35(4)

Artikolu 36(1)

Artikolu 104(1)(c)

Artikolu 36(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 36(2), it-tieni sentenza

Artikolu 104(2)

Artikolu 36(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 104(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 36(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 36(3), it-tielet subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 104(3)(c)

Artikolu 36(3), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 104(3)(b)

Artikolu 36(4)

Artikolu 104(3)(a)

Artikolu 37(1)

Artikolu 105(1)

Artikolu 37(2)

Artikolu 105(2)

Artikolu 38(1)

Artikolu 106(1)

Artikolu 38(2)

Artikolu 106(2)(c)

Artikolu 38(3)

Artikolu 106(3)

Artikolu 39(1)

Artikolu 107(1)

Artikolu 39(2)

Artikolu 107(2)

Artikolu 40(1)

Artikolu 108(1)

Artikolu 40(2)

Artikolu 40(3)

Artikolu 108(2)

Artikolu 40(4)

Artikolu 41

Artikolu 109(1)

Artikolu 42(1)(a)

Artikolu 42(1)(b)

Artikolu 111(2)

Artikolu 42(1)(c)

Artikolu 111(3)

Artikolu 42(2)

Artikolu 110(2)

Artikolu 42(3)

Artikolu 111(2)

Artikolu 43(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 43(1), it-tieni sentenza

Artikolu 43(1)(a)

Artikolu 43(1)(b)

Artikolu 43(1)(c)

Artikolu 43(1)(d) to (j)

Artikolu 43(1)(k)

Artikolu 43(2)

Artikolu 44(1)

Artikolu 113(1)

Artikolu 44(2)

Artikolu 44(3)

Artikolu 113(1)

Artikolu 44(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 114(1)

Artikolu 44(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 114(2)

Artikolu 44(5)

Artikolu 44(6)

Artikolu 114(1)

Artikolu 45(1)

Artikolu 116(1)(2) u (4)

Artikolu 45(2)

Artikolu 116(3)

Artikolu 45(3)

Artikolu 117

Artikolu 45(4)

Artikolu 118

Artikolu 45(5)

Artikolu 119

Artikolu 45(6)

Artikolu 46(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 120(1)

Artikolu 46(1), it-tieni sentenza

Artikolu 120(4)

Artikolu 46(1), it-tielet sentenza

Artikolu 120(2)

Artikolu 46(2)

Artikolu 120(3)

Artikolu 46(3)

Artikolu 121

Artikolu 46(4)

Artikolu 46(5)

Artikolu 46(6)

Artikolu 122

Artikolu 46(7)

Artikolu 123

Artikolu 47(1)

Artikolu 125(1)(a) sa (e)

Artikolu 47(2)

Artikolu 125(2)

Artikolu 47(3)

Artikolu 125(1)(f) sa (g)

Artikolu 47(4)

Artikolu 47(5)

Artikolu 48(1)

Artikolu 126(1)

Artikolu 48(2)

Artikolu 126(2)

Artikolu 48(3)

Artikolu 127(1) sa (2)

Artikolu 48(4)

Artikolu 127(3)

Artikolu 48(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 127(3)(f)

Artikolu 48(5), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 49

Artikolu 129

Artikolu 50

Artikolu 51(1)

Artikolu 130(1) sa (2)

Artikolu 51(2)

Artikolu 130(3)

Artikolu 51(3)

Artikolu 52

Artikolu 124

Artikolu 53

Artikolu 112

Artikolu 54(1)

Artikolu 138(1)

Artikolu 54(2)

Artikolu 138(2)

Artikolu 54(3)

Artikolu 138(3)

Artikolu 54(4)

Artikolu 105(1)

Artikolu 54(5)

Artikolu 138(4)

Artikolu 55(1)

Artikolu 139(1)

Artikolu 55(2)

Artikolu 139(1)

Artikolu 56(1)

Artikolu 141(1)

Artikolu 56(2)(a)

Artikolu 56(2)(b)

Artikolu 141(2)

Artikoli 57 sa 61

Artikolu 62

Artikolu 145

Artikolu 63(1)

Artikolu 63(2)

Artikolu 25

Artikolu 64, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 142(1)

Artikolu 64, il-punt (1)

Artikolu 142(1)

Artikolu 64, il-punt (2)

Artikolu 142(2)

Artikolu 65

Artikolu 66

Artikolu 67

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Artikolu 81 u 82(2)

Anness VII

Anness VIII

2.   Direttiva 96/23/KE

Direttiva 96/23/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(a)

Artikolu 19

Artikolu 2(b)

Artikolu 2(c)

Artikolu 19

Artikolu 2(d)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(e)

Artikolu 19

Artikolu 2(f)

Artikolu 37(1)

Artikolu 2(g)

Artikolu 2(h)

Artikolu 19

Artikolu 2(i)

Artikolu 3

Artikolu 9(1) u (2), Artikolu 19, Artikolu 109(1) u Artikolu 112

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)(a), Artikolu 109(2) u Artikolu 113

Artikolu 4(3)

Artikolu 5

Artikolu 111(2) u (3), Artikolu 113(1)(a) u Artikolu 110(2)

Artikolu 6

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Artikolu 7

Artikolu 110(2)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3), (4) u (5)

Artikoli 11, 113 u 114

Artikolu 9(A)

Artikolu 9(B)

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 11(1) u (2)

Artikoli 9 u 10

Artikolu 11(3)

Artikolu 19(2)(c) u Artikoli 137 u 138

Artikolu 12, l-ewwel paragraph

Artikolu 9(4)

Artikolu 12, it-tieni paragraph

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 19(2)(c) u Artikoli 137 u 138

Artikolu 14(1)

Artikoli 100 u 101

Artikolu 14(2)

Artikolu 93

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 34(6)

Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 34(6)

Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 35(3)

Artikolu 15(3) l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 15(3), ir-raba’ subparagrafu

Artikoli 65 sa 72

Artikolu 16(1)

Artikoli 105(1) u 108(1) u Artikolu 138

Artikolu 16(2) u (3)

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 17

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 18

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 19

Artikolu 138(4)

Artikolu 20(1)

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 20(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 106(1) u (2)

Artikolu 20(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 106(3)

Artikolu 20(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafu

Artikolu 108(1)

Artikolu 20(2), il-ħames u s-sitt subparagrafu

Artikolu 108(2)

Artikolu 21

Artikoli 116, 117 u 119

Artikolu 22

Artikolu 137

Artikolu 23

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 24(1) u (2)

Artikoli 18(2)(d) u 19(2)(c) u Artikoli 137 u 138

Artikolu 24(3)

Artikoli 18(2)(d) u 19(2)(c) u Artikolu 138

Artikolu 25

Artikolu 19(2)(c) u Artikolu 138(2)

Artikolu 26

Artikolu 7

Artikolu 27

Artikolu 139

Artikolu 28

Artikolu 139

Artikolu 29(1) u (2)

Artikoli 125, 126, 127 u 129

Artikolu 29(3)

Artikoli 47 sa 64

Artikolu 29(4)

Artikolu 113(1)

Artikolu 30(1) u (2)

Artikoli 65 sa 72

Artikolu 30(3)

Artikolu 129(3)

Artikolu 31

Artikoli 78 sa 85

Artikolu 33

Artikolu 145

Artikolu 34

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Artikolu 35

Artikolu 36

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 39

Anness I

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Anness II

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Anness III

Artikolu 19(2)(a) u (b)

Anness IV

Artikolu 19(2)(a) u (b)

3.   Direttivi 89/662/KEE u 90/425/KEE

Direttiva 89/662/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(5)

Artikolu 3(32)

Artikolu 3(1), l-ewwel u it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 9(1)

Artikolu 3(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 137(2) u (3) u Artikolu 138

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 9(1), Artikoli 10, 137 u 138

Artikolu 4(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 9(6)(a)

Artikolu 4(1), it-tieni inċiż

Artikolu 4(2)

Artikolu 139

Artikolu 5(1)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 5(1)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 137(2) u (3)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)(a), (b) u (d)

Artikolu 5(3)(c)

Artikolu 9(7)

Artikolu 5(4) u (5)

Artikolu 6(1)

Artikolu 49

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(1)

Artikoli 102 sa 108 u Artikolu 138

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1)

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 8(2)

Artikolu 7 u Artikolu 138(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 138(4)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 4(1)

Artikolu 11

Artikoli 10, 14 u 15

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16(1)

Artikolu 113(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 113(2)

Artikolu 17

Artikolu 145

Artikolu 18

Artikolu 145

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 23

Anness A

Anness B


Direttiva 90/425/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1) sa (5)

Artikolu 2(6)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(7)

Artikolu 3(32)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 9, Artikolu 137(2) u (3) u Artikolu 138

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(1)

Artikolu 9

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 139

Artikolu 5(1)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 5(1)(a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 137(2) u (3)

Artikolu 5(1)b(i), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(1)(b)(i), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9

Artikolu 5(1)(b)(ii), (iii) u (iv)

Artikolu 5(2)(a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(7)

Artikolu 5(2)(a), it-tieni u it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 49

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(1)

Artikoli 102 sa 108 u Artikolu 138

Artikolu 8(2)

Artikolu 9(1)

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 9(2)

Artikoli 7 u 138(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 138(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 4(1)

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikoli 10, 14 u 15

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 145

Artikolu 18

Artikolu 145

Artikolu 19

Artikolu 145

Artikolu 20

Artikoli 131, 132, 133 u 134

Artikolu 21

Artikolu 22(1)

Artikolu 113(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 22(3)

Artikolu 113(2)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 27

Anness A

Anness B

Anness C

4.   Direttivi 97/78/EC u 91/496/EEC

Direttiva 97/78/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 3(19)

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 3(41)

Artikolu 2(2)(c)

Artikolu 3(42)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 3(43)

Artikolu 2(2)(e)

Artikolu 2(2)(f)

Artikolu 3(37)

Artikolu 2(2)(g)

Artikolu 3(38)

Artikolu 2(2)(h)

Artikolu 2(2)(i)

Artikolu 2(2)(j)

Artikolu 2(2(k)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 47(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 15 u Artikolu 56(1) u (3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 57

Artikolu 3(5)

Artikolu 47(2) u (3) u Artikolu 58

Artikolu 4(1)

Artikolu 49(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3) u (4)

Artikolu 49(1), (2) u (3) u Artikolu 52

Artikolu 4(5)

Artikolu 52

Artikolu 5(1)

Artikolu 56(3)(b) u (4)

Artikolu 5(2)

Artikolu 50(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 50(2) u (3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 58

Artikolu 6(1)(a), l-ewwel paragrafu

Artikolu 64(1)

Artikolu 6(1)(a), it-tieni paragrafu

Artikolu 64(2)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 6(2)

Artikoli 59 u 62

Artikolu 6(3)

Artikolu 63

Artikolu 6(4)

Artikolu 60(1) u Artikolu 63(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(6)

Artikoli 60(2), 62(3), 63(5) u Artikolu 64(2) u(4)

Artikolu 7(1)

Artikolu 50(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 49(1), (2) u (3) u Artikolu 52

Artikolu 7(3)

Artikolu 57

Artikolu 7(4)

Artikolu 50(2), Artikolu 55 u Artikolu 56(4)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(6)

Artikoli 52 u 58

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 77(1)(b)

Artikolu 8(3), (4), (5), (6), (7)

Artikolu 77(2)

Artikolu 9

Artikolu 51(1)(b) u (c)

Artikolu 10(1), (2), (4)

Artikolu 54(2)

Artikolu 10(3)

Artikolu 11

Artikolu 51(1)(d)

Artikolu 12

Artikoli 48(h) u 77(1)(k)

Artikolu 13

Artikolu 77(1)(c)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 77(1)(h)

Artikolu 16(1)(a)

Artikolu 48(d)

Artikolu 16(1)(b)

Artikolu 48(e)

Artikolu 16(1)(c)

Artikolu 48(c)

Artikolu 16(1)(d)

Artikolu 48(g)

Artikolu 16(1)(e)

Artikolu 48(a)

Artikolu 16(1)(f)

Artikolu 48(b)

Artikolu 16(2)

Artikolu 16(3)

Artikolu 16(4)

Artikolu 77(1)(c) u (f)

Artikolu 17(1)

Artikolu 66(3)

Artikolu 17(2)

Artikolu 66(1), (2) u (3)

Artikolu 17(2)(a)

Artikolu 66(3)(b) u Artikoli 69 u 72

Artikolu 17(2)(a), l-ewwel inċiż

Artikolu 17(2)(a), it-tieni inċiż

Artikolu 68(1)(a)

Artikolu 17(2)(b)

Artikolu 69

Artikolu 17(3)

Artikolu 65(4), (5) u (6)

Artikolu 17(4)

Artikolu 17(5)

Artikoli 66(7) u 69(4)

Artikolu 17(6)

Artikolu 17(7)

Artikolu 65(6), Artikolu 70 u Artikolu 71(3)

Artikolu 18

Artikolu 64(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 77(1)(g)

Artikolu 19(2)

Artikolu 77(1)(a)

Artikolu 19(3)

Artikolu 64(3)(a) u (4)

Artikolu 20(1)

Artikolu 65

Artikolu 20(2)

Artikolu 22(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 67

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(4)

Artikolu 22(5)

Artikolu 22(6)

Artikolu 22(7)

Artikolu 24

Artikolu 65(4), (5) u (6)

Artikolu 24(3)

Artikoli 73 u 129

Artikolu 25(1)

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 25(2)

Artikolu 7

Artikolu 25(3)

Artikolu 26

Artikolu 130(5) u (6)

Artikolu 27

Artikolu 5(4) u Artikolu 130(1) u (6)

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 34

Artikolu 35

Artikolu 36

Anness I

Anness I

Anness II

Artikolu 64

Anness III

Artikolu 52


Direttiva 91/496/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 3(41)

Artikolu 2(2)(b)

Artikolu 3(42)

Artikolu 2(2)(c)

Artikolu 3(43)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(2)(e)

Artikolu 3(37)

Artikolu 2(2)(f)

Artikolu 3(38)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 56(1) u (3)(a) u Artikolu 58(b)

Artikolu 3(1)(b)

Artikoli 47(1) u 66(2)

Artikolu 3(1)(c)(i)

Artikolu 56(3)(b) u (5) u Artikolu 57

Artikolu 3(1)(c)(ii)

Artikolu 79(1)

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 57

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(1)

Artikolu 49(1) u Artikolu 52

Artikolu 4(2)

Artikoli 49(1), (2) u (3) u Artikolu 52

Artikolu 4(3)

Artikolu 51(1)(c)

Artikolu 4(4)

Artikolu 79(1)

Artikolu 4(5)

Artikoli 5(4) u 51(1)(c) u Artikolu 52

Artikolu 5

Artikolu 55, Artikolu 56(3)(b) u (5), Artikolu 57, Artikolu 58(a) u Artikolu 66(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2)(a)

Artikolu 64(1) u (2)

Artikolu 6(2)(b)

Artikolu 64(1)

Artikolu 6(2)(c)

Artikolu 59

Artikolu 6(2)(d)

Artikolu 64(3)(a) u (4)

Artikolu 6(3)

Artikolu 60

Artikolu 6(3)(a)

Artikolu 60(1)(c)

Artikolu 6(3)(b)

Artikolu 60(1)(c)

Artikolu 6(3)(c)

Artikoli 59(2) u 64(3)

Artikolu 6(3)(d)

Artikolu 6(3)(e)

Artikoli 59(2) u 64(3)

Artikolu 6(3)(f)

Artikoli 59(2) u 64(3)

Artikolu 6(3)(g)

Artikolu 6(4)

Artikolu 59 u Artikolu 60(1)

Artikolu 6(5)

Artikolu 60(2)

Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 50(2)

Artikolu 7(1), it-tieni inċiż

Artikolu 56(3)(b) u (5) u Artikolu 58

Artikolu 7(1), it-tielet inċiż

Artikolu 50(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 58

Artikolu 7(3)

Artikolu 8

Artikolu 53(1)(b)

Artikolu 9

Artikolu 51(1)(d)

Artikolu 10

Artikolu 66(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 65

Artikolu 11(2)

Artikolu 12 (1)

Artikoli 66, 68 u 69

Artikolu 12(2)

Artikolu 66(3) u Artikolu 9

Artikolu 12(3)

Artikoli 70 u Artikoli 71(3) u 72(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 12(5)

Artikolu 13

Artikolu 64(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 79(1)

Artikolu 16

Artikolu 54

Artikolu 17

Artikolu 7

Artikolu 17a

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 67

Artikolu 18(3)

Artikolu 18(4)

Artikolu 18(5)

Artikolu 18(6)

Artikolu 18(7)

Artikolu 18(8)

Artikolu 19

Artikoli 116 u 117

Artikolu 20

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 21

Artikolu 130(5) u (6)

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 26

Artikolu 27

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 30

Artikolu 31

Anness A

Artikolu 64

Anness B

Artikolu 66(2)

5.   Direttiva 96/93/KE

Direttiva 96/93/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(26)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 88(2)(b)

Artikolu 3(2)

Artikolu 88(3)(a) u (b)

Artikolu 3(3)

Artikolu 89(1)(b)

Artikolu 3(4)

Artikolu 88(3)(b)

Artikolu 3(5)

Artikolu 90

Artikolu 4(1)

Artikoli 88(2)(a) u 89(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 89(1)(c)

Artikolu 4(3)

Artikolu 89(1)(e)

Artikolu 5

Artikolu 89(2)

Artikolu 6

Artikolu 129

Artikolu 7

Artikolu 145

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

6.   Direttiva 89/608/KEE

Direttiva 89/608/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 4

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 5

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 6

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 7

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 8

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 9

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 10

Artikolu 8 u Artikoli 102 sa 108

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikoli 102 sa 108

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 8 u Artikoli 102 sa 108

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

7.   Deċiżjoni 92/438/KEE

Deċiżjoni 92/438/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikoli 131 sa 136

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikoli 131 sa 136

Artikolu 4

Artikoli 131 sa 136

Artikolu 5

Artikoli 131 sa 136

Artikolu 6

Artikolu 64(3)(f)

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 15

Anness I

Artikoli 131 sa 136

Anness II

Artikoli 131 sa 136

Anness III

Artikoli 131 sa 136

8.   Regolament (KE) Nru 854/2004

Regolament (KE) Nru 854/2004

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(1a)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2(1)(c)

Artikolu 3(3)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 3(32)

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 3(49)

Artikolu 2(1)(i)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3

Artikolu 148

Artikolu 4(1)

Artikolu 15(1) u (2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 18(1)

Artikolu 4(3)

Artikolu 18

Artikolu 4(4)

Artikolu 18(2)(d) u (8)(a)

Artikolu 4(5)

Artikolu 18(2)(d) u (8)(a)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 17(a) u (b) u Artikolu 18(2)(d) u (5)

Artikolu 4(8)

Artikolu 9(1) u Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 4(9)

Artikolu 9(1) u Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 5 (1)

Artikolu 17, Artikolu 18(1) u (2), Artikolu 18(7)(a) u (b) u Artikolu 18(8)(a) u (d)

Artikolu 5(2)

Artikolu 17(a) u (b), Artikolu 18(4), (5) u (8)(e)

Artikolu 5(3)

Artikolu 18(8)(c) u Artikolu 138

Artikolu 5(4)

Artikolu 17(a) u (b) u Artikolu 18(5), (7)(a), (b), (e) u (j) u (8)(a) u (d)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(1)(e), (g) u (h),

Artikolu 5(6)

Artikolu 18(3), (4) u (7)(k)

Artikolu 5(7)

Artikolu 18(7)(j)

Artikolu 6

Artikolu 18(6), (7)(g) u (8)(b)

Artikolu 7

Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 8

Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikoli 126 u 127

Artikolu 12

Artikolu 126

Artikolu 13

Artikolu 126 u 127

Artikolu 14

Artikolu 126

Artikolu 15(1)

Artikolu 18(1) u (8)(a)

Artikolu 15(2)

Artikolu 126

Artikolu 15(3)

Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 15(4)

Artikolu 18(8)(a)

Artikolu 16(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 18(7)

Artikolu 16(2), it-tieni paragrafu

Artikolu 18(8)

Artikolu 17(1)

Artikolu 18(7) u (8)

Artikolu 17(2)

Artikolu 18(7)

Artikolu 17(3) sa (7), ħlief fil-każijiet imsemmija fil-il-punt (4)(a)(iii)

Artikolu 17(3) sa (8), applikabbli għall-każijiet imsemmija fil-punt (4)(a)(iii)

Artikolu 18(9)

Artikolu 18

Artikolu 18(7) u (8)

Artikolu 19

Artikolu 145

Artikolu 20

Artikolu 21(1)

Artikolu 114

Artikolu 22

Artikolu 167

Anness I

Artikolu 17, Artikolu 18(1), (2), (3), (4), (7)(a), (b), (c), (d), (f), (k) u (j); (8)(a), (c), (d) u (e)

Anness II

Artikolu 18(1), (6), (7)(g), (8)(a) u (b)

Anness III

Artikolu 18(1) u (8)(a)

Anness IV

Artikolu 18(1) u (8)(a) u (f)

Anness V

Artikolu 126

Anness VI

Artikolu 126


Top