This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0566
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/566 of 18 May 2016 supplementing Directive 2014/65/EU of the European Parliament and of the Council on markets in financial instruments with regard to regulatory technical standards for the ratio of unexecuted orders to transactions in order to prevent disorderly trading conditions (Text with EEA relevance. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/566 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/566 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2016/2775
ĠU L 87, 31.3.2017, p. 84–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 87/84 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/566
tat-18 ta' Mejju 2016
li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet sabiex ikunu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 48(12)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Iċ-ċentri tan-negozjar għandu jkollhom numru ta' sistemi, proċeduri u arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li sistemi ta' negozjar algoritmiku ma jkunux jistgħu joħolqu kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati jew jikkontribwixxu għalihom inklużi sistemi biex jimmonitorjaw u, fejn xieraq, jillimitaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet. |
(2) |
Filwaqt li titqies in-natura tagħhom, sistemi ta' negozjar bil-vuċi għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandu japplika biss għal ċentri tan-negozjar li joperaw sistemi ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu elettroniku jew ibbażati fuq il-kwotazzjonijiet jew sistemi ibridi. |
(3) |
Id-Direttiva 2014/65/UE testendi r-rekwiżiti dwar id-determinazzjoni tal-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet għal faċilitajiet multilaterali tan-negozjar u għal faċilitajiet organizzati tan-negozjar. Għalhekk huwa importanti li dawn iċ-ċentri jkunu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet li jkunu effettivament saru mill-membri jew il-parteċipanti tagħhom fil-livell ta' kull strument finanzjarju nnegozjat fuqhom sabiex jiżguraw b'mod effettiv li l-proporzjon ma jwassalx għal volatilità eċċessiva f'dak l-istrument. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni suffiċjenti madwar l-Unjoni tal-arranġamenti biex jiġu evitati kundizzjonijiet tan-negozjar diżordinati permezz tal-limitazzjoni tal-proporzjon bejn l-ordnijiet mhux eżegwiti u t-tranżazzjonijiet, għandha tiġi stabbilita metodoloġija ċara biex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet fir-rigward tal-parteċipanti kollha tas-suq. |
(6) |
It-tifsira ta' ċerti parametri essenzjali li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti mat-tranżazzjonijiet għandha tiġi ċċarata. |
(7) |
Il-kalkolu tal-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet imdaħħla fis-sistema minn membru jew parteċipant għandu jkun appoġġat minn perjodu ta' osservazzjoni adegwat. Fuq din il-bażi, il-perjodu tal-ikkalkular tal-proporzjon effettiv tal-ordnijiet mhux eżegwiti mat-tranżazzjonijiet ma għandux ikun itwal minn sessjoni ta' negozjar. Madankollu, ċentri tan-negozjar għandhom jitħallew jistabbilixxu perjodi iqsar ta' osservazzjoni f'każ li dawn il-perjodi ta' osservazzjoni iqsar ikunu jikkontribwixxu b'mod aktar effettiv għaż-żamma tal-kundizzjonijiet tan-negozjar ordinati. |
(8) |
Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data. |
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni. |
(10) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“ordni” tinkludi l-messaġġi ta' input kollha, inklużi messaġġi dwar is-sottomissjoni, il-modifika u l-kanċellazzjoni mibgħuta lejn is-sistema ta' negozjar ta' ċentru tan-negozjar, rigward ordni jew kwotazzjoni, iżda bl-esklużjoni ta' messaġġi ta' kanċellazzjoni mibgħuta wara:
|
(b) |
“tranżazzjoni” tfisser ordni eżegwita totalment jew parzjalment; |
(c) |
“volum” tfisser il-kwantità ta' strumenti finanzjarji nnegozjati espressa bħala waħda minn dawn li ġejjin:
|
Artikolu 2
Obbligu li jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet
Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet li effettivament iddaħħlu fis-sistema minn kull wieħed mill-membri u l-parteċipanti tagħhom għal kull strument finanzjarju nnegozjat f'sistema ta' negozjar b'reġistru tal-ordnijiet ta' rkant kontinwu elettroniku jew ibbażata fuq il-kwotazzjonijiet jew sistema ibrida.
Artikolu 3
Metodoloġija
1. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet għal kull wieħed mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom mill-inqas fit-tmiem ta' kull sessjoni ta' negozjar b'kull waħda minn dawn iż-żewġ modi:
(a) |
f'termini ta' volum |
: |
(volum totali tal-ordnijiet/volum totali ta' tranżazzjonijiet) – 1; |
(b) |
f'termini ta' numri |
: |
(numru totali ta' ordnijiet/numru totali ta' tranżazzjonijiet) – 1. |
2. Il-proporzjon massimu ta' ordnijiet mhux eżegwiti ma' tranżazzjonijiet ikkalkulat miċ-ċentru tan-negozjar għandu jitqies li jkun inqabeż minn membru jew parteċipant fiċ-ċentru ta' negozjar matul sessjoni tan-negozjar jekk l-attività ta' negozjar ta' dak il-Membru jew parteċipant fi strument speċifiku wieħed, meta jitqiesu l-fażijiet kollha tas-sessjoni tan-negozjar, inklużi l-irkanti, tkun taqbeż wieħed miż-żewġ proporzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew it-tnejn li huma.
3. Iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jikkalkulaw l-għadd ta' ordnijiet riċevuti minn kull membru jew parteċipant skont il-metodoloġija tal-għadd għat-tipi differenti ta' ordnijiet kif stabbiliti fl-Anness.
4. Meta ċentru tan-negozjar juża tip ta' ordni li mhuwiex espliċitament stabbilit fl-Anness, huwa għandu jgħodd il-messaġġi skont is-sistema ġenerali wara l-metodoloġija tal-għadd u fuq il-bażi tal-aktar tip simili ta' ordni li jidher fl-Anness.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data li tidher l-ewwel fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Metodoloġija tal-għadd għal ordnijiet stabbiliti għal kull tip
Tipi ta' ordnijiet |
L-għadd ta' ordnijiet riċevuti miċ-ċentru tan-negozjar li għandhom jingħaddu meta jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet (kull sottomissjoni, modifika, kanċellazzjoni għandha tingħadd bħala ordni waħda) |
Aġġornamenti potenzjalment mibgħuta miċ-ċentru tan-negozjar li ma jingħaddux meta jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' ordnijiet mhux eżegwiti għal tranżazzjonijiet (esklużi eżekuzzjonijiet/kanċellazzjonijiet minn operazzjonijiet tas-suq) |
Limitu |
1 |
0 |
Limitu — żid |
1 |
0 |
Limitu — neħħi |
1 |
0 |
Limitu — immodifika |
2 (kull modifika twassal għal kanċellazzjoni u inserzjoni ġdida) |
0 |
Waqfien |
1 |
1 (meta tiġi attivata) |
Immedjat (Suq) |
1 |
0 |
Immedjat (Eżegwixxi jew Ikkanċella, Immedjat jew Ikkanċella) |
1 (u jekk imħassra/ikkanċellata 2) |
0 |
Iceberg/riżerva |
1 |
0 |
Market-to-limit |
1 |
1 (meta tiskatta) |
Kwota |
2 (1 għan-naħa tax-xiri u 1 għan-naħa tal-bejgħ) |
0 |
Kwota — żid |
2 |
0 |
Kwota — neħħi |
2 |
0 |
Kwota — immodifika |
4 (kull modifika twassal għal kanċellazzjoni u inserzjoni ġdida) |
0 |
PEG |
1 |
potenzjalment illimitata billi l-ordni tittraċċa l-BBO |
PEG tas-suq: ordni għan-naħa opposta tal-Aħjar Talba u Offerta (Best Bid and Offer, BBO) (Ewropea) |
||
PEG primarju: ordni għall-istess naħa opposta tal-BBO (Ewropea) |
||
PEG tal-punt nofsani: ordni għall-punt nofsani tal-BBO (Ewropea) |
||
PEG alternattiv għall-punt nofsani l-anqas aggressiv jew marka |
||
Punt nofsani fl-istess naħa tal-BBO Protett |
||
Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor: iż-żewġ deċiżjonijiet huma marbuta b'tali mod li jekk waħda mit-tnejn tiġi eżegwita, imbagħad, l-oħra titneħħa permezz tal-operazzjonijiet tas-suq |
2 |
1 (meta parti waħda tinnegozja, il-parti l-oħra tiġi kkanċellata) |
Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — żid |
2 |
|
Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — neħħi |
2 |
|
Wieħed-jikkanċella-lill-ieħor — immodifika |
4 |
|
Ordni ta' waqfien indiċjat (trailing stop): Ordni ta' waqfien (stop order) li jwaqqaf il-prezz li jiskatta l-ordni, li jinbidel skont il-BBO (Ewropej) |
1 |
potenzjalment illimitata billi l-waqfien jillimita l-BBO |
L-iktar l-iktar jillimita l-ordni fejn il-prezz ta' limitu jkun daqs in-naħa opposta tal-BBO (Ewropea) fil-ħin tad-dħul |
1 |
0 |
Ordni b'firxa limitata (spread limit order) li r-rendiment tiegħu huwa kkalkulat billi jiżdied tixrid għal valur referenzjarju (żewġ parametri: it-tixrid u valur referenzjarju) |
1 |
potenzjalment illimitata billi l-limitu huwa dipendenti fuq kwota ta' ass ieħor |
Ordni ta' pareġġar fl-eżekuzzjoni (strike match): prezz minimu għall-ordnijiet ta' bejgħ u prezz massimu għall-ordnijiet ta' xiri |
1 |
potenzjalment illimitata iżda limitata fiż-żmien (id-durata tal-irkant) |
Ordni-fuq-avveniment: ordni inattiva sakemm tkun ikkawżata minn avveniment speċifiku (simili għal stop order, ħlief li dik l-ordni, ladarba tiġi attivata, mhux neċessarjament tkun bl-istess mod bħax-xejra sottostanti: ordni ta' bejgħ tista' tiġi attivata filwaqt li l-prezz tal-ordni ta' waqfien (stop price) jiġi attivat minħabba tnaqqis fl-istrument finanzjarju) |
1 |
1 (meta tiġi attivata) |
“Mal-ftuħ”/ “Mal-għeluq”: Ordni li tkun inattiva sakemm issir attiva bil-ftuħ jew bl-għeluq ta' suq. |
1 |
1 (meta tiġi attivata) |
Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post: ordni li ma tistax tlaħħaq man-naħa l-oħra tar-reġistru tal-ordnijiet fil-mument li tidħol fir-reġistru tal-ordnijiet |
|
|
Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — żid |
1 (2 jekk imħassra/ikkanċellata) |
0 |
Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — neħħi |
1 (2 jekk imħassra/ikkanċellata) |
0 |
Ibbukkja-jew-ikkanċella/Post — immodifika |
2 |
0 |
Miżmuma: ordni mdaħħla fir-reġistru tal-ordnijiet li tkun lesta biex tiġi ttrasformata bħala ordni ta' ditta |
2 (preżentazzjoni tal-ordni + konferma) |
0 |
Ordni tan-negozju |
1 |
0 |
TOP, TOP+ fuq nett tar-reġistru jew miċħuda (+: ivverifika l-volum disponibbli): ordni li trid tkun kemm passiva kif ukoll BBO, u fin-nuqqas ta' dan, tiġi miċħuda. |
1 |
0 |
Ordni ta' Żbilanċ (IOOP jew IOOC): ordni li hija valida biss għal irkanti u li għandha l-għan li timla l-iżbilanċ tal-kwantità (bejn in-naħat tas-surplus u tad-defiċit) mingħajr ma taffettwa l-ekwilibriju tal-prezzijiet. |
1 |
potenzjalment illimitata iżda limitata fiż-żmien (id-durata tal-irkant) |
Ordni marbuta: ordni li tikkorrispondi għal għadd ta' ordnijiet uniċi u kull wieħed minnhom ikun fuq strument finanzjarju differenti. Meta jsir in-negozju fuq wieħed minn dawn l-ordnijiet, il-volum tal-oħrajn jonqos immedjatament b'mod proporzjonali. Din it-tip ta' ordni hija tipikament użata fis-suq tal-bonds. |
1 |
potenzjalment daqs il-kwantità tas-sottostanti mdaħħla |
Kinsa (sweep): jippermetti li l-parteċipanti jaċċedu għar-reġistri integrati tal-ordnijiet. |
1 |
0 |
Ordni ta' eżekuzzjoni b'kinsa sal-aħjar prezz (best price sweep): taħdem permezz ta' livelli ta' prezzijiet mir-reġistri kkombinati tal-ordnijiet, għall-prezz limitu |
||
Ordni ta' eżekuzzjoni b'kinsa sekwenzjali (sequential lit sweep): teżegwixxi sal-ogħla livell possibbli l-prezz tal-ordni fuq ir-reġistru ta' dħul qabel ma tintbagħat l-ebda kwantità lir-reġistru l-ieħor |
||
Ordni nominativa: ordni mhux anonima |
1 |
0 |
Ordni if-touched: tiġi attivata meta l-aħħar offerta jew prezz mitlub imissu ċertu livell |
1 |
1 (meta tiġi attivata) |
Waqfa garantita: Din tiggarantixxi l-eżekuzzjoni mal-prezz tal-ordni ta' waqfien |
1 |
1 (meta tiġi attivata) |
Ordnijiet ikkombinati bħal opzjonijiet, strateġiji, riportament tal-kuntratti tal-futuri, eċċ.) |
1 |
potenzjalment illimitata |