Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0216

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/216 tat-30 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tat-trab tal-manjeżju mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2016/7657

OJ L 34, 9.2.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/216/oj

9.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/5


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/216

tat-30 ta' Novembru 2016

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tat-trab tal-manjeżju mal-lista ta' prekursuri tal-isplussivi fl-Anness II

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 jelenka prekursuri tal-isplussivi li huma soġġetti għal regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali u li jiżguraw ir-rappurtar xieraq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq fil-katina ta' provvista.

(2)

Is-sustanzi elenkati fl-Anness II huma disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali iżda huma soġġetti għall-obbligu ta' rappurtar li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali.

(3)

L-Istati Membri wrew li t-trab tal-aluminju ntuża għall-produzzjoni ta' splussivi magħmulin id-dar fl-Ewropa u nxtraw għal dan l-iskop. It-trab tal-manjeżju huwa sustanza bi proprjetajiet simili ħafna għall-aluminju.

(4)

It-tqegħid fis-suq u l-użu tat-trabijiet tal-aluminju u tal-manjeżju bħalissa mhuwiex armonizzat fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, tal-anqas Stat Membru wieħed diġà jillimita d-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali timmonitorja l-konsenji globali tat-trab tal-aluminju biex tidentifika każijiet ta' kummerċ illegali għall-finijiet tal-manifattura ta' prekursuri improvizzati tal-isplussivi.

(5)

L-iżviluppi fl-użu anormali tat-trabijiet tal-aluminju u tal-manjeżju bħalissa ma jiġġustifikawx li l-aċċess mill-membri tal-pubbliku jiġi ristrett, minħabba l-livell tat-theddida jew il-volum tal-kummerċ assoċjati ma' dawn is-sustanzi.

(6)

Il-kontroll miżjud huwa meħtieġ biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jipprevjenu u jidentifikaw l-użu illeċitu possibbli ta' dawn is-sustanzi bħala prekursuri tal-isplussivi, u dan jista' jinkiseb permezz tal-mekkaniżmu ta' rappurtar stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 98/2013.

(7)

It-trab tal-aluminju huwa s-suġġett ta' att delegat separat li jżidu mal-Anness II. Dan iħalli t-trab tal-manjeżmu bħala alternattiva mhux ikkontrollata realistika.

(8)

Fid-dawl tar-riskju maħluq mid-disponibbiltà tat-trab tal-manjeżju, u meta wieħed iqis li l-obbligu ta' rapportar mhuwa se jkollu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-atturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, huwa ġustifikat kif ukoll proporzjonali li din is-sustanza tiżdied mal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tabella fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 98/2013, tiżdied is-sustanza li ġejja:

“Manjeżju, trabijiet

(CAS RN 7439-95-4) (2) (3)

ex 8104 30 00 ”

 

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 39, 9.2.2013, p. 1.


Top