This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0170
Commission Regulation (EU) 2017/170 of 30 January 2017 amending Annexes II, III and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for bifenthrin, carbetamide, cinidon-ethyl, fenpropimorph and triflusulfuron in or on certain products (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/170 tat-30 ta' Jannar 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għall-bifentrin, għall-karbetammid, għaċ-ċinidon-etil, għall-fenpropimorf u għat-triflusulfuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/170 tat-30 ta' Jannar 2017 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għall-bifentrin, għall-karbetammid, għaċ-ċinidon-etil, għall-fenpropimorf u għat-triflusulfuron f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0387
ĠU L 30, 3.2.2017, p. 1–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/170
tat-30 ta' Jannar 2017
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għall-bifentrin, għall-karbetammid, għaċ-ċinidon-etil, għall-fenpropimorf u għat-triflusulfuron f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) għall-karbetammid u għat-triflusulfuron ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs għall-bifentrin, għaċ-ċinidon-etil u għall-fenpropimorf ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Għall-bifentrin, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi b'rabta mal-MRL għall-kaboċċa Ċiniża. Għalhekk huwa xieraq li dan l-MRL jitnaqqas. L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għall-papaja, għall-Brussels sprouts, għall-kaboċċi, għaż-żerriegħa tal-lift, għax-xgħir, għall-qamħirrum, għall-ħwawar tal-frott, għall-ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi, għall-muskoli li jkunu ġejjin mill-ħnieżer, mill-bovini, min-nagħaġ u mill-mogħoż u għall-fwied li jkun ġej mit-tjur. Għall-prodotti l-oħrajn, l-Awtorità rrakomandat li l-MRLs jiżdiedu jew li jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b'rabta mal-MRLs għall-frott taċ-ċitru, għaċ-ċiras, għall-ħawħ, għall-għanbaqar, għall-frawli, għat-tut, għaċ-ċawsli iswed [Dewberries], għal-lampun u għall-bajd tat-tjur u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jerġgħu jiġu analizzati u l-analiżi se tqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li ma kien disponibbli l-ebda tagħrif b'rabta mal-MRLs għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-passolina, għat-tewm, għall-ħjar, għaz-zukkini, għall-bettieħ, għad-dulliegħ, għall-fażola bil-miżwed, għall-fażola mingħajr miżwed, għall-piżelli bil-miżwed u għall-piżelli mingħajr miżwed u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. Filwaqt li jitqiesu l-kummenti li saru mill-assoċjazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u mis-sħab kummerċjali, billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għall-infużjonijiet erbali għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti. |
(3) |
Għall-karbetammid, l-Awtorità bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3). Hija pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għaż-żerriegħa tal-ġirasol u għaż-żerriegħa tal-lift. L-Awtorità kkonkludiet li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b'rabta mal-MRLs għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-isfarġel, għall-frott tal-għadma, għall-għeneb tal-mejda u l-għeneb għall-inbid, għall-ħass, għall-escaroles, għall-witloof, għall-għads (niexef), għall-piżelli (niexfa), għall-għeruq taċ-ċikwejra u għall-ħalib li jkun ġej mill-bhejjem tal-ifrat, min-nagħaġ u mill-mogħoż u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jerġgħu jiġu analizzati u l-analiżi se tqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li ma kien disponibbli l-ebda tagħrif b'rabta mal-MRLs għal leħjet il-bodbod, għall-kaboċċi tal-weraq twal, għall-kurrat salvaġġ, għall-weraq tal-karfus, għat-tursin, għall-istregun, għall-fażola (niexfa), għall-għosfor, għall-infużjonijiet erbali (mill-fjuri mnixxfin), għall-infużjonijiet erbali (mill-għeruq imnixxfin), għall-ħwawar (tal-frott u tal-kukku), għall-pitravi taz-zokkor u għall-muskoli, għat-tessut xaħmi, għall-fwied u għall-kliewi li jkunu ġejjin mill-ħnieżer, mill-bovini, min-nagħaġ u mill-mogħoż u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dawn il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
(4) |
Għaċ-ċinidon-etil, l-Awtorità bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (4). Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1134/2011 (5), l-approvazzjoni taċ-ċinidon-etil ma ġġeddidtx. Minħabba li l-użu taċ-ċinidon-etil m'għadux awtorizzat fl-Unjoni u minħabba li ma ġie nnotifikat l-ebda użu tiegħu f'pajjiżi terzi, mhux mistenni li jkun hemm residwi taċ-ċinidon-etil fil-prodotti bażiċi li ġejjin mill-annimali jew mill-pjanti. Madankollu, l-Awtorità tqis li huwa xieraq li tistabbilixxi l-MRLs taċ-ċinidon-etil fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew fl-MRL prestabbilit stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(5) |
Għall-fenpropimorf, l-Awtorità bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (6). Hija identifikat riskju għall-konsumaturi b'rabta mal-MRLs għall-frawli, għat-tut u għall-kurrat. Għalhekk huwa xieraq li dawn l-MRLs jitnaqqsu. L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għall-banana, għaz-zunnarija, għall-għerq tal-mustarda, għaz-zunnarija bajda, għall-għeruq tat-tursin, għal leħjet il-bodbod, għax-xgħir, għall-ħafur, għas-segala u għall-qamħ. Għall-prodotti l-oħrajn, l-Awtorità rrakomandat li l-MRLs jiżdiedu jew li jibqgħu kif inhuma. L-Awtorità kkonkludiet li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b'rabta mal-MRLs għaċ-ċawsli iswed [Dewberries], għal-lampun, għall-mirtill, għall-cranberries, għall-passolina, għar-ribes u għall-ħops u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. Billi m'hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, l-MRLs għal dawk il-prodotti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livell eżistenti jew fil-livell identifikat mill-Awtorità. Dawn l-MRLs se jerġgħu jiġu analizzati u l-analiżi se tqis l-informazzjoni li tkun disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Awtorità kkonkludiet li ċertu tagħrif ma kienx disponibbli b'rabta mal-MRLs għall-pitravi taz-zokkor u li għalhekk kien hemm bżonn ta' iktar kunsiderazzjoni min-naħa tal-maniġers tar-riskju. L-MRLs għal dan il-prodott għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni. |
(6) |
Għat-triflusulfuron, l-Awtorità bagħtet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (7). L-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu u rrakkomandat li jitnaqqsu l-MRLs għall-pitravi, għall-witloof, għall-pitravi taz-zokkor u għall-għeruq taċ-ċikwejra. |
(7) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi fil-Codex (CXLs), l-MRLs għandhom jiġu stabbiliti fil-limitu speċifiku ta' kwantifikazzjoni jew għandu japplika l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(8) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi tal-pestiċidi dwar il-bżonn li ċertu limiti ta' kwantifikazzjoni jiġu adattati. Għal diversi sustanzi, dawk il-laboratorji kkonkludew li għal ċertu prodotti bażiċi l-iżvilupp tekniku jeżiġi li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi ta' kwantifikazzjoni. |
(9) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
(10) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
(11) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(12) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew immanifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Minħabba li bl-MRLs attwali ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi, il-valur ta' 0,01 mg/kg għall-bifentrin għall-kaboċċa Ċiniża u l-valur ta' 0,01 mg/kg għall-fenpropimorf għall-frawli, għat-tut u għall-kurrat għandhom japplikaw għall-prodotti kollha mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(13) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli taż-żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs immodifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanzi attivi tal-karbetammid, iċ-ċinidon-etil u t-triflusulfuron fil-prodotti kollha jew fuqhom, għandu jkompli japplika r-Regolament (KE) Nru 396/2005 hekk kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament għall-prodotti li kienu mmanifatturati qabel it-23 ta' Awwissu 2017.
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza attivi tal-bifentrin fil-prodotti kollha jew fuqhom, minbarra fil-kaboċċa Ċiniża jew fuqha, u mas-sustanza attiva tal-fenpropimorf fil-prodotti kollha jew fuqhom, minbarra fil-frawli, fit-tut u fil-kurrat jew fuqhom, għandu jkompli japplika r-Regolament (KE) Nru 396/2005 hekk kif kien qabel ma ġie emendat b'dan ir-Regolament għall-prodotti li kienu mmanifatturati qabel qabel it-23 ta' Awwissu 2017.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mit-23 ta' Awwissu 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) eżistenti għall-bifentrin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(4):4081.
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) eżistenti għall-karbetammid skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(7):4192.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) eżistenti għaċ-ċinidon-etil skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(7):4166.
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1134/2011 tad-9 ta' Novembru 2011 li jikkonċerna n-nuqqas ta' tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva ċinidon-etil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011(ĠU L 292, 10.11.2011, p. 1).
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) eżistenti għall-fenpropimorf skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(3):4050.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Opinjoni motivata dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwi (l-MRLs) eżistenti għat-triflusulfuron skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2015;13(7):4190.
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 qed jiġu emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:
|