Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017L1132

Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

OJ L 169, 30.6.2017, p. 46–127 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj

30.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/46


DIRETTIVA (UE) 2017/1132 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2017

dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji

(kodifikazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U L-ISTABBILIMENT U L-FUNZJONAMENT TA' KUMPANIJI B'RESPONSABBILTÀ LIMITATA 55

Kapitolu I

Suġġett 55

Kapitolu II

L-inkorporazzjoni u n-nullità tal-kumpanija u l-validità tal-obbligi tagħha 56

Taqsima 1

Inkorporazzjoni tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata 56

Taqsima 2

Nullità ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata u l-validità tal-obbligi tagħha 57

Kapitolu III

Żvelar u interkonnessjoni ta' reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji 59

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali 59

Taqsima 2

Regoli ta' żvelar applikabbli 1 għall-fergħat tal-kumpaniji minn stati membri oħra 66

Taqsima 3

Regoli Ta' żvelar applikabbli għall-fergħat ta' kumpaniji minn pajjiżi terzi 68

Taqsima 4

Arranġamenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni 69

Kapitolu IV

Manutenzjoni u tibdil fil-kapital 70

Taqsima I

Rekwiżiti Tal-kapital 70

Taqsima 2

Salvawardji fir-riward tal-kapital statutorju 71

Taqsima 3

Regoli dwar id-distribuzzjoni 74

Taqsima 4

Regoli dwar l-akkwiżizjonijiet minn kumpaniji tal-ishma proprji 75

Taqsima 5

Regoli għaż-żieda u t-tnaqqis fil-kapital 80

Taqsima 6

Arranġamenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni 85

TITOLU II

MERGERS U DIVIŻJONIJIET TAL-KUMPANIJI B'RESPONSABBILTÀ LIMITATA 86

Kapitolu I

Mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata 86

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-mergers 86

Taqsima 2

Merger permezz ta' Akkwiżizzjoni 87

Taqsima 3

Merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida 93

Taqsima 4

Akkwiżizzjoni ta' kumpanija waħda minn kumpanija oħra li jkollha 90 % jew aktar mill-ishma tagħha 93

Taqsima 5

Operazzjonijiet oħra meqjusa bħala Mergers 95

Kapitolu II

Mergers transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata 95

Kapitolu III

Diviżjonijiet ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata 103

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali 103

Taqsima 2

Diviżjonijiet permezz ta' akkwiżizzjoni 103

Taqsima 3

Diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda 110

Taqsima 4

Diviżjoni taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja 111

Taqsima 5

Operazzjonijiet oħra meqjusa bħala diviżjonijiet 111

Taqsima 6

Arranġamenti għall-applikazzjoni 112

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI 112

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) u (2)(g) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE (3) u 89/666/KEE (4) uid-Direttivi 2005/56/KE (5), id-Direttiva 2009/101/KE (6), id-Direttiva 2011/35/UE (7) u d-Direttiva 2012/30/UE (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillġew emendati kemm-il darba b'mod sostanzjali (9). Jenħtieġ li għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttivi jiġu kkodifikati.

(2)

Il-koordinazzjoni prevista fl-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat u fil-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment, li nbdiet mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE (10), hija speċjalment importanti fir-rigward ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata, minħabba li l-attivitajiet tagħhom jippredominaw fl-ekonomija tal-Istati Membri u ħafna drabi jestendu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom.

(3)

Sabiex tiġi assigurata protezzjoni minima ekwivalenti kemm għal azzjonisti u kemm għal kredituri ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata, il-koordinazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jirreferu għall-formazzjoni ta'tali kumpaniji u għaż-żamma, żieda jew tnaqqis tal-kapital tagħhom hija partikolarment importanti.

(4)

Jenħtieġ li fl-Unjoni, l-istatuti jew l-att ta' inkorporazzjoni ta' kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jippermettu li kull persuna interessata tkun taf id-dettalji bażiċi tal-kumpanija, inkluż il-kompożizzjoni eżatta tal-kapital tagħha.

(5)

Jenħtieġ li l-protezzjoni ta' terzi tiġi żgurata b'dispożizzjonijiet li jirrestrinġu kemm jista' jkun ir-raġunijiet li għalihom obbligazzjonijiet li jittieħdu f'isem il-kumpaniji limitati b'ishma jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata ma jkunux validi.

(6)

Huwa meħtieġ, sabiex tiġi żgurata ċertezza fil-liġi dwar relazzjonijiet bejn il-kumpaniji u terzi, kif ukoll bejn membri, li jiġu limitati il-każijiet ta' nullità u l-effett retroattiv ta' dikjarazzjoni ta' nullità, u li jiġi ffissat limitu ta' żmien qasir li fih terzi persuni jistgħu joġġezzjonaw għal kull dikjarazzjoni bħal dik.

(7)

Il-koordinazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar, il-validità ta' obbligazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom il-kumpaniji limitati b'ishma jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata u n-nullità tagħhom hija ta' importanza speċjali, partikolarment għall-iskop ta' protezzjoni tal-interessi ta' terzi.

(8)

Jenħtieġ li d-dokumenti bażiċi ta' kumpanija jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il-kontenut tagħhom u informazzjoni oħra dwar il-kumpanija, speċjalment, id-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija.

(9)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti u formalitajiet sostantivi stabbiliti bil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li kumpaniji jkunu jistgħu jagħżlu li jippreżentaw id-dokumenti udettalji obbligatorji tagħhom f'forma stampata jew permezz ta' mezzi elettroniċi.

(10)

Jenħtieġ li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jiksbu mir-reġistru kopja ta' dawn id-dokumenti udettalji f'forma stampata jew permezz ta' mezzi elettroniċi.

(11)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li jżommu l-gazzetta nazzjonali, nominata għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti udettalji obbligatorji, f'forma stampata jew f'forma elettronika, jew biex jipprovdu li l-iżvelar isir b'mezzi ugwalment effettivi.

(12)

Jenħtieġ li l-aċċess transkonfinali għal informazzjoni dwar kumpaniji jiġi faċilitat billi minbarra l-iżvelar obbligatorju li jsir f'waħda mil-lingwi li tkun permessa mill-Istat Membru tal-kumpanija, ikun permess li ssir ir-reġistrazzjoni volontarja b'lingwi addizzjonali tad-dokumenti udettalji meħtieġa. Jenħtieġ li terzi persuni li jaġixxu in bona fede jkunu jistgħu joqogħdu fuq dawk it-traduzzjonijiet.

(13)

Huwa xieraq li jiġi kjarifikat li l-istqarrija tad-dettalji obbligatorji stabbiliti f'din id-Direttiva tkun inkluża fl-ittri tal-kumpaniji u fil-formoli tal-ordni kollha, sew jekk ikunu f'forma stampata jew f'kull mezz ieħor. Fl-isfond tal-iżviluppi teknoloġiċi, ikun xieraq ukoll li jkun previst li dawn l-istqarrijiet tad-dettalji obbligatorji jitqiegħdu fuq is-sit elettroniku ta' kull kumpanija.

(14)

Il-ftuħ ta' fergħa, bħall-ħolqien ta' sussidjarja, huwa wieħed mill-possibiltajiet li bħalissa huma disponibbli għall-kumpaniji fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru ieħor.

(15)

Fir-rigward tal-fergħat, in-nuqqas ta' koordinazzjoni, b'mod partikolari dwar l-iżvelar, jagħti lok għal uħud mid-differenzi, fil-protezzjoni tal-azzjonisti u tat-terzi persuni, bejn kumpaniji li joperaw fi Stati Membri oħra permezz tal-ftuħ tal-fergħat u dawk li joperaw hemmhekk billi joħolqu sussidjarji.

(16)

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-persuni li jittrattaw ma' kumpaniji permezz tal-intermedjarju tal-fergħat, huma meħtieġa miżuri rigward l-iżvelar fl-Istat Membru li fih tkun tinsab il-fergħa. F'ċerti każijiet, l-influwenza ekonomika u soċjali ta' fergħa tkun tista' titqabbel ma' dik ta' kumpanija sussidjarja, sabiex ikun hemm interess pubbliku fl-iżvelar tal-kumpanija fil-fergħa. Sabiex isir dak l-iżvelar huwa meħtieġ li jsir użu mill-proċedura diġà stabbilita għall-kumpaniji b'kapital azzjonarju fl-Unjoni.

(17)

Tali żvelar jirrigwarda firxa ta' dokumenti u dettalji importanti u l-emendi tagħhom.

(18)

Tali żvelar, bl-eċċezzjoni tal-poteri tar-rappreżentanza, l-isem u l-forma legali u l-istralċ tal-kumpanija u l-proċedimenti ta' falliment li hija suġġetta għalihom, jista' jiġi limitat għat-tagħrif li jirrigwarda l-fergħa nfisha flimkien ma' referenza għar-reġistru tal-kumpanija li minnha dik il-fergħa tkun tagħmel parti, billi skont ir-regoli eżistenti tal-Unjoni, it-tagħrif kollu li jkopri l-kumpanija nnifisha jkun disponibbli f'dak ir-reġistru.

(19)

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar tad-dokumenti tal-kontijiet li jirrigwardaw fergħa ma jkunux jistgħu jiġu ġġustifikati iktar wara l-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward it-tfassil, il-verifika u l-iżvelar tad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpaniji. Huwa għalhekk biżżejjed li jiġu żvelati, fir-reġistru tal-fergħa, id-dokumenti tal-kontijiet kif ivverifikati u żvelati mill-kumpanija.

(20)

Jenħtieġ li l-ittri u l-formoli tal-ordnijiet użati minn fergħa jagħtu mill-inqas l-istess tagħrif bħall-ittri u l-formoli tal-ordnijiet użati mill-kumpanija, u jiddikjaraw ir-reġistru li fih il-fergħa tkun irreġistrata.

(21)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskopijiet ta' din id-Direttiva jintlaħqu kompletament u sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-pajjiż tal-oriġini tal-kumpanija, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri wkoll il-fergħat miftuħa mill-kumpaniji regolati bil-liġijiet ta' pajjiżi terzi u stabbiliti fil-forom legali li jistgħu jitqabblu mal-kumpaniji li għalihom tapplika din id-Direttiva. Għal tali fergħat hija meħtieġa l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi li huma differenti minn dawk li japplikaw għall-fergħat ta' kumpaniji regolati mil-liġijiet tal-Istati Membri l-oħra peress li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpaniji minn pajjiżi terzi.

(22)

Din id-Direttiva bl-ebda mod ma taffettwa r-rekwiżiti tal-iżvelar għall-fergħat taħt dispożizzjonijiet oħra ta', pereżempju, il-liġi tax-xogħol dwar id-drittijiet tal-ħaddiema għat-tagħrif u l-liġi tat-taxxa, u għal skopijiet ta' statistika.

(23)

L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji hija miżura meħtieġa biex jinħoloq ambjent legali u fiskali aħjar għall-kummerċ. Jenħtieġ li hija tikkontribwixxi għat-trawwim tal-kompetittività tal-kummerċ Ewropew billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u tiżdied iċ-ċertezza legali u b'hekk tikkontribwixxi għall-ħruġ mill-kriżi globali ekonomika u finanzjarja, li hi waħda mill-prijoritajiet tal-aġenda tal-Ewropa 2020. Jenħtieġ ukoll li ttejjeb il-komunikazzjoni transkonfinali bejn ir-reġistri billi tuża innovazzjonijiet fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

(24)

Il-pjan ta' azzjoni pluriennali 2009-2013 dwar l-e-Justice Ewropea (11) pprovda għall-iżvilupp ta' portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (“il-portal”) bħala l-punt uniku ta' aċċess elettroniku Ewropew għall-informazzjoni legali, istituzzjonijiet ġudizzjarji u amministrattivi, reġistri, bażijiet ta' data u servizzi oħra u jqis li l-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji hija importanti.

(25)

L-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali dwar kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra jista' jitjieb biss jekk l-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom li jippermettu komunikazzjoni elettronika li ssir bejn ir-reġistri u jittrażmettu l-informazzjoni lill-utenti individwali b'mod standardizzat, permezz ta' kontenut identiku u teknoloġiji interoperabbli, fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-interoperabbiltà tar-reġistri tiġi żgurata mir-reġistri tal-Istati Membri (“reġistri domestiċi”) li jipprovdu servizzi li għandhom iservu ta' interfaċċa mal-pjattaforma ċentrali Ewropea (“il-pjattaforma”). Jenħtieġ li l-pjattaforma tkun sett ċentralizzat ta' għodda tat-teknoloġija tal-informatika li tintegra servizzi u tifforma interfaċċa komuni. Jenħtieġ li dik l-interfaċċa tintuża mir-reġistri domestiċi kollha. Jenħtieġ li l-pjattaforma tipprovdi wkoll servizzi li jkunu interfaċċa mal-portal, li jservu ta' punt ta' aċċess elettroniku Ewropew, u għall-punti ta' aċċess fakultattivi oħra stabbiliti mill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-pjattaforma titqies biss bħala strument għall-interkonnessjoni tar-reġistri u mhux bħala entità distinta li għandha personalità legali. Fuq il-bażi ta' identifikaturi uniċi, jenħtieġ li l-pjattaforma tkun tista' twassal l-informazzjoni minn kull wieħed mir-reġistri tal-Istati Membri għar-reġistri kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fil-forma ta' messaġġ standard (forma elettronika ta' messaġġi skambjati bejn sistemi tat-teknoloġija tal-informatika, bħal, pereżempju, xml) u fil-verżjoni lingwistika rilevanti.

(26)

Din id-Direttiva m'għandhiex l-għan li tistabbilixxi xi bażi ta' data ta' reġistri ċentralizzata li taħżen informazzjoni sostantiva dwar il-kumpaniji. Fl-istadju ta' implimentazzjoni tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (“is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri”), jenħtieġ li jkun definit biss is-sett ta' data neċessarja għall-funzjonament tajjeb tal-pjattaforma. Jenħtieġ li l-ambitu ta' dik id-data jinkludi, b'mod partikolari, data operattiva, dizzjunarji u glossarji. Jenħtieġ li jiġi determinat billi titqies ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat l-operat effiċjenti tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Jenħtieġ li dik id-data tintuża bl-iskop li l-pjattaforma tkun tista' twettaq il-funzjonijiet tagħha u li ma tkun qatt disponibbli għall-pubbliku f'forma diretta. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-pjattaforma la timmodifika l-kontenut tad-data dwar kumpaniji maħżuna f'reġistri domestiċi u lanqas l-informazzjoni dwar kumpaniji trażmessa permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

(27)

Ladarba l-għan tad-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) ta' din id-ma kienx li tarmonizza s-sistemi nazzjonali tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, dik id-Direttiva ma nponiet l-ebda' obbligu fuq l-Istati Membri li jbiddlu s-sistema interna tar-reġistri tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni u l-ħżin ta' data, it-tariffi, u l-użu u l-iżvelar ta' informazzjoni għal skopijiet nazzjonali.

(28)

Jenħtieġ li l-portal jittratta, permezz tal-użu tal-pjattaforma, mistoqsijiet imressqa minn utenti individwali rigward l-informazzjoni dwar kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra li tkun maħżuna fir-reġistri domestiċi. Jenħtieġ li dak jippermetti li r-riżultati tat-tfittxija jiġu ppreżentati fil-portal, inklużi tabelli spjegattivi fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni li jelenkaw l-informazzjoni pprovduta. Barra minn hekk, jenħtieġ li sabiex titjieb il-protezzjoni ta' terzi persuni fi Stati Membri oħrajn, l-informazzjoni bażika dwar il-valur legali ta' dokumenti u dettalji żvelati skont il-liġijiet tal-Istati Membri adottati f'konformità ma' din id-Direttiva tkun disponibbli fil-portal.

(29)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu punt wieħed jew aktar ta' aċċess fakultattiv, li jistgħu jkollhom impatt fuq l-użu u l-operat tal-pjattaforma. Għalhekk Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata dwar l-istabbiliment tagħhom u dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom, b'mod partikolari l-għeluq tagħhom. Jenħtieġ li din in-notifika ma tillimita bl-ebda mod s-setgħat tal-Istati Membri fir-rigward tal-istabbiliment u l-operat tal-punti ta' aċċess fakultattivi.

(30)

Jenħtieġ li l-kumpaniji u l-fergħat tagħhom li nfetħu fi Stati Membri oħra jkollhom identifikatur uniku li jippermettilhom li jkunu identifikati bla ekwivoku fl-Unjoni. L-identifikatur huwa maħsub li jintuża għall-komunikazzjoni bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Għalhekk, il-kumpaniji u l-fergħat m'għandhomx ikunu obbligati jinkludu l-identifikatur uniku fl-ittri jew fil-formoli tal-ordni tal-kumpanija msemmija f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li jkomplu jużaw in-numru ta' reġistrazzjoni domestiku tagħhom għall-iskopijiet ta' komunikazzjoni proprji tagħhom.

(31)

Jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li tiġi stabbilita konnessjoni ċara bejn ir-reġistruta' kumpanija u r-reġistri tal-fergħat tagħha li nfetħu fi Stati Membri oħra, li tkun tikkonsisti fl-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kwalunkwe proċediment ta' stralċ jew falliment tal-kumpanija u dwar it-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, jekk dak iġib miegħu konsegwenzi legali fl-Istat Membru tar-reġistru tal-kumpanija. Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu dwar il-proċeduri li jsegwu fir-rigward tal-fergħat irreġistrati fit-territorju tagħhom, huma jiżguraw, tal-anqas, li l-fergħat ta' kumpaniji li għalqu jitneħħew mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn u, jekk applikabbli, wara proċedimenti għal-likwidazzjoni tal-fergħa kkonċernata. Jenħtieġ li dan l-obbligu ma japplikax għall-fergħat ta' kumpaniji li tneħħew mir-reġistru iżda li għandhom suċċessur legali, bħal fil-każ ta' kull tibdil fil-forma legali tal-kumpanija, merger jew diviżjoni, jew trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju rreġistrat tagħha.

(32)

Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri ma japplikawx għal fergħa li nfetħet fi Stat Membru minn kumpanija li mhijiex regolata mil-liġi ta' Stat Membru.

(33)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li fil-każ ta' kwalunkwe bidla fl-informazzjoni mdaħħla fir-reġistri rigward il-kumpaniji, l-informazzjoni tiġi aġġornata bla dewmien. Jenħtieġ li l-aġġornament jkun żvelat, normalment, fi żmien 21 jum mill-wasla tad-dokumentazzjoni sħiħa rigward dawk il-bidliet, inkluż il-kontroll tal-legalità skont il-liġi nazzjonali. Dak il-limitu ta' żmien jenħtieġ li jiġi interpretat bħala li jirrikjedi lill-Istati Membri li jagħmlu sforzi raġonevoli biex jirrispettaw l-iskadenza stipulata f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li ma japplikax fir-rigward tad-dokumenti tal-kontabilità li l-kumpaniji huma obbligati jissottomettu għal kull sena finanzjarja. Dik l-esklużjoni hi ġġustifikata minħabba l-fatt li r-reġistri domestiċi jkunu mgħobbija żżejjed bix-xogħol waqt il-perjodi ta' rappurtar. Skont il-prinċipji legali ġenerali komuni għall-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-limitu taż-żmien ta' 21 jum jkun sospiż f'każijiet ta' force majeure.

(34)

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera l-pjattaforma permezz ta' parti terza, jenħtieġ li danisir skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Jenħtieġ li jkun żgurat livell adegwat ta' involviment tal-Istati Membri f'dan il-proċess billi jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-iskop tal-proċedura ta' akkwist pubbliku permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

(35)

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li topera l-pjattaforma permezz ta' parti terzi, jenħtieġ li tkun żgurata l-kontinwità tal-forniment ta' servizzi permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni ta' reġistri u sorveljanza pubblika korretta tal-funzjonament tal-pjattaforma. Jenħtieġ li regoli dettaljati dwar il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma jiġu adottati permezz ta' atti implimentattivi adottati skont il-proċedura ta' eżami li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. F'kull każ, jenħtieġ li l-involviment tal-Istati Membri fil-funzjonament tas-sistema kollha jkun żgurat permezz ta' djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet relatati mal-operat tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri u l-iżvilupp ġejjieni tagħha.

(36)

L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji toħloq il-ħtieġa li jkun hemm koordinazzjoni ta' sistemi nazzjonali b'karatteristiċi tekniċi li jvarjaw bejniethom. Dan jinvolvi l-adozzjoni ta' miżuri u speċifikazzjonijiet tekniċi li jeħtieġ li jqisu d-differenzi bejn ir-reġistri. Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex jiġu trattati dawk il-kwistjonijiet tekniċi u operattivi. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(37)

Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tillimitax d-drittijiet tal-Istati Membri li jistipulaw tariffi biex jiksbu informazzjoni dwar kumpaniji permezz ta' sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, jekk dawk it-tariffi jkunu rikjesti skont il-liġi nazzjonali. Għaldaqstant jenħtieġ li l-miżuri u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri jagħtu lok għall-istabbiliment ta' modalitajiet tal-ħlas. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li din id-Direttiva ma tippreġudikax kwalunkwe soluzzjoni teknika speċifika, għax il-modalitajiet tal-ħlas jiġu determinati fl-istadju tal-adozzjoni tal-atti implimentattivi, filwaqt li jitqiesu l-faċilitajiet tal-ħlas online ampjament disponibbli.

(38)

Jista' jkun mixtieq li l-pajjiżi terzi jkunu jistgħu, fil-futur, jipparteċipaw fis-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri.

(39)

Għal soluzzjoni ġusta għall-finanzjament tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri jenħtieġ li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Membri tagħha jkunu involuti fil-finanzjament ta' dik is-sistema. Jenħtieġ li l-Istati Membri jġorru l-piż finanzjarju tal-aġġustament tar-reġistri domestiċi tagħhom biex jaqblu ma' dik is-sistema, filwaqt li l-elementi ċentrali, b'mod partikolari l-pjattaforma u l-portal li jservu ta' punt uniku ta' aċċess elettroniku Ewropew, jiġu ffinanzjati minn linja baġitarja adegwata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Sabiex ikunu supplimentati l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-impożizzjoni ta' tariffi biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kumpaniji. Dan ma jaffettwax l-possibbiltà li r-reġistri domestiċi jimponu tariffi, iżda tista' tiġi imposta tariffa addizzjonali għall-kofinanzjament tal-manutenzjoni u l-funzjonament tal-pjattaforma. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(40)

Id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni huma meħtieġa biex jinżamm il-kapital, li jikkostitwixxi s-sigurtà tal-kredituri, b'mod partikolari billi ma jippermettux it-tnaqqis tiegħu bid-distribuzzjoni lill-azzjonisti meta dawn tal-aħħar ma jkollhomx dritt għalih u billi jimponu limiti fuq id-dritt tal-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata li jakkwistaw l-ishma tagħha stess.

(41)

Jeħtieġ li r-restrizzjonijiet fuq l-akkwiżizzjoni minn kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata tal-ishma tagħha stess japplikaw mhux biss għal akkwiżizzjonijiet magħmula minn kumpanija nfisha iżda wkoll għal dawk magħmula minn kull persuna li taġixxi f'isimha stess iżda f'isem il-kumpanija.

(42)

Sabiex kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ma titħalliex tuża kumpanija oħra li fiha żżomm il-maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita influwenza dominanti sabiex tagħmel dawn il-kisbiet mingħajr ma tħares ir-restrizzjonijiet imposti f'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-arranġamenti li jirregolaw akkwiżizzjoni minn kumpanija tal-ishma tagħha stess ikopru l-iktar każijiet importanti u frekwenti tal-kisba tal-ishma minn kumpaniji oħra bħal dawn. Jenħtieġ li dawn l-arranġamenti jkopru s-sottoskrizzjoni għall-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata.

(43)

Sabiex din id-Direttiva ma tiġix evitata, jenħtieġ il-kumpaniji limitati b'ishma jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata regolati minn din id-Direttiva u l-kumpaniji regolati mil-liġijiet ta' pajjiżi terzi, u għandhom forma legali komparabbli, jiġu koperti wkoll mill-arranġamenti msemmija fil-premessa 42.

(44)

Fejn ir-relazzjoni bejn kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata u kumpanija oħra bħal dik imsemmija fil-premessa 42 tkun indiretta biss, jidher li jkun iġġustifikat li jiġu llaxkati d-dispożizzjonijiet li japplikaw meta din ir-relazzjoni tkun diretta, billi issir dispożizjzoni għas-sospensjoni tal-jeddijiet tal-vot bħala miżura minima, sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(45)

Barra minn hekk, ikun iġġustifikat li jiġu eżentati dawk il-każijiet li fihom in-natura speċifika ta' attività professjonali teskludi l-possibbiltà li jiġi pperikolat l-ilħuq tal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(46)

Huwa meħtieġ, wara li jiġu kkunsidrati l-għanijiet tal-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat, li l-liġijiet tal-Istati Membri dwar iż-żieda jew tnaqqis ta' kapital jassiguraw li l-prinċipji ta' trattament indaqs ta' azzjonisti fl-istess pożizzjoni u ta' protezzjoni ta' kredituri li t-talbiet tagħhom ikunu saru qabel id-deċiżjoni dwar tnaqqis jiġu mħarsa u armonizzati.

(47)

Sabiex tittejjeb il-protezzjoni standardizzata tal-kreditur fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-kredituri jkunu jistgħu jirreferu, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fejn it-talbiet tagħhom huma fir-riskju, bħala konsegwenza ta' tnaqqis tal-kapital ta' kumpanija pubblika b'responabbiltà limitata.

(48)

Sabiex jiġi assigurat li jiġi evitat l-abbuż fis-suq, jenħtieġ li l-Istati Membri iqisu, bl-iskop tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonjiet tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(49)

Il-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta' terzi persuni tirrikjedi li l-liġijiet tal-Istati Membri li għandom x'jaqsmu ma' mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata jkunu koordinati, u li fil-liġijiet tal-Istati Membri kollha ssir dispożizzjoni dwar mergers.

(50)

Fil-kuntest ta' din il-koordinazzjoni, huwa partikolarment importanti li l-azzjonisti tal-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger jibqgħu jiġu adegwatament infurmati bl-aktar mod oġġettiv possibbli, u li d-drittijiet tagħhom ikunu protetti kif xieraq. Madankollu, m'hemmx għalfejn jintalab eżami tal-abbozz tal-klawsoli tal-merger minn espert independenti għall-azzjonisti jekk l-azzjonisti kollha jaqblu li dak l-eżami jista' ma jsirx.

(51)

Jenħtieġ li l-kredituri, flimkien ma' detenturi ta' obbligazzjonijiet, u persuni li għandhom pretensjonijiet fuq il-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger jkunu protetti sabiex il-merger ma' taffettwax l-interessi tagħhom b'mod negattiv.

(52)

Jenħtieġ li l-ħtiġijiet dwar żvelar għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta' terzi jinkludu mergers biex partijiet terzi jibqgħu jiġu adegwatament infurmati.

(53)

Jenħtieġ li s-salvagwardji għal membri u għal terzi fir-rigward ta' mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata jkopru ċerti prattiki legali li f'xi aspetti importanti jixbħu il-mergers biex wieħed ma jaħrabx mill-obbligu li tingħata din il-protezzjoni.

(54)

Sabiex tkun żgurata ċertezza legali fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji involuti, bejniethom u bejn terzi, u bejn il-membri, huwa meħtieġ li l-każijiet fejn jista' jkun hemm nullità jkunu limitati billi ssir dispożizzjoni biex difetti jkunu rrimedjati kull meta possibbli, u billi jkun ristrett il-perijodu li fih jistgħu jinbdew proċedimenti ta' annullament.

(55)

Din id-Direttiva tiffaċilita wkoll il-merger transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata. Il-liġijiet ta'l-Istati Membri għandhom jippermettu li ssir merger transkonfinali ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata nazzjonali ma' kumpanija b'responsabbiltà limitata minn Stat Membru ieħor jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti tippermetti mergers bejn dawn it-tipi ta' kumpaniji.

(56)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' mergers transkonfinali, irid ikun stabbilit li, sakemm din id-Direttiva ma tgħidx mod ieħor, kull kumpanija li tieħu sehem f'merger transkonfinali, u kull terza parti kkonċernata, tibqa' suġġetta għad-dispożizzjonijiet u l-formalitajiet tal-liġi nazzjonali li tkun applikabbli fil-każ ta' merger nazzjonali. Jenħtieġ li l-ebda dispożizzjoniji u l-formalita'ta' liġi nazzjonali li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva ma jintroduċu restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment jew fuq il-moviment liberu tal-kapital, ħlief fejn dawn jistgħu ikunu ġustifikati skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari, b'rekwiżiti tal-interess ġenerali u huma t-tnejn meħtieġa, u proporzjonali, għall-kisba ta' dawk ir-rekwiżiti prevalenti.

(57)

Jenħtieġ li l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali jitfassal bl-istess termini għal kull waħda mill-kumpaniji konċernati fl-Istati Membri differenti. Jenħtieġ li l-kontenut minimu ta' dak l-abbozz a' termini komuni għandu b'hekk ikun speċifikat, filwaqt li l-kumpaniji jitħallew liberi li jiftiehmu fuq termini oħra.

(58)

Sabiex jitħarsu l-interessi ta' membri u ta' oħrajn, jenħtieġ li kemm l-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali kif ukoll it-tlestija tal-merger transkonfinali g jiġu pubbliċizzati għal kull kumpanija fil-proċess ta' merger, permezz ta' entrata fir-reġistru pubbliku applikabbli.

(59)

Jenħtieġ li l-liġijiet tal-Istati Membri kollha jipprovdu għat-tħejjija fil-livell nazzjonali ta' rapport dwar l-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali minn espert wieħed jew iktar f'isem kull waħda mill-kumpaniji li jkunu fil-proċess ta' merger. Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż tal-esperti marbuta ma' mergers transkonfinali, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-possibilità li jitħejja rapport wieħed maħsub għall-membri kollha tal-kumpaniji li jkunu qed jieħdu sehem f'operazzjoni ta' merger transkonfinali. Jenħtieġ li l-abbozz ta' termini komuni tal-merger transkonfinali jiġi approvat mil-laqgħa ġenerali ta' kull waħda minn dawk il-kumpaniji.

(60)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' merger transkonfinali, jenħtieġ li jkun previst li l-monitoraġġ tat-tlestija u l-legalità tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet f'kull kumpanija fil-proċess ta' merger jitwettaq mill-awtorità nazzjonali li jkollha ġurisdizzjoni fuq kull waħda minn dawk il-kumpaniji, filwaqt li l-monitoraġġ tat-tlestija u l-legalità tal-merger transkonfinali għandhom jitwettqu mill-awtorità nazzjonali li jkollha ġurisdizzjoni fuq il-kumpanija li tirrizulta mill-merger transkonfinali. L-awtorità nazzjonali kkonċernata tista' tkun qorti, nutar jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-liġi nazzjonali li tiddetermina d-data li fiha l-merger transkonfinali ssir effettiva,li tkun il-liġi li għaliha tkun suġġetta l-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali, tiġi speċifikata wkoll.

(61)

Sabiex jitħarsu l-interessi ta' membri u ta' oħrajn, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-effetti legali tal-merger transkonfinali, li jiddistingwu jekk il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali hix kumpanija li takkwista jew kumpanija ġdida. Jenħtieġ li fl-interessi ta' ċertezza legali, ma jkunx iktar possibbli, wara d-data li fiha l-merger transkonfinali issir effettiva, li jiġi ddikjarat li l-merger m'għandhiex effett legali.

(62)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi, kemm fuq il-livell tal-Unjoni, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (16), kif ukoll fuq il-livell tal-Istat Membru.

(63)

Din id-Direttiva ma taffettwax il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-intermedjarji ta' kreditu u impriżi finanzjarji oħra u r-regoli nazzjonali magħmula jew introdotti skont dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(64)

Din id-Direttiva hija bla ħsara għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li titlob informazzjoni dwar il-post tal-ġestjoni ċentrali jew tas-sede prinċipali propost għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.

(65)

Jenħtieġ li d-drittijiet tal-impjegati, minbarra drittijiet ta' parteċipazzjoni, jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fid-Direttivi tal-Kunsill 98/59/KE (17) u 2001/23/KE (18), u fid-Direttiva 2002/14/KE (19), u fid-Direttiva 2009/38/KE (20) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(66)

Jekk l-impjegati jkollhom drittijiet ta' parteċipazzjoni f'xi waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger, taħt iċ-ċirkostanzi stabbiliti f'din id-Direttiva, u jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha l-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali ma tipprovdix l-istess livell ta' parteċipazzjoni kif operat fil-kumpaniji rilevanti fi proċess ta' merger, inkluż f'kumitati tal-bord ta' superviżjoni li jkollhom setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet, jew ma tipprovdix għall-istess drittijiet ta' eżerċizzju ta' drittijiet għal impjegati ta' stabbilimenti li jirriżultaw mill-merger transkonfinali, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali u l-involviment tagħhom fid-definizzjoni ta' dawn id-drittijiet għandhom jiġu regolati. Għal dak l-għan, il-prinċipji u l-proċeduri msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 (21) u fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE (22), jittieħdu bħala bażi, suġġetti, madankollu, għal modifikazzjonijiet li jitqiesu meħtieġa għaliex il-kumpanija li tirriżulta tkun suġġetta għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn hija jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. L-Istat Membri, skont l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/86/KE, jistgħu jiżguraw li jingħata bidu minnufih għan-negozjati skont l-Artikolu 133 ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li mergers ma jiddewmux għalxejn.

(67)

Bil-għan li jiġi determinat il-livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati imħaddem fil-kumpaniji rilevanti fil-proċess ta' merger, jenħtieġ li jitqies ukoll il-proporzjon tar-rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-grupp ta' ġestjoni, li jkopri l-unitajiet ta' qligħ tal-kumpaniji, suġġett għall-parteċipazzjoni tal-impjegati.

(68)

Il-protezzjoni tal-interessi tal-membri u terzi tirrikjedi li l-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x' jaqsmu ma' diviżjonijiet ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata jkunu koordinati meta l-Istati Membri jippermettu operazzjonijiet ta' dak it-tip.

(69)

Fil-kuntest ta' kordinazzjoni ta' dak it-tip huwa partikolarment importanti li l-azzjonisti tal-kumpaniji involuti f'deċiżjoni jinżammu adegwatament infurmati b'mod oġġettiv kemm jista' jkun, u li d-drittijiet tagħhom ikunu protetti b' mod xieraq.

(70)

Jenħtieġ li l-kredituri, flimkien ma' detenturi ta' obbligazzjonijiet, u persuni li għandom pretensjonijiet oħra fuq il-kumpaniji involuti f'diviżjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata, jkunu protetti sabiex id-diviżjoni ma' tolqotx l-interessi tagħhom b'mod negattiv.

(71)

Jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar l-iżvelar skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I ta' din id-Direttiva jinkludu d-diviżjonijiet sabiex terzi jiġu adegwatament infurmati.

(72)

Jenħtieġ li l-miżuri ta' protezzjoni mogħtija lil membri u lil terzi dwar diviżjonijiet ikopru xi prattiki legali li f'aspetti importanti jixbħu lil diviżjoni, biex wieħed ma jkunx jista' jaħrab mill-obbligu li jagħti dik il-protezzjoni.

(73)

Biex tkun żgurata ċertezza fil-liġi fejn għandhom x'jaqsmu r-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata involuti fid-diviżjoni, bejniethom u bejn terzi, u bejn il-membri, jenħtieġ li l-każijiet fejn jista' jkun hemm nullità jkunu limitati billi ssir disposizzjoni li permezz tagħha id-difetti jkunu rimedjati kull meta possibbli u billi jkun ristrett il-perjodu li fih il-proċeduri ta' annullament jistgħu jinbdew.

(74)

Il-websajts ta' kumpaniji jew websajts oħrajn, f'xi każijiet, joffru alternattiva oħra għall-pubblikazzjoni permezz tar-reġistri tal-kumpaniji. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jindikaw dawk il-websajts l-oħrajn li l-kumpaniji jistgħu jużaw bla ħlas għall-pubblikazzjoni, bħal websajts ta' assoċjazzjonijiet kummerċjali jew kmamar tal-kummerċ jew il-bażi elettronika ċentrali msemmija f'din id-Direttiva. Fejn ikun hemm il-possibbiltà li jintużaw il-websajts ta' kumpaniji jew websajts oħra għall-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger u/jew tad-diviżjonijiet ta' kumpaniji u ta' dokumenti oħra li jridu jkunu disponibbli għall-azzjonisti u l-kredituri fil-proċess, jenħtieġ li jkunu sodisfatti l-garanziji relatati mas-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti.

(75)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu dispożizzjoni li permezz tagħha ma jkunx hemm il-ħtieġa ta' konformità mar-rekwiżiti estensivi ta' rappurtar jew informazzjoni relatati mal-merger jew id-diviżjoni tal-kumpaniji, stabbiliti fil-Kapitolu I u fil-Kapitolu III tat-Titolu II, fejn l-azzjonisti kollha tal-kumpaniji involuti fl-merger jew fid-diviżjoni jaqblu li dik il-konformità tista' titwarrab.

(76)

Jenħtieġ li kwalunkwe modifika tal-Kapitolu I u tal-Kapitolu III tat-Titolu II li tippermetti dak it-tip ta' ftehim bejn l-azzjonisti, tkun mingħajr preġudizzju għas-sistemi tal-protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti, u tar-regoli mmirati li jiżguraw li l-impjegati ta' dawk il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi, bħall-awtoritajiet tat-taxxa, li jkunu qed jikkontrollaw il-merger jew id-diviżjoni skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni, jingħataw l-informazzjoni neċessarja.

(77)

Mhux neċessarju li jiġi impost ir-rekwiżit li titħejja dikjarazzoni ta' kontabbilità fejn emmittent li t-titoli tiegħu huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jippubblika rapporti finanzjarji kull sitt xhur, skont id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

(78)

Ħafna drabi ma jkunx hemm meħtieġ rapport ta' espert indipendenti dwar konsiderazzjonijiet ħlief fi flus kontanti fejn rapport ta' espert indipendenti li jkun iħares l-interessi tal-azzjonisti jew tal-kredituri jkollu jitħejja ukoll fil-kuntest tal-merger jew tad-diviżjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà f'dawk il-każijiet li jeżentaw kumpaniji mir-rekwiżit ta' rappurtar rigward konsiderazzjonijiet ħlief dawk fi flus kontanti jew li jipprovdu li dawk iż-żewġ rapporti jistgħu jitħejjew mill-istess espert.

(79)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, inkluża t-trażmissjoni elettronika ta' data personali fl-Istati Membri. Jenħtieġ li l kwalunke pproċessar ta' data personali mir-reġistri tal-Istati Membri, mill-Kummissjoni u, jekk applikabbli, minn kwalunkwe parti terza involuti fl-operat tal-pjattaforma jsir f'konformità ma' dawk l-atti. Jenħtieġ li l-atti implimentattivi li jiġu adottati b'relazzjoni mas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandhom, fejn ikun xieraq, jiżguraw dik il-konformità, b'mod partikolari billi jistabbilixxu l-kompiti u r-responsabilitajiet relevanti tal-parteċipanti kollha konċernati u r-regoli organizzattivi u tekniċi applikabbli għalihom.

(80)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, li jgħid li kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna lilu jew lilha.

(81)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta' applikazzjoni tad-direttivi kif stabbilit fil-Parti B tal-Anness III,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U L-ISTABBILIMENT U L-FUNZJONAMENT TA' KUMPANIJI B'RESPONSABBILTÀ LIMITATA

KAPITOLU I

Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri dwar dan li ġej:

il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u oħrajn, huma rikjesti mill-Istati Membri mingħand il-kumpaniji fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li tali salvagwardji jsiru ekwivalenti;

il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u terzi, huma rikjesti mill-Istati Membri, mingħand il-kumpaniji fit-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat, fir-rigward tal-iżvelar, il-validità tal-obbligazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom il-kumpaniji limitati b'ishma jew li diversament ikollhom responsabbiltà limitata, u n-nullità tagħhom, bil-għan li tali salvagwardji jsiru ekwivalenti;

ir-rekwiżiti tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji regolati bil-liġijiet ta' Stat ieħor;

il-mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata;

il-mergers transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata;

id-diviżjoni ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbilta limitata.

KAPITOLU II

L-inkorporazzjoni u n-nullità tal-kumpanija u l-validità tal-obbligi tagħha

Taqsima 1

Inkorporazzjoni tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Il-miżuri ta' koordinazzjoni preskritti minn din it-Taqsima japplikaw għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, mir-regolamenti jew minn azzjonijiet amministrattivi fi Stati Membri dwar it-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. L-isem ta' kwalunkwe kumpanija tat-tipi elenkati fl-Anness I għandu jinkludi jew ikollu miegħu deskrizzjoni li hija distinta mid-deskrizzjoni meħtieġa għal tipi oħra ta' kumpaniji.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din it-Taqsima fir-rigward ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital varjabbli u ta' koperattivi inkorporati bħala wieħed mit-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. Safejn il-liġijiet tal-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpaniji jinkludu l-kliem “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli” jew “koperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26.

It-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli”, fis-sens ta' din id-Direttiva, ifisser biss dawk il-kumpaniji:

li l-iskop esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħra bil-għan ewlieni li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tat-tmexxija tal-tagħhom,

li joffru l-ishma tagħhom stess lill-pubbliku għal sottoskrizzjoni, u

li l-istatuti tagħhom jiddisponu li, fil-limiti ta' kapital minimu u massimu, huma jistgħu f'kull żmien joħorġu, jifdu jew jerġgħu jbiegħu l-ishma tagħhom.

Artikolu 3

Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni

L-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni ta' tip ta' kumpanija għandhom għallinqas dejjem jipprovdu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tip u l-isem tal-kumpanija;

(b)

l-għanijiet tal-kumpanija;

(c)

fejn il-kumpanija ma jkollhiex kapital awtorizzat, l-ammont tal-kapital sottoskritt;

(d)

fejn il-kumpanija jkollha kapital awtorizzat, l-ammont tiegħu kif ukoll l-ammont tal-kapital sottoskritt fiż-żmien li l-kumpanija tkun ġiet inkorporata jew tkun ġiet awtorizzata biex tibda n-negozju, u fiż-żmien ta' kull tibdil fil-kapital awtorizzat, mingħajr ħsara għalArtikolu 14(e);

(e)

safejn ma jkunux legalment stabbiliti, r-regoli li jirregolaw l-għadd ta' membri tal-korpi responsabbli biex jirrappreżentaw il-kumpanija fir-rigward ta' terzi, amministrazzjoni, ġestjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija u l-għoti ta' setgħat fost dawk il-korpi, u l-proċedura għall-ħatra tagħhom;

(f)

it-tul ta' żmien tal-kumpanija, ħlief meta ma jkunx definit.

Artikolu 4

Informazzjoni obbligatorja li trid tingħata fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew dokumenti separati

L-informazzjoni li ġejja għandha tidher għallinqas fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni jew f'dokument separat ippubblikat skont il-proċedura stabbilita fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16:

(a)

l-uffiċċju reġistrat;

(b)

il-valur nominali tal-ishma sottoskritti u, għallinqas darba fis-sena, l-għadd tagħhom;

(c)

in-numru ta' ishma sottoskritti mingħajr dikjarazzjoni tal-valur nominali, meta dawk l-ishma jistgħu jinħarġu skont il-liġi nazzjonali;

(d)

il-kondizzjonijiet speċjali, jekk ikun hemm, li jillimitaw it-trasferiment ta' ishma;

(e)

meta jkun hemm diversi klassijiet ta' ishma, l-informazzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (d) fir-rigward ta' kull klassi u d-drittijiet assoċjati mal-ishma ta' kull klassi;

(f)

informazzjoni dwar jekk l-ishma humiex rreġistrati jew f'isem id-detentur, meta l-liġi nazzjonali tiddisponi għaż-żewġ tipi, u kull dispożizzjoni li tirreferi għall-konverżjoni ta' dawk l-ishma sakemm il-proċedura ma tkunx stabbilita bil-liġi;

(g)

l-ammont tal-kapital sottoskritt imħallas fiż-żmien li l-kumpanija tkun ġiet inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju;

(h)

il-valur nominali tal-ishma jew, meta ma hemmx valur nominali, in-numru ta' ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni oħra għajr fi flus kontanti, flimkien max-xorta ta' konsiderazzjoni u l-isem tal-persuna li tagħti l-konsiderazzjoni;

(i)

l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti li ffirmaw jew li ġew iffirmati f'isimhom l-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, jew fejn il-kumpanija ma kinitx iffurmata fl-istess żmien, l-abbozzi ta' dawk id-dokumenti;

(j)

l-ammont totali, jew għallinqas stima, tal-ispejjeż kollha li għandhom jitħallsu mill-kumpanija jew li jkunu għall-karigu tagħha minħabba l-formazzjoni tagħha u, meta xieraq, qabel il-kumpanija tkun ġiet awtorizzata biex tibda n-negozju;

(k)

kull vantaġġ speċjali mogħti, fiż-żmien li l-kumpanija tkun qed tiġi ffurmata jew sa meta hija tirċievi awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, lil kull min ħa parti fil-formazzjoni tal-kumpanija jew fi transazzjonijet li jwasslu għall-għoti ta' dik l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

Awtorizzazzjoni għall-bidu tan-negozju

1.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippreskrivu li kumpanija ma tistax tibda n-negozju mingħajr awtorizzazzjoni, għandhom jagħmlu dispożizzjoni wkoll għal responsabbilta' għal passivi assunti minn jew f'isem il-kumpanija matul il-perjodu qabel dik l-awtorizzazzjoni tkun ingħatat mogħtija jew tkun ġiet rifjutata.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal obbligazzjonijiet li joħorġu minn kuntratti konklużi mill-kumpanija bil-kondizzjoni li hija tingħata awtorizzazzjoni li tibda n-negozju.

Artikolu 6

Kumpaniji b'iktar minn membru wieħed

1.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jeħtieġu li kumpanija tiġi ffurmata minn iktar minn membru wieħed, il-fatt li l-ishma kollha jinżammu minn persuna waħda jew li l-għadd ta' membri jkun niżel taħt il-minimu legali wara l-inkorporazzjoni tal-kumpanija ma għandux iwassal għax-xoljiment awtomatiku tal-kumpanija.

2.   Jekk fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu likumpanija tiġi stralċjata b'ordni tal-qorti, l-imħallef li jkollu ġurisdizzjoni għandu jkun jista' jagħti lill-kumpanija biżżejjed żmien biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.

3.   Fejn jingħata l-ordni ta' stralċ imsemmi fil-paragrafu 2, il-kumpanija tidħol f'likwidazzjoni.

Taqsima 2

Nullità ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata u l-validità tal-obbligi tagħha

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali u responsabbiltà in solidum

1.   Il-miżuri ta' koordinazzjoni stabbliti minn din it-Taqsima għandhom japplikaw għal-liġijiet, regoli u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mat-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness II.

2.   Jekk, qabel kumpanija li tkun qed tiġi ffurmata tkun akkwistat personalità legali, tkun twettqet azzjoni f'isimha u l-kumpanija ma tassumix l-obbligi li joħorġu minn dik l-azzjoni, il-persuni li aġixxew għandhom, mingħajr limitu, ikunu responsabbli in solidum għalihom kemm-il darba ma jkunx miftiehem xort'oħra.

Artikolu 8

Effetti tal-iżvelar fir-rigward ta' terzi

It-tkomplija tal-formalitajiet tal-iżvelar tad-dettalji dwar il-persuni li, bħala organu tal-kumpanija, huma awtorizzati biex jirrappreżentawha, għandha tikkostitwixxi ostakolu kontra l-użu ta' kull irregolarità fil-ħatra tagħhom kontra terzi, sakemm l-kumpanija ma tipprovax li dawk it-terzi kienu jafu b'dik l-irregolarità.

Artikolu 9

Atti tal-organi ta' kumpanija u r-rappreżentanza tagħha

1.   Atti magħmula mill-organi tal-kumpanija għandhom jorbtuha anki jekk dawk l-atti ma jidħlux fl-għanijiet tal-kumpanija, kemm-il darba dawk l-atti ma jmorrux lilhinn mis-setgħat li l-liġi tagħti jew tħalli li jingħataw lil dawk l-organi.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpanija m'għandhiex tkun vinkolata meta dawk l-atti huma barra l-għanijiet tal-kumpanija, jekk dik il-kumpanija tipprova li l-parti terza kienet taf li l-att kien barra dawk l-għanijiet jew li ma setgħatx, minħabba ċ-ċirkustanzi, matkunx taf bihom; l-iżvelar tal-istatuti m'għandhiex tkun fiha nnifisha prova suffiċjenti.

2.   Il-limiti fuq is-setgħat tal-organi tal-kumpanija li joħorġu mill-istatuti jew minn deċiżjoni tal-organi kompetenti, ma jistgħux jintużaw fil-konfront ta' terzi, anki jekk ikunu ġew żvelati.

3.   Jekk liġi nazzjonali tipprovdi li l-awtorità biex tirrappreżenta kumpanija, b'deroga mir-regoli legali li jirregolaw is-suġġett, tista' tiġi mogħtija mill-istatuti lil persuna waħda jew diversi persuni li jaġixxu flimkien, dik il-liġi tista' tipprovdi li dispożizzjoni bħal dik fl-istatuti tista' tintuża fil-konfront ta' terzi bil-kondizzjoni li tkun tirrigwarda s-setgħa ġenerali ta' rappreżentanza; il-kwistjoni jekk dwar jekk dik id-dispożizzjoni fl-istatuti tistax tintuża fil-konfront ta' terzi għandha tiġi regolata bl-Artikolu 16.

Artikolu 10

It-tħejjija u ċertifikazzjoni tad-dokument ta' kostituzzjoni u l-istatuti tal-kumpanija f'forma ġuridika dovuta

Fl-Istati Membri kollha li l-liġijiet tagħhom ma jipprovdux għal kontroll preventiv, amministrattiv jew ġudizzjarju, fiż-żmien tal-formazzjoni ta' kumpanija, id-dokument ta' kostituzzjoni, l-istatuti tal-kumpanija u kull emenda għal dawk id-dokumenti għandhom jiġu mħejjija u ċċertifikati fil-forma legali xierqa.

Artikolu 11

Kundizzjonijiet għan-nullità ta' kumpanija

Il-liġijiet tal-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu għan-nullità ta' kumpaniji ħlief skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-nullità għandha tiġi ordnata b'deċiżjoni tal-qorti tal-ġustizzja;

(b)

in-nullità tista' tiġi ordnata biss fuq il-bażi li:

(i)

l-ebda dokument kostituzzjonali ma ġie esegwit jew li r-regoli ta' kontroll preventiv jew il-formalitajiet legali rikjesti ma ġewx imħarsa;

(ii)

l-għanijiet tal-kumpanija mhumiex skont il-liġi jew huma kontra l-ordni pubbliku;

(iii)

id-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti ma jiddikjarawx l-isem tal-kumpanija, l-ammont tas-sottoskrizzjonijet individwali ta' kapital, l-ammont totali tal-kapital sottoskritt jew l-għanijiet tal-kumpanija;

(iv)

hemm nuqqas ta' konformita' mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-ammont minimu ta' kapital li għandu jitħallas;

(v)

is-soċji fundaturi kollha saru legalment inkapaċi;

(vi)

kontra l-liġi nazzjonali li tirregola l-kumpanija, l-għadd ta' soċji fundaturi huwa inqas minn tnejn.

Barra mir-raġunijiet ta' nullità msemmijin fl-ewwel paragrafu, kumpanija ma għandhiex tkun suġġetta għal xi kawża ta' nuqqas ta' eżistenza, nullità assoluta, nullità relattiva jew dikjarazzjoni ta' nullità.

Artikolu 12

Konsegwenzi tan-nullità

1.   Il-kwistjoni dwar jekk deċiżjoni ta' nullità dikjarata minn qorti tal-ġustizzja tistax tintuża fil-konfront ta' terzi għandha tiġi regolata mill-Artikolu 16. Fejn il-liġi nazzjonali tagħti s-setgħa lil parti terza li tikkontesta d-deċiżjoni, il-parti terza tikkontestaha fi żmien sitt xhur min-notifika pubblika tad-deċiżjoni li tingħata mill-qorti.

2.   In-nullità tfisser l-istralċ tal-kumpanija, kif ukoll tista' tfisser xoljiment.

3.   In-nullità ma tistax fiha nnifisha tolqot il-validità ta' xi obbligu li bih tkun intrabtet kumpanija jew li oħrajn jkunu ntrabtu magħha, bla ħsara għall-konsegwenzi tal-istralċjar tal-kumpanija.

4.   Il-liġijiet ta' kull Stat Membru jistgħu jiddisponu għall-konsegwenzi ta' nullità bejn il-membri tal-kumpanija.

5.   Id-detenturi ta' ishma ta' kapital ta' kumpanija jibqgħu obbligati jħallsu l-kapital miftiehem li jkun sottoskritt minnhom iżda li jkun għadu ma ġiex imħallas, safejn ikun meħtieġ minn obbligi li jsiru ma' kredituri.

KAPITOLU III

Żvelar u interkonnessjoni ta' reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 13

Kamp ta' applikazzjoni

Il-miżuri ta' koordinazzjoni stabbliti minn din it-Taqsima għandhom japplikaw għall-liġijiet, għar-regoli u għad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri relatati mat-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness II.

Artikolu 14

Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati mill-kumpaniji

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jkun hemm l-obbligu ta' żvelar minn kumpaniji tal-inqas tad-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:

(a)

id-dokument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f'dokument separat;

(b)

kull emenda għad-dokumenti msemmija fil-punt (a), inkluża kull estensjoni ta' kemm ilha mwaqqfa l-kumpanija;

(c)

wara kull emenda tad-dokument ta' kostituzzjoni jew tal-istatuti, it-test komplet tad-dokument jew statuti kif emendati sa dak il-jum;

(d)

il-ħatra, it-tmiem ta' kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skont liġi jew bħala membri ta' kull korp bħal dak:

(i)

huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma' terzi u fi proċedimenti legali; l-iżvelar għandu jindika b'mod ċar jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jaġixxu waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu konġuntement;

(ii)

jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.

(e)

għallinqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, sakemm kwalunke żieda fil-kapital sottoskritt ma tkunx teħtieġ emenda tal-istatuti;

(f)

id-dokumenti tal-kontabbiltà għal kull sena finanzjarja, li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skont id-Direttivi tal-Kunsill 86/635/KEE (26) u 91/674/KEE (27) u d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(g)

kull trasferiment tal-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(h)

l-istralċ tal-kumpanija;

(i)

kull dikjarazzjoni ta' nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(j)

il-ħatra ta' stralċjarji, id-dettalji tagħhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, sakemm dawk is-setgħat ma jkunux espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;

(k)

kwalunkwe terminazzjoni tal-istralċ u, fi Stati Membri fejn it-tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt li dak it-tħassir ikun sar.

Artikolu 15

Tibdil fid-dokumenti u d-dettalji

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe bidla fid-dokumenti u d-dettalji imsemmija fl-Artikolu 14 tiddaħħal fir-reġistru kompetenti msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16(1) u tiġi żvelata, skont l-Artikolu 16(3) u (5), normalment fi żmien 21 jum mill-wasla tad-dokumentazzjoni kompluta dwar dawk il-bidliet, inkluż, jekk japplika, il-kontroll tal-legalità, kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali biex isir id-dħul fil-fajl.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għad-dokumenti tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 14(f).

Artikolu 16

Żvelar fir-reġistru

1.   F'kull Stat Membru, għandu jinfetaħ fajl f'reġistru ċentrali, kummerċjali jew tal-kumpaniji (“ir-reġistru”), għal kull waħda minn dawk il-kumpaniji rreġistrati fih.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom identifikatur uniku li jippermetti li jiġu identifikati bla ekwivoku fil-komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji stabbilita skont l-Artikolu 22(2) (“is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri”). Dak l-identifikatur uniku għandu jinkludi, tal-anqas, elementi li jippermettu l-identifikar tal-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta' oriġini u n-numru tal-kumpanija f'dak ir-reġistru u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji ta' identifikazzjoni.

2.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “b'mezzi elettroniċi” tfisser li l-informazzjoni tintbagħat fil-bidu u jirċevuha fid-destinazzjoni tagħha permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u ħażna ta' data, u tkun trażmessa, imwassla u riċevuta totalment b'mod li jiġi stabbilit mill-Istati Membri permezz tal-wajer, tar-radju, b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettromanjetiċi.

3.   Id-dokumenti u d-dettalji kollha rikjesti li jiġu żvelati skont l-Artikolu 14 għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f'kull każ jidhru fil-fajl.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fajling mill-kumpaniji, kif ukoll minn persuni jew korpi oħra meħtieġa li jagħmlu n-notifiki, jew jgħinu biex isiru, tad-dokumenti u tad-dettalji rikjesti li jiġu żvelati skont l-Artikolu 14 ikun jista' jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-kumpaniji kollha, jew ċerti kategoriji, jippreżentaw dawk id-dokumenti u d-dettalji kollha, jew ċerti tipi tagħhom, b'mezzi elettroniċi.

Id-dokumenti u d-dettalji kollha msemmija fl-Artikolu 14 li jkunu ppreżentati, f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi, għandhom jinżammu fil-fajl, jew jiġu annotati fir-reġistru, f'forma elettronika. Għal dak l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru jibdel dawk id-dokumenti u d-dettalji kollha li jkunu ppreżentati f'forma stampata, f'forma elettronika.

Id-dokumenti u d-dettalji li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 14 li kienu ppreżentati f'forma stampata sal-31 ta' Diċembru 2006 mhux meħtieġ li jinbidlu awtomatikament f'forma elettronika mir-reġistru. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinbidlu f'forma elettronika mir-reġistru meta jirċievu applikazzjoni għal żvelar b'mezzi elettroniċi, mibgħuta skont il-miżuri adottati għad-dħul fis-seħħ tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

4.   Kopja tad-dokumenti jew tad-dettalji, kollha jew ta' kwalunkwe parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 14 għandha tkun disponibbli meta ssir applikazzjoni. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi skont l-għażla tal-applikant.

Il-kopji msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru f'forma stampata jew b'mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u d-dettalji kollha ippreżentati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dokumenti u d-dettalji kollha, jew ċerti tipi tagħhom, ippreżentati f'forma stampata fi jew qabel data li ma tistax tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006, ma jkunux disponibbli mir-reġistru permezz ta' mezzi elettroniċi jekk ikun għadda perjodu speċifiku bejn id-data ta' meta jkun ġie ppreżentat u d-data tal-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Dak il-perjodu ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

Il-prezz biex tinkiseb kopja tad-dokumenti jew tad-dettalji jew ta' parti minnhom imsemmija fl-Artikolu 14, sew jekk f'forma stampata kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi, m'għandux ikun aktar mill-ispejjeż amministrattiv marbuta magħhom.

Kopji f'forma stampata li jingħataw lil applikant għandhom ikunu ċertifikati bħala veri kopjisakemm l-applikant jiddikjara li ma jeħtieġx dik iċ-ċertifikazzjoni. Il-kopji mogħtija b'mezzi elettroniċi a m'għandhomx ikunu ċertifikati bħala “veri kopji”, sakemm l-applikant ma jitlobx dik iċ-ċertifikazzjonib'mod espliċitu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni ta' kopji mogħtija b'mezzi elettroniċi jiggarantixxu kemm l-awtentiċità tal-oriġini tagħhom kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħhom, permezz mill-anqas ta' firma elettronika avvanzata skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

5.   L-iżvelar ta' dokumenti u tad-dettalji imsemmija fil-paragrafu 3 għandu jsir permezz ta' pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali magħżula għal dak l-iskop minn Stat Membru, tat-test kollu jew ta' parti minnu, jew permezz ta' riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-fajl jew annotat fir-reġistru. Il-gazzetta nazzjonali magħżula għal dak l-iskop tista' tinżamm f'forma elettronika.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali b'mezzi ugwalment effettivi, li jinvolvu mill-anqas l-użu ta' sistema li biha l-informazzjoni żvelata jista' jkun hemm aċċess għaliha b'ordni kronoloġiku permezz ta' bażi elettronika ċentrali.

6.   Id-dokumenti u d-dettalji jistgħu jintużaw kontra terzi mill-kumpanija biss wara li jkunu ġew żvelati skont il-paragrafu 5, sakemm il-kumpanija ma tagħtix prova li l-dawk it-terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward tranżazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u d-dettalji għandhom ma jintużawx kontra terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kull diskrepanza bejn dak li jkun żvelat skont il-paragrafu 5 u dak li jidher fir-reġistru jew fil-fajl.

Madankollu, f'każi ta' diskrepanza, it-test żvelat skont il-paragrafu 5 ma jistax jintuża kontra terzi; madankollu dawk it-terzi jistgħu jużaw dak it-test, sakemm il-kumpanija ma ġġibx provi li kellhom informazzjoni tat-test depositat fil-fajl jew imdaħħal fir-reġistru.

Barra minn hekk, partijiet terzi jistgħu dejjem jużaw kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta' żvelar jkunu għadhom ma ġewx kompluti, ħlief meta l-effett tagħhom jintilef minħabba l-fatt li ma jkunx sar żvelar.

Artikolu 17

Informazzjoni aġġornata dwar il-liġi nazzjonali fir-rigward tad-drittijiet ta' terzi persuni

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm informazzjoni aġġornata disponibbli li tispjega d-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali skont liema l-partijiet terzi jkunu jistgħu jafdaw id-dettalji u kull tip ta' dokument imsemmija fl-Artikolu 14, skont l-Artikolu 16(5), (6) u (7).

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-pubblikazzjoni fuq il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (“il-portal”) skont ir-regoli tal-portal u r-rekwiżiti tekniċi.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni fuq il-portal fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Artikolu 18

Disponibbiltà ta' kopji f'forma elettronika ta' dokumenti u ta' dettalji

1.   Il-kopji f'forma elettronika tad-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 14 għandhom ikunu wkoll pubblikament disponibbli permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 14 ikunu disponibbli fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri fil-format ta' messaġġ standard u aċċessibbli permezz ta' mezzi elettroniċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-istandards minimi għas-sigurtà tat-trażmissjoni tad-data jkunu rrispettati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizz ta' tiftix fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni fir-rigward ta' kumpaniji rreġistrati fl-Istati Membri sabiex permezz tal-portal ikunu disponibbli:

(a)

id-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 14;

(b)

it-tikketti spjegattivi, disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jelenkaw dawk id-dettalji u t-tipi ta' dawk id-dokumenti.

Artikolu 19

Tariffi biex jinkisbu dokumenti u dettalji

1.   It-tariffi imposti għall-kisba tad-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 14 permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhomx ikunu ogħla mill-ispejjeż amministrattivi tagħhom.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji li ġejjin ikunu disponibbli mingħajr ħlas permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri:

(a)

l-isem u l-forma legali tal-kumpanija;

(b)

l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpanija u l-Istat Membru fejn hija rreġistrata; u

(c)

in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija.

Minbarra dawk id-dettalji, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħmlu disponibbli iktar dokumenti u dettalji mingħajr ħlas.

Artikolu 20

Informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' proċediment ta' stralċ jew falliment u dwar it-tneħħija ta' kumpanija minn fuq ir-reġistru

1.   Ir-reġistru ta' kumpanija għandu, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kwalunkwe proċediment ta' stralċ jew falliment tal-kumpanija u dwar it-tneħħija tal-kumpanija minn fuq ir-reġistru, jekk dak ikun iġib miegħu konsegwenzi legali fl-Istat Membru tar-reġistru tal-kumpanija.

2.   Ir-reġistru tal-fergħa għandu, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, jiżgura mingħajr dewmien li jkun irċieva l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jsir mingħajr ħlas għar-reġistri.

Artikolu 21

Il-lingwa li biha jsir l-iżvelar u t-traduzzjoni tad-dokumenti u tal-partikularitajiet li jridu jiġu żvelati

1.   Dokumenti udettalji li għandhom jiġu żvelati skont l-Artikolu 14 għandhom jitfasslu u jiġu ppreżentati f'waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skont ir-regoli tal-lingwa awtorizzati fl-Istat Membru li fih jinfetaħ il-fajl imsemmi fl-Artikolu 16(1).

2.   Barra l-iżvelar obbligatorju msemmi fl-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jippermettu t-traduzzjonijiet ta' dokumenti udettalji imsemmija fl-Artikolu 14 jiġu żvelati volontarjament skont l-Artikolu 16 f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta' dawk id-dokumenti udettalji tkun ċertifikata.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għal partijiet terzi għat-traduzzjonijiet żvelati volontarjament.

3.   Barra l-iżvelar obbligatorju msemmija fl-Artikolu 16, u l-iżvelar volontarja prevista fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li d-dokumenti u d-dettalji kkonċernati jkunu żvelati, skont l-Artikolu 16, fi kwalunkwe lingwa oħra.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta' dawk id-dokumenti udettalji ikunu ċertifikati.

4.   Fil-każijiet ta' diskrepanza bejn id-dokumenti u d-dettalji żvelati fil-lingwi uffiċjali tar-reġistru u t-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, it-traduzzjonijiet ma jistgħux jintużaw kontra terzi. Madankollu, terzi persuni jistgħu madankollujafdaw it-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, sakemm il-kumpanija ma tagħtix provi li l-partijiet terzi kienu konxji mill-verżjoni żvelata b'mod obbligatorju.

Artikolu 22

Sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri

1.   Hija b'dan stabbilita pjattaforma ċentrali Ewropea (“il-pjattaforma”).

2.   Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tkun magħmula minn:

ir-reġistri tal-Istati Membri,

il-pjattaforma,

il-portal li jkun iservi bħala punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà tar-reġistri tagħhom fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri permezz tal-pjattaforma.

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu punti ta' aċċess fakultattivi għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bla bżonn dwar l-istabbiliment tagħhom u dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-operat tagħhom.

5.   L-aċċess għall-informazzjoni mis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tkun żgurata permezz tal-portal u permezz tal-punti ta' aċċess fakultattivi stabbiliti mill-Istati Membri.

6.   It-twaqqif tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri m'għandhiex taffettwa l-ftehimiet bilaterali eżistenti konklużi bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kumpaniji.

Artikolu 23

Żvilupp u operat tal-pjattaforma

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera l-pjattaforma bil-mezzi tagħha stess jew permezz ta' terzi.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa u/jew topera pjattaforma permezz ta' terza, l-għażla tal-parti terza u l-infurzar min-naħa tal-Kummissjoni tal-ftehim konkluż mal-parti terza għandhom isiru skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiżviluppa l-pjattaforma permezz ta' terzi, hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-proċedura ta' akkwist pubbliku u t-tul ta' żmien tal-ftehim li għandu jiġi konkluż ma' dik il-parti terza.

3.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li topera l-pjattaforma permezz ta' terzi, hija għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma.

Il-ġestjoni operattiva tal-pjattaforma għandha tinkludi, b'mod partikolari:

is-sorveljanza tal-funzjonament tal-pjattaforma,

is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data mqassma u skambjata bl-użu tal-pjattaforma,

il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn ir-reġistri tal-Istati Membri u l-partijiet terzi.

Is-sorveljanza tal-funzjonament tal-pjattaforma titwettaq mill-Kummissjoni.

4.   L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 164(2).

Artikolu 24

Atti ta' implimentazzjoni

Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta dan li ġej:

(a)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi għall-iskopijiet tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;

(b)

l-ispeċifikazzjoni teknika tal-protokolli ta' komunikazzjoni;

(c)

il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;

(d)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikoli 20 u 34;

(e)

il-lista dettaljata ta' data li għandha tiġi trażmessa għall-iskop ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, kif imsemmija fl-Artikoli 20, 34 u 130;

(f)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura tal-format ta' messaġġ standard għall-iskop tal-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal;

(g)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi s-sett ta' data meħtieġ sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha kif ukoll il-metodu ta' ħżin, użu u protezzjoni ta' dik id-data;

(h)

l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku għall-komunikazzjoni bejn ir-reġistri;

(i)

l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi l-metodi tekniċi ta' operazzjoni tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, u l-ispeċifikazzjoni li tiddefinixxi s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma li tiżgura li l-messaġġi jitwasslu fil-verżjoni lingwistika rilevanti;

(j)

il-kriterji armonizzati għas-servizz ta' tiftix ipprovdut mill-portal;

(k)

il-modalitajiet tal-ħlas, billi jitqiesu l-faċilitajiet ta' ħlas disponibbli bħal ħlas online;

(l)

id-dettalji tat-tikketti spjegattivi li jelenkaw id-dettalji u t-tipi ta' dokumenti msemmija fl-Artikolu 14;

(m)

il-kondizzjonijiet tekniċi tad-disponibbiltà tas-servizzi pprovduti bis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri;

(n)

il-proċedura u r-rekwiżiti tekniċi għall-konnessjoni tal-punti ta' aċċess fakultattivi mal-pjattaforma.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmi fl-Artikolu 164(2).

Artikolu 25

Finanzjament

1.   L-istabbiliment u l-iżvilupp futur tal-pjattaforma u l-aġġustamenti għall-portal li jirriżultaw minn din id-Direttiva għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.   Il-manutenzjoni u l-funzjonament tal-pjattaforma għandhom ikunu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jistgħu jkunu kofinanzjati mit-tariffi imposti fuq l-utenti individwali għall-aċċess għas-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma jaffettwax it-tariffi fil-livell nazzjonali.

3.   Permezz ta' atti delegati, u b'konformità mal-Artikolu 163, il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dwar jekk il-pjattaforma tiġix kofinanzjata permezz tal-impożizzjoni ta' tariffi, u f'dak il-każ, l-ammont tat-tariffi imposti fuq l-utenti individwali skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.   Kwalunkwe tariffa imposta skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr ħsara għat-tariffi, jekk ikun hemm xi tariffi, imposti mill-Istati Membri għall-kisba ta' dokumenti udettalji imsemmija fl-Artikolu 19(1).

5.   Kwalunkwe tariffa imposta b'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tiġi imposta għall-kisba tad-dettalji imsemmija fl-Artikolu 19(2)(a), (b) u (c).

6.   Kull Stat Membru għandu jassumi l-ispejjeż relatati mal-aġġustament tar-reġistri domestiċi tiegħu, kif ukoll dawk l-ispejjeż relatati mal-manutenzjoni u l-funzjonament tagħhom li jirriżultaw minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

Informazzjoni dwar l-ittri u l-formoli tal-ordnijiet

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-ittri u l-formoli tal-ordnijiet, kemm jekk ikunu f'forma stampata jew b'kull mezz ieħor, għandu jkun fihom id-dettalji li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl imsemmi fl-Artikolu 16, flimkien man-numru tal-kumpanija f'dak ir-reġistru;

(b)

il-forma legali tal-kumpanija, il-lokalità tal-uffiċċju reġistrat tagħha u, fejn hu xieraq, il-fatt li l-kumpanija qiegħda fil-proċess ta' stralċ.

Fejn, f'dawk id-dokumenti, issir riferenza għall-kapital tal-kumpanija, ir-riferenza għandha tkun għal kapital sottoskritt u mħallas.

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li s-siti elettroniċi tal-kumpaniji jkun fihom mill-inqas id-dettalji imsemmija fl-ewwel paragrafu u, jekk applikabbli, ir-riferenza għall-kapital sottoskritt u mħallas.

Artikolu 27

Persuni li jwettqu l-formalitajiet ta' żvelar

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi liema persuni għandhom iwettqu l-formalitajiet tal-iżvelar.

Artikolu 28

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabblixxu penali xierqa mill-inqas fil-każ ta':

(a)

nuqqas ta' żvelar ta' dokumenti tal-kontabbiltà kif meħtieġ fl-Artikolu 14(f);

(b)

ommissjoni minn dokumenti kummerċjali jew minn kull sit elettroniku ta' kumpanija tad-dettalji previsti fl-Artikolu 26.

Taqsima 2

Regoli ta' żvelar applikabbli għall-fergħat tal-kumpaniji minn Stati Membri oħra

Artikolu 29

Żvelar ta' dokumenti u dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' fergħa

1.   Id-dokumenti u d-dettalji li għandhom x'jaqsmu ma' fergħa miftuħa fi Stat Membru minn tip ta' kumpanija mniżżla fl-Anness II, li hija regolata bil-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, għandhom jiġu żvelati skont il-liġijiet tal-Istat Membru tal-fergħa, skont l-Artikolu 16.

2.   Fejn ir-rekwiżiti tal-iżvelar fir-rigward tal-fergħa ikunu differenti minn dawk li jirrigwardaw il-kumpanija, ir-rekwiżiti tal-iżvelar tal-fergħa għandhom jieħdu preċedenza fir-rigward tat-transazzjonijiet imwettqa mal-fergħa.

3.   Id-dokumenti u d-dettalji msemmija fl-Artikolu 30(1) għandhom ikunu disponibbli pubblikament permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. L-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(1) japplikaw mutatis mutandis.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fergħat ikollhom identifikatur uniku li jippermettilhom li jiġu identifikati mingħajr ambigwità f'komunikazzjonijiet bejn ir-reġistri permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri. Dak l-identifikatur uniku għandu jinkludi, mill-inqas, elementi li jippermettu li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru, ir-reġistru domestiku ta' oriġini, u n-numru tal-fergħa f'dak ir-reġistru, u, fejn xieraq, karatteristiċi sabiex ikunu evitati żbalji ta' identifikazzjoni.

Artikolu 30

Dokumenti u dettalji li jeħtieġ li jiġu żvelati

1.   L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 29 jkopri biss id-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-indirizz tal-fergħa;

(b)

l-attivitajiet tal-fergħa;

(c)

ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl tal-kumpanija msemmi fl-Artikolu 16 flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni f'dak ir-reġistru;

(d)

l-isem u l-forma legali tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa, jekk ikun differenti mill-isem tal-kumpanija;

(e)

il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija meta tittratta ma' terzi u fi proċeduri legali;

bħala organu tal-kumpanija kkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta' kull organu bħal dak, skont l-iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14d,

bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanijia għall-attivitajiet tal-fergħa, b'indikazzjoni tal-firxa tal-poteri tagħhom;

(f)

l-istralċ tal-kumpanija, il-ħatra tal-istralċjarji, id-dettalji li jirrigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni skont iżvelar mill-kumpanija kif ipprovvdut fl-Artikolu 14(h), (j) u (k),

il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet, jew kull proċediment ieħor analogu li għalihom hija suġġetta l-kumpanija;

(g)

id-dokumenti ta' kontijiet skont l-Artikolu 31;

(h)

l-għeluq tal-fergħa.

2.   L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista' jiżvela, kif imsemmi fl-Artikolu 29,

(a)

il-firma tal-persuni msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

l-istrumenti tal-kostituzzjoni u l-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat skont il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 14, flimkien mal-emendi għal dawk id-dokumenti;

(c)

attestat mir-reġistru msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jirrigwarda mal-eżistenza tal-kumpanija;

(d)

indikazzjoni tat-titoli fuq il-proprjetà tal-kumpanija li tkun tinsab f'dak l-Istat Membru, sakemm l-iżvelar jirrigwarda l-validità ta' dawk it-titoli.

Artikolu 31

Limiti tal-iżvelar obbligatorju tad-dokumenti tal-kontijiet

L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 30(1)(g) għandu jiġi limitat għad-dokumenti tal-kontabbiltà tal-kumpanija kif imħejjija, ivverifikati u żvelati skont il-liġijiet tal-Istat Membru li bihom tkun regolata l-kumpanija skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u d-Direttiva 2013/34/UE.

Artikolu 32

Il-lingwa li biha jsir l-iżvelar u t-traduzzjoni tad-dokumenti li jridu jiġu żvelati

L-Istat Membru li fih tkun infetħet il-fergħa jista' jistabbilixxi li d-dokumenti imsemmija fl-Artikolu 30(2)(b) u l-Artikolu 31 jridu jiġu ppubblikati f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni u li t-traduzzjonijiet ta' dawk id-dokumenti jridu jiġu ċċertifikati.

Artikolu 33

Żvelar fil-każ ta' iktar minn fergħa waħda fi Stat Membru

Fejn kumpanija tkun fetħet iktar minn fergħa waħda fi Stat Membru, l-iżvelar riferit msemmi fl-Artikolu 30(2)(b) u l-Artikolu 31 jista' jsir fir-reġistru tal-fergħa li tagħżel il-kumpanija.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-iżvelar obbligatorju mill-fergħat l-oħra għandu jkopri d-dettalji tar-reġistru tal-fergħa li tagħha milquta mill-iżvelar, flimkien man-numru ta' dik il-fergħa f'dan ir-reġistru.

Artikolu 34

Informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' proċedimenti ta' stralċ jew falliment u dwar it-tneħħija tal-kumpanija mir-reġistru

1.   L-Artikolu 20 japplika għar-reġistru tal-kumpanija u għar-reġistru tal-fergħa rispettivament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi segwita malli tasal l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) u (2). Dik il-proċedura għandha tiżgura li fejn kumpanija tkun ġiet xolta jew b'xi mod ieħor tneħħiet mir-reġistru, il-fergħat tagħha jitneħħew ukoll mir-reġistru mingħajr ebda dewmien bla bżonn.

3.   It-tieni sentenza tal-paragrafu 2 ma tapplikax għall-fergħat ta' kumpaniji li tneħħew mir-reġistru b'konsegwenza ta' xi bidla fil-forma legali tal-kumpanija konċernata, merger jew diviżjoni, jew ta' trasferiment transkonfinali tal-uffiċċju reġistrat tagħha.

Artikolu 35

Informazzjoni dwar l-ittri u l-formoli tal-ordinijiet

Minn barra t-tagħrif stabbilit fl-Artikolu 26, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-ittri u formoli tal-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl li jirrigwarda l-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f'dak ir-reġistru.

Taqsima 3

Regoli Ta' żvelar applikabbli għall-fergħat ta' kumpaniji minn pajjiżi terzi

Artikolu 36

Żvelar ta' dokumenti u dettalji relatati ma' fergħa

1.   Id-dokumenti u d-dettalji li jirrigwardaw fergħa miftuħa fi Stat Membru minn kumpanija li mhijiex regolata mil-liġijiet ta' Stat Membru iżda li hija ta' forma legali li tista' titqabbel mat-tipi tal-kumpaniji elenkati fl-Anness II għandhom jiġu żvelati skont il-liġijiet tal-Istat Membru tal-fergħa kif stabbilit fl-Artikolu 16.

2.   L-Artikolu 29(2) japplika.

Artikolu 37

Dokumenti u dettalji li jridu jiġu żvelati b'mod obbligatorju

L-iżvelar obbligatorju stipulat fl-Artikolu 36 jkopri mill-inqas id-dokumenti u d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-indirizz tal-fergħa;

(b)

l-attivitajiet tal-fergħa;

(c)

il-liġi tal-Istat li tirregola l-kumpanija;

(d)

meta dik il-liġi hekk tkun teħtieġ, ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpanija u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija f'dak ir-reġistru;

(e)

l-istrumenti tal-kostituzzjoni, u l-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni jekk ikunu jinsabu fi strument separat, bl-emendi kollha li jkunu sarulhom;

(f)

il-forma legali tal-kumpanija, il-post prinċipali tal-kummerċ tagħha u l-għan tagħha u, għallinqas kull sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt jekk dawn id-dettalji ma jingħatawx fid-dokumenti msemmija fil-punt (e);

(g)

l-isem tal-kumpanija u l-isem tal-fergħa jekk ikun differenti mill-isem tal-kumpanijia;

(h)

il-ħatra, it-tmiem tal-kariga u d-dettalji tal-persuni li jkunu awtorizzati li jirrappreżentaw lill-kumpanija meta tittratta ma' terzi u fi proċeduri legali:

bħala organu tal-kumpanija kkostitwit skont il-liġi jew bħala membri ta' organu ta' dak it-tip,

bħala rappreżentanti permanenti tal-kumpanija għall-attivitajiet tal-fergħa.

Għandha tiġi ddikjarata l-firxa tas-setgħat tal-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw lill-kumpanija, kif ukoll jekk dawk il-persuni jistgħux jirrappreżentaw il-kumpanijawaħedhom jew jekk humiex rikjest li jaġixxu konġuntement;

(i)

l-istralċ tal-kumpanijia u l-ħatra tal-istralċjarji, id-dettalji li jirigwardawhom u l-poteri tagħhom u t-tmiem tal-likwidazzjoni,

il-proċeduri tal-falliment, l-arranġamenti, il-kompożizzjonijiet jew kull proċediment ieħor analogu li għalih tkun suġġetta l-kumpanija;

(j)

id-dokumenti tal-kontijiet skont l-Artikolu 38;

(k)

l-għeluq tal-fergħa.

Artikolu 38

Il-limiti tal-iżvelar obbligatorju tad-dokumenti tal-kontabbiltà

1.   L-iżvelar obbligatorju pprovvdut bl-Artikolu 37(j) għandu japplika għad-dokumenti tal-kontijiet tal-kumpanija kif imħejjija, ivverifikati u żvelati skont il-liġi tal-Istat li tirregola l-kumpanija. Fejn dawn ma' jitfasslux skont jew b'mod ekwivalenti għad-Direttiva 2013/34/UE, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li d-dokumenti tal-kontijiet li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-fergħa jiġu mħejjija u żvelati.

2.   L-Artikoli 32 u 33 għandhom japplikaw.

Artikolu 39

Informazzjoni dwar l-ittri u l-formoli tal-ordinijiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-ittri u l-formoli tal-ordnijiet użati minn fergħa għandhom jiddikjaraw ir-reġistru li fih jinżamm il-fajl dwar il-fergħa flimkien man-numru tal-fergħa f'dak ir-reġistru. Fejn il-liġi tal-Istat li bihom tkun regolata l-kumpanija tkun teħtieġ dħul f'reġistru, jiġu ddikjarati wkoll ir-reġistru li fih tkun irreġistrata l-kumpanija, u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija f'dak ir-reġistru.

Taqsima 4

Arranġamenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni

Artikolu 40

Penali

L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali xierqa fil-każ ta' nuqqas ta' żvelar tal-kwistjonijiet ddikjarati fl-Artikoli 29, 30, 31 u 36, 37 u 38 u ta' ommissjoni tad-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikoli 35 u 39 minn ittri u l-formolio tal-ordnijiet.

Artikolu 41

Persuni li jwettqu l-formalitajiet tal-iżvelar

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar min għandu jwettaq il-formalitajiet tal-iżvelar ipprovvduti fit-Taqsimiet 2 u 3.

Artikolu 42

Eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet dwar id-dokumenti tal-kontijiet għall-fergħat

1.   L-Artikoli 31 u 38 ma għandhomx japplikaw għall-fergħat miftuħa minn istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE (31).

2.   Sakemm ikun hemm koordinament sussegwenti, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikoli 31 u 38 għall-fergħat miftuħa minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Artikolu 43

Il-Kumitat tal-Kuntatt

Il-Kumitat ta' Kuntatt stabbilit skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE (32) għandu wkoll:

(a)

iħaffef, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 258 u 259 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet fit-Taqsimiet 2, 3 u f'din it-Taqsima, permezz ta' laqgħat regolari li jittrattaw, b'mod partikolari, il-problemi prattiċi li jinħolqu b'konnessjoni mal-applikazzjoni tagħha;

(b)

jagħti parir lill-Kummissjoni, jekk meħtieġ, dwar kull żjieda jew emenda għad-dispożizzjonijiet ta' Taqsima 2 u 3 kif ukoll din it-Taqsima.

KAPITOLU IV

Manutenzjoni u tibdil fil-kapital

Taqsima 1

Rekwiżiti tal-kapital

Artikolu 44

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-miżuri ta koordinazzjoni preskritti minn din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għall-kumpaniji ta' investiment b'kapital varjabbli u għall-kooperattivi inkorporati bħala waħda mit-tip ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. Sakemm il-liġi tal-Istati Membri tagħmel użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpaniji jinkludu l-kliem “kumpanija ta' investiment b'kapital varjabbli”, jew “koperattiva” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26.

Artikolu 45

Kapital minimu

1.   Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, sabiex kumpanija tkun tista' tiġi inkorporata jew tikseb awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, għandu jiġi sottoskritt kapital minimu f' ammont ta' mhux inqas minn EUR 25 000.

2.   Kull ħames snin il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(1) u l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat, għandhom jeżaminaw u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedu l-ammont espress fil-paragrafu 1 f'euro fid-dawl ta' tendenzi ekonomiċi u monetarji fl-Unjoni u tat-tendenza li impriżi kbar jew ta' daqs medju biss jitħallew jagħżlu t-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I.

Artikolu 46

Attiv

Il-kapital sottoskritt jista' jiġi ffurmat biss minn attiv li jistgħu jingħataw valur ekonomiku. Madankollu, l-obbligu li jsir xogħol jew jiġu pprovdut servizzi ma jistax ikun parti minn dawk l-assi.

Artikolu 47

Prezz tal-ħruġ tal-ishma

Ma jistgħux jinħarġu ishma bi prezz inqas mill-valur nominali tagħhom, jew, meta ma hemmx valur nominali, mill-parità kontabbli tagħhom.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li dawk li jimpenjaw ruħhom biex jallokaw ishma fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom, iħallsu somma inqas mill-prezz totali tal-ishma sottoskritti minnhom fil-kors ta' dik it-transazzjoni.

Artikolu 48

Ħlas tal-ishma maħruġa b'konsiderazzjoni

Ishma maħruġa b'konsiderazzjoni għandhom jitħallsu fiż-żmien li l-kumpanija tiġi inkorporata jew li tkun awtorizzata biex tibda n-negozju b'mhux inqas b'mhux inqas minn 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom.

Madankollu, meta ishma jinħarġu b'konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti fiż-żmien li l-kumpanija tiġi inkorporata jew tkun awtorizzata biex tibda n-negozju, il-konsiderazzjoni għandu jiġi trasferit kollu fi żmien ħames snin minn dak iż-żmien.

Taqsima 2

Salvawardji fir-riward tal-kapital statutorju

Artikolu 49

Rapport tal-esperti dwar konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

1.   Għandu jitħejja rapport dwar kull konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti qabel ma l-kumpanija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, minn espert indipendenti jew iżjed maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawk l-esperti jistgħu jkunu persuni fiziċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpaniji jew ditti skont il-liġijiet ta' kull Stat Membru.

2.   Ir-rapport tal-esperti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih għallinqas deskrizzjoni ta' kull wieħed mill-attiv inkluż fil-konsiderazzjoni kif ukoll tal-metodi ta' valutazzjoni użati u għandu jiddikjara jekk il-valuri li jaslu għalihom bl-applikazzjoni ta' dawk il-metodi jaqblux għallinqas mal-għadd u l-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, mal-parità kontabbli u, meta xieraq, mal-premju fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għalihom.

3.   Ir-rapport tal-esperti għandu jiġi ppubblikat bil-mod preskritt mil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta 90 % tal-valur nominali, jew meta ma hemmx valur nominali, tal-parità kontabbli, ta l-ishma kollha jinħareġ lil kumpanija waħda jew iżjed għal xi konsiderazjoni għajr fi flus kontanti, u meta r-rekwiżiti li ġejjin jitħarsu:

(a)

rigward il-kumpanija li tirċievi dik il-konsiderazzjoni, il-persuni msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4 jkunu ftiehmu li ma jużawx ir-rapport tal-esperti;

(b)

dak il-ftehim ikun ġie pubblikat kif previst fil-paragrafu 3;

(c)

il-kumpaniji li jagħtu dik il-konsiderazzjoni għandhom riservi li ma jistgħux jitqassmu skont il-liġi jew l-istatuti u li huma għallinqas daqs il-valur nominali jew, meta ma hemmx valur nominali, il-parità kontabbli ta l-ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti;

(d)

il-kumpaniji li jipprovdu din il-konsiderazzjoni jiggarantixxu, sa ammont daqs dak imsemmi fil-punt (c), id-djun tal-kumpanija riċeventi li jsiru bejn iż-żmien meta l-ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti u sena wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali ta' dik il-kumpanija għas-sena finanzjarja li matulha tkun ingħatat dik il-konsiderazzjoni. Kwalunkwe trasferiment ta' tali ishma għandu jiġi projbit matul dak il-perjodu;

(e)

il-garanzija msemmija fil-punt (d) ġiet ippubblikata kif previst fil-paragrafu 3; u

(f)

il-kumpaniji li jipprovdu tali konsiderazzjoni għandhom iqiegħdu somma daqs dik indikata fil-punt (c) f'riserva li ma tistax tiġi mqassma sa tliet snin wara l-pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-kumpanija riċeventi għas-sena finanzjarja li matulha din il-konsiderazzjoni tkun ingħatat jew, jekk meħtieġ, sa data aktar tard meta l-pretensjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mal-garanzija msemmija fil-punt (d) li jingħataw matul dak il-perjodu jkunu ġew sodisfatti.

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan l-Artikolu meta tiġi ffurmata kumpanija ġdida permezz ta' merger jew diviżjoni meta jsir rapport ta' espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw dan l-Artikolu fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jipprovdu li r-rapport li tħejja skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u r-rapport tal-espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni jista' jitħejja mill-istess espert jew esperti.

Artikolu 50

Deroga mill-ħtieġa tar-rapport tal-esperti

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, wara deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew il-korp tat-tmexxija, titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 44 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) jew strumenti tas-suq tal-flus kif definiti fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, jiġu kontribwiti bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti, u dawk it-titoli jew strumenti tas-suq tal-flus huma valutati bil-prezz medju mwieżen li bih ġew negozjati f'suq wieħed jew aktar regolati kif definit fil-punt 21 tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva tul perjodu suffiċjenti, li għandu jiġi deċiż skont il-liġi nazzjonali, li jippreċedi d-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-konsiderazzjoni rispettiva għajr fi flus kontanti.

Madanakollu, fejn dak il-prezz ikun ġie affettwat minn ċirkostanzi eċċezzjonali li jibdlu b'mod sinifikattiv il-valur tal-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tagħha, inklużi sitwazzjonijiet fejn is-suq għat-tali titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus spiċċa b'nuqqas ta' likwidità, għandha terġà ssir evalwazzjoni mill-ġdid fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet ta' dik l-evalwazzjoni mill-ġdid, l-Artikolu 49(1), (2) u (3) għandu japplika.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, jiġu kontribwiti assi, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li diġà kien suġġett għal opinjoni ta' valur ġust minn espert indipendenti rikonoxxut u fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

il-valur ġust hu determinat sa mhux iżjed minn sitt xhur qabel id-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv; u

(b)

l-evalwazzjoni tkun twettqet b'mod konformi mal-istandards ta' evalwazzjoni u l-prinċipji ġeneralment aċċettati fl-Istat Membru, li huma applikabbli għat-tip ta' assi li għandhom ikunu kontribwiti.

Fil-każ ta' ċirkustanzi ġodda kwalifikanti, li jbiddlu b'mod sinifikattiv il-valur ġust tal-attiv fid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tiegħu, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid bl-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija.

Għall-għanijiet tal-evalwazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, l-Artikolu 49(1), (2) u (3) għandu japplika.

Fin-nuqqas ta' dik l-evalwazzjoni mill-ġdid, azzjonist wieħed jew aktar li jkollhom persentaġġ aggregat ta' mill-anqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija fil-ġurnata li fiha tittieħed id-deċiżjoni fuq iż-żieda tal-kapital, jistgħu jitolbu evalwazzjoni minn espert indipendenti, u f'dak il-każ japplika l-Artikolu 49(1), (2) u (3).

Dak l-azzjonist(i) jista' jagħmel talba sad-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv, bil-kondizzjoni li, fid-data tat-talba, l-azzjonist(i) involut(i) ikun għad għandhom perċentwali aggregat ta' mill-inqas 5 % tal-kapital sottoskritt tal-kumpanija, kif kien fid-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda tal-kapital.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 49(1), (2) u (3) fejn, fuq deċiżjoni tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija, jiġi kontribwit attiv, ħlief titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bħala konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti li l-valur ġust tagħhom joriġina mill-valur ta' attiv individwali minn kontijiet statutorji tas-sena finanzjarja ta' qabel, sakemm il-kontijiet statutorji kienu soġġetti għal verifika b'mod konformi mad-Direttiva 2006/43/KE l.

It-tieni u l-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 51

Konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti mingħajr rapport tal-espert

1.   Fejn ikun hemm kunsiderazzjoni għajr fi flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 50 hija provduta mingħajr ir-rapport tal-esperti imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3), minbarra l-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt (h) tal-Artikolu 4 u sa xahar mid-data effettiva tal-kontribuzzjoni tal-attiv, għandha tiġi ppubblikata dikjarazzjoni li jkun fiha dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tal-konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti maħruġ;

(b)

il-valur tiegħu, is-sors ta' dik l-evalwazzjoni u, fejn ikun xieraq, il-metodu tal-evalwazzjoni;

(c)

stqarrija dwar jekk il-valur evalwat jikkorrispondiex għallinqas mal-għadd, il-valur nominali jew, fejn m'hemmx valur nominali, mal-parità kontabbli u, fejn hu xieraq, mal-primjum fuq l-ishma li għandhom jinħarġu għal konsiderazzjoni ta' dak it-tip; u

(d)

stqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda li jaffetwaw il-valutazzjoni oriġinali.

Il-publikazzjoni tad-dikjarazzjoni għandha ssir bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b'mod konformi mal-Artikolu 16.

2.   Fejn jiġi propost li tiġi pprovduta konsiderazzjoni li mhijiex fi flus kontanti mingħajr rapport tal-esperti kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3), fir-rigward ta' żieda fil-kapital proposta li issir skont l-Artikolu 68(2), għandu jiġi ppubblikat avviż li jkun fih id-data ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar iż-żieda u l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru b'mod konformi mal-Artikolu 16, qabel ma l-kontribuzzjoni tal-attiv bħala konsiderazzjoni għajr fi flus issir effettiva. F'dak il-każ, id-dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun limitata għall-istqarrija dwar il-fatt li ma seħħew l-ebda ċirkustanzi kwalifikanti ġodda minn meta l-avviż hawn fuq imsemmi ġie ppubblikat.

3.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi salvagwardji xierqa biex ikun żgurat li jkun hemmkonformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 50 u f'dan l-Artikolu fejn kontribuzzjoni għal konsiderazzjoni li mhijiex fi flus kontanti hija provduta mingħajr rapport tal-esperti kif imsemmi fl-Artikolu 49(1), (2) u (3).

Artikolu 52

Akkwiżizzjonijiet sostanzjali wara l-inkorporazzjoni jew l-awtorizzazzjoni sabiex jinbeda n-negozju

1.   Jekk, qabel l-għeluq ta' limitu ta' żmien preskritt mil-liġi nazzjonali ta' mill-inqas sentejn minn meta l-kumpanija tiġi inkorporata jew awtorizzata biex tibda n-negozju, il-kumpanija takkwista kwalunkwe attiv proprjetà ta' persuna jew kumpanija jew ditta msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4 għal konsiderazzjoni ta' mhux inqas minn wieħed f'għaxra tal-kapital sottoskritt, l-akkwiżizzjoni għandha tiġi eżaminata u dettalji tagħha għandhom jiġu pubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1), (2) u (3), u huwa għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali.

L-Artikoli 50 u 51 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li dawn id-dispożizzjonijet għandhom jiġu applikati meta l-attiv ikun ta' xi azzjonista jew ta' xi persuna oħra.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal akkwiżizzjonijiet li jsiru fil-kors normali tan-negozju tal-kumpanija, għal akkwiżizzjonijiet li jsiru fuq talba jew bis-sorveljanza ta' awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja, jew għal akkwiżizzjonijiet tal-borża.

Artikolu 53

Obbligu tal-azzjonisti li jħallsu l-kontribuzzjonijiet

Bla ħsara għad-dispożizzjonjijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tnaqqis ta' kapital sottoskritt, l-azzjonisti ma' jistgħux jinħelsu mill-obbligu li jħallsu l-kontribuzzjonijet tagħhom.

Artikolu 54

Salvagwardji fil-każ ta' konverżjoni

Sakemm issir il-koordinazzjoni tal-liġijiet nazzjonali f'xi data sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jeħtieġu li jkun hemm mill-inqas l-istess salvagwardji preskritti fl-Artikoli 3 sa 6 u l-Artikoli 45 sa 53 fil-każ ta' konverżjoni ta' tip ieħor ta' kumpanija f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata.

Artikolu 55

Modifika tal-istatuti jew tal-att ta' inkorporazzjoni

L-Artikoli 3 sa 6 u l-Artikoli 45 sa 54 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' Stati Membri dwar kompetenza u proċedura rigward il-modifika tal-istatuti jew tal-att ta' inkorporazzjoni.

Taqsima 3

Regoli dwar id-distribuzzjoni

Artikolu 56

Regoli ġenerali dwar id-distribuzzjoni

1.   Ħlief għal każijiet ta' tnaqqis ta' kapital sottoskritt, ma tista' ssir ebda distribuzzjoni lil azzjonisti meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-attiv nett kif stabbiliti fil-kontijiet annwali tal-kumpanija huma, jew wara li jsir dik id-distribuzzjoni, jistgħu jsiru inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt inklużi dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu mqassma skont il-liġi jew l-istatuti.

2.   Fejn il-parti tal-kapital sottoskritt mhux eżerċitat ma jkunx inkluż fl-attiv murija fil-karta bilanċjali, dak l-ammont għandu jitnaqqas mill-ammont ta' kapital sottoskritt imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   L-ammont ta' distribuzzjoni lil azzjonisti ma jistax ikun iżjed mill-ammont tal-qliegħ fit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja inkluż kull qliegħ mirut u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dan il-għan, u bit-tnaqqis ta' kull telf mirut u somom imqiegħda f'riserva skont il-liġi jew l-istatuti.

4.   It-terminu “distribuzzjoni” użat fil-paragrafi 1 u 3 jinkludi, b'mod partikolari, il-ħlas ta' dividendi u ta' imgħax li għandhom x'jaqsmu ma' ishma.

5.   Meta l-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li jsir ħlas ta' dividendi interim, għandhom japplikaw tal-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandhom jitfasslu kontijiet interim biex juru li l-fondi disponibbli għad-distribuzzjoni huma biżżejjed;

(b)

l-ammont li għandu jitqassam ma jistax ikun iżjed mill-profitti totali magħmula mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja li għaliha ġew imfassla l-kontijiet annwali, inkluż kull qliegħ magħmul u somom meħuda minn riservi disponibbli għal dak l-iskop, u bit-tnaqqis ta' kull telf magħmul u somom li għandhom jitqiegħdu f'riserva skont ir-rekwiżiti tal-liġi jew tal-istatuti.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar żidiet f'kapital sottoskritt b' kapitalizzazzjoni ta' riżervi.

7.   Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jagħmlu dispożizzjoni biex ikun hemm deroga mill-paragrafu 1 fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment b'kapital fiss.

Għal fini ta' dan il-paragrafu, it-terminu “kumpanija ta' investiment b'kapital fiss” tfisser biss dawk il-kumpaniji:

(a)

li l-għan esklussiv tagħhom huwa li jinvestu l-fondi tagħhom f'diversi stocks u ishma, artijiet jew assi oħrajn, bl-uniku għan li jifirxu r-riskji tal-investiment u li jagħtu lill-azzjonisti tagħhom il-benefiċċju tar-riżultati tal-amministrazzjoni tal-assi tagħhom, u

(b)

li joffru l-ishma tagħhom stess għal sottoskrizzjoni mill-pubbliku.

Safejn il-liġijiet ta' Stati Membri jagħmlu użu mill-għażla huma għandhom:

(a)

jirrikjedu lil dawk il-kumpaniji jinkludu t-terminu “kumpanija ta' investiment” fid-dokumenti kollha indikati fl-Artikolu 26;

(b)

ma jħallux li xi tali kumpanija, li l-assi netti tagħha huma inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, tqassam lill-azzjonisti meta fid-data tal-għeluq tal-aħħar sena finanzjarja l-attiv totali tal-kumpanija kif jidhru fil-kontijiet annwali huma, jew wara dik id-distribuzzjoni ikunu inqas minn wieħed u nofs l-ammont tal-passiv totali tal-kumpanija lil kredituri kif imniżżel fil-kontijiet annwali; u

(c)

jirrikjedu li tali kumpanija li tqassam meta l-assi netti tagħha ikunu inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1 tinkludi fil-kontijiet annwali tagħha nota f'dak is-sens.

Artikolu 57

Irkupru ta' distribuzzjoni magħmul kontra l-liġi

Kull distribuzzjoni magħmul kuntrarju għall-Artikolu 56 għandu jintradd lura mill-azzjonisti li irċevewh jekk il-kumpanija ġġib prova li dawk l-azzjonisti kienu jafu bl-irregolarità tad-distribuzzjoni magħmul lilhom, jew li minħabba ċ-ċirkostanzi ma setgħux ma kienux jafu bih.

Artikolu 58

Telf serju tal-kapital sottoskritt

1.   Fi-każ ta' telf serju tal-kapital sottoskritt, għandha tissejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti fil-perjodu speċifikat mil-liġijiet tal-Istati Membri, biex jiġi kkunsidrat jekk il-kumpanija għandhiex tiġi stralċjata jew għandhomx jittieħdu xi miżuri oħra.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jistabbilixu l-ammont ta' telf meqjus serju fis-sens tal-paragrafu 1 f'ċifra ogħla minn nofs il-kapital sottoskritt.

Taqsima 4

Regoli dwar l-akkwiżizjonijiet minn kumpaniji tal-ishma proprji

Artikolu 59

L-ebda sottoskrizzjoni għall-ishma proprji

1.   L-ishma ta' kumpanija ma jistgħux jiġu sottoskritti mill-kumpanija nnifisha.

2.   Jekk l-ishma ta' kumpanija jkunu ġew sottoskritti minn persuna li tkun qed taġixxi f'isimha stess, iżda fl-interess tal-kumpanija, dak li jissottoskrivi għandu jiġi meqjus li ssottoskriva għalihom akkont tiegħu stess.

3.   Il-persuni jew kumpaniji jew ditti msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 4 jew, f'każijiet ta' żieda f'kapital sottoskritt, il-membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandhom ikunu responsabbli li jħallsu għal ishma sottoskritti bi ksur ta' dan l-Artikolu.

Madankollu, l-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li kull persuna bħal dik tista' tinħeles mill-obbligu tagħha jekk hija ġġib prova li personalment m'għandha l-ebda ħtija.

Artikolu 60

Akkwiżizzjoni tal-ishma proprji

1.   Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' trattament ugwali tal-azzjonisti kollha li jkunu fl-istess pożizzjoni, u għar-Regolament (UE) Nru 596/2014, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li kumpanija takkwista l-ishma tagħha, hi stess jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija. Sa fejn l-akkwiżizzjonijiet huma permessi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li tali akkwiżizzjonijiet ikunu suġġetti għall-kondizzjonjiet li ġejjin:

(a)

l-awtorizazzjoni tingħata permezz tal-laqgħa ġenerali, li għandha tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta' dik l-akkwiżizzjoni, u b'mod partikolari l-għadd massimu ta' ishma li għandhom ikunu akkwistati, il-perjodu li għalih tingħata l-awtorizazzjoni, li t-tul massimu tiegħu għandu jkun iddeterminat mil-liġi nazzjonali u li iżda ma jistax ikun iktar minn ħames snin, u, fil-każ ta' akkwiżizzjoni b'titolu oneruż, l-konsiderazzjoni massima u minima. Il-Membri tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandhom ikunu sodisfatti li, fiż-żmien meta ssir kull akkwiżizzjoni awtorizzata, il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) huma rispettati;

(b)

l-akkwiżizzjonijiet, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jistgħux ikollhom l-effett li l-attiv nett jonqos għal ammont inqas mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 56(1) u (2); u

(c)

ishma mħallsa kompletament biss jistgħu jkunu inklużi fit-tranżazzjoni.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu akkwiżizzjonijiet fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu soġġetti għal xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-valur nominali jew, fl-assenza ta' dan, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati, inklużi ishma akkwistati qabel mill-kumpanija u miżmuma minnha, u ishma akkwistati minn persuna li taġixxi f'isimha iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jkunx iktar mill-limitu li għandu jkun iddeterminat mill-Istati Membri; dak il-limitu ma jistax ikun inqas minn 10 % tal-kapital sottoskritt;

(b)

is-setgħa tal-kumpanija li takkwista l-ishma tagħha stess skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu, l-għadd massimu ta' ishma li jistgħu jiġu akkwistati, it-tul tal-perjodu li għalih tingħata s-setgħa u l-konsiderazzjoni massimu jew minimu, ikunu stipulati fl-istatuti jew fl-istrument tal-inkorporazzjoni tal-kumpanija;

(c)

il-kumpanija tkun konformi mar-rekwiżiti xierqa ta' rappurtar u ta' notifika;

(d)

ċerti kumpaniji, skont kif iddeterminat mill-Istati Membri, jistgħu jintalbu jħassru l-ishma akkwistati, sakemm ammont ugwali għall-valur nominali tal-ishma kkanċellati jkun inkluż f'riserva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti, ħlief f'każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista' tintuża biss biex jiġi miżjud il-kapital sottoskritt permezz tal-kapitalizzazzjoni tar-riservi;

(e)

l-akkwiżizzjoni ma tippreġudikax it-twettiq tat-talbiet tal-kredituri.

2.   Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu għal derogi mill-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 meta l-akkwiżizzjoni tal-ishma tal-kumpanija stess tkun meħtieġa biex tiġi evitata ħsara serja u imminenti lill-kumpanija. F'dak il-każ, il-laqgħa ġenerali li jkun imiss tiġi infurmata mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija bir-raġunijiet u -natura tal-akkwiżizzjonijiet magħmula, bl-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli, tal-ishma akkwistati, bil-proporzjon tal-kapital sottoksritt li huma jirrappreżentaw, u bil-konsiderazzjoni għal dawn l-ishma.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċieidu li ma japplikawx l-ewwel sentenza tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu 1 għal ishma akkwistati mill-kumpanija stess jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, fil-każ ta' distribuzzjoni lill-impjegati ta' dik il-kumpanija jew lill-impjegati ta' kumpanija assoċjata. Dawk l-ishma għandhom jitqassmu fi żmien 12-il xahar mill-akkwiżizzjoni tagħhom.

Artikolu 61

Deroga mir-regoli dwar l-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji

1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex ma japplikawx l-Artikolu 60 għal:

(a)

ishma akkwistati fit-twettiq ta' deċiżjoni biex jitnaqqas il-kapital, jew fiċ-ċirkostanzi msemmiija fl-Artikolu 82;

(b)

ishma akkwistati b' riżultat ta' trasferiment universali ta' attiv;

(c)

ishma mħallsa kollha akkwistati bla ħlas jew minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala kummissjoni fuq xiri;

(d)

ishma akkwistati bis-saħħa ta' obbligu legali jew li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' qorti favur il-protezzjoni ta' azzjonisti f'minoranza fil-każ, partikolarment, ta' merger, bidla fil-għan jew forma tal-kumpanija, trasferiment tal-uffiċċju reġistrat barra l-pajjiż, jew l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta' ishma;

(e)

ishma akkwistati minn azzjonista fil-każ ta' nuqqas li jħallas għalihom;

(f)

ishma akkwistati sabiex jindennizzaw azzjonisti f'minoranza f'kumpaniji assoċjati;

(g)

ishma mħallsa kollha u akkwistati minn bejgħ infurzat permezz ta' ordni tal-qorti għall-ħlas ta' dejn dovut lill-kumpanija mis-sid tal-ishma; u

(h)

ishma imħallsa kollha maħruġa minn kumpanija ta' investiment b'kapital fiss, kif imfisser fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 56(7), u akkwistati fuq talba tal-investitur minn dik il-kumpanija jew minn kumpanija assoċjata. Punt (a) tal-Artikolu 56(7) għandu japplika. Tali akkwiżizzjonijiet ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett għal ammont inqas mill-ammont tal-kapital sottoskritt inkluża kull riserva li t-tqassim tagħha huwa projbit mil-liġi.

2.   Ishma akkwistati fil-każijiet elenkati fil-punti (b) sa (g) fil-paragrafu 1, għandhom, madankollu, jitneħħew fi żmien tliet snin mill-akkwiżizzjoni tagħhom sakemm il-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati, magħdudin ishma li l-kumpanija setgħet akkwistat permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, ma jkunux iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt.

3.   Jekk l-ishma ma jitneħħewx fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 2, huma għandhom jiġu kkanċellati. Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li dak it-tħassir ikun suġġett għal tnaqqis korrispondenti fil-kapital sottoskritt. Dan it-tnaqqis għandu jiġi preskritt meta l-akkwiżizzjoni ta' ishma li għandhom jiġu kkanċellati tirriżulta f'sitwazzjoni fejn l-attiv nett jonqos iktar mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 56(1) u (2).

Artikolu 62

Konsegwenzi tal-akkwiżizzjoni tal-ishma proprji b'mod illegali

Ishma akkwistati b'kontravenzjoni tal-Artikoli 60 u 61 għandhom jitneħħew fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni tagħhom. Jekk ma jitneħħewx f'dak il-perjodu, japplika l-Artikolu 61(3).

Artikolu 63

Żamma tal-ishma proprji u tar-rapport annwali f'każ ta' akkwiżizzjoni tal-ishma proprji

1.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpanija tixtri l-ishma tagħha stess, sew hija stess u sew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, i ż-żamma ta' dawk l-ishma għandha tkun suġġetta f'kull ħin mill-inqas għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fost id-drittijiet marbuta mal-ishma, id-dritt għall-vot marbut mal-ishma tal-kumpanija stess għandu f'kull każ jiġi sospiż;

(b)

jekk l-ishma huma inklużi fost l-assi murija fil-karta tal-bilanċ, riserva tal-istess ammont, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, għandha tiġi inkluża mal-passiv.

2.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpanija takkwista l-ishma tagħha stess, sew hija innifisha u sew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, huma għandhom jeħtieġu li r-rapport annwali jiddikjara għallinqas:

(a)

ir-raġunijiet għal akkwiżizzjonijiet magħmula matul is-sena finanzjarja;

(b)

l-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli tal-ishma akkwistati u mneħħija matul is-sena finanzjarja u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw;

(c)

fil-każ ta' akkwiżizzjoni jew tneħħija b'titolu oneruż, il-konsiderazzjoni għall-ishma;

(d)

l-għadd u l-valur nominali jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, il-parità kontabbli tal-ishma kollha akkwistati u miżmuma mill-kumpanija u l-proporzjon tal-kapital sottoskritt li huma jirrappreżentaw.

Artikolu 64

Assistenza finanzjarja minn kumpanija għall-akkswist tal-ishma tagħha stess minn parti terza

1.   Fejn l-Istati Membri jippermettu li kumpanija, b'mod dirett jew indirett, tavvanza fondi, tagħti self jew tipprovdi garanzija, bil-għan li l-ishma proprji jiġu akkwistati minn parti terza, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.

2.   It-tranżazzjonijiet għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija fil-kondizzjonijiet ġusti tas-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-imgħax li tirċievi l-kumpanija u fir-rigward tal-garanzija pprovduta lill-kumpanija għas-self u l-avvanzi msemmija fil-paragrafu 1.

L-affidabiltà kreditizja tal-parti terza jew, f'każ ta' tranżazzjonijiet ta' iktar minn parti waħda, ta' kull kontraparti tagħha, għandha tkun investigata kif xieraq.

3.   It-tranżazzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati mill-korp amministrattiv jew tat-tmexxija lil-laqgħa ġenerali għal approvazzjoni minn qabel, fejn il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi b'mod konformi mar-regoli tal-kworum u l-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 83.

Il-korp amministrattiv jew ta' tmexxija għandu jippreżenta rapport bil-miktub lil-laqgħa ġenerali, li fih jindika:

(a)

ir-raġunijiet għat-tranżazzjoni,

(b)

l-interess tal-kumpanija li tidħol fitranżazzjoni ta' dak it-tip,

(c)

il-kondizzjonijiet li fuqhom saret it-tranżazzjoni,

(d)

ir-riskji involuti fit-tranżazzjoni għal-likwidità u s-solvenza tal-kumpanija, u

(e)

il-prezz għall-akkwiżizzjoni tal-ishma minn terzi.

Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lir-reġistru għall-pubblikazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 16.

4.   L-għajnuna finanzjarja aggregata mogħtija lill-partijiet terzi m'għandha fl-ebda ħin tirriżulta f' sitwazzjoni fejnl-assi netti jonqsu iktar mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 56(1) u (2), u għandha tqis ukoll kull tnaqqis tal-attiv nett li seta' jkun seħħ permezz tal-akkwiżizzjoni, mill-kumpanija jew fl-interess tal-kumpanija, tal-ishma tagħha stess skont l-Artikolu 60(1).

Il-kumpanija għandha tinkludi, fost il-passiv fil-karta tal-bilanċ, riserva, li ma tkunx disponibbli għad-distribuzzjoni, tal-ammont tal-għajnuna finanzjarja aggregata.

5.   Fejn terzi, bil-għajnuna finanzjarja ta' kumpanija, jakkwistaw ishma proprji ta' dik il-kumpanija skont it-tifsira tal-Artikolu 60(1) jew jissottoskrivu għal ishma maħruġa waqt żieda fil-kapital sottoskritt, dik l-akkwiżizzjoni jew dik is-sottoskrizzjoni għandom isiru bi prezz ġust.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 ma għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju, lanqas għal transazzjonijiet li jsiru bil-għan li jiġu akkwistati ishma minn jew għall-impjegati tal-kumpanija jew l-impjegati ta' kumpanija assoċjata.

Iżda dawk it-transazzjonijiet ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-attiv nett f'livell anqas mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 56(1).

7.   Il-paragrafi 1 sa 5 m'għandhomx japplikaw għal transazzjonijet li jsiru bil-għan li jiġu akkwistati ishma kif deskritt f-Artikolu 61(1)(h).

Artikolu 65

Salvagwardji addizzjonali fil-każ ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati

Fil-każijiet fejn membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija li tkun parti mit-transazzjoni msemmija fl-Artikolu 64(1) ta' din id-Direttiva, jew membri individwali tal-korp amministrattiv jew tat-tmexxija ta' intrapriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikoli 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew dik l-impriża prinċipali stess, jew individwi li jaġixxu f'isimhom proprju, iżda fl-interess tal-membri ta' dawk il-korpi jew ta' dik l-impriża, ikunu kontropartijiet fi transazzjoni ta' dak it-tip, l-Istati Membri għandhom jassiguraw permezz ta' salvagwardji adegwati li transazzjoni ta' dak it-tip ma' tmurx kontra l-aħjar interessi tal-kumpanija.

Artikolu 66

Aċċettazzjoni tal-ishma proprji tal-kumpanija bħala garanzija

1.   L-aċċettazzjoni tal-ishma tal-kumpanija stess bħala garanzija, sew mill-kumpanija nnifisha u sew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, għandha tiġi trattata bħala akkwiżizzjoni għall-iskopijiet tal-Artikoli 60, 61(1), u l-Artikoli 63 u 64.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 għal transazzjonijiet konklużi minn banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-kors normali tan-negozju.

Artikolu 67

Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma minn kumpanija li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita influenza dominanti

1.   Is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma ta' ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata minn tip ta' kumpanija elenkata fl-Anness II.li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ikollha direttament jew indirettament il-maġġoranza d-drittijiet tal-vot jew li fuqha hija tista' teżerċita influwenza dominanti direttament jew indirettament, għandhom jitqiesu li jkunu saru mill-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata nfisha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-kumpanija l-oħra tkun regolata mil-liġi ta' pajjiż terz u jkollha forma ġuridika li tista' titqabbel ma' dawk elenkati fl-Anness II.

Madankollu, meta l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata ikollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot indirettament jew tista' teżerċita influwenza dominanti indirettament, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi jekk huma jagħmlu dispożizzjoni biex jiġu sospiżi d-drittijiet tal-vot konnessi mal-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpanija l-oħra.

2.   Fin-nuqqas ta' koordinament tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fuq gruppi ta' kumpaniji, l-Istati Membri jistgħu:

(a)

jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li tkun tista' teżerċita influwenza dominanti fuq kumpanija oħra; jekk Stat Membru jeżerċita din il-possibilità, il-liġi nazzjonali tiegħu għandha f'kull każ tipprovdi li influwenza dominanti tista' tiġi eżerċitata jekk kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata:

(i)

ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-organu amministrattiv, tal-organu tal-ġestjoni jew tal-organu tas-sorveljanza, u hija fl-istess ħin azzjonista jew membru tal-kumpanija l-oħra; jew

(ii)

hija azzjonista jew membru tal-kumpanija l-oħra u għandha l-kontroll waħdieni ta' maġġoranza tal-jeddijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri tagħha skont ftehim konkluż ma' azzjonisti jew membri oħra ta' dik il-kumpanija.

L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħmlu dispożizzjoni għall-ebda każ ieħor għajr dawk imsemmija fil-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu;

(b)

jiddefinixxu l-każijiet li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li għandha indirettament id-drittijiet tal-vot jew li tista' teżerċita indirettament influwenza dominanti;

(c)

jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata għandha titqies li għandha d-drittijiet tal-vot.

3.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 fejn is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma jsiru f'isem persuna għajr il-persuna li tissottoskrivi, takkwista jew iżżomm l-ishma, li ma tkunx il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas kumpanija oħra li fiha l-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata żżomm direttament jew indirettament maġġoranza tad-drittijiet tal-vot jew li fuqha tista' teżerċita direttament jew indirettament influwenza dominanti.

4.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 fejn is-sottoskrizzjoni, l-akkwiżizzjoni jew iż-żamma jsiru mill-kumpanija l-oħra fil-kapaċità tagħha u fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha bħala negozjant professjonali tat-titoli, sakemm tkun membru ta' borża li tinsab jew li taħdem ġewwa Stat Membru, jew hija approvata jew issorveljata minn awtorità ta' Stat Membru kompetenti sabiex tissorvelja n-negozjanti professjonali tat-titoli li, skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, tista' tinkludi istituzzjonijiet ta' kreditu.

5.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-paragrafu 1 meta l-ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma minn kumpanija oħra jkunu ġew akkwistati qabel ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpaniji tkun taqbel mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Madankollu, id-drittijiet tal-vot konnessi ma' dawk l-ishma għandhom jiġu sospiżi u l-ishma għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet il-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 60(1)(b).

6.   L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw l-Artikolu 61(2) jew (3) jew l-Artikolu 62 meta l-ishma f'kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jiġu akkwistati minn kumpanija oħra bil-kondizzjoni li huma jipprovdu:

(a)

is-sospensjoni tad-drittijeit tal-vot konnessi mal-ishma fil-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata miżmuma mill-kumpanija l-oħra, u

(b)

il-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata jkunu obbligati li jixtru lura mill-kumpanija l-oħra l-ishma msemmija fl-Artikolu 61(2) u (3) u l-Artikolu 62 għall-prezz li bih kienet akkwistathom il-kumpanija l-oħra; din is-sanzjoni għandha tapplika biss meta l-membri tal-organu amministrattiv jew tat-tmexxija tal-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata juru li dik il-kumpanija ma kellha l-ebda sehem fis-sottoskrizzjoni jew l-akkwiżizzjoni tal-ishma ikkonċernati.

Taqsima 5

Regoli Għaż-żieda u t-tnaqqis fil-kapital

Artikolu 68

Deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital

1.   Kull żieda fil-kapital tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali. Kemm dik id-deċiżjoni kif ukoll iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandhom jiġu ppubblikati fil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.

2.   Madankollu, l-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni jew il-laqgħa ġenerali, li d-deċiżjoni tagħha għandha tiġi ppubblikata skont ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jawtorizzaw żieda fil-kapital sottoskritt sa ammont massimu li huma għandhom jistabbilixxu billi jikkunsidraw b'mod xieraq kull ammont massimu previst mil-liġi. Fejn xieraq, iż-żieda fil-kapital sottoskritt għandha tiġi deċiża fil-limiti tal-ammont stabbilit mill-korp tal-kumpanija li għandha s-setgħa tistabbilixxi dak l-ammont. Is-setgħa ta' dan il-korp fir-rigward ta' dan għandha tkun għal perjodu massimu ta' ħames snin u jista' jiġi mġedded darba jew iżjed drabi mil-laqgħa ġenerali, kull darba għal perjodu li ma jkunx iżjed minn ħames snin.

3.   Fejn ikun hemm diversi klassijiet ta' ishma, id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali dwar iż-żieda fil-kapital imsemmi fil-paragrafu 1 jew l-awtorizzazzjoni biex jiżdied il-kapital imsemmi fil-paragrafu 2, għandhom ikunu soġġetti għal vot separat għallinqas għal kull klassi ta' azzjonist li d-drittijiet tiegħu jkun milqut mit-transazzjoni.

4.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f'ishma jew li magħhom hemm id-dritt ta' sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għall-konverżjoni ta' dawk it-titoli, u lanqas għall-eżerċizzju tad-dritt għal sottoskrizzjoni.

Artikolu 69

Ħlas ta' ishma maħruġa għal konsiderazzjoni

Ishma maħruġa għal xi konsiderazzjoni, fil-kors ta' żieda fil-kapital sottoskritt, għandhom jitħallsu sa għallinqas mhux inqas minn 25 % tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom. Jekk ikun previst premium tal-ħruġ, dan jitħallas kollu.

Artikolu 70

Ishma maħruġa għal konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti

1.   Fejn ishma jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti fil-kors ta' żieda fil-kapital sottoskritt il-konsiderazzjoni għandha tiġi trasferita kollha f'perjodu ta' ħames snin mid-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt.

2.   Il-konsiderazzjoni imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun is-suġġett ta' rapport imħejji qabel issir iż-żieda fil-kapital minn espert wieħed jew iktar li huma indipendenti mill-kumpanija u maħtura jew approvati minn awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja. Dawk l-esperti jistgħu jkunu persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi u kumpaniji u ditti skont il-liġijiet tal-Istati Membri.

L-Artikolu 49(2) u (3) u l-Artikoli 50 u 51 għandhom japplikaw.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 fil-każ ta' żieda fil-kapital sottoskritt magħmula sabiex issir effettiva xi merger, diviżjoni jew offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta' ishma u biex jitħallsu l-azzjonisti tal-kumpanija li tkun qiegħda tiġi assorbita jew diviża jew li tkun is-suġġett tal-offerta pubblika għax-xiri jew l-iskambju ta' ishma.

Fil-każ ta' merger jew diviżjoni, madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel subparagrafu biss fejn ikun tħejja rapport ta' espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni.

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 2 fil-każ ta' merger jew diviżjoni, huma jistgħu jiddisponu li r-rapport skont dan l-Artikolu u r-rapport tal-espert jew esperti indipendenti dwar l-abbozz tat-termini tal-merger jew tad-diviżjoni, jitħejjew mill-istess espert jew esperti.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 2 jekk l-ishma kollha maħruġa fil-kors ta' żieda fil-kapital sottoskritt jinħarġu għal xi konsiderazzjoni għajr fi flus kontanti lil kumpanija waħda jew iżjed, bil-kondizzjoni li l-azzjonisti kollha fil-kumpanija li jirċievu l-konsiderazzjoni jkunu ftiehmu li mhux meħtieġ li jitħejja rapport tal-esperti u li r-rekwiżiti tal-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 49(4) huma sodisfatti.

Artikolu 71

Żieda fil-kapital mhux sottoskritt kollu

Fejn żieda fil-kapital ma tkunx sottoskritta kollha, il-kapital għandu jiżdied bl-ammont tas-sottoskrizzjonijiet li jkunu ġew irċevuti biss jekk hekk jiddisponu l-kondizzjonijiet tal-ħruġ jiddisponu.

Artikolu 72

Żieda fil-kapital b'konsiderazzjoni fi flus kontanti

1.   Kull meta l-kapital jiżdied b'konsiderazzjoni fi flus kontanti, l-ishma jiġu offruti fuq bażi ta' prelazzjoni lill-azzjonisti fil-proporzjon tal-kapital rappreżentat mill-ishma tagħhom.

2.   Il-liġijiet ta' Stat Membru:

(a)

mhumiex meħtieġa japplikaw il-paragrafu 1 għal ishma li għandhom dritt limitat biex jipparteċipaw fi distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 u/jew fl-assi tal-kumpanija fil-każ ta' stralċ; jew

(b)

jistgħu jippermettu, meta l-kapital sottoskritt ta' kumpanija li għandha diversi klassijiet ta' ishma li jkollhom drittijiet differenti fir-rigward ta' votazzjoni, jew parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 jew fl-assi fil-każ ta'stralċ, jiżdied bil-ħruġ ta' ishma ġodda f'waħda biss minn dawk il-klassijiet, waqt li l-jedd ta' prelazzjoni tal-azzjonisti tal-klassijiet l-oħra għandu jkun eżerċitat biss wara li l-azzjonisti tal-klassi li fiha jkunu qed jinħarġu l-ishma l-ġodda jkunu eżerċitaw dak il-jedd.

3.   Kull offerta ta' sottoskrizzjoni fuq bażi ta' prelazzjoni u l-perjodu li fih dak id-dritt għandu jkun eżerċitat jiġu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali magħżula skont l-Artikolu 16. Iżda, il-liġijiet ta' Stat Membru ma għandhomx bżonn jiddisponu għal dik il-pubblikazzjoni meta l-ishma kollha ta' kumpanija huma rreġistrati. F'dak il-każ, l-azzjonisti kollha tal-kumpanija ikunu infurmati bil-miktub. Il-jedd ta' prelazzjoni għandu jkun eżerċitat f'perjodu li ma għandux ikun inqas minn 14-il ġurnata mid-data tal-pubblikazzjoni tal-offerta jew mid-data minn meta jintbagħtu l-ittri lill-azzjonisti.

4.   Il-jedd ta' prelazzjoni ma jistax ikun ristrett jew irtirat mill-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni. Dak jista', madankollu, jsir b'deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali. Il-korp amministrattiv jew tat-tmexxija għandu jkun meħtieġ li jippreżenta lil dik il-laqgħa rapport bil-miktub li juri r-raġunijiet għar-restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni, u li jiġġustifka l-prezz tal-ħruġ propost. Il-laqgħa ġenerali għandha taġixxi skont ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 83. Id-deċiżjoni tagħha għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt fil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16.

5.   Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li l-istatuti, l-atti ta' inkorporazjoni jew il-laqgħa ġenerali, li jaġixxu skont ir-regoli dwar quorum, maġġoranza u pubblikazzjoni preskritti fil-paragrafu 4, jistgħu jagħtu s-setgħa ta' restrizzjoni jew irtirar tal-jedd ta' prelazzjoni lill-korp tal-kumpanija inkarigata li tiddeċiedi dwar żieda fil-kapital sottoskritt fil-limiti tal-kapital awtorizzat. Dik is-setgħa ma tistax tingħata għal perjodu itwal mis-setgħa stipulata fl-Artikolu 68(2).

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-ħruġ tat-titoli kollha li jistgħu jinbidlu f'ishma jew li jkollhom il-jedd ta' sottoskrizzjoni għal ishma, iżda mhux għall-konverżjoni ta' dawk it-titoli, lanqas għall-eżerċizzju tal-jedd ta' sottoskrizzjoni.

7.   Il-jedd ta' prelazzjoni mhuwiex eskluż mill-iskop tal-paragrafi 4 u 5 meta, skont id-deċiżjoni biex jiżdied il-kapital sottoskritt, jinħarġu ishma lil banek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-iskop li jiġu offruti lil azzjonisti tal-kumpanija skont il-paragrafi 1 u 3.

Artikolu 73

Deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali dwar it-tnaqqis fil-kapital sottoskritt

Kull tnaqqis fil-kapital sottoskritt, ħlief skont ordni tal-qorti, ikun suġġett għallinqas għal deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali li taġixxi skont ir-regoli dwar quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 83 bla ħsara għall-Artikoli 79 u 80. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16.

L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa għandu jispeċifika għallinqas l-iskop għat-tnaqqis u l-mod li bih għandu jitwettaq.

Artikolu 74

Tnaqqis fil-kapital sottoskritt fil-każ ta' diversi klassijiet ta' ishma

Fejn hemm diversi klassijiet ta' ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar tnaqqis fil-kapital sottoskritt għandha tkun suġġetta għal vot separat, għallinqas għal kull klassi ta' azzjonist li l-jeddijiet tiegħu jintlaqtu mit-transazzjoni.

Artikolu 75

Salvagwardji għall-kredituri fil-każ tat-tnaqqis fil-kapital sottoskritt

1.   Fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt, għallinqas il-kredituri li t-talbiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex issir tnaqqis għandhom mill-inqas ikollhom id-dritt li jakkwistaw garanzija għat-talbiet li ma jkunux dovuti sad-data tal-pubblikazzjoni. L-Istati Membri ma jistgħux iwarbu dak id-dritt sakemm il-kreditur ikollu salwagwardji adegwati, jew sakemm salvagwardji ta' dak it-tip ma jkunux neċessarji meta jitqiesu l-attiv tal-kumpanija.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kredituri huma awtorizzati li jagħmlu applikazzjoni lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sabiex huma jkunu jistgħu juru b'mod kredibli li minħabba t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt it-twettiq tat-talbiet tagħhom huwa pperikolat u li ma ngħatawx salvagwardji adegwati mill-kumpanija.

2.   Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jistipulaw ukoll għall-anqas li t-tnaqqis għandu jkun null, jew li ma jista' jsir ebda ħlas għall-benefiċċju tal-azzjonisti, sakemm il-kredituri jkunu kisbu rimedju jew xi qorti tkun iddeċidiet li l-applikazzjoni tagħhom ma għandhiex tiġi milqugħa.

3.   Dan l-Artikolu għandu japplika meta t-tnaqqis fil-kapital sottoskritt iseħħ bir-rinunzja totali jew parzjali tal-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet tal-azzjonisti.

Artikolu 76

Deroga mis-salvagwardji għall-kredituri fil-każ tat-tnaqqis fil-kapital sottoskritt

1.   L-Istati Membri ma għandhomx bżonn japplikaw l-Artikolu 75 għal tnaqqis fil-kapital sottoskritt li l-iskop tiegħu huwa t-tpaċija ta' telf imġarrab jew l-inklużjoni ta' somom ta' flus kontanti f'riserva sakemm, wara dik l-operazzjoni, l-ammont ta' dik ir-riserva ma jkunx iżjed minn 10 % tal-kapital sottoskritt imnaqqas. Ħlief fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt, dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista' tintuża biss biex tpaċi għal telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom għallinqas jiddisponu għall-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-ammonti li ġejjin mit-tnaqqis tal-kapital sottoskritt ma jistgħux jintużaw biex isiru ħlasijiet jew distribuzzjoni lil azzjonisti jew biex jeħilsu azzjonisti mill-obbligu li jagħmlu l-kontribuzzjonijet tagħhom.

Artikolu 77

Tnaqqis fil-kapital sottoskritt u l-kapital minimu

Il-kapital sottoskritt ma jistax jitnaqqas għal ammont inqas mill-kapital minimu speċifikat skont l-Artikolu 45.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dak it-tnaqqis jekk huma jiddisponu wkoll li d-deċiżjoni li jitnaqqas il-kapital sottoskritt jista' jkollha effett biss meta l-kapital sottoskritt jiżdied f' ammont li jkun għallinqas daqs il-minimu preskritt.

Artikolu 78

Fidwa tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jawtorizzaw fidwa totali jew parzjali tal-kapital sottoskritt mingħajr tnaqqis tiegħu, huma għandhom għallinqas jeħtieġu li jiġu mħarsal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni jipprovdu għal fidwa, din tal-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li tivvota għallinqas taħt il-kondizzjonijiet normali dwar quorum u maġġoranza; meta l-istatuti jew atti ta' inkorporazzjoni ma jiddisponux għal fidwa, din tal-aħħar għandha tiġi deċiża mil-laqgħa ġenerali li taġixxi għallinqas taħt il-kondizzjonijiet ta' quorum u maġġoranza speċifikati fl-Artikolu 83; id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata bil-mod preskritt mil-liġijiet tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 16;

(b)

somom biss li huma disponibbli għal distribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 56(1) sa (4) jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' fidwa;

(c)

azzjonisti li l-ishma tagħhom jinfdew għandhom iżommu l-jeddijiet tagħhom fil-kumpanija, bl-eċċezzjoni tal-jeddijiet tagħhom għal ħlas lura tal-investiment tagħhom u parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni ta' dividend tal-bidu fuq ishma mhux mifdija.

Artikolu 79

Tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar obbligatorju tal-ishma

1.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li kumpaniji jnaqqsu l-kapital sottoskritt tagħhom b'irtirar obbligatorju ta' ishma, huma għandhom jeħtieġu li għallinqas jiġu mħarsal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-irtirar obbligatorju għandu jiġi preskritt jew awtorizzat mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni qabel l-ishma li għandhom jiġu irtirati jkunu sottoskritti;

(b)

fejn l-irtirar obbligatorju huwa awtorizzat sempliċiment mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni, dan għandu jiġi deċiż mil-laqgħa ġenerali sakemm ma jkunx gie approvat b'mod unanimu mill-azzjonisti kkonċernati;

(c)

il-korp tal-kumpanija li jiddeċiedi fuq l-irtirar obbligatorju għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mod tagħhom meta huma ma ġewx diġà stabbiliti mill-istatuti jew l-atti ta' inkorporazzjoni;

(d)

L-Artikolu 75 għandu japplika ħlief fil-każ ta' ishma mħallsa kollha li jkunu disponibbli għall-kumpanija mingħajr ħlas jew huma rtirati bl-użu ta' somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4); f'dawk il-każijiet, ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli tal-ishma kollha rtirati għandu jkun inluż f'riserva; ħlief fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti; hija tista' tintuża biss biex tpaċi għal telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' din ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu din l-operazzjoni; u

(e)

id-deċiżjoni dwar l-irtirar obbligatorju għandha tiġi ppubblikata bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16.

2.   L-ewwel paragrafu tal-Artikoli 73, u l-Artikoli 74, 76 u 83 ma japplikawx għal każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 80

Tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar tal-ishma akkwistati mill-kumpanija stess jew f'isimha

1.   Fil-każ ta' tnaqqis fil-kapital sottoskritt bl-irtirar ta' ishma akkwistati mill-kumpanija nnifisha jew minn persuna li taġixxi f'isimha stess iżda fl-interess tal-kumpanija, l-irtirar għandu jkun dejjem deċiż mil-laqgħa ġenerali.

2.   L-Artikolu 75 għandu japplika sakemm l-ishma ma jkunux mħallsa kollha u akkwistati bla ħlas jew bl-użu ta' somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4); f'dawk il-każijiet ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, għall-parità kontabbli tal-ishma kollha rtirati għandu jkun inkluż f'riserva. Ħlief fil-każ ta' tnaqqis mil-kapital sottoskritt, dik ir-riserva ma tistax titqassam lill-azzjonisti. Hija tista' tintuża biss biex tpaċi għal telf imġarrab jew biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' dik ir-riserva, safejn l-Istati Membri jippermettu dik l-operazzjoni.

3.   L-Artikoli 74, 76 u 83 ma għandhomx japplikaw għall-każijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 81

Fidwa fil-kapital sottoskritt jew it-tnaqqis tiegħu bl-irtirar tal-ishma fil-każ ta' diversi klassijiet ta' ishma

Fil-każijiet koperti bl-Artikoli 78, l-Artikolu 79(1)(b) u l-Artikolu 80(1), meta hemm diversi klassijiet ta' ishma, id-deċiżjoni mil-laqgħa ġenerali dwar fidwa tal-kapital sottoskritt jew it-tnaqqis tiegħu bl-irtirar ta' ishma għandha tkun suġġetta għal vot separat, għallinqas għal kull kategorija ta' azzjonist li d-drittijiet tiegħu jintlaqtu mit-transazzjoni.

Artikolu 82

Kundizzjonijiet għall-fidwa tal-ishma

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jawtorizzaw lil kumpaniji biex joħorġu ishma li jkunu jistgħu jinfdew, huma għandhom jeħtieġu l-konformità għallinqas mal-kondizzjonijiet li ġejjin għall-fidwa ta' dawk l-ishma:

(a)

il-fidwa għandha tiġi awtorizzata mill-istatuti tal-kumpanija jew mill-att ta' inkorporazzjoni qabel l-ishma li jkunu jistgħu jinfdew huma sottoskritti;

(b)

l-ishma għandhom jitħallsu kollha;

(c)

il-kondizzjonjiet u l-mod tal-fidwa għandhom jiġu speċifikati fl-istatuti jew fl-atti ta' inkorporazzjoni tal-kumpanija;

(d)

il-fidwa tista' ssir biss bl-użu ta' somom li huma disponibbli għal distribuzzjoni skont l-Artikolu 56(1) sa (4) jew bid-dħul minn ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jwettaq dik il-fidwa;

(e)

ammont daqs il-valur nominali jew, fin-nuqqas tiegħu, daqs il-parità kontabbli tal-ishma mifdija kollha għandu jiġi inkluż f'riserva li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti, ħlief fil-każ ta' tnaqqis mill-kapital sottoskritt; hija tista' tintuża biss għall-iskop biex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' riservi;

(f)

il-punt (e) ma għandux japplika għal fidwa permezz tal-użu mid-dħul ta' ħruġ ġdid li jsir bil-ħsieb li jaffettwa dik il-fidwa;

(g)

meta ssir dispożizzjoni għall-ħlas ta' premium lill-azzjonisti minħabba fidwa, il-premium jista' jitħallas biss minn somom disponibbli għal distribuzzjoni skont l–Artikolu 56(1) sa (4), jew minn riserva għajr dik imsemmija f'punt (e) ta' dan l-Artikolu li ma tistax tiġi mqassma lill-azzjonisti ħlief fil-każ ta' tnaqqis mill-kapital sottoskritt; dik ir-riserva tista' tintuża biss sabiex iżżid il-kapital sottoskritt bil-kapitalizzazzjoni ta' riservi jew biex tkopri l-ispejjeż imsemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 4 jew l-ispiża biex jinħarġu ishma jew ishma ta' obbligazzjoni jew għall-ħlas ta' premium lid-detenturi ta' ishma li jkunu jistgħu jinfdew jew ta' ishma ta' obbligazzjoni;

(h)

l-avviż tal-fidwa għandu jiġi ppubblikat bil-mod speċifikat mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16.

Artikolu 83

Ħtiġijiet tal-votazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddisponu li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72(4) u (5) u fl-Artikoli 73, 74, 78 u 81 iridu jittieħdu għallinqas b'maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-voti marbuta mat-titoli jew mal-kapital sottoskritt rappreżentat.

Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu, iżda, jispeċifikaw li maġġoranza sempliċi tal-voti speċifikata fl-ewwel paragrafu hija biżżejjed meta għallinqas nofs il-kapital sottoskritt huwa rappreżentat.

Taqsima 6

Arranġamenti għall-applikazzjoni u l-implimentazzjoni

Artikolu 84

Deroga minn ċerti ħtiġijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 48, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 60(1)(a), u mill-Artikoli 68, 69 u 72 sakemm dawn id-derogi huma neċessarji għall-adozzjoni jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imfassla biex iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-impjegati, jew ta' gruppi oħrajn ta' persuni definiti mil-liġi nazzjonali, fil-kapital tal-impriżi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-ewwel sentenzatal-Artikolu 60(1)(a), l-ewwel sentenza, u l-Artikoli 73, 74 u 79 sa 82 għal kumpaniji inkorporati taħt liġi speċjali li joħorġu kemm ishma ta' kapital u kemm ishma ta' ħaddiema, meta dawn tal-aħħar jinħarġu lill-impjegati tal-kumpanija bħala korp, li huma rappreżentati f'laqgħat ġenerali tal-azzjonisti minn delegati li għandhom il-jedd li jivvutaw.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 49, l-Artikoli 58(1) u 68(1), (2) u (3), l-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 70(2), l-Artikoli 72 sa 75, 79, 80 u 81 ma japplikawx fil-każ tal-użu tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34).

Artikolu 85

Trattament indaqs għall-azzjonisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jassiguraw trattament indaqs tal-azzjonisti kollha li huma fl-istess pożizzjoni.

Artikolu 86

Dispożizzjonijiet transizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-punti (g), (i), (j) u (k) tal-Artikolu 4 għal kumpaniji li jeżistu diġà fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li ġew adottati sabiex ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE (35).

TITOLU II

MERGERS U DIVIŻJONIJIET TAL-KUMPANIJI B'RESPONSABBILTÀ LIMITATA

KAPITOLU I

Mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-mergers

Artikolu 87

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-miżuri ta' koordinazzjoni stabbiliti f' dan il-Kapitolu m'għandhomx japplikaw għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrigwardaw it-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw dan il-Kapitolu għal kooperattivi inkorporati bħala wieħed mit-tipi ta' kumpaniji elenkati fl-Anness I. Safejn il-liġijiet tal-Istati Membri jagħmlu użu minn din l-għażla, huma għandhom jeħtieġu li dawk il-kumpaniji jinkludu l-kelma “kooperattiva” fid-dokumenti kollha msemmijin fl-Artikolu 26.

3.   L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn japplikaw dan il-Kapitolu fil-każijiet fejn il-kumpanija jew kumpaniji li qed ikunu jiġu akkwistati jew li jkunu ser itemmu l-eżistenza tagħhom ikunu s-suġġett ta' proċeduri ta' falliment, proċeduri li għandom x'jaqsmu mal-istralċ ta' kumpaniji falluti, arranġamenti ġudizzjarji, arranġamenti preventivi u proċedimenti analogi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma suġġetti għall-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 88

Regoli dwar il-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni u mergers permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

L-Istati Membri għandhom, fejn għandhom x'jaqsmu kumpaniji regolati bil-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddisponu għal regoli dwar il-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni ta' kumpanija waħda jew aktar minn kumpanija oħra u l-mergers permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida.

Artikolu 89

Definizzjoni ta' “merger permezz ta' akkwiżizzjoni”

1.   Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, “merger permezz ta' akkwiżizzjoni” għandha tfisser l-operazzjoni li biha kumpanija waħda jew aktar jiġu stralċjati mingħajr ma' jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu lil xi oħra l-attiv u l-passiv kollu tagħhom billi jinħarġu lill-azzjonisti tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati ishma fil-kumpanija li qed takkwista u jingħatalhom pagament fi flus kontanti, jekk ikun il-każ, li ma jkun iktar minn 10 % tal-valur nominali tal-ishma maħruġa jew, meta m'għandhomx valur nominali, tal-parità kontabbli tagħhom.

2.   Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li merger permezz ta' akkwiżizzjoni tista' ssir ukoll meta kumpanija waħda jew aktar li qed jiġu akkwistati huma fi stat ta' likwidazzjoni, sakemm din l-għażla hi ristretta għal kumpaniji li għadhom ma' bdewx jiddistribwixxu l-attiv tagħhom lill-azzjonisti.

Artikolu 90

Definizzjoni ta' “merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida”

1.   Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, “merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida” għandha tfisser l-operazzjoni li biha bosta kumpaniji huma stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu lil xi kumpanija li jkunu ffurmaw l-attiv u l-passiv kollu tagħhom billi jinħarġu lill-azzjonisti tagħhom ishma fil-kumpanija l-ġdida u jingħatalhom pagament fi flus kontanti, jekk ikun il-każ, li ma jkunx iktar minn 10 % tal-valur nominali tal-ishma maħruġa jew, meta m'għandhomx valur nominali, tal-valur tal-parità kontabbli tagħhom.

2.   Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida tista' ssir ukoll meta kumpanija waħda jew aktar li qed itemmu l-eżistenza tagħhom ikunu fi stat ta' likwidazzjoni, sakemm din l-għażla hi ristretta għal kumpaniji li għadhom ma bdewx jiddistribwixxu l-attiv tagħhom lill-azzjonisti.

Taqsima 2

Merger permezz ta' Akkwiżizzjoni

Artikolu 91

Abbozz tat-termini tal-merger

1.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji li fil-proċess ta' merger għandhom ifasslu abbozz bil-miktub tat-termini tal-merger.

2.   L-abbozz tat-termini tal-merger għandu jispeċifika għallinqas:

(a)

it-tip, isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger;

(b)

il-proporzjon tal-iskambju tal-ishma u l-ammont ta' kull pagament fi flus kontanti;

(c)

it-termini li għandhom x'jaqsmu mad-distribuzzjoni tal-ishma fil-kumpanija li qed takkwista;

(d)

id-data li minnha l-pussess ta' dawk l-ishma jagħti d-dritt lid-detenturi li jipparteċipaw fil-profitti u kwalunkwe kondizzjoni speċjali li taffettwa dak id-dritt;

(e)

id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata għandhom ikunu meqjusa għal skopijiet ta' kontijiet bħala dawk tal-kumpanija li qed takkwista;

(f)

id-drittijiet mogħtija mill-kumpanija li qed takkwista lid-detenturi ta' ishma li għandhom konnessi magħhom drittijiet speċjali u lid-detenturi ta' titoli barra ishma, jew il-miżuri proposti dwarhom;

(g)

kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 96(1) u lill-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger.

Artikolu 92

Pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger

L-abbozz tat-termini ta' merger għandu jkun pubblikat skont kif stabbilit fil-liġijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 16, għal kull waħda mill-kumpaniji fil-proċessta' merger, għallinqas xahar qabel id-data ffissata għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

Kwalunkwe waħda mill-kumpaniji fil-proċessta' merger għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 jekk, għal perjodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz ta' termini tal-merger u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini ta' din il-merger fuq il-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. Dik l-eżenzjoni m'għandhiex tkun soġġetta mill-Istati Membri għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu imposti biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

B'deroga mit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-bażi elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 16(5). L-Istati Membri jistgħu b'mod alternattiv jeħtieġu li din il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt oħra magħżula minnhom għal dak il-għan. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpaniji ma jintalbux tariffa speċifika għal tali pubblikazzjoni.

Fejn tintuża websajt oħra minbarra l-bażi elettronika ċentrali, għandha tiġi ppubblikata referenza li tagħti aċċess għal dik il-websajt fuq il-bażi elettronika ċentrali mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpaniji m'għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal din il-pubblikazzjoni.

Il-projbizzjoni li teżenta lill-kumpaniji milli jħallsu tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilità fit-tielet u r-raba' paragrafi, m'għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-bażi elettronika ċentrali.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fil-websajt tagħhom jew, fejn ikun applikabbli, fil-bażi elettronika ċentrali jew il-websajt l-ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporananja tal-aċċess għall-websajt jew għall-bażi elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

Artikolu 93

Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger

1.   Merger għandha teħtieġ għallinqas l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji fil-proċessta' merger. Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddisponu li din id-deċiżjoni ta' approvazzjoni għandha tkun teħtieġ maġġoranza ta' mhux anqas minn żewġ terzi tal-voti relatati jew mal-ishma jew mal-kapital rappreżentat sottoskritt.

Il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu, iżda, jiddisponu li maġġoranza sempliċi tal-voti speċifikati fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu biżżejjed meta għall-anqas nofs il-kapital sottoskritt huwa rappreżentat. Barra minn hekk, fejn xieraq, ir-regoli dwar bidliet fil-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni għandhom japplikaw.

2.   Fejn ikun hemm aktar minn klassi waħda ta' ishma, id-deċiżjoni dwar merger għandha tkun suġġetta għal vot separat ta' għallinqas kull klassi ta' azzjonist li d-dritt tiegħu huma affettwati mit-transazzjoni.

3.   Id-deċiżjoni għandha tkopri kemm l-approvazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger kif ukoll kull bdil fil-memorandum u l-artikoli tal-assoċjazzjoni li jkun meħtieġ bil-merger.

Artikolu 94

Deroga mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista

Il-liġijiet ta' Stat Membru m'għandhomx għalfejn jeħtieġu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista fejn il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:

(a)

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, għall-kumpanija li qed takkwista, għallinqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati, li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b)

għallinqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti tal-kumpanija li qed takkwista jkollhom id-dritt li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija li qed takkwista;

(c)

wieħed jew aktar mill-azzjonisti tal-kumpanija li qed takkwista u li għandha perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt jkollhum id-dritt jitolbu li tissejjaħ laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed biex jiġi deċiż jekk għandhiex tapprova l-merger; dan il-perċentwal minimu ma jistax jiġi ffissat f'perċentwali aktar minn 5 %. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jiddisponu li l-ishma bla vot ikunu esklużi minn dan il-kalkolu.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, japplika l-Artikolu 97(2), (3) u (4).

Artikolu 95

Rapport dettaljat bil-miktub u informazzjoni dwar il-merger

1.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kull waħda mill-kumpaniji li jinsabu fil-proċess ta' merger għandhom ifasslu rapport dettaljat bil-miktub li jispjega l-abbozz tat-termini tal-merger u jagħti r-raġunijiet legali u ekonomiċi tagħhom, b' mod partikolari l-proporzjon tal-iskambju tal-ishma.

Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikulta speċjali dwar valutazzjoni li tkun nqalgħet.

2.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti għandhom jinfurmaw lil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija tagħhom u lill-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji l-oħra involuti biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jinfurmaw il-laqgħat ġenerali rispettivi tagħhom bi kwalunkwe bidla materjali fl-attiv u fil-passiv li ssir bejn id-data ta' preparazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger u d-data tal-laqgħat ġenerali li għandhom jiddeċiedu l-abbozz ta' termini tal-merger.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u/jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhomx ikunu meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta' kull kumpanija involuta fil-merger jkunu jaqblu dwar dan.

Artikolu 96

Eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger minn esperti

1.   Espert wieħed jew aktar, li jaġixxu f'isem kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger iżda independentement minnhom, maħtura jew approvati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, għandhom jeżaminaw l-abbozz tat-termini ta' merger u jħejju rapport bil-miktub lill-azzjonisti. Madankollu, l-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jiddisponu għall-ħatra ta' espert wieħed independenti jew aktar għal kull waħda mill-kumpaniji fil-proċess ta' merger, jekk dik il-ħatra ssir minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fuq talba konġunta ta' dawk il-kumpaniji. Tali esperti jistgħu, skont il-liġijiet ta' kull Stat Membru, ikunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti kummerċjali.

2.   Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, l-esperti għandhom fi kwalunkwe każ jistqarru jekk fl-opinjoni tagħhom il-proporzjon tal-iskambju tal-ishma huwiex ġust u raġonevoli. L-istqarrija tagħhom għandha mill-inqas:

(a)

tindika l-metodu jew metodi użati li jwasslu għall-proporzjon ta' skambju tal-ishma propost;

(b)

tiddikjara jekk dak il-metodu jew metodi humiex adegwati fil-każ ikkonċernat, tindika l-valuri li wasslu għalihom bl-użu ta' kull wieħed minn dawk il-metodi u tagħti opinjoni dwar l-importanza relattiva mogħtija lil dawn il-metodi biex wasslu għall-valur li jkun ġie deċiż.

Ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll kwalunkwe diffikultajiet speċjali ta' valutazzjoni li jkunu nqalgħu.

3.   Kull espert għandu jkollu d-dritt li jikseb mill-kumpaniji li jiġu inkorporati l-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti u li iwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji.

4.   M'għandu jintalab la eżami tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tal-merger u lanqas rapport tal-esperti jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi tat-titoli l-oħra li jagħtu d-dritt għall-vot ta' kull wieħed mill-kumpaniji involuti fil-merger jkunu jaqblu.

Artikolu 97

Disponibbiltà tad-dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti

1.   L-azzjonisti kollha għandu jkollhom id-dritt li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċċju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data fissata għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger:

(a)

l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b)

il-kontijiet annwali u r-rapport annwali tal-kumpaniji fil-proċessta' erger għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;

(c)

fejn hu applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula fid-data li ma għandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tal-merger, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;

(d)

fejn hu applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger previsti fl-Artikolu 95;

(e)

fejn applikabbli, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 96(1).

Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, ma tkunx meħtieġa dikjarazzjoni ta' kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonijsti b'konformità ma' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li dikjarazzjoni ta' kontijiet m'għandhiex tkun meħtieġa kemm-il darba l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra li jagħtu d-dritt tal-vot ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fil-merger ikunu qablu dwar dan.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet prevista fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun imfassla billi jintużaw l-istess metodi u l-istess għamla kif hemm użati fl-aħħar karta tal-bilanċ annwali.

Madankollu, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li:

(a)

mhuwiex meħtieġ li jsir inventarju fiżiku ġdid;

(b)

il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandhom jinbidlu biss biex jirriflettu annotazzjonijiet fil-kotba tal-kontijiet; dawn li ġejjin, madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati:

deprezzament u riżervi interim,

tibdil materjali fil-valur attwali li ma jidhirx fil-kotba.

3.   Kull azzjonist għandu jkun intitolat li jikseb, wara talba u bla ħlas, kopji sħaħ jew, jekk hekk ikun mixtieq, kopji parzjali tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu lill-kumpanija għall-użu ta' mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, tali kopji jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.

4.   Kumpanija għandha tkun eżentata mill-ħtieġa li tagħmel id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 disponibbli fl-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għal perijodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger u li jintemm mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m'għandhom jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għall-ebda rekwiżit jew restrizzjoni minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun assigurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu rekwiżiti jew restrizzjonijiet bħal dawn biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-paragrafu 3 m'għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1. Madankollu, f'dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha bil-għan li jiġu kkonsultati mill-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu l-informazzjoni fil-websajt tagħhom għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporananja ta' aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

Artikolu 98

Protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati

Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jiġu inkorporati għandha tkun regolata skont id-Direttiva 2001/23/KE.

Artikolu 99

Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger

1.   Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddisponu għal sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji li fil-proċess ta' merger li l-pretensjonijiet tagħhom kienu saru qabel il-publikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger u li ma' kienux għalqu fiż-żmien ta' dik il-pubblikazzjoni.

2.   Ghall-finijiet tal-paragrafu 1, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jiddisponu li dawn il-kredituri għandhom ikunu intitolati jiksbu salvagwardji adegwati meta minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger, dikil-protezzjoni tkun neċessarja u meta dawk il-kredituri m'għandhomx diġà dawl is-salvagwardji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni prevista fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jkunu awtorizzati li japplikaw għand l-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja kompetenti għal salvagwardji adegwati sakemm ikunu jistgħu juru b'mod kredibbli li minħabba fil-merger qed jiġu mhedda l-pretensjonijiet tagħhom u li ma nkisbu ebda salvagwardji adegwati mill-kumpanija.

3.   Tali protezzjoni tista' tkun differenti għall-kredituri tal-kumpanija li qed takkwista u għal dawk tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata.

Artikolu 100

Protezzjoni tal-interessi tad-detenturi ta' obbligazzjonijiet tal-kumpaniji fil-proċess ta' merger

Bla ħsara għar-regoli dwar l-eżerċizzju kollettiv tad-drittijiet tagħhom, l-Artikolu 99 għandu japplika għad-detenturi ta' obbligazzjonijiet tal-kumpaniji fil-proċess merger, ħlief fejn il-merger kienet approvata minn laqgħa tad-detenturi tal-obbligazzjonijiet, jekk laqgħa bħal din hemm dispożizzjoni għaliha fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi tal-obbligazzjonijiet individwalment.

Artikolu 101

Protezzjoni tad-detenturi ta' titoli, għajr l-ishma, li għandhom magħhom drittijiet speċjali

Id-detenturi ta' titoli, għajr ishma, li magħhom huma konnessi drittijiet speċjali għandhom jkunu mogħtija drittijiet fil-kumpanija li qed takkwista li jkunu, mill-inqas, ekwivalenti għal-dawk li kellhom fil-kumpanija li qed tiġi akkwistata, sakemm il-bidla ta' dawk id-drittijiet ma ġietx approvata permezz ta' laqgħa tad-detenturi ta' dawk it-titoli, jekk laqgħa bħal din ikun hemm dispożizzjoni għaliha fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi ta' dawk it-titoli individwalment, jew sakemm id-detenturi ma jkollhomx il-jedd għax-xiri mill-ġdid tat-titoli tagħhom mill-kumpanija li qed takkwista.

Artikolu 102

Tħejjija u ċertifikazzjoni tad-dokumenti f'għamla legali xierqa

1.   Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru ma jiddisponux għal sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità ta' mergers, jew meta dik is-sorveljanza ma testendix għall-atti legali kollha meħtieġa għal merger, il-minuti tal-laqgħat ġenerali li jiddeċiedu dwar il-merger u, fejn xieraq, il-kuntratt tal-merger ta' wara dawn il-laqgħat ġenerali għandhom jitħejjew u jiġu ċertifikati f'għamla legali xierqa. F'każijiet meta merger m' għandhiex għalfejn tkun approvata mill-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kollha li huma l-oġġett ta' merger, l-abbozz tat-termini tal-merger għandu ikun imħejji u ċċertifikat f'għamla legali xierqa.

2.   In-nutar jew l-awtorità kompetenti biex tħejji u tiċċertifika d-dokument f'għamla legali xierqa għandha tivverifika u tiċċertifika l-eżistenza u l-validità tal-atti legali u l-formalitajiet meħtieġa mil-kumpanija li għaliha n-nutar jew l-awtorità qed jaġixxu u tal-abbozz tat-termini tal-merger.

Artikolu 103

Id-data meta merger issir effettiva

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha merger issir effettiva.

Artikolu 104

Formalitajiet ta' pubblikazzjoni

1.   Merger għandha tiġi ppubblikata bil-mod stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16, fir-rigward ta' kull waħda mill-kumpaniji li huma l-oġġett ta' merger.

2.   Il-kumpanija li qed takkwista tista' hi nnifisha twettaq il-formalitajiet ta' pubblikazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati.

Artikolu 105

Konsegwenzi ta' merger

1.   Merger għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin ipso jure u simultanjament:

(a)

it-trasferiment, kemm bejn il-kumpanija li qed tiġi akkwistata u l-kumpanija li qed takkwista u fejn għandhom x'jaqsmu terzi persuni, lill-kumpanija li qed takkwista tal-attiv u l-passiv kollu tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata;

(b)

l-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata jsiru azzjonisti tal-kumpanija li qed takkwista; u

(c)

il-kumpanija li qed tiġi akkwistata ma tibqax teżisti.

2.   L-ebda ishma fil-kumpanija li qed takkwista m'għandhom jinbidlu ma' ishma fil-kumpanija li qed tiġi akkwistata, li jkunu miżmuma:

(a)

mill-kumpanija li qed takkwista innifisha jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda għan-nom tal-kumpanija; jew

(b)

mill-kumpanija stess li qed tiġi akkwistata jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha iżda għan-nom tal-kumpanija.

3.   Dan ta' hawn fuq m'għandux jaffettwa l-liġijiet ta' Stati Membri li jeħtieġu t-twettieq ta' formalitajiet speċjali biex it-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligazzjonijiet mill-kumpanija li qed tiġi akkwistata jkunu effettivi kontra partijiet terzi. Il-kumpanija li qed takkwista tista' twettaq tali formalitajiet hi stess; iżda, il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpanija li qed tiġi akkwistata li tkompli twettaq tali formalitajiet għal perijodu limitat li ma' jistax, ħlief f'każijiet eċċezzjonali, ikun aktar minn sitt xhur mid-data li fiha il-merger. ssir effettiva.

Artikolu 106

Responsabbiltà ċivili tal-membri tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jistabbilixxu regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili lejn l-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata, tal-membri tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' dik il-kumpanija fir-rigward ta' imġieba ħażina min-naħa tal-membri ta' dawk il-korpi waqt il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-merger.

Artikolu 107

Responsabbiltà ċivili tal-esperti responsabbli għat-tħejjija tar-rapport tal-esperti f'isem il-kumpanija li qed tiġi akkwistata

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jistabbilixxu regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili lejn l-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata, tal-esperti responsabbli għat-tħejjija f'isem dik il-kumpanija tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 96(1) fir-rigward ta' imġieba ħażina min-naħa ta' dawk l-esperti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 108

Kundizzjonijiet għan-nullità ta' merger

1.   Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli ta' nullità ta' mergers biss skont il-kondizzjonijiet li ġejjin biss:

(a)

in-nullità għandha tiġi ordnata permezz ta' sentenza ta' xi qorti;

(b)

mergers li ħadu effett skont l-Artikolu 103 jistgħu jiġu dikjarati nulli biss jekk ma kienx hemm sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità tagħhom, jew jekk ma ġewx imħejjija u ċertifikati fl-għamla legali xierqa, jew jekk ikun jidher li d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali hi invalida jew tista' tkun invalidata skont il-liġi nazzjonali;

(c)

il-proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun saret effettiva l-merger kontra l-persuna li qed tallega annullament jew fejn is-sitwazzjoni tkun ġiet rimedjata;

(d)

fejn ikun possibbli li jkun rimedjat difett li jista' jagħmel merger mhux valida, il-qorti kompetenti għandha tagħti lill-kumpaniji involuti perijodu ta' żmien li fih tkun tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni;

(e)

sentenza li tiddikjara merger mhux valida għandha tiġi pubblikata kif stabbilit fil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16;

(f)

fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li tali sentenza tiġi kkontestata minn xi parti terzi, dik il-parti tista' tagħmel dan biss fi żmien sitt xhur mill-publikazzjoni tas-sentenza kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I;

(g)

sentenza li tiddikjara merger mhux valida ma taffettwax, minnha nnifisha, il-validità ta' obbligazzjonijiet dovuti minn, jew relatati mal-kumpanija li qed takkwista u li kienu hemm qabel is-sentenza ġiet ippubblikata u wara d-data li fiha l-merger issir effettiva; u

(h)

kumpaniji li kienu partijiet għal merger ikunu responsabbli in solidum fejn għandhom x'jaqsmu l-obligazzjonijiet tal-kumpanija li qed takkwista msemmija fil-punt (g).

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu wkoll jiddisponu biex tkun ordnata n-nullità ta' merger minn awtorità amministrattiva jekk tali deċiżjoni tista' tiġi appellata quddiem qorti. Il-punt (b) u l-punti (d) sa (h) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw b'analoġija għall-awtorità amministrattiva. Tali proċedimenti ta' annullament ma' jistgħux jinbdew aktar min sitt xhur wara d-data li fiha l-merger issir effettiva.

3.   Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar in-nullità ta' merger dikjarata wara kwalunkwe sorveljanza għajr sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva ta' legalità m'għandhomx jiġu affettwati.

Taqsima 3

Merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

Artikolu 109

Merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

1.   L-Artikoli 91, 92 u 93, u l-Artikoli 95 sa 108 għandhom japplikaw, bla ħsara għall-Artikoli 11 u 12, għal merger permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida. Għal dan l-iskop, “kumpaniji fil-proċess ta' merger” u “kumpanija li qed tiġi akkwistata” għandhom ifissru l-kumpaniji li ma jibqgħux jeżistu iktar u “kumpanija li qed takkwista” għandha tfisser il-kumpanija l-ġdida.

L-Artikolu 91(2)(a) ta' din id-Direttiva għandu japplika wkoll għall-kumpanija l-ġdida.

2.   L-abbozz tat-termini tal-merger u, jekk dan ikun f'dokument separat, il-memorandum jew l-abbozz tal-memorandum ta' assoċjazzjoni u l-artikoli jew l-abbozz tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpanija l-ġdida għandhom ikunu approvati f'laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji li mhux se jibqgħu jeżistu.

Taqsima 4

Akkwiżizzjoni ta' kumpanija Waħda Minn Kumpanija oħra li jkollha 90 % jew aktar mill-Ishma Tagħha

Artikolu 110

Trasferiment tal-attiv u l-passiv minn kumpanija waħda jew iktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma kollha tagħhom

L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet, fir-rigward ta' kumpaniji regolati mil-liġijiet tagħhom, għall-operazzjoni li biha kumpanija waħda jew aktar jiġu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija oħra li tkun id-detentur tal-ishma u t-titoli l-oħra kollha tagħhom li jagħtu d-dritt tal-vot f'laqgħat ġenerali. Tali operazzjonijiet għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu. Madanakollu, l-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 91(2), fl-Artikoli 95 u 96, fil-punti (d) u (e) tal-Artikolu 97(1), fil-punt (b) tal-Artikolu 105(1) u fl-Artikoli 106 u 107.

Artikolu 111

Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali

L-Istati Membri m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 93 għall-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 110 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjoniet li ġejjin:

(a)

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fir-rigward ta' kull kumpanija involuta fl-operazzjoni, tal-anqas xahar qabel ma l-operazzjoni ssir effettiva;

(b)

tal-anqas xahar qabel l-operazzjoni ssir effettiva, l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkollhom il-jedd li jispezzjonaw id-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c)

il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 97(2), (3) u (4).

Artikolu 112

Ishma miżmuma minn jew f'isem il-kumpanija li qed takkwista

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 110 u 111 għal operazzjonijiet li bihom kumpanija waħda jew aktar jiġu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpanija oħra, jekk l-ishma u t-titoli l-oħra kollha speċifikati fl-Artikolu 110 tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistatii jinżammu mill-kumpanija li qed takkwista u/jew mill-persuni li jżommu dawk l-ishma u titoli f'isimhom iżda għan-nom ta' dik il-kumpanija.

Artikolu 113

Merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma ta' kumpanija li qed tkun akkwistata

Fejn issir merger permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagħtu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji akkwistati, l-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 92 issir, fejn għandha x'taqsam il-kumpanija li qed takkwista, tal-anqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tal-merger;

(b)

tal-anqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti kollha tal-kumpanija li qed takkwista jkunu intitolati li jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fil-punti (a) u (b) u, fejn hu applikabbli, il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 97(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija;

(c)

il-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 94 japplika.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, l-Artikolu 97(2), (3) u (4) għandu japplika.

Artikolu 114

Eżenzjoni mill-ħtiġijiet applikabbli għall-mergers permezz ta' akkwiżizzjoni

L-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 95, 96 u 97 fil-każ ta' merger fit-tifsira tal-Artikolu 113 kemm-il darba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-azzjonijisti minoritarji tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata jkollhom id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom akkwistati mill-kumpanija li qed takkwista;

(b)

jekk jeżerċitaw dak id-dritt, ikollhom id-dritt li jirċievu konsiderazzjoni li tikkorrispondi għall-valur tal-ishma tagħhom;

(c)

fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar din il-konsiderazzjoni, ikun possibbli li l-valur tal-konsiderazzjoni ikun determinat minn qorti jew minn awtorità amministrattiva maħtura mill-Istat Membru għal dak il-għan.

Stat Membru m'għandux għalfejn japplika l-ewwel paragrafu jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jintitolaw lill-kumpanija li qed takkwista, mingħajr offerta preċedenti ta' akkwiżizzjoni pubblika, li teħtieġ li d-detenturi kollha tal-bqija tat-titoli tal-kumpanija jew kumpaniji li ser ikunu akkwistati jbigħulha dawk it-titoli qabel il-merger bi prezz ġust.

Artikolu 115

Trasferiment tal-attiv u l-passiv kollu minn kumpanija waħda jew aktar lil kumpanija oħra li tkun id-detentur ta' 90 % jew aktar tal-ishma tagħhom

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikoli 113 u 114 għal operazzjonijiet li bihom kumpanija waħda jew aktar ikunu stralċjati mingħajr ma jispiċċaw f'likwidazzjoni u jittrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil xi kumpanija oħra, jekk 90 % jew iktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u t-titoli l-oħra -msemmija fl-Artikolu 113 tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati jkunu miżmuma minn dik il-kumpanija li qed takkwista u/jew minn persuni li għandhom dawn l-ishma u titoli f'isimhom iżda għan-nom tal-kumpanija.

Taqsima 5

Operazzjonijiet oħra meqjusa bħala Mergers

Artikolu 116

Mergers b'pagament ta' flus kontanti iktar minn10 %

Fejn fil-każ ta' xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 88 il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li pagament fi flus kontanti jkun iktar minn 10 %, it-Taqsimiet 2 u 3 ta' dan il-Kapitolu u l-Artikoli 113, 114 u 115 għandhom japplikaw.

Artikolu 117

Mergers fejn il-mhux il-kumpaniji kollha li għaddejjin minn trasferiment ma jibqgħux jeżistu

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu xi waħda mill-operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 88, 110 u 116, fejn il-mhux il-kumpaniji kollha li għaddejjin minn trasferiment ma jibqgħux jeżistu, it-Taqsima 2, ħlief għall-punt (c) tal-Artikolu 105(1), u t-Taqsima 3 jew 4 ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw fejn xieraq.

KAPITOLU II

Mergers transkonfinali ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata

Artikolu 118

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dan il-Kapitolu għandu japplika għal mergers ta' kumpaniji b'responsabbiltà limitata ffurmati skont il-liġi ta' xi Stat Membru u li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, il-ġestjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju fl-Unjoni, kemm-il darba mill-inqas tnejn minnhom ikunu regolati mil-liġijiet ta' Stati Membri differenti (hawn aktar 'il quddiem imsejħa “mergers transkonfinali”).

Artikolu 119

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu:

1.

“kumpanija b'responsabbiltà limitata”, minn hawn 'il quddiem imsejħa “kumpanija”, tfisser:

(a)

kumpanija ta' tip imsemmi fl-Anness II; jew

(b)

kumpanija b'kapital azzjonarju u li jkollha personalità ġuridika, li jkollha assi separati li waħedhom iservu biex ikopru l-obbligazzjonijiet tagħha u li hija suġġetta, taħt il-liġi nazzjonali li tirregolaha, għal kondizzjonijiet li jikkonċernaw garanziji bħal dawk previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu I u fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tat-Titolu I għall-ħarsien tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn.

2.

“merger” tfisser operazzjoni li biha:

(a)

kumpanija waħda jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jitrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija oħra eżistenti, il-kumpanija li qed takkwista,billi jinħarġu lill-membri tagħhom ta' titoli u ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija l-oħra u, jekk ikun il-każ, ħlas fi flus kontanti li ma jkunx iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli u l-ishma; jew

(b)

żewġ kumpaniji jew iktar, meta jiġu xolti mingħajr likwidazzjoni, jitrasferixxu l-attiv u l-passiv kollu tagħhom lil kumpanija li jiffurmaw bejniethom, il-kumpanija l-ġdida, billi jinħarġu lill-membri tagħhom ta' titoli u ishma li jirrappreżentaw il-kapital ta' dik il-kumpanija l-ġdida u jekk applikabbli, ħlas fi flus kontanti li ma jkunx iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fin-nuqqas ta' valur nominali, tal-parità kontabbli ta' dawk it-titoli u l-ishma; jew

(c)

kumpanija, meta tiġi xolta mingħajr likwidazzjoni, titrasferixxi l-attiv u l-passiv kollu tagħha lil kumpanija li tkun id-detentur tat-titoli jew l-ishma kollha li jirrappreżentaw il-kapital tagħha.

Artikolu 120

Aktar dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 119(2), dan il-Kapitolu japplika wkoll għal mergers transkonfinali fejn il-liġi ta' mill-inqas wieħed mill-Istati Membri kkonċernati tippermetti li l-ħlas fi flus kontanti imsemmi fl-Artikolu 119(2)(a) u (b) ikun iktar minn 10 % tal-valur nominali, jew, fl-assenza ta' valur nominali, tal-parità kontabbli tat-titoli jew l-ishma li jirrapreżentaw il-kapital tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan il-Kapitolu għal mergers transkonfinali li jkunu jinvolvu soċjetà koperattiva anki fil-każijiet fejn din tal-aħħar tkun taqa' fid-definizzjoni ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata kif previst fl-Artikolu 119(1).

3.   Dan il-Kapitolu m'għandux japplika għal mergers transkonfinali li jinvolvu kumpanija li l-għan tagħha jkun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, li topera fuq il-prinċipju ta' tifrix tar-riskju u li l-unitajiet tagħha jkunu, fuq it-talba tad-detenturi, mixtrija mill-ġdid jew mifdija, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dik il-kumpanija. Azzjoni meħuda minn kumpanija bħal dik, sabiex tiżgura li l-valur tal-unitajiet tagħha fuq il-borża ma jvarjax b'mod sinifikanti mill-valur nett tal-assi tagħha għandha titqies bħala ekwivalenti għal xiri mill-ġdid jew fidi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-Kapitolu ma japplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 121

Kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-mergers transkonfinali

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan il-Kapitolu,

(a)

mergers transkonfinali għandhom ikunu possibbli biss bejn tipi ta' kumpaniji li jistgħu jingħaqdu taħt il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri rilevanti; u

(b)

kumpanija li tieħu sehem f'merger transkonfinali għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet u l-formalitajiet tal-liġi nazzjonali li tkun taqa' taħtha. Il-liġijiet ta' xi Stat Membru li jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu li jopponu merger interna partikolari għal raġunijiet ta' interess pubbliku għandhom ukoll ikunu applikabbli għal merger transkonfinali fejn mill-inqas waħda mill-kumpaniji li jkunu qed jingħaqdu tkun suġġetta għal-liġi ta' dak l-Istat Membru. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika safejn ikun applikabbli l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

2.   Id-dispożizzjonijiet u l-formalitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom, b'mod partikulari, jinkludu dawk li jikkonċernaw il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-merger u, filwaqt li jitqiesu n-natura transkonfinali tal-merger, il-protezzjoni tal-kredituri tal-kumpaniji li qed jingħaqdu, tad-detenturi ta' obbligazzjonijiet u tad-detenturi ta' titoli jew ishma, kif ukoll ta' impjegati fir-rigward ta' drittijiet għajr dawk regolati mill-Artikolu 133. Stat Membru jista', fil-każ ta' kumpaniji li jipparteċipaw f'merger transkonfinali u regolati mil-liġi tiegħu, jadotta dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw protezzjoni xierqa għal membri minoritarji li opponew il-merger transkonfinali.

Artikolu 122

Abbozz ta' termini komuni ta' mergers transkonfinali

L-organi tal-ġestjoni jew tal-amministrazzjoni ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandhom iħejju abbozz ta' termini komuni ta' merger transkonfinali. L-abbozz ta' termini komuni ta' merger transkonfinali għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-forma, l-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpaniji li qed jingħaqdu u dawk proposti għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(b)

il-proporzjon applikabbli għall-iskambju ta' titoli u ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija u l-ammont ta' kull ħlas fi flus kontanti;

(c)

it-termini għad-distribuzzjoni ta' sigurtajiet jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(d)

ir-riperkussjonijiet tal-merger transkonfinali li probabbilment ikun hemm fuq l-impjiegi;

(e)

id-data li minnha ż-żamma ta' dawk it-titoli jew ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija se tintitola lid-detenturi li jirċievu parti mill-qligħ u kwalunkwe kondizzjonijiet speċjali li jaffettwaw dak id-dritt;

(f)

id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpaniji li qed jingħaqdu se jiġu trattati għall-iskopijiet ta' kontabilità bħala dawk tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(g)

id-drittijiet mogħtija mill-kumpanija maħluqa mill-merger transkonfinali lil membri li jkollhom drittijiet speċjali jew detenturi li jkollhom titoli li mhumiex ishma li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija, jew il-miżuri proposti li jikkonċernawhom;

(h)

xi vantaġġi speċjali mogħtija lill-esperti li jeżaminaw l-abbozz ta' termini ta' merger transkonfinali jew lil membri tal-organi amministrattivi, ta' ġestjoni, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpaniji li qed jingħaqdu;

(i)

l-istatuti tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(j)

fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-proċeduri li bihom jiġu ddeterminati arranġamenti għall-involviment ta' impjegati fid-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom li jipparteċipaw fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali skont l-Artikolu 133;

(k)

informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-attiv u l-passiv li tintbagħat lill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali;

(l)

id-dati tal-kontijiet tal-kumpaniji li qed jinqagħdu li kienu użati biex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-merger transkonfinali.

Artikolu 123

Pubblikazzjoni

1.   L-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali għandu jiġi ppubblikat bil-mod stipulat mil-liġijiet ta' kull wieħed mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 għal kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li tkun se tiddeċiedi dwar dan.

Kwalunkwe waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-publikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 jekk, għal-perijodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali u li tispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini komuni ta' tali merger fuq il-websajt tagħha, mingħajr ħlas għall-pubbliku. L-Istati Membri m'għandhomx jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għall-ebda rekwiżit jew restrizzjoni minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu dawn ir-rekwiżiti jew ir-restrizzjonijiet biss sal-punt li jkunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

B'deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-pjattaforma elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 16(5). L-Istati Membri jistgħu alternattivament jitolbu li din il-pubblikazzjoni ssir fuq xi websajt ieħor magħżul minnhom għal dan il-għan. Fejn Stati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibbiltajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpaniji ma jintalbux tariffa speċifika għal dik il-pubblikazzjoni.

Fejn tkun użata websajt li mhijiex il-pjattaforma elettronika ċentrali, għandha tiġi ppubblikata referenza li tagħti aċċess għal dik il-websajt fuq il-pjattaforma elettronika ċentrali mill-inqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini komuni tal-merger transkonfinali fuq il-websajt u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpaniji m'għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal dik il-pubblikazzjoni.

Il-projbizzjoni li permezz tagħha il-kumpaniji ma jistgħux jintalbu jħallsu tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilita fit-tielet u r-raba' subparagrafi, m'għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż rigward il-pjattaforma elettronika ċentrali.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-kumpaniji li jżommu l-informazzjoni għal perijodu ta' żmien speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fuq il-websajt tagħhom jew, fejn applikabbli, fil-pjattaforma elettronika ċentrali jew fuq xi websajt ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporananja ta' aċċess għall-websajt jew għall-pjattaforma elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

2.   Għal kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu u suġġett għar-rekwiżiti addizzjonali imposti mill-Istat Membru li għalih il-kumpanija kkonċernata hija suġġetta, id-dettalji li ġejjin għandhom ikunu ppubblikati fil-gazzetta nazzjonali ta' dak l-Istat Membru:

(a)

it-tip, l-isem u l-uffiċċju rreġistrat ta' kull kumpanija li qed tingħaqad;

(b)

ir-reġistru fejn ġew ippreżentati d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 16(3) fir-rigward ta' kull kumpanija li qed tingħaqad, u n-numru ta' identifikazzjoni tal-entrata f'dak ir-reġistru;

(c)

indikazzjoni, għal kull kumpanija li se tingħaqad, tal-arranġamenti magħmula għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kredituri u ta' kwalunkwe membri minoritarji tal-kumpaniji li qed jingħaqdu u l-indirizz minn fejn wieħed jista' jikseb informazzjoni sħiħa u bla ħlas dwar dawn l-arranġamenti.

Artikolu 124

Rapport tal-organu ta' ġestjoni jew ta' amministrazzjoni

Il-korp ta' ġestjoni jew ta' amministrazzjoni ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandu jlesti rapport għall-membri li jispjega u jiġġustifika l-aspetti ekonomiċi u legali tal-merger transkonfinali u li jispjega l-implikazzjonijiet tal-merger transkonfinali għall-membri, għall-kredituri u għall-impjegati

Ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-membri u għar-rappreżentanti tal-impjegati, jew fejn m'hemmx rappreżentanti, lill-impjegati infushom, mhux inqas minn xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126.

Fejn il-korp ta' ġestjoni jew ta' amministrazzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu jirċievi opinjoni mir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom f'biżżejjed żmien, kif inhu stipulat fil-liġi nazzjonali, dik l-opinjoni għandha tinehmeż mar-rapport.

Artikolu 125

Rapport minn esperti indipendenti

1.   Għal kull kumpanija fi proċess ta' merger għandu jitħejja rapport magħmul minn esperti indipendenti maħsub għall-membri u mpoġġi għad-dispożizzjoni mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126. Dawn l-esperti jistgħu ikunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, skont il-liġi ta' kull Stat Membru.

2.   Bħala alternattiva għal esperti li joperaw f'isem kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu, espert indipendenti wieħed jew iktar, maħtur għal dak il-għan wara talba konġunta mingħand il-kumpaniji minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Istat Membru ta' waħda mill-kumpaniji fi proċess ta' merger jew tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali jew approvat minn tali awtorità, jista' jeżamina l-abbozz ta' termini tal-merger transkonfinali u jħejji rapport waħdieni bil-miktub għall-membri kollha.

3.   Ir-rapport mill-esperti għandu jinkludi mill-inqas id-dettalji stipulati fl-Artikolu 96(2). L-esperti għandhom id-dritt li jiksbu minn għand kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu l-informazzjoni kollha li jikkunsidraw meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħhom.

4.   La eżami tal-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali minn esperti indipendenti u lanqas rapport minn esperti m'għandhom ikunu meħtieġa jekk ikun hemm qbil dwar dan bejn il-membri kollha ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fil-merger transkonfinali.

Artikolu 126

Approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali

1.   Wara li tqis ir-rapporti msemmija fl-Artikoli 124 u 125, il-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu għandha tapprova l-abbozz ta' termini tal-merger transkonfinali.

2.   Il-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji li qed jingħaqdu tista' tirriserva d-dritt li timplimenta l-merger transkonfinali bil-kondizzjoni li din tirratifika espressament l-arranġamenti li jiġu deċiżi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impjegati tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.

3.   Il-liġijiet ta' Stat Membru mhumiex meħtieġa jirrikjedu l-approvazzjoni tal-merger mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed takkwista jekk il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 94 ikunu sodisfatti.

Artikolu 127

Ċertifikat qabel il-merger

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-qorti, in-nutar jew xi awtorità oħra li jkunu kompetenti biex jiflu bir-reqqa l-legalità tal-merger transkonfinali fir-rigward ta' dik il-parti tal-proċedura li tikkonċerna kull kumpanija li qed tingħaqad li hija suġġetta għal-liġi nazzjonali tiegħu.

2.   F'kull Stat Membru kkonċernat l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha toħroġ mingħajr dewmien lil kull kumpanija li qed tingħaqad li tkun suġġetta għal-ligi nazzjonali ta' dak l-Istat, ċertifikat li juri b'mod definittiv it-twettiq kif dovut tal-atti u tal-formalitajiet ta' qabel il-merger.

3.   Jekk il-liġi ta' xi Stat Membru li għaliha kumpanija li qed tingħaqad tkun suġġetta tistipula proċedura għall-iskrutinju u l-emendar tar-rata applikabbli għall-kambju ta' titoli jew ishma, jew proċedura għall-kumpens ta' membri minoritarji, mingħajr ma tipprevjeni ir-reġistrazzjoni tal-merger transkonfinali, dik il-proċedura għandha tapplika biss jekk il-kumpaniji l-oħra li qed jingħaqdu li jkunu fi Stati Membri li ma jistipulawx tali proċedura jaċċettaw b'mod espliċitu, meta jkunu qed japprovaw l-abbozz ta' termini tal-merger transkonfinali skont l-Artikolu 126(1), il-possibilità għall-membri ta' dik il-kumpanija li qed tingħaqad li jkollhom rikors għal tali proċedura, li għandha tinbeda quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fuq dik il-kumpanija li qed tingħaqad. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 tista' toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 2 anki jekk dil il-proċedura tkun bdiet. Iċ-ċertifikat għandu, madankollu, jindika li l-proċedura hija pendenti. Id-deċiżjoni fil-proċedura għandha tkun torbot fuq il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali u l-membri kollha tagħha.

Artikolu 128

Skrutinju tal-legalità tal-merger transkonfinali

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-qorti, in-nutar jew xi awtorita oħra li jkunu kompetenti biex jiflu bir-reqqa l-legalità tal-merger transkonfinali fir-rigward ta' dik il-parti tal-proċedura li tikkonċerna t-twettiq tal-merger transkonfinali u, fejn ikun xieraq, il-formazzjoni ta' kumpanija ġdida li tirriżulta mill-merger transkonfinali fejn il-kumpanija maħluqa mill-merger transkonfinali tkun suġġetta għal-liġi nazzjonali tiegħu. L-awtorità msemmija għandha tiżgura, b'mod partikulari, li l-kumpaniji li qed jingħaqdu jkunu approvaw l-abbozz tat-termini komuni ta' merger transkonfinali bl-istess kondizzjonijiet u, fejn hu xieraq, li l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-impjegati jkunu ġew iddeterminati bi qbil mal-Artikolu 133.

2.   Għal fini tal-paragrafu 1, kull kumpanija li qed tingħaqad għandha tippreżenta lill-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 127(2) fi żmien sitt xhur minn meta dan jinħareġ, flimkien mal-abbozz tat-termini komuni ta' merger transkonfinali approvat mil-laqgħa ġenerali msemmija fl-Artikolu 126.

Artikolu 129

Data li fiha ssir effettiva l-merger transkonfinali

Il-liġi tal-Istat Membru li l-kumpanija li tirriżulta merger transkonfinali tkun suġġetta għall-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandha tiddetermina d-data li fiha l-merger transkonfinali ssir effettiva. Dik id-data tkun data wara li jkun sar l-iskrutinju bir-reqqa msemmi fl-Artikolu 128.

Artikolu 130

Reġistrazzjoni

Fil-liġi ta' kull Stat Membru, li l-kumpaniji fi proċess ta merger kienu fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, jiġi ddeterminat, fir-rigward tat-territorju ta' dak l-Istat, l-arranġamenti, skont l-Artikolu 16, għall-ippubbliċizzar tat-twettiq tal-merger transkonfinali fir-reġistru pubbliku li fih kull waħda mill-kumpaniji hija meħtieġa tippreżenta dokumenti.

Ir-reġistru għar-reġistrazzjoni tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali għandu jinnotifika, permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita skont l-Artikolu 22(2) u mingħajr dewmien, lir-reġistru li fih kull waħda mill-kumpaniji kienet meħtieġa tippreżenta dokumenti li l-merger transkonfinali tkun saret effettiva. It-tħassir tar-reġistrazzjoni l-qadima, jekk applikabbli, għandu jsir malli tasal dik in-notifika, u mhux qabel.

Artikolu 131

Konsegwenzi ta' merger transkonfinali

1.   Mid-data msemmija fl-Artikolu 129, merger transkonfinali li ssir kif stipulat fis-sottopunti (a) u (c) ral-punt (2) tal-Artikolu 119 għandha jkollha l-konsegwenzi li ġejjin:

(a)

l-attiv u l-passiv kollu tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata għandhom ikunu trasferiti lill-kumpanija li qed takkwista;

(b)

il-membri tal-kumpanija li qed tiġi akkwistata għandhom isiru membri tal-kumpanija li qed takkwista;

(c)

il-kumpanija li qed tiġi akkwistata ma għandhiex tibqa teżisti.

2.   Merger transkonfinali li titwettaq kif stipulat fis-sottopunt (b) tal-punt (2) tal-Artikolu 119 għandu jkollu l-konsegwenzi li ġejjin mid-data msemmija fl-Artikolu 129:

(a)

l-attiv u l-passiv kollu tal-kumpaniji li qed jingħaqdu għandhom jiġi trasferiti lill-kumpanija l-ġdida;

(b)

il-membri tal-kumpaniji li qed jingħaqdu isiru membri tal-kumpanija l-ġdida;

(c)

il-kumpaniji li qed jingħaqdu ma jibqgħux jeżistu.

3.   Fejn, fil-każ ta' merger transkonfinali ta' kumpaniji koperti minn dan il-Kapitolu, il-liġijiet tal-Istati Membri jeħtieġu t-twettiq ta' formalitajiet speċjali qabel it-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligi mill-kumpaniji li qed jingħaqdu jsir effettiv fir-rigward ta' terzi, dawk il-formalitajiet għandhom jitwettqu mill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali.

4.   Id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpaniji li qed jingħaqdu li joħorġu mill-kuntratti ta' xogħol jew relazzjonijiet ta' xogħol u li jeżistu fid-data meta l-merger transkonfinali ssir effettiva għandhom, minħabba li dik il-merger transkonfinali tkun saret effettiva, jiġu trasferiti lill-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali fid-data meta l-merger issir effettiva.

5.   L-ebda ishma fil-kumpanija li qed takkwista m'għandhom jiġu skambjati ma' ishma fil-kumpanija li qed tiġi akkwistata li jkunu miżmuma jew:

(a)

mill-kumpanija stess li qed takkwista jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda li tidher għall-kumpanija;

(b)

mill-kumpanija li qed tiġi akkwistata innifisha jew permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess iżda li tidher għall-kumpanija.

Artikolu 132

Formalitajiet simplifikati

1.   Fejn merger transkonfinali permezz ta' akkwiżizzjoni ssir minn kumpanija li jkollha l-ishma kollha u titoli oħra li jagħtuha d-dritt li tivvota waqt il-laqgħat ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji li qed jiġu akkwistati:

l-Artikoli 122(b), (c) u (e), l-Artikolu 125 u l-Artikolu 131(1)(b) ma japplikawx,

l-Artikolu 126(1) ma japplikax għall-kumpanija jew il-kumpaniji li qed jiġu akkwistati.

2.   Fejn issir merger transkonfinali permezz ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija li jkollha 90 % jew aktar, iżda mhux it-total kollu, tal-ishma u titoli oħra li jagħtu d-dritt għall-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija jew kumpaniji akkwistati, rapporti minn espert jew esperti indipendenti u d-dokumenti meħtieġa għall-iskrutinju għandhom ikunu meħtieġa biss jekk dik il-liġi nazzjonali li tirregola il-kumpanija li qed takkwista jew il-kumpaniji li qed jiġu akkwistati hekk ikunu teħtieġ, f'konformità mal-Kapitolu I tat-Titolu II.

Artikolu 133

Parteċipazzjoni tal-impjegati

1.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, il-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali għandha tkun suġġetta għar-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċju reġistrat.

2.   Madankollu, ir-regoli fis-seħħ dwar parteċipazzjoni mill-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali għandha l-uffiċju reġistrat tagħha ma għandhomx japplikaw, fejn mill-inqas waħda mill-kumpaniji li qed tingħaqad ikollha għadd medju ta' impjegati, fis-sitt xhur ta' qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tal-merger transkonfinali kif imsemmi fl-Artikolu 123, li jkun iktar minn 500 u li qed topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati skont it-tifsira tal-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/86/KE, jew fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għall-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali:

(a)

ma tipprovdix għal mill-inqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati li tinsab fil-kumpaniji rilevanti li qed jingħaqdu, imkejla b'riferenza għal proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew ta' superviżjoni jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp ta' ġestjoni li jkopri l-unitajiet ta' qligħ, suġġett għar-rappreżentanza tal-impjegati, jew

(b)

ma tipprovdix biex l-impjegati ta' stabbilimenti tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali li jinsabu fi Stati Membri oħrajn jingħataw l-istess dritt għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' parteċipazzjoni kif mogħti lil dawk l-impjegati li jaħdmu fl-Istat Membru fejn il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali għandha uffiċċju reġistrat.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpanija li tirriżulta mill-merger transkonfinali u l-involviment tagħhom fid-definizzjoni ta' drittijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati mill-Istati Membri, mutatis mutandis u soġġetti għall-paragrafi 4 sa 7, skont il-prinċipji u l-proċeduri stipulati fl-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 u għad-dispożizzjonijiet li ġejjin tad-Direttiva 2001/86/KE:

(a)

l-Artikolu 3(1), (2) u (3), l-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4), u l-Artikolu 3(5) u (7);

(b)

l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(2)(a), (g), u (h), u l-Artikolu 4(3);

(c)

l-Artikolu 5;

(d)

l-Artikolu 6;

(e)

l-Artikolu 7(1) punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 7(3). Madankollu, għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, il-perċentwali rekwiżiti mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2001/86/KE għall-applikazzjoni tar-regoli standard li jinsabu fil-Parti 3 tal-Anness ta' dik id-Direttiva għandu jiżdied minn 25 % għal 33 1/3 %;

(f)

l-Artikoli 8, 10 u 12;

(g)

l-Artikolu 13(4);

(h)

il-punt (b) tal-Parti 3 tal-Anness.

4.   Meta jkunu qed jirregolaw il-prinċipji u l-proċeduri imsemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri:

(a)

għandhom jagħtu lill-korpi relevanti tal-kumpaniji li jingħaqdu id-dritt tal-għażla mingħajr negozjar bil-quddiem sabiex ikunu soġġetti direttament għar-regoli standard għall-parteċipazzjoni msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 3, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali ser ikollha l-uffiċċju reġistrat, u sabiex jaderixxu ma' dawk ir-regoli mid-data ta' reġistrazzjoni;

(b)

jagħtu lill-korp speċjali ta' negozjati id-dritt li jiddeċiedi, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-impjegati, inklużi l-voti tal-membri li jirrappreżentaw l-impjegati f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti, li ma jiftaħx negozjati jew li jagħlaq negozjati li kienu diġà nfetħu u li jserrħu fuq ir-regoli ta' parteċipazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali;

(c)

jistgħu, fil-każ fejn, wara negozjar bil-quddiem, japplikaw regoli standard għall-parteċipazzjoni u, minkejja tali regoli, jiddeċiedu li jillimitaw il-proporzjon ta' rappreżentanti tal-impjegati fil-korp amministrativ tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali. Madankollu, jekk f'waħda mill-kumpaniji li qed tingħaqad ir-rappreżentanti tal-impjegati jakkontaw għa mill-inqas terz mill-bord amministrattiv jew ta' superviżjoni, il-limitazzjoni qatt ma tista' tirriżulta fi proporzjon iżgħar minn terz ta' rappreżentanti tal-impjegati fl-organu amministrattiv.

5.   L-estensjoni tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati tal-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali li huma impjegati fi Stati Membri oħrajn, imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, m'ghandhiex twassal għal xi obbligu fuq Stati Membri li jagħmlu dik l-għażla biex jikkunsidraw dawk l-impjegati meta jsir il-kalkolu tal-limitu tad-daqs tal-korp tal-impjegati li jwassal għal drittijiet ta' parteċipazzjoni taħt il-liġi nazzjonali.

6.   Fejn mill-inqas waħda mill-kumpaniji li qed tingħaqad topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati u l-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali tkun regolata minn sistema bħal dik skont ir-regoli imsemmija fil-paragrafu 2, dik il-kumpanija għandha l-obbligu li tadotta forma legali li tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni.

7.   Fejn il-kumpanija li tirriżulta minn merger transkonfinali tkun qed topera taħt sistema ta' parteċipazzjoni tal-impjegati, dik il-kumpanija għandha l-obbligu li tadotta miżuri sabiex tiżgura li d-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-impjegati huma protetti jekk iseħħu mergers domestiċi sussegwenti għal perjodu ta' tliet snin wara li l-merger transkonfinali tkun seħħet, billi jiġu applikati mutatis mutandis r-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Artikolu 134

Validità

Merger transkonfinali li tkun saret effettiva kif stipulat fl-Artikolu 129 ma tistax tiġi ddikjarata nulla u bla effett.

KAPITOLU III

Diviżjonijiet ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 135

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar operazzjonijiet ta' diviżjoni

1.   Fejn l-Istati Membri jippermettu lit-tipi ta' kumpaniji elenkati msemmijin fl-Anness I li jaqgħu taħt il-liġijiet tagħhom li jwettqu operazzjonijiet ta' diviżjoni permezz ta' akkwiżizzjoni kif imfisser fl-Artikolu 136, huma għandhom jissuġġettaw dawk l-operazzjonijiet għat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu.

2.   Fejn l-Istati Membri jippermettu lit-tipi ta' kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 1 li jwettqu operazzjonijiet ta' diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda kif imfisser fl-Artikolu 155, dawk l-operazzjonijiet ikunu suġġetti għat-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu.

3.   Fejn l-Istati Membri jippermettu lit-tipi ta' kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 1 li jwettqu operazzjonijiet, li bihom diviżjoni permezz ta' akkwiżizzjoni kif imfisser fl-Artikolu 136(1) tingħaqad ma' diviżjoni bil-formazzjoni ta' kumpanija waħda jew aktar kif imfisser fl-Artikoli 155(1), huma għandhom jissuġġettaw dawk l-operazzjonijiet għat-Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu u tal-Artikolu 156.

4.   L-Artikolu 87(2), (3) u (4) għandu japplika.

Taqsima 2

Diviżjonijiet permezz ta' akkwiżizzjoni

Artikolu 136

Definizzjoni ta' “diviżjoni permezz ta' akkwiżizzjoni”

1.   Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, “diviżjoni permezz ta' akkwiżizzjoni” għandha tfisser l-operazzjoni li biha, wara li tkun xolta mingħajr ma' tkun likwidata, kumpanija tittrasferixxi lil aktar minn kumpanija waħda l-attiv u l-passiv kollu tagħha bi bdil mal-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża ta' ishma fil-kumpaniji li qed jirċievu kontribuzzjonijiet b'riżultat tad-diviżjoni (minn hawn 'il quddiem imsemmijin bħala “kumpaniji reċipjenti”) u possibilment pagament fi flus kontanti li ma jeċċedix l-10 % tal-valur nominali tal-ishma allokati jew, meta m'għandhomx valur nominali, tal-valur ekwivalenti tal-parità kontabbli tagħhom.

2.   L-Artikolu 89(2) għandu japplika.

3.   Safejn dan il-Kapitolu jirreferi għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu II, it-terminu “kumpaniji li qed jiġu inkorporati” għandu jfisser “il-kumpaniji involuti f' diviżjoni”, it-terminu “kumpanija li qed tiġi akkwistata” għandu jfisser il-“kumpanija li qed tiġi diviża”, it-terminu “kumpanija li qed takkwista” għandu jfisser “kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti” u t-terminu “abbozz ta' kundizzjonijiet ta' inkorporazzjonji” għandu jfisser “abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni”.

Artikolu 137

Abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni

1.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji involuti f'diviżjoni għandhom iħejju abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni bil-miktub.

2.   L-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni għandu jispeċifika għallinqas:

(a)

it-tip, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni;

(b)

il-proporzjon tal-kambju tal-ishma u l-ammont ta' kull pagament fi flus kontanti;

(c)

il-kundizzjonijiet li għandhom x' jaqsmu mad-distribuzzjoni tal-ishma fil-kumpaniji reċipjenti;

(d)

id-data li minnha ż-żamma ta' dawn l-ishma jintitola lil min iżommhom li jipparteċipa fil-profitti u f'kull kondizzjoni speċjali li taffettwa dak il-jedd;

(e)

id-data li minnha t-transazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża għandhom ikunu meqjusa għal skopijiet ta' kontijiet bħala dawk ta' waħda jew oħra mill-kumpaniji reċipjenti;

(f)

id-drittijiet mgħoddija mill-kumpaniji reċipjenti lid-detenturi ta' ishma bi drittijiet speċjali u d-detenturi ta' titoli minbarra ishma, jew il-miżuri proposti dwarhom;

(g)

kull vantaġġ speċjali mogħti lill-esperti msemmijin fl-Artikolu 142(1) u lill-membri tal-korpi amministrattivi, ta' tmexxija, ta' sorveljanza jew ta' kontroll tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni;

(h)

id-deskrizzjoni preċiża u l-allokazzjoni tal-attiv u l-passiv li għandhom jiġu trasferiti lil kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti;

(i)

l-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża ta' ishma fil-kumpaniji reċipjenti u l-kriterju li fuqu ġew ibbażati dawk l-allokazzjonijiet.

3.   Fejn xi parti mill-attiv ma tkunx allokata bl-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni u meta l-interpretazzjoni ta' dawk il-kundizzjonijiet ma tippermettixi li tittieħed deċiżjoni fuq l-allokazzjoni tagħha, dik il-parti mill-attiv jew il-konsiderazzjoni dwarha għandha tkun allokata lill-kumpaniji reċipjenti kollha proporzjonatament għas-sehem tal-attiv nett allokat lill kull waħda minn dawk il-kumpaniji skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni.

Fejn xi parti mill-passiv ma tkunx allokata bl-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni u meta l-interpretazzjoni ta' dawk il-kundizzjonijiet ma tippermettix li tittieħed deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tagħha, kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti għandha tkun responsabbli in solidum. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li din ir-responsabbiltà in solidum tkun limitata għall-attiv nett allokati lil kull kumpanija.

Artikolu 138

Pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni

L-abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni għandu jiġi pubblikat bil-mod preskritt mill-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16 għal kull waħda mill-kumpaniji involuti f' diviżjoni, mill-inqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar dik il-kwistjoni.

Kwalunkwe mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għandha tkun eżentata mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 16 jekk, għal perijodu kontinwu ta' żmien li jibda mill-inqas xahar qabel il-ġurnata stabbilita għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u li jispiċċa mhux qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, hija tagħmel disponibbli l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni fil-websajt tagħha mingħajr ħlas għall-pubbliku. L-Istati Membri m'għandhomx jiddisponu li dik l-eżenzjoni tkun soġġetta għal xi rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti u jistgħu jimponu dawn ir-rekwiżiti jew restrizzjonijiet biss sakemm ikunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

B'deroga mit-tieni paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ssir permezz tal-pjattaforma elettronika ċentrali msemmija fl-Artikolu 16(5). L-Istati Membri jistgħu alternattivament jeħtieġu li dik il-pubblikazzjoni ssir fuq kwalunkwe websajt ieħor magħżul minnhom għal dak il-għan. Fejn l-Istati Membri jagħmlu użu minn waħda minn dawk il-possibilitajiet, huma għandhom jiżguraw li l-kumpaniji ma jintalbux iħalsu tariffa speċifika għal tali pubblikazzjoni.

Fejn jintuża websajt ieħor li ma jkunx il-pjattaforma elettronika ċentrali, referenza li tagħti aċċess għal dak il-websajt tal-Internet għandha tiġi ppubblikata fuq dik il-pjattaforma elettronika ċentrali tal-inqas xahar qabel il-jum stabbilit għal-laqgha ġenerali. Dik ir-referenza għandha tinkludi d-data tal-pubblikazzjoni tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni fuq il-websajt u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas. Il-kumpaniji m'għandhomx jintalbu tariffa speċifika għal dik il-pubblikazzjoni.

Il-projbizzjoni li permezz tagħha l-kumpaniji ma jħallsux tariffa speċifika għall-pubblikazzjoni, stabbilita fit-tielet u r-raba' paragrafu, m'għandhiex taffettwa l-kapaċità tal-Istati Membri li jgħaddu lill-kumpaniji l-ispejjeż rigward il-pjattaforma elettronika ċentrali.

L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-kumpaniji li jżommu l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali fuq il-websajt tagħhom jew, fejn applikabbli, fil-pjattaforma elettronika ċentrali jew fuq il-websajt ieħor magħżul mill-Istat Membru konċernat. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporanja ta' aċċess għall-websajt jew għall-pjattaforma elettronika ċentrali, ikkawżati minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

Artikolu 139

Approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji involuta fid-diviżjoni

1.   Diviżjoni għandha teħtieġ mill-anqas l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni. L-Artikolu 93 japplika fejn għandha x'taqsam il-maġġoranza meħtieġa għal dawn id-deċiżjonijiet, l-iskop tagħhom u l-bżonn ta' voti separati.

2.   Fejn ishma fil-kumpaniji reċipjenti huma allokati lill-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża mhux fi proporzjon għad-drittijiet tagħhom fil-kapital ta' dik il-kumpanija, Stati Membri jistgħu jiddisponu li l-azzjonisti f'minoranza ta' dik il-kumpanija jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jkollhom l-ishma tagħhom mixtrija. F'dan il-każ, għandu jkollhom il-jedd jirċievu konsiderazzjoni ekwivalenti għall-valur tal-ishma tagħhom. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar dak il-konsiderazzjoni, għandu jkun possibbli li dik il-kunsiderazzjoni tiġi stabbilita minn qorti.

Artikolu 140

Deroga mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali ta' kumpanija reċipjenti

Il-liġijiet ta' Stat Membru m' għandhomx għalfejn jeħtieġu approvazzjoni ta' diviżjoni minn laqgħa ġenerali ta' kumpanija reċipjenti jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa:

(a)

il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 138 issir, għall-kumpanija reċipjenti, għallinqas xahar qabel id-data stabbilita għal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża li għandha tiddeċiedi fuq l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni;

(b)

għallinqas xahar qabel id-data speċifikata fil-punt (a), l-azzjonisti ta' kull kumpanija reċipjenti huma ntitolati jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 143(1) fl-uffiċċju reġistrat ta' dik il-kumpanija;

(c)

wieħed jew aktar mill-azzjonisti ta' kull kumpanija reċipjenti li għandha perċentwal minimu tal-kapital sottoskritt huma ntitlolati jitolbu li tissejjaħ laqgħa ġenerali ta' dik il-kumpanija reċipjenti biex tiddeċiedi jekk tapprovax dik id-diviżjoni jew le. Tali perċentwali minimu ma jistax ikun aktar minn 5 %. Stati Membri jistgħu, madankollu, jiddisponu għall-esklużjoni ta' ishma bla vot minn din il-kalkolazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 143(2), (3) u (4) għandu japplika.

Artikolu 141

Rapport dettaljat bil-miktub u informazzjoni dwar diviżjoni

1.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għandhom iħejju rapport dettaljat bil-miktub li jispjega l-abbozz ta' kundizzjonijiet ta' diviżjoni u li juri r-raġunijiet legali u ekonomiċi għalihom, b'mod partikolari il-proporzjon tal-kambju ta'l-ishma u l-kriterju li jiddetermina l-allokazzjoni tal-ishma.

2.   Ir-rapport għandu wkoll jiddeskrivi kull diffikultà speċjali dwar valutazzjoni li tkun inqalgħet.

Fejn applikabbli, ir-rapport għandu jsemmi l-preparazzjoni tar-rapport dwar il-konsiderazzjoni għajr dak fi flus kontanti kif imsemmi fl-Artikolu 70(2) għal kumpaniji reċipjenti u r-reġistru fejn dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat.

3.   Il-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kumpanija li qed tiġi diviża għandhom jinfurmaw il-laqgħa ġenerali ta' dik il-kumpanija u lill-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji reċipjenti ħalli huma jkunu jistgħu jinfurmaw il-laqgħat ġenerali rispettivi tagħhom b'kull bidla materjali fl-attiv u l-passiv bejn id-data tal-preparazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni u d-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża li għandha tiddeċiedi fuq l-abbozz ta' kundizzjonijiet tad-diviżjoni.

Artikolu 142

Eżami tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni minn esperti

1.   Espert wieħed jew aktar, li jaġixxu f'isem kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni iżda indipendentement minnhom, nominati jew approvati minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, għandhom jeżaminaw l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni u jħejju rapport bil-miktub lill-azzjonisti. Iżda, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu għan-nomina ta' espert wieħed indipendenti jew aktar għall-kumpaniji kollha involuti f'diviżjoni jekk din in-nomina ssir minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva fuq talba konġunta ta' dawk il-kumpaniji. Dawn l-esperti jistgħu, skont il-liġijiet ta' kull Stat Membru, ikunu persuni naturali jew ġuridiċi jew kumpaniji jew ditti kummerċjali.

2.   L-Artikolu 96(2) u (3) għandu japplika.

Artikolu 143

Disponibbiltà ta' dokumenti għall-ispezzjoni mill-azzjonisti

1.   L-azzjonisti kollha għandu jkollhom il-jedd li jispezzjonaw għallinqas id-dokumenti li ġejjin fl-uffiċcju reġistrat għallinqas xahar qabel id-data tal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni:

(a)

l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni;

(b)

il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni għat-tliet snin finanzjarji ta' qabel;

(c)

fejn ikun applikabbli, dikjarazzjoni ta' kontijiet magħmula sa data li ma ghandhiex tkun aktar kmieni mill-ewwel jum tat-tielet xahar li jippreċedi d-data tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni, jekk l-aħħar kontijiet annwali jirrelataw għal sena finanzjarja li tkun intemmet aktar minn sitt xhur qabel dik id-data;

(d)

fejn ikun applikabbli, ir-rapporti tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni previsti fl-Artikolu 141(1);

(e)

fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 142.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, m'għandhiex tkun meħtieġa dikjarazzjoni tal-kontijiet kemm-il darba l-kumpanija tippubblika rapport finazjarju ta' kull sitt xhur skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/109/KE u tagħmlu disponibbli għall-azzjonisti f'konformità ma' dan il-paragrafu.

2.   Id-dikjarazzjoni tal-kontijiet prevista fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha ssir billi jintużaw l-istess metodi u l-istess għamla bħal dawk fil-karta tal-bilanċ annwali.

Iżda, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu jiddisponu li:

(a)

m' għandux ikun neċessarju li jsir inventarju fiżiku ġdid;

(b)

il-valutazzjonijiet murija fl-aħħar karta tal-bilanċ għandhom jinbidlu biss biex jirriflettu annotazzjonijiet fil-kotba tal-kontijiet; madankollu dawn li ġejjin m'għandhomx jitqiesu:

(i)

deprezzament u riżervi interim,

(ii)

bidliet materjali fil-valur attwali li ma jidhrux fil-kotba.

3.   Kull azzjonist għandu jkollu l-jedd li jikseb, fuq talba u bla ħlas, kopji sħaħ jew, jekk mixtieq, partijiet minn kopji tad-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1.

Fejn azzjonista jkun ta l-kunsens tiegħu biex il-kumpanija tuża mezzi elettroniċi biex twassal l-informazzjoni, il-kopji jistgħu jiġu fornuti permezz tal-posta elettronika.

4.   Kumpanija għandha tkun eżentata mir-rekwiżiti li d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1 isiru disponibbli fl-uffiċċju rreġistrat tagħha kemm-il darba, għall perijodu kontinwu ta' żmien li jibda tal-inqas xahar qabel id-data stabbilit għal-laqgħa ġenerali li għandha tiddeċiedi dwar l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u li ma jintemmx qabel il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa, tagħmilhom disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-Istati Membri m'għandhomx jissoġġettaw dik l-eżenzjoni għal rekwiżiti jew restrizzjonijiet minbarra dawk li huma meħtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà tal-websajt u l-awtentiċità tad-dokumenti, u jistgħu jimponu dawk ir-rekwiżiti jew restrizzjonijiet biss sakemm ikunu proporzjonati sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Il-paragrafu 3 m'għandux japplika kemm-il darba l-websajt joffri lill-azzjonijisti l-possibbiltà, matul il-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jniżżlu elettronikament u jistampaw id-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Madankollu, f'dak il-każ l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija għandha tagħmel dawk id-dokumenti disponibbli fl-uffiċċju reġistrat tagħha għall-konsultazzjoni mill-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-kumpaniji jżommu fuq il-websajt tagħhom l-informazzjoni għal perijodu speċifiku wara l-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-konsegwenzi ta' interruzzjoni temporanja gfll-aċċess għall-websajt ikkawżata minn fatturi tekniċi jew fatturi oħrajn.

Artikolu 144

Formalitajiet simplifikati

1.   La eżami tal-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u lanqas rapport ta' espert kif previst fl-Artikolu 142(1) ma jkun meħtieġ jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-Artikolu 141 u l-punti (c) u (d) tal-Artikolu 143(1) ma jiġux applikat jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta' titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu.

Artikolu 145

Protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati

Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegati ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni hija regolata mid-Direttiva 2001/23/KE.

Artikolu 146

Protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni; responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti

1.   Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddisponu għal sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-kumpaniji involuti f'diviżjoni li l-pretensjonijiet tagħhom kienu saru qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni u li kienu għadhom ma' għalqux fiż-żmien ta' dik il-pubblikazzjoni.

2.   Għal fini tal-paragrafu 1, il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom tal-anqas jipprevedu li dawk il-kredituri għandhom ikunu intitolati jiksbu salvagwardji adegwati meta minħabba l-qagħda finanzjarja tal-kumpanija li qiegħda tiġi diviża, u dik tal-kumpanija li lilha ser tkun trasferita l-obbligazzjoni skont l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni, dik il-protezzjoni tkun neċessarja u meta dawk il-kredituri ma jkollhomx diġà dawk is-salvagwardji.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-protezzjoni prevista fil-paragrafu 1 u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jkunu awtorizzati japplikaw lill-awtorità amministrattiva jew ġudizzjarja xierqa għal salvagwardji adegwati bil-kondizzjoni li jkunu jistgħu juru b'mod kredibbli li minħabba fid-diviżjoni qed jiġu mhedda l-pretensjonijiet tagħhom u li ma nkisbu ebda salvagwardji adegwati mill-kumpanija.

3.   Safejn kreditur tal-kumpanija li lilha ġiet trasferita l-obligazzjoni skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni ma jkunx ħa sodisfazzjon, il-kumpaniji reċipjenti għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dik l-obbligazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw dawk il-passiv għall-assi netti allokati lil kull waħda minn dawk il-kumpaniji barra dik li lilha l-obbligazzjoni tkun ġiet trasferita. Madankollu, m'għandhomx għalfejn japplikaw dan il-paragrafu meta l-operazzjoni tad-diviżjoni hi suġġetta għas-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 157 u maġġoranza numerika li tirrappreżenta tliet kwarti fil-valur tal-kredituri jew kull klassi ta' kredituri tal-kumpanija li qed tiġi diviża jkunu qablu li ma jesiġux tali responsabbiltà in solidum f'laqgħa skont l-punt (c) tal-Artikolu 157(1).

4.   L-Artikolu 99(3) għandu japplika.

5.   Bla ħsara għar-regoli dwar l-eżerċizzju kollettiv tad-drittijiet tagħhom, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw għad-detenturi tal-obbligazzjonijiet tal-kumpaniji involuti fid-diviżjoni, ħlief meta d-diviżjoni tkun ġiet approvata f'laqgħa tad-detenturi tal-obbligazzjonijiet, jekk laqgħa bħal dik tkun prevista fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi tal-obbligazzjonijiet individwalment.

6.   L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kumpaniji reċipjenti jkunu responsabbli in solidum għall-obbligazzjonijiet tal-kumpanija li qed tiġi diviża. F'dak il-każ m'għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafi 1 sa 5.

7.   Fejn Stat Membru jgħaqqad is-sistema ta' protezzjoni ta' kredituri preskritta fil-paragrafi 1 sa 5 mar-responsabbiltà in solidum tal-kumpaniji reċipjenti kif imsemmi fil-paragrafu 6, jista' tillimita tali responsabbiltà in solidum għall-assi netti allokati lil kull waħda minn dawk il-kumpaniji.

Artikolu 147

Protezzjoni tad-detenturi ta' titoli, ħlief ishma, li għandhom magħhom drittijiet speċjali

Id-detenturi ta' titoli, ħlief ishma, li għandhom magħhom drittijiet speċjali, għandhom jingħataw drittijiet fil-kumpaniji reċipjenti kontra liema dawn it-titoli jistgħu jiġu invokati skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni, għallinqas ekwivalenti għad-drittijiet li kellhom fil-kumpanija litkun qed tiġi diviża, sakemm it-tibdil ta' dawk id-drittijiet ma kienx ġie approvat f'laqgħa tad-detenturi ta' dawk it-titoli, jekk laqgħa bħal dik tkun prevista fil-liġijiet nazzjonali, jew mid-detenturi ta' dawk it-titoli individwalment, jew sakemm id-detenturi ma jkollhomx il-jedd għax-xiri mill-ġdid tat-titoli tagħhom.

Artikolu 148

Tħejjija u ċertifikazzjoni tad-dokumenti f'għamla legali xierqa

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru ma jiddisponux għal sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità tad-diviżjonijiet jew fejn dik is-sorveljanza ma tkoprix l-atti legali kolla meħtieġa għal diviżjoni, l-Artikolu 102 japplika.

Artikolu 149

Data ta' meta diviżjoni ssir effettiva

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-data li fiha diviżjoni ssir effettiva.

Artikolu 150

Formalitajiet tal-pubblikazzjoni

1.   Diviżjoni għandha tkun pubblikata kif preskritt fil-liġijiet ta' kull Stat Membru, skont l-Artikolu 16, fir-rigward ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni.

2.   Kull kumpanija reċipjenti tista' hi stess twettaq il-formalitajiet tal-pubblikazzjoni li għandhom x' jaqsmu mal-kumpanija li qed tiġi diviża.

Artikolu 151

Konsegwenzi ta' diviżjoni

1.   Diviżjoni għandu jkollha l-konsegwenzi li ġejjin ipso jure u simultanjament:

(a)

it-trasferiment, kemm dak ta' bejn il-kumpanija li qed tiġi diviża u l-kumpaniji reċipjenti u kemm dak li jirrigwarda terzi, lil kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti tal-attiv u l-passiv kollu tal-kumpanija li qed tiġi diviża; dan it-trasferiment għandu jseħħ billi l-attiv u l-passiv jiġu diviżi skont l-allokazzjoni preskritta fl-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni jew fl-Artikolu 137(3);

(b)

l-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża isiru azzjonisti ta' waħda jew aktar mill-kumpaniji reċipjenti skont l-allokazzjoni preskritta fl-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni;

(c)

il-kumpanija li qed tiġi diviża ma tibqax teżisti.

2.   L-ebda ishma fil-kumpanija reċipjenti ma għandhom jinbidlu ma' ishma fil-kumpanija li qed tiġi diviża la:

(a)

minn dik il-kumpanija reċipjenti innifisha u lanqas minn xi persuna li taġixxi f' isimha jew f'isem il-kumpanija; lanqas

(b)

mill-istess kumpanija li qed tiġi diviża jew minn xi persuna li taġixxi f'isimha iżda għall-kumpanija.

3.   Dan ta' qabel m'għandux jaffettwa l-liġijiet ta' Stati Membri li jeħtieġu li jitwettqu formalitajiet speċjali għat-trasferiment ta' ċerti assi, drittijiet u obbligi minn kumpanija li qed tiġi diviża biex ikunu effettivi kontra terzi. Il-kumpanija jew kumpaniji reċipjenti li lilhom jiġu trasferiti dawk l-assi, drittijiet jew obbligi skont l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni jew l-Artikolu 137(3) jistgħu jwettqu dawk il-formalitajiet huma stess; madankollu, il-liġijiet ta' Stati Membri jistgħu jippermettu li kumpanija li qed tiġi diviża tkompli twettaq dawk il-formalitajiet għal perjodu limitat li ma jistax, ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonaliikun aktar minn sitt xhur mid-data ta' meta sseħħ id-diviżjoni.

Artikolu 152

Responsabbiltà ċivili tal-membri tal-korpi amministrattivi jew ta' tmexxija tal-kumpanija li qed tiġi diviża

Il-liġijiet tal-Istati Membri għandhom għallinqas jagħmlu regoli dwar ir-responsabbiltà ċivili ta' membri ta' korpi amministrattivi jew ta' tmexxija ta' kumpanija li qed tiġi diviża lejn l-azzjonisti ta' dik il-kumpanija fir-rigward ta' mġieba ħażina min-naħa tal-membri ta' dawk il-korpi fil-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-diviżjoni u r-responsabbiltà ċivili tal-esperti responsabbli għat-tfassil għal dik il-kumpanija tar-rapport previst fl-Artikolu 142 dwar imġieba ħażina min-naħa ta' dawk l-esperti fit-twettiq ta' dmirijiethom.

Artikolu 153

Kundizzjonijiet għan-nullità ta' diviżjoni

1.   Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jippreskrivu regoli dwar annullament ta' diviżjonijiet biss skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

in-nullità għandha tiġi ordnata b'deċiżjoni ta' qorti;

(b)

diviżjonijiet li seħħew skont l-Artikolu 149 jiġu dikjarati nulli biss jekk ma kienx hemm sorveljanza preventiva ġudizzjarja jew amministrattiva tal-legalità tagħhom, jew jekk ma ġewx imfassla u ċertifikati fil-forma legali dovuta, jew jekk jidher li d-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali hi nulla jew tista' tiġi annullata skont liġi nazzjonali;

(c)

ma jinbdewx proċeduri ta' annullament aktar minn sitt xhur wara d-data li fiha d-diviżjoni ssir effettiva kontra l-persuna li qed tallega n-nullità jew jekk is-sitwazzjoni tkun ġiet rimedjata;

(d)

fejn ikun possibbli li jissewwa difett li jista' jagħmel diviżjoni nulla, il-qorti kompetenti tagħti lill-kumpaniji involuti perjodu ta' żmien li fih tkun tista' tirrimedja s-sitwazzjoni;

(e)

sentenza li tiddikjara diviżjoni nulla tiġi pubblikata kif preskritt mil-liġijiet ta' kull Stat Membru skont l-Artikolu 16

(f)

fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li terza persuna tikkontesta dik is-sentenza, tagħmel dan biss fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tas-sentenza kif preskritt fil-Kapitolu III tat-Titolu I;

(g)

sentenza li tiddikjara diviżjoni nulla fiha nnifisha ma taffettwax l-validità ta' obbligi dovuti minn jew relatati mal-kumpaniji reċipjenti li seħħew qabel ma tkun ġiet pubblikata s-sentenza u wara d-data msemmija fl-Artikolu 149;

(h)

kull waħda mill-kumpaniji reċipjenti hija responsabbli għall-obbligi tagħha li oriġinaw wara d-data ta' meta seħħet id-diviżjoni u qabel id-data li fiha s-sentenza li ddikjarat l-annullament tad-diviżjoni kienet ippubblikata. Il-kumpanija li qed tiġi diviża għandha wkoll tkun responsabbli għal dawk l-obbligi; Stati Membri jistgħu jiddisponu li dik l-obbligazzjoni tkun limitata għas-sehem tal-assi netti trasferiti lill-kumpanija reċipjenti li tkun responsabbli għal dawk l-obbligazzjonijiet.

2.   B'deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-liġijiet ta' Stat Membru jistgħu wkoll jiddisponu għan-nullità ta' diviżjoni li tkun ordnata minn awtorità amministrattiva jekk appell kontra dik is-sentenza jkun preżentat f' qorti. Il-punti (b) u l-punti (d) sa (h) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu japplikaw b'analoġija għall-awtorità amministrattiva. Dawk il-proċeduri ta' annullament ma jistgħux jinbdew aktar min sitt xhur wara d-data msemmija fl-Artikolu 149.

3.   Dan ta' hawn fuq ma għandux jaffettwa l-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-annullament ta' diviżjoni dikjarat wara xi sorveljanza ta' legalità.

Artikolu 154

Eżenzjoni mill-ħtieġa tal-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża

Bla ħsara ghall-Artikolu 140, L-Istati Membri m'għandhomx jeħtieġu l-approvazzjoni tad-diviżjoni mil-laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża kemm-il darba l-kumpaniji reċipjenti flimkien iżommu l-ishma kollha tal-kumpanija li qiegħda tiġi diviża u t-titoli l-oħra kollha li jagħtu d-dritt tal-vot fil-laqgħat ġenerali tal-kumpanija li tkun qed tiġi diviża, u jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull waħda mill-kumpaniji involuti fl-operazzjoni twettaq il-pubblikazzjoni prevista fl-Artikolu 138 hux iktar tard minn xahar qabel ma l-operazzjoni sseħħ;

(b)

mhux iktar tard minn xahar qabel l-operazzjoni sseħħ, l-azzjonijisti kollha tal-kumpaniji involuti fl-operazzjoni jkollhom il-jedd jispezzjonaw id-dokumenti speċifikati fl-Artikolu 143(1) fl-uffiċċju reġistrat tal-kumpanija tagħhom;

(c)

meta laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża, li tkun meħtieġa għall-approvazzjoni tad-diviżjoni, ma tkunx imsejħa, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 141(3) tkopri kull tibdil materjali fl-assi u l-obbligazzjonijiet wara d-data tal-preparazzjoni tal-abbozz tal-kundizzjonijiet tad-diviżjoni.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-Artikolu 143(2), (3) u (4) u l-Artikolu 144 għandhom japplikaw.

Taqsima 3

Diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda

Artikolu 155

Definizzjoni ta “diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda”

1.   Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, “diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda” tfisser l-operazzjoni li biha, wara li tkun xolta mingħajr ma' tkun likwidata, kumpanija tittrasferixxi lill-aktar minn kumpanija waħda li jkunu għadhom kemm ġew iffurmati l -attiv u l-passiv kollu tagħha fi skambju mal-allokazzjoni lill-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża ta' ishma fil-kumpaniji reċipjenti, u possibilment pagament fi flus kontanti li ma ma jkunx iktar minn10 % tal-valur nominali tal-ishma allokati jew, meta dawn ma jkollhomx valur nominali, tal-valur tal-parità kontabbli tagħhom.

2.   L-Artikolu 90(2) għandu japplika.

Artikolu 156

Applikazzjoni tar-regoli dwar diviżjonijiet permezz ta' akkwiżizzjoni

1.   L-Artikoli 137, 138, 139 u 141, l-Artikolu 142(1) u (2) u l-Artikoli 143 sa 153 għandhom japplikaw, bla ħsara għall-Artikoli 11 u 12, għal diviżjoni permezz tal-formazzjoni ta' kumpaniji ġodda. Għal dan l-iskop, it-terminu “kumpaniji involuti f' diviżjoni” jirreferi għall-kumpanija li qed tiġi diviża u t-terminu “kumpaniji reċipjenti” jirreferi għal kull waħda mill-kumpaniji ġodda.

2.   Flimkien mal-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 137(2), l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni għandu jindika l-forma, l-isem u l-uffiċċju reġistrat ta' kull waħda mill-kumpaniji l-ġodda.

3.   L-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni u, jekk ikunu f' dokument separat, il-memorandum jew l-abbozz tal-memorandum ta' assoċjazzjoni u l-artikoli jew l-abbozz tal-artikoli ta' assoċjazzjoni ta' kull waħda mill-kumpaniji l-ġodda għandhom ikunu approvati f' laqgħa ġenerali tal-kumpanija li qed tiġi diviża.

4.   L-Istati Membri m'għandhomx jimponu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 141 u 142 u fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 143(1), meta l-ishma f'kull waħda mill-kumpaniji l-ġodda jkunu allokati lill-azzjonisti tal-kumpanija li qiegħda tiġi diviża proporzjonatament għad-drittijiet tagħhom fil-kapital ta' dik il-kumpanija.

Taqsima 4

Diviżjoni taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja

Artikolu 157

Diviżjonijiet taħt is-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja

1.   Stati Membri jistgħu japplikaw il-paragrafu 2 fejn l-operazzjonijiet ta' diviżjoni huma suġġetti għas-sorveljanza ta' awtorità ġudizzjarja li għandha l-poter:

(a)

issejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-kumpanija li qed tiġi diviża sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;

(b)

tiżgura li l-azzjonisti ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni ikunu irċevew jew jistgħu jiksbu għallinqas id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 143 fil-ħin biex jeżaminawhom qabel id-data tal-laqgħa ġenerali tal-kumpanija tagħhom imsejħa biex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 140 il-perjodu għandu ikun twil bizzejjed biex l-azzjonisti tal-kumpaniji reċipjenti ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom b'dak l-Artikolu;

(c)

issejjaħ kull laqgħa tal-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-diviżjoni;

(d)

tiżgura li l-kredituri ta' kull waħda mill-kumpaniji involuti f'diviżjoni tkun rċeviet jew għall-anqas tista' tikseb l-abbozz tat-l-kundizzjonijiet tad-diviżjoni f'biżżejjed żmien biex jiġi eżaminat qabel id-data msemmija fil-punt (b);

(e)

tapprova l-abbozz tal-kundizzjonijiet ta' diviżjoni.

2.   Fejn l-awtorità ġudizzjarja tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 ikunu ġew imħarsa u li l-ebda preġudizzju ma jkun ikkawzat lill-azzjonisti jew kredituri, tista' teħles lill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni mill-obbligu li japplikaw:

(a)

l-Artikolu 138, dwar il-kondizzjoni li s-sistema adegwata ta' protezzjoni tal-interessi tal-kredituri msemmijin fl-Artikolu 146(1) tkopri l-pretensjonijiet kollha indipendentement mid-data tagħhom;

(b)

il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 140 meta Stat Membru jagħmel użu mill-għażla prevista fl-Artikolu 140;

(c)

l-Artikolu 143, fejn għandhom x' jaqsmu l-perjodu u l-mod preskritti għall-ispezzjoni tad-dokumenti msemmijin fih.

Taqsima 5

Operazzjonijiet oħra meqjusa bħala diviżjonijiet

Artikolu 158

Diviżjonijiet b'pagament fi flus kontanti li jkun iktar minn 10 %

Fejn, fil-każ ta' waħda mill-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 135, il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu li l-pagament fi flus kontanti ikun iktar minn 10 %, it-Taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw.

Artikolu 159

Diviżjonijiet mingħajr ma l-kumpanija li qed tiġi diviża tieqaf milli teżisti

Fejn il-liġijiet ta' Stat Membru jippermettu waħda mill-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 135 mingħajr ma l-kumpanija li qed tiġi diviża tieqaf milli teżisti, it-Taqsimiet 2, 3 u 4 ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw, ħlief għall-punt (c) tal-Artikolu 151(1).

Taqsima 6

Arranġamenti għall-applikazzjoni

Artikolu 160

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

L-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw l-Artikoli 146 u 147 fir-rigward ta' detenturi ta' obbligazzjonijiet u titoli oħra li jistgħu jiġu konvertiti f'ishma jekk, fiż-żmien meta d-disposizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26(1) jew (2) tad-Direttiva 82/891/KEE daħlu fis-seħħ, il-pożizzjoni ta' dawk id-detenturi fil-każ ta' diviżjoni kienet ġiet stabbilita minn qabel mill-kondizzjonijiet tal-ħruġ.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 161

Protezzjoni tad-data

L-ipproċessar tad-data personali li jsir fil-kuntest tal-din id-Direttiva għandu jkum soġġett għad-Direttiva 95/46/KE (36).

Artikolu 162

Rapport, djalogu regolari dwar is-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri u reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-8 ta' Ġunju 2022, tippubblika rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, li jeżamina b'mod partikulari l-operat tekniku u l-aspetti finanzjarji tagħha.

2.   Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal emendi għal din id-Direttiva.

3.   Il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva relatati mal-interkonnessjoni tar-reġistri fi kwalunkwe forum adegwat.

4.   Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' dawk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw r-rekwiżiti dwar rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ ta' mergers u diviżjonijiet u li ġew emendati jew miżjuda bid-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), u b'mod partikolari l-effetti tagħhom fuq it-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi fuq kumpaniji, fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat jekk ikun meħtieġ minn proposti għall-emendar ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 163

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 25(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 25(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 25(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 164

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 165

Komunikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 166

Tħassir

Id-Direttivi 82/891/KEE, 89/666/KEE, 2005/56/KE, 2009/101/KE, 2011/35/UE, u 2012/30/UE, kif emendati mid-Direttivi mniżżla fil-Parti A tal-Anness III huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni tad-Direttivi stipulati fil-Parti B tal-Anness III.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 167

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Ġunju 2017.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

A. TAJANI

Għall-Kunsill

Il-President

H. DALLI


(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 82.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2017(għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 2017.

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b'responsabbilta pubblika limitata (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47).

(4)  Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta' Stat ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).

(5)  Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

(7)  Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta' kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

(9)  Ara l-Anness III, Parti A.

(10)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta' Marzu tal-1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità (ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8).

(11)  ĠU C 75, 31.3.2009, p. 1.

(12)  Id-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u t-tħassir tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttivi tal-Kunsill 2003/124/KE, 2003/125/KE and 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 fuq il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-mergers) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

(17)  Id-Direttiva Tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16).

(18)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16).

(19)  Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).

(20)  Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal Kumpanija Ewropea (SE) (ĠU L 294, l.10.11.2001, p. 1).

(22)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22).

(23)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emmittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(24)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(26)  Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1).

(27)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7).

(28)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(29)  Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(30)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(31)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/117/KEE tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-obbligi ta' fergħat stabbiliti fi Stat Membru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċji ewlenin tagħhom barra dak l-Istat Membru rigward il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tal-kontijiet annwali (ĠU L 44, 16.2.1989, p. 40).

(32)  Ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11).

(33)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(34)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(35)  It-Tieni Direttiva 77/91/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru tal-1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1).

(36)  Id-Direttiva 95/46/KE hija mħassra u sostitwita, b'effett mill-25 ta' Mejju 2018, mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(37)  Id-Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE, 78/855/KEE u 82/891/KEE, u d-Direttiva 2005/56/KE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' rappurtar u dokumentazzjoni fil-każ tal-għaqda u d-diviżjoni ta' kumpaniji (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14).


ANNESS I

TIPI TA' KUMPANIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1) U (2), L-ARTIKOLU 44(1) U (2), L-ARTIKOLU 45(2), L-ARTIKOLU 87(1) U (2) U L-ARTIKOLU 135(1)

il-Belġju:

société anonyme/naamloze vennootschap;

il-Bulgarija:

акционерно дружество;

ir-Repubblika Ċeka:

akciová společnost;

id-Danimarka:

aktieselskab;

il-Ġermanja:

Aktiengesellschaft;

l-Estonja:

aktsiaselts;

l-Irlanda:

cuideachta phoiblí faoi theorainn scaireanna/public company limited by shares,

cuideachta phoiblí faoi theorainn ráthaíochta agus a bhfuil scairchaipiteal aici/public company limited by guarantee and having a share capital;

il-Greċja:

ανώνυμη εταιρεία;

Spanja:

sociedad anonima;

Franza:

société anonyme;

il-Kroazja:

dioničko društvo;

l-Italja:

società per azioni

Ċipru:

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές,

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση που διαθέτουν μετοχικό κεφάλαιο;

il-Latvja:

akciju sabiedrība;

il-Litwanja:

akcinė bendrovė;

il-Lussemburgu:

société anonyme;

l-Ungerija:

nyilvánosan működő részvénytársaság;

Malta:

kumpanija pubblika ta' responsabbiltà limitata/public limited liability company;

l-Olanda:

naamloze vennootschap;

l-Awstrija:

Aktiengesellschaft;

il-Polonja:

spółka akcyjna;

il-Portugall:

sociedade anonima;

ir-Rumanija:

societate pe acțiuni;

is-Slovenja:

delniška družba;

is-Slovakkja:

akciová spoločnosť;

il-Finlandja:

julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag

l-Isvezja:

aktiebolag;

ir-Renju Unit:

public company limited by shares,

public company limited by guarantee and having a share capital.


ANNESS II

TIPI TA' KUMPANIJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 7(1) U 13, FL-ARTIKOLI 29(1), 36(1) U 67(1) U FIL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 119(1)

il-Belġju:

naamloze vennootschap/société anonyme,

commanditaire vennootschap op aandelen/société en commandite par actions,

personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid/société de personnes à responsabilité limitée;

il-Bulgarija:

акционерно дружество, дружество с ограничена отговорност, командитно дружество с акции;

ir-Repubblika Ċeka:

společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

id-Danimarka:

aktieselskab, kommanditaktieselskab, anpartsselskab;

il-Ġermanja:

die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

l-Estonja:

aktsiaselts, osaühing;

l-Irlanda:

cuideachtaí atá corpraithe faoi dhliteanas teoranta/companies incorporated with limited liability;

Il-Greċja:

ανώνυμη εταιρεία, εταιρεία περιορισμένης ευθύνης, ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρεία;

Spanja:

la sociedad anonima, la sociedad comanditariapor acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

Franza:

société anonyme, société en commandite par actions, société à responsabilité limitée, société par actions simplifiée;

il-Kroazja:

dioničko društvo, društvo s ograničenom odgovornošću;

l-Italja:

società per azioni, società in accomandiita per azioni, società a responsabilità limitata;

Ċipru:

δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

il-Latvja:

akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību, komanditsabiedrība;

il-Litwanja:

akcinė bendrovė, uždaroji akcinė bendrovė;

il-Lussemburgu:

société anonyme, société en commandite par actions, société à responsabilité limitée;

l-Ungerija:

részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

Malta:

kumpanija pubblika/public limited liability company,

kumpanija privata/private limited liability company;

l-Olanda:

naamloze vennootschap, besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

l-Awstrija:

die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschraenkter Haftung;

il-Polonja:

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komuytowo-akcyjna, spółka akcyjna;

il-Portugall:

sociedade anonima de responsabilidade limitada, sociedade em comanditta por ações, sociedade por quotas de responsabilidade limitada;

ir-Rumanija:

societate pe acțiuni, societate cu răspundere limitată, societate în comandită pe acțiuni;

is-Slovenja:

delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komaditna delniška družba;

is-Slovakkja:

akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným';

il-Finlandja:

yksityinen osakeyhtiö/privat aktiebolag,

julkinen osakeyhtiö/publikt aktiebolag;

l-Iżvezja:

aktiebolag;

ir-Renju Unit:

companies incorporated with limited liability.


ANNESS III

PARTI A

DIRETTIVI MĦASSRA FLIMKIEN MA' LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHOM

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 166)

Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE

(ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47)

Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 300, 17.11.2007, p. 47)

Artikolu 3

Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14)

Artikolu 3

Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

Artikolu 116

Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE

(ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36)

Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1)

Artikolu 1

Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1)

Direttiva 2009/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 259, 2.10.2009, p. 14)

Artikolu 4

Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1)

Artikolu 2

Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

Artikolu 120

Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11)

Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1)

Artikolu 3

Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365)

Artikolu 1 u punt 1 tal-Parti A tal-Anness

Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1)

Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365)

Artikolu 1 u punt 3 tal-Parti A tal-Anness

Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

Artikolu 122

Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74)

Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE

(ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365)

Artikolu 1 u punt 4 tal-Parti A tal-Anness

Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)

Artikolu 123

PARTI B

SKADENZI GĦAT-TRASPOŻIZZJONI FIL-LIĠI NAZZJONALI U DATI TAL-APPLIKAZZJONI

(MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 166)

Direttiva

Skadenzi għat-traspożizzjoni

Data tal-applikazzjoni

82/891/KEE

fl-1 ta' Jannar 1986.

89/666/KEE

fl-1 ta' Jannar 1992.

1 ta' Jannar 1993 (1)

2005/56/KE

fil-15 ta' Diċembru 2007.

2007/63/KE

fil-31 ta' Diċembru 2008.

2009/109/KE

fit-30 ta' Lulju 2011.

2012/17/UE

7 ta' Lulju 2014 (2)

2013/24/UE

fl-1 ta' Lulju 2013.

2014/59/UE

fil-31 ta' Diċembru 2014.

1 ta' Jannar 2015 (3)


(1)  Taħt l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 89/666/KE, l-Istati Membri huma rikjesti jistipulaw li d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw mill-1 ta' Jannar 1993 u, fir-rigward tad-dokumenti tal-kontijiet, għandhom japplikaw għall-ewwel darba għall-kontijiet annwali tas-sena finanzjarja li tibda fl 1 ta' Jannar 1993 jew matul is-sena 1993.

(2)  Taħt l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2012/17/UE l-Istati Membri huma rikjesti, mhux aktar tard mit-8 ta' Ġunju 2017, jadottaw, jippubblikaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma':

Artikolu 1(3) u (4) u l-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE,

Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE,

Artikolu 3(1), it-tieni sub-paragrafu, l-Artikolu 3b, l-Artikolu 3ċ, l-Artikolu 3d u l-Artikolu 4a(3) sa (5) tad-Direttiva 2009/101/KE.

(3)  Taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 130(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Istati Membri huma rikjesti japplikaw id-dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu IV tat-Titolu IV ta' dik id-direttiva sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2016.


ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 82/891/KEE

Direttiva 89/666/KEE

Direttiva 2005/56/KE

Direttiva 2009/101/KE

Direttiva 2011/35/UE

Direttiva 2012/30/UE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

 

 

 

 

 

Artikolu 135

Artikolu 2

 

 

 

 

 

Artikolu 136

Artikolu 3(1) u (2)

 

 

 

 

 

Artikolu 137(1) u (2)

Artikolu 3(3)(a)

 

 

 

 

 

Artikolu 137(3) l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 3(3)(b)

 

 

 

 

 

Artikolu 137(3) it-tieni sub-paragrafu

Artikolu 4

 

 

 

 

 

Artikolu 138

Artikolu 5

 

 

 

 

 

Artikolu 139

Artikolu 6

 

 

 

 

 

Artikolu 140

Artikolu 7

 

 

 

 

 

Artikolu 141

Artikolu 8

 

 

 

 

 

Artikolu 142

Artikolu 9

 

 

 

 

 

Artikolu 143

Artikolu 10

 

 

 

 

 

Artikolu 144

Artikolu 11

 

 

 

 

 

Artikolu 145

Artikolu 12

 

 

 

 

 

Artikolu 146

Artikolu 13

 

 

 

 

 

Artikolu 147

Artikolu 14

 

 

 

 

 

Artikolu 148

Artikolu 15

 

 

 

 

 

Artikolu 149

Artikolu 16

 

 

 

 

 

Artikolu 150

Artikolu 17

 

 

 

 

 

Artikolu 151

Artikolu 18

 

 

 

 

 

Artikolu 152

Artikolu 19

 

 

 

 

 

Artikolu 153

Artikolu 20(a) u (b)

 

 

 

 

 

Artikolu 154(a) u (b)

Artikolu 20(d)

 

 

 

 

 

Artikolu 154(c)

Artikolu 21

 

 

 

 

 

Artikolu 155

Artikolu 22(1), (2) u (3)

 

 

 

 

 

Artikolu 156(1), (2) u (3)

Artikolu 22(5)

 

 

 

 

 

Artikolu 156(4)

Artikolu 23

 

 

 

 

 

Artikolu 157

Artikolu 24

 

 

 

 

 

Artikolu 158

Artikolu 25

 

 

 

 

 

Artikolu 159

Artikolu 26(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 26(2)

 

 

 

 

 

Artikolu 160(1)

Artikolu 26(3)

 

 

 

 

 

Artikolu 26(4)

 

 

 

 

 

Artikolu 160(2)

Artikolu 26(5)

 

 

 

 

 

Artikolu 27

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1

 

 

 

 

Artikolu 29

 

Artikolu 2

 

 

 

 

Artikolu 30

 

Artikolu 3

 

 

 

 

Artikolu 31

 

Artikolu 4

 

 

 

 

Artikolu 32

 

Artikolu 5

 

 

 

 

Artikolu 33

 

 

 

 

 

Artikolu 34(1)

 

Artikolu 5a(1), (2) u (3)

 

 

 

 

Artikolu 20(1), (2) u (3)

 

Artikolu 33(1)

 

Artikolu 5a(4)

 

 

 

 

Artikolu 34(2)

 

Artikolu 5a(5)

 

 

 

 

Artikolu 34(3)

 

Artikolu 6

 

 

 

 

Artikolu 35

 

Artikolu 7

 

 

 

 

Artikolu 36

 

Artikolu 8

 

 

 

 

Artikolu 37

 

Artikolu 9

 

 

 

 

Artikolu 38

 

Artikolu 10

 

 

 

 

Artikolu 39

 

Artikolu 11

 

 

 

 

 

Artikolu 11a

 

 

 

 

Artikolu 161

 

Artikolu 12

 

 

 

 

Artikolu 40

 

Artikolu 13

 

 

 

 

Artikolu 41

 

Artikolu 14

 

 

 

 

Artikolu 42

 

Artikolu 15

 

 

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

 

Artikolu 43

 

Artikolu 18

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1

 

 

 

Artikolu 118

 

 

Artikolu 2

 

 

 

Artikolu 119

 

 

Artikolu 3

 

 

 

Artikolu 120

 

 

Artikolu 4

 

 

 

Artikolu 121

 

 

Artikolu 5

 

 

 

Artikolu 122

 

 

Artikolu 6

 

 

 

Artikolu 123

 

 

Artikolu 7

 

 

 

Artikolu 124

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 125

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 126

 

 

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 127

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 128

 

 

Artikolu 12

 

 

 

Artikolu 129

 

 

Artikolu 13

 

 

 

Artikolu 130

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 131

 

 

Artikolu 15

 

 

 

Artikolu 132

 

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 133

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 134

 

 

Artikolu 17a

 

 

 

Artikolu 161

 

 

Artikolu 18

 

 

 

 

 

 

Artikolu 19

 

 

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

 

 

Artikolu 21

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1

 

 

Anness II

 

 

 

Artikolu 2

 

 

Artikolu 14

 

 

 

Artikolu 2a

 

 

Artikolu 15

 

 

 

Artikolu 3

 

 

Artikolu 16

 

 

 

Artikolu 3a

 

 

Artikolu 17

 

 

 

Artikolu 3b

 

 

Artikolu 18

 

 

 

Artikolu 3c

 

 

Artikolu 19

 

 

 

Artikolu 3d

 

 

Artikolu 20

 

 

 

Artikolu 4

 

 

Artikolu 21

 

 

 

Artikolu 4a

 

 

Artikolu 22

 

 

 

Artikolu 4b

 

 

Artikolu 23

 

 

 

Artikolu 4c, l-ewwel u t-tieni paragrafi

 

 

Artikolu 24, l-ewwel u t-tieni paragrafi

 

 

 

Artikolu 4c, it-tielet paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 4d

 

 

Artikolu 25

 

 

 

Artikolu 4e

 

 

Artikolu 165

 

 

 

Artikolu 5

 

 

Artikolu 26

 

 

 

Artikolu 6

 

 

Artikolu 27

 

 

 

Artikolu 7

 

 

Artikolu 28

 

 

 

Artikolu 7a

 

 

Artikolu 161

 

 

 

 

 

Artikolu 7(1)

 

 

 

Artikolu 8

 

 

Artikolu 7(2)

 

 

 

Artikolu 9

 

 

Artikolu 8

 

 

 

Artikolu 10

 

 

Artikolu 9

 

 

 

Artikolu 11

 

 

Artikolu 10

 

 

 

Artikolu 12

 

 

Artikolu 11

 

 

 

Artikolu 13

 

 

Artikolu 12

 

 

 

Artikolu 13a

 

 

Artikolu 163

 

 

 

Artikolu 14

 

 

 

 

 

Artikolu 15

 

 

 

 

 

Artikolu 16

 

 

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

 

 

Artikolu 18

 

 

 

 

 

Anness I

 

 

 

 

 

Anness II

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1

 

Artikolu 87

 

 

 

 

Artikolu 2

 

Artikolu 88

 

 

 

 

Artikolu 3

 

Artikolu 89

 

 

 

 

Artikolu 4

 

Artikolu 90

 

 

 

 

Artikolu 5

 

Artikolu 91

 

 

 

 

Artikolu 6

 

Artikolu 92

 

 

 

 

Artikolu 7

 

Artikolu 93

 

 

 

 

Artikolu 8

 

Artikolu 94

 

 

 

 

Artikolu 9

 

Artikolu 95

 

 

 

 

Artikolu 10

 

Artikolu 96

 

 

 

 

Artikolu 11

 

Artikolu 97

 

 

 

 

Artikolu 12

 

Artikolu 98

 

 

 

 

Artikolu 13

 

Artikolu 99

 

 

 

 

Artikolu 14

 

Artikolu 100

 

 

 

 

Artikolu 15

 

Artikolu 101

 

 

 

 

Artikolu 16

 

Artikolu 102

 

 

 

 

Artikolu 17

 

Artikolu 103

 

 

 

 

Artikolu 18

 

Artikolu 104

 

 

 

 

Artikolu 19

 

Artikolu 105

 

 

 

 

Artikolu 20

 

Artikolu 106

 

 

 

 

Artikolu 21

 

Artikolu 107

 

 

 

 

Artikolu 22

 

Artikolu 108

 

 

 

 

Artikolu 23

 

Artikolu 109

 

 

 

 

Artikolu 24

 

Artikolu 110

 

 

 

 

Artikolu 25

 

Artikolu 111

 

 

 

 

Artikolu 26

 

Artikolu 112

 

 

 

 

Artikolu 27

 

Artikolu 113

 

 

 

 

Artikolu 28

 

Artikolu 114

 

 

 

 

Artikolu 29

 

Artikolu 115

 

 

 

 

Artikolu 30

 

Artikolu 116

 

 

 

 

Artikolu 31

 

Artikolu 117

 

 

 

 

Artikolu 32

 

 

 

 

 

Artikolu 33

 

 

 

 

 

Artikolu 34

 

 

 

 

 

Anness I

 

 

 

 

 

Anness II

 

 

 

 

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(1)

 

Artikolu 44(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(2)

 

Artikolu 44(2)

 

 

 

 

 

Artikolu 2

Artikolu 3

 

 

 

 

 

Artikolu 3

Artikolu 4

 

 

 

 

 

Artikolu 4

Artikolu 5

 

 

 

 

 

Artikolu 5

Artikolu 6

 

 

 

 

 

Artikolu 43

 

 

 

 

 

Artikolu 6

Artikolu 45

 

 

 

 

 

Artikolu 7

Artikolu 46

 

 

 

 

 

Artikolu 8

Artikolu 47

 

 

 

 

 

Artikolu 9

Artikolu 48

 

 

 

 

 

Artikolu 10

Artikolu 49

 

 

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 50

 

 

 

 

 

Artikolu 12

Artikolu 51

 

 

 

 

 

Artikolu 13

Artikolu 52

 

 

 

 

 

Artikolu 14

Artikolu 53

 

 

 

 

 

Artikolu 15

Artikolu 54

 

 

 

 

 

Artikolu 16

Artikolu 55

 

 

 

 

 

Artikolu 17

Artikolu 56

 

 

 

 

 

Artikolu 18

Artikolu 57

 

 

 

 

 

Artikolu 19

Artikolu 58

 

 

 

 

 

Artikolu 20

Artikolu 59

 

 

 

 

 

Artikolu 21

Artikolu 60

 

 

 

 

 

Artikolu 22

Artikolu 61

 

 

 

 

 

Artikolu 23

Artikolu 62

 

 

 

 

 

Artikolu 24

Artikolu 63

 

 

 

 

 

Artikolu 25

Artikolu 64

 

 

 

 

 

Artikolu 26

Artikolu 65

 

 

 

 

 

Artikolu 27

Artikolu 66

 

 

 

 

 

Artikolu 28

Artikolu 67

 

 

 

 

 

Artikolu 29

Artikolu 68

 

 

 

 

 

Artikolu 30

Artikolu 69

 

 

 

 

 

Artikolu 31

Artikolu 70

 

 

 

 

 

Artikolu 32

Artikolu 71

 

 

 

 

 

Artikolu 33

Artikolu 72

 

 

 

 

 

Artikolu 34

Artikolu 73

 

 

 

 

 

Artikolu 35

Artikolu 74

 

 

 

 

 

Artikolu 36

Artikolu 75

 

 

 

 

 

Artikolu 37

Artikolu 76

 

 

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 77

 

 

 

 

 

Artikolu 39

Artikolu 78

 

 

 

 

 

Artikolu 40

Artikolu 79

 

 

 

 

 

Artikolu 41

Artikolu 80

 

 

 

 

 

Artikolu 42

Artikolu 81

 

 

 

 

 

Artikolu 43

Artikolu 82

 

 

 

 

 

Artikolu 44

Artikolu 83

 

 

 

 

 

Artikolu 45

Artikolu 84

 

 

 

 

 

Artikolu 46

Artikolu 85

 

 

 

 

 

Artikolu 47(1)

Artikolu 86

 

 

 

 

 

Artikolu 47(2)

Artikolu 165

 

 

 

 

 

Artikolu 48

 

 

 

 

 

Artikolu 166

 

 

 

 

 

Artikolu 49

Artikolu 167

 

 

 

 

 

Artikolu 50

Artikolu 168

 

 

 

 

 

Anness I

Anness I

 

 

 

 

 

Anness II

 

 

 

 

 

Anness III

 

 

 

 

 

Anness III

 

 

 

 

 

Anness IV


Top