EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2198
Commission Implementing Decision (EU) 2017/2198 of 27 November 2017 concerning certain interim protective measures relating to African swine fever in Poland (notified under document C(2017) 8039) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2198 tas-27 ta' Novembru 2017 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (notifikata bid-dokument C(2017) 8039) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2198 tas-27 ta' Novembru 2017 li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja (notifikata bid-dokument C(2017) 8039) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/8039
OJ L 312, 28.11.2017, p. 89–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2017
28.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/89 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2198
tas-27 ta' Novembru 2017
li tikkonċerna ċerti miżuri interim ta' protezzjoni marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja
(notifikata bid-dokument C(2017) 8039)
(It-test bil-Pollakk biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa marda virali infettiva li taffettwa l-popolazzjonijiet tal-ħnieżer domestiċi u selvaġġi u jista' jkollha impatt serju fuq il-profitti tan-negozji tat-trobbija tal-ħnieżer li jisfratta l-kummerċ fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
(2) |
F'każ ta' tifqigħa tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered ma' rziezet oħra tal-ħnieżer u mal-ħnieżer selvaġġi. B'hekk, jista' jinxtered minn Stat Membru għall-ieħor u għall-pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tal-ħnieżer ħajjin jew tal-prodotti tagħhom. |
(3) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) tistabbilixxi l-miżuri minimi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer. L-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE jipprevedi l-istabbiliment ta' żona infettata wara li jiġi kkonfermat każ wieħed jew iktar ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
(4) |
Il-Polonja għarrfet lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni aġġornata fit-territorju tagħha fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, u f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2002/60/KE, stabbiliet żona infettata fejn japplikaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 ta' dik id-Direttiva. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jinħtieġ li tiġi identifikata fuq il-livell tal-Unjoni ż-żona infettata għad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Polonja, f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(6) |
Għaldaqstant, sakemm issir il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, jenħtieġ li ż-żona infettata fil-Polonja titniżżel fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' din ir-reġjonalizzazzjoni. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Polonja għandha tiżgura li ż-żona infettata stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tinkludi tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala ż-żona infettata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
ANNESS
Iż-żoni stabbiliti bħala Żona Infettata fil-Polonja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Id-data sa meta japplikaw |
Il-gminy ta' Brochow, Kampinos, Leoncin, Leszno, Stare Babice, Izabelin, Czosnow, Lomianki (obszar Wiejski) u Lomianki (miasto) |
Il-15 ta' Diċembru 2017 |