EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0848

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2017/2901

OJ L 125, 18.5.2017, p. 43–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/848/oj

18.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 125/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/848

tas-17 ta' Mejju 2017

li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ambjent marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(3) u 11(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE (2) stabbiliet kriterji li jridu jintużaw mill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom u sabiex jiggwidaw il-valutazzjonijiet tagħhom ta' dak l-istatus fl-ewwel ċiklu ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/477/UE rrikonoxxiet li fil-każ ta' xi deskritturi kwalitattivi kien meħtieġ iktar progress tekniku u xjentifiku biex jiġu sostnuti l-iżvilupp jew ir-reviżjoni ta' dawk il-kriterji, u li kien hemm bżonn ukoll jiġu żviluppati iktar l-istandards metodoloġiċi b'koordinazzjoni mill-qrib mat-twaqqif tal-programmi ta' monitoraġġ. Barra minn hekk, dik id-Deċiżjoni ddikjarat li jkun xieraq li r-reviżjoni tagħha ssir mill-aktar fis possibbli wara li titlesta l-valutazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/56/KE biex bl-appoġġ tal-istess reviżjoni jilħaq jitlesta l-aġġornament tal-istrateġiji marini li huma dovuti sal-2018, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/56/KE.

(3)

Fl-2012, abbażi tal-valutazzjoni inizjali tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom magħmula skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri rrapportaw l-istatus ambjentali tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom u nnotifikaw lill-Kummissjoni d-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb u l-miri ambjentali tagħhom skont l-Artikoli 9(2) u 10(2) tad-Direttiva 2008/56/KE, rispettivament. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni (3) ta' dawk ir-rapporti tal-Istati Membri, imwettqa skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/56/KE, enfasizzat li jekk l-Istati Membri jridu jilħqu status ambjentali tajjeb sal-2020, kienu meħtieġa aktar sforzi u b'mod urġenti. Ir-riżultati wrew il-ħtieġa li jittejbu b'mod sinifikanti l-kwalità u l-koerenza tad-determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-valutazzjoni rrikonoxxiet li l-kooperazzjoni reġjonali għandha tkun fil-qalba tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jibnu b'mod aktar sistematiku fuq standards li joħorġu mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew, meta dawn ma jkunux jeżistu, fuq l-istandards stabbiliti mill-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali jew ftehimiet internazzjonali oħrajn.

(4)

Sabiex ikun żgurat li t-tieni ċiklu tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji marini tal-Istati Membri jkompli jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE u jrendi determinazzjonijiet aktar konsistenti ta' status ambjentali tajjeb, fir-rapport tagħha dwar l-ewwel fażi tal-implimentazzjoni l-Kummissjoni rrakkomandat li, fil-livell tal-Unjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkollaboraw flimkien sabiex jirrevedu, isaħħu u jtejbu d-Deċiżjoni 2010/477/UE, billi jimmiraw għal sett aktar ċar, sempliċi, konċiż, koerenti u komparabbli ta' kriterji ta' status ambjentali tajjeb u standards metodoloġiċi u, fl-istess ħin, janalizzaw l-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE u, jekk ikun meħtieġ, jirreveduh, kif ukoll jiżviluppaw gwida speċifika sabiex jiżguraw approċċ aktar koerenti u konsistenti għall-valutazzjonijiet fiċ-ċiklu ta' implimentazzjoni li jmiss.

(5)

Abbażi ta' dawk il-konklużjonijiet, il-proċess ta' rieżami beda fl-2013 meta kien approvat pjan direzzjonali, li jikkonsisti f'diversi fażijiet (tekniċi u xjentifiċi, konsultazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet), mill-Kumitat Regolatorju stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 2008/56/KE. Matul dan il-proċess, il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

(6)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-aġġornamenti futuri tal-valutazzjoni inizjali tal-ilmijiet tal-baħar tal-Istati Membri u d-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb, kif ukoll sabiex tiġi żgurata koerenza akbar fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE madwar l-Unjoni, jeħtieġ li jiġu kkjarifikati, riveduti jew introdotti kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati li jridu jintużaw mill-Istati Membri, imqabbla mal-elementi li huma stabbiliti bħalissa fid-Deċiżjoni 2010/477/UE. B'riżultat ta' dan, l-għadd ta' kriterji li jeħtieġ li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-Istati Membri għandu jitnaqqas, filwaqt li jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskji għal dawk li jinżammu sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiffokaw l-isforzi tagħhom fuq il-pressjonijiet antropoġeniċi ewlenin li jaffettwaw l-ilmijiet tagħhom. Fl-aħħar nett, il-kriterji u l-użu tagħhom għandhom jiġu speċifikati ulterjorment, inkluż billi jiġu previsti valuri ta' limitu jew l-iffissar tagħhom, sabiex b'hekk ikun jista' jiġi ddeterminat x'livell ta' status ambjentali tajjeb jkun inkiseb fl-ilmijiet tal-baħar tal-Unjoni.

(7)

F'konformità mal-impenn meħud mill-Kummissjoni meta addottat il-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE (4), din id-Deċiżjoni għandha tiżgura koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati konsistenza u komparabbiltà akbar fil-livell tal-Unjoni fir-rigward tad-determinazzjonijiet tal-Istati Membri ta' status ambjentali tajjeb u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet bla bżonn, huwa xieraq li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-istandards eżistenti rilevanti u l-metodi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (5), id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (7), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 (8), id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(8)

Għal kull wieħed mid-deskritturi kwalitattivi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u abbażi tal-listi indikattivi fl-Anness III ta' dik id-Direttiva, jeħtieġ li jiġu definiti l-kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji u, fejn xieraq, il-valuri ta' limitu, li jridu jintużaw. Il-valuri ta' limitu huma maħsuba biex jikkontribwixxu għad-determinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta' sett ta' karatteristiċi li jiddefinixxu status ambjentali tajjeb u fil-valutazzjoni tagħhom jindikaw kemm qiegħed jinkiseb status ambjentali tajjeb. Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti standards metodoloġiċi, inklużi l-iskali ġeografiċi għall-valutazzjoni u kif għandhom jintużaw il-kriterji. Dawk il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi għandhom jiżguraw il-konsistenza u jippermettu li jsir tqabbil, bejn ir-reġjuni jew is-subreġjuni marini, bejn il-valutazzjonijiet dwar kemm qiegħed jinkiseb status ambjentali tajjeb.

(9)

Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà bejn id-dettalji tal-aġġornamenti mill-Istati Membri wara r-rieżamijiet ta' ċerti elementi tal-istrateġiji marini tagħhom, mibgħuta skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, għandhom jiġu definiti speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards eżistenti fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, inkluż fil-livell reġjonali u subreġjonali.

(10)

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji, l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni stabbiliti f'din id-Deċiżjoni flimkien mal-elementi tal-ekosistema, il-pressjonijiet antropoġeniċi u l-attivitajiet umani elenkati fil-listi indikattivi tal-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE u b'referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skont l-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva, meta jiddeterminaw sett ta' karatteristiċi li jiddefinixxu status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva u meta jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati skont l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva.

(11)

Sabiex tiġi stabbilita rabta ċara bejn id-determinazzjoni ta' sett ta' karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb u l-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba tiegħu, huwa xieraq li l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi jiġu organizzati fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-listi indikattivi ta' elementi tal-ekosistemi, pressjonijiet antropoġeniċi u attivitajiet umani stipulati fl-Anness III ta' dik id-Direttiva. Uħud minn dawk il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi jirrigwardjaw b'mod partikolari l-valutazzjoni tal-istatus ambjentali jew tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, rispettivament.

(12)

F'każijiet fejn ma huwa stabbilit ebda valur ta' limitu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, pereżempju billi jirreferu għall-valuri eżistenti jew jiżviluppaw oħrajn ġodda fil-qafas tal-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali. F'każijiet fejn il-valuri ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni (għad-deskritturi dwar l-iskart fil-baħar, il-ħsejjes taħt l-ilma u l-integrità ta' qiegħ il-baħar), dan isir fil-qafas tal-Istrateġija Komuni ta' Implimentazzjoni stabbilita mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2008/56/KE. Ladarba jiġu stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali u tal-Unjoni, dawn il-valuri ta' limitu jsiru biss parti mis-settijiet ta' karatteristiċi tal-Istati Membri ta' status ambjentali tajjeb meta jintbagħtu lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar tal-Istati Membri skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE. Sakemm jiġu stabbiliti tali valuri ta' limit permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw valuri ta' limitu nazzjonali, xejriet direzzjonali jew valuri ta' limitu bbażati fuq il-pressjonijiet, bħala indikaturi.

(13)

Il-valuri ta' limitu għandhom jirriflettu, fejn ikun xieraq, il-livell ta' kwalità li jirrifletti l-importanza ta' effett avvers għal kriterju partikolari u għandhom jiġu stabbiliti b'rabta ma' kundizzjoni ta' referenza. Il-valuri ta' limitu għandhom ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jiġu stabbiliti fi skali ġeografiċi xierqa sabiex ikunu jirriflettu l-karatteristiċi bijotiċi u abijotiċi differenti tar-reġjuni, tas-subreġjuni u tas-subdiviżjonijiet. Dan ifisser li anki jekk il-proċess sabiex jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu jseħħ fil-livell tal-Unjoni, dan jista' jirriżulta fl-iffissar ta' valuri ta' limitu differenti, li jkunu speċifiċi għal reġjun, subreġjun jew subdiviżjoni. Il-valuri ta' limitu għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sabiex ikunu jirriflettu r-riskji potenzjali għall-ambjent tal-baħar. L-iffissar tal-valuri ta' limitu għandu jakkomoda n-natura dinamika tal-ekosistemi marini u l-elementi tagħhom, li tista' tinbidel fi spazju u ħin permezz ta' varjazzjoni idroloġika u klimatika, relazzjonijiet bejn il-predaturi u l-priża u fatturi ambjentali oħrajn. Il-valuri ta' limitu għandhom jirriflettu wkoll il-fatt li l-ekosistemi marini jistgħu jirkupraw, jekk ikunu ddeterjoraw, għal stat li jkun jirrifletti kundizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi, klimatiċi u bijoloġiċi prevalenti, minflok jerġgħu lura għal stat speċifiku tal-imgħoddi.

(14)

F'konformità mal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, il-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet umani għandha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb, sabiex b'hekk jiġi żgurat li l-kapaċità tal-ekosistemi marini li jirrispondu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem ma tkunx kompromessa. Dan jista' jinvolvi, fejn ikun xieraq, li l-valuri ta' limitu għal ċerti pressjonijiet u l-impatti ambjentali tagħhom mhux neċessarjament jintlaħqu fiż-żoni kollha tal-ilmijiet tal-baħar tal-Istati Membri, bil-kundizzjoni li dan ma jikkompromettix il-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 2008/56/KE, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' prodotti u servizzi marini.

(15)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu li jkunu parti mis-sett ta' karatteristiċi li jintużaw mill-Istati Membri fid-determinazzjoni tagħhom ta' status ambjentali tajjeb f'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE u l-firxa safejn għandhom jintlaħqu l-valuri ta' limitu. Għalhekk, minnhom infushom, il-valuri ta' limitu ma jikkostitwixxu ebda determinazzjoni ta' status ambjentali tajjeb mill-Istati Membri.

(16)

L-Istati Membri għandhom jesprimu kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb bħala l-proporzjon tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom li fuqhom intlaħqu l-valuri ta' limitu jew bħala l-proporzjon tal-elementi ta' kriterji (l-ispeċijiet, il-kontaminanti, eċċ.) li laħqu l-valuri ta' limitu. Meta jivvalutaw l-istatus tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jindikaw kull bidla fl-istatus sew jekk jitjieb, sew jekk jibqa' stabbli u sew jekk jiddeterjora meta mqabbel mal-perjodu ta' rapportar preċedenti, u dan fid-dawl li l-ambjent tal-baħar idum ma jirrispondi għall-bidliet li jseħħu.

(17)

Meta l-valuri ta' limitu, stabbiliti f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, ma jiġux issodisfati għal kriterju partikolari, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jieħdu miżuri xierqa jew li jwettqu riċerka jew investigazzjoni ulterjuri.

(18)

Meta l-Istati Membri jintalbu jikkooperaw fil-livell reġjonali jew subreġjonali, huma għandhom jużaw, fejn ikun prattiku u xieraq, l-istrutturi reġjonali ta' kooperazzjoni istituzzjonali eżistenti, inklużi dawk skont il-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, kif ipprovdut taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/56/KE. Bl-istess mod, fin-nuqqas ta' kriterji speċifiċi, ta' standards metodoloġiċi (inklużi għall-integrazzjoni tal-kriterji), ta' speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, l-Istati Membri, fejn ikun prattiku u xieraq, għandhom ikomplu jibnu fuq dawk żviluppati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, jew mekkaniżmi internazzjonali oħrajn. Inkella, jekk ikun il-każ, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jikkoordinaw bejniethom fil-qafas tar-reġjun jew is-subreġjun speċifiku. Barra minn hekk, Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll, abbażi tal-ispeċifiċitajiet tal-ilmijiet tal-baħar tiegħu, li jikkunsidra elementi addizzjonali mhux stipulati f'din id-Deċiżjoni u mhux indirizzati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, jew li jikkunsidra li japplika l-elementi ta' din id-Deċiżjoni għall-ilmijiet ta' tranżizzjoni tiegħu, kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 2000/60/KE, b'sostenn għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE.

(19)

L-Istati Membri għandu jkollhom biżżejjed flessibbiltà, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, sabiex jiffokaw fuq il-pressjonijiet predominanti u l-impatti ambjentali tagħhom fuq l-elementi tal-ekosistema differenti f'kull reġjun jew subreġjun bil-għan li jimmonitorjaw u jivvalutaw l-ilmijiet tal-baħar tagħhom b'mod effikaċi u effettiv u jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb. Għal dak il-għan, l-ewwel nett, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jqisu wħud mill-kriterji bħala mhux xierqa li jiġu applikati, dejjem jekk ikunu f'qagħda li jiġġustifikaw il-fehma tagħhom. It-tieni nett, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li ma jużawx ċerti elementi ta' kriterji jew li jagħżlu elementi addizzjonali jew li jiffokaw fuq ċerti matriċi jew żoni tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom, dejjem jekk dan ikun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-pressjonijiet u l-impatti tagħhom. Fl-aħħar nett, għandha tiġi introdotta distinzjoni bejn il-kriterji primarji u sekondarji. Filwaqt li għandhom jintużaw kriterji primarji sabiex tkun żgurata l-konsistenza madwar l-Unjoni, għandha tingħata flessibbiltà fir-rigward tal-kriterji sekondarji. L-użu ta' kriterju sekondarju għandu jiġi deċiż mill-Istati Membri, fejn ikun meħtieġ, sabiex jikkumplimenta kriterju primarju jew meta, għal kriterju partikolari, l-ambjent tal-baħar ikun f'riskju li ma jiksibx jew ma jżommx status ambjentali tajjeb.

(20)

Il-kriterji, inklużi l-valuri ta' limitu, l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa xjenza disponibbli. Madankollu, għad hemm bżonn ta' aktar progress tekniku u xjentifiku sabiex uħud minn dawn il-kriterji jkomplu jiġu żviluppati, u dan isir billi l-progress jissarraf f'għarfien li jitfa' aktar dawl fuqhom.

(21)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2010/477/UE għandha titħassar.

(22)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi:

(a)

kriterji u standards metodoloġiċi li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jiġu biex jiddeterminaw sett ta' karatteristiċi għal status ambjentali tajjeb f'konformità mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, abbażi tal-Annessi I u III u b'referenza għall-valutazzjoni inizjali magħmula skont l-Artikolu 8(1) ta' dik id-Direttiva, sabiex jivvalutaw kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb, f'konformità mal-Artikolu 9(3) ta' dik id-Direttiva;

(b)

speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, li jridu jintużaw mill-Istati Membri meta jistabbilixxu programmi ta' monitoraġġ ikkoordinati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE, f'konformità mal-Artikolu 11(4) ta' dik id-Direttiva;

(c)

skeda ta' żmien biex jiġu stabbiliti l-valuri ta' limitu, il-listi ta' elementi ta' kriterji u l-istandards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni;

(d)

rekwiżit ta' notifika għall-elementi tal-kriterji, il-valuri ta' limitu u l-istandards metodoloġiċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“subreġjuni” tfisser is-subreġjuni elenkati fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(2)

“subdiviżjonijiet” tfisser is-subdiviżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(3)

“speċijiet mhux indiġeni invażivi” tfisser “speċijiet aljeni invażivi” skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

(4)

“elementi ta' kriterji” tfisser elementi kostitwenti ta' ekosistema, b'mod partikolari l-elementi bijoloġiċi tagħha (l-ispeċijiet, il-ħabitats u l-komunitajiet tagħhom), jew aspetti ta' pressjonijiet fuq l-ambjent tal-baħar (bijoloġiċi, fiżiċi, sustanzi, skart u enerġija), li jiġu vvalutati taħt kull kriterju;

(5)

“valur ta' limitu” jfisser valur jew firxa ta' valuri li jippermettu li ssir valutazzjoni tal-livell ta' kwalità miksub għal kriterju partikolari, li b'hekk jikkontribwixxi għall-valutazzjoni ta' kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb.

Artikolu 3

L-użu ta' kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw kriterji primarji u l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati assoċjati stipulati fl-Anness sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni inizjali jew l-aġġornamenti sussegwenti tagħha mwettqa skont l-Artikoli 8 u 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw, f'ċirkostanzi ġustifikati, li mhuwiex xieraq li jużaw wieħed jew aktar mill-kriterji primarji. F'każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'ġustifikazzjoni fil-qafas tan-notifika magħmula skont l-Artikolu 9(2) jew 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Skont l-obbligu ta' kooperazzjoni reġjonali stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE, Stat Membru għandu jinforma lil Stati Membri oħrajn li jikkondividu l-istess reġjun jew subreġjun marin qabel jiddeċiedi li ma jużax kriterju primarju f'konformità mal-ewwel subparagrafu.

2.   Il-kriterji sekondarji u l-istandards metodoloġiċi, l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati assoċjati stipulati fl-Anness għandhom jintużaw sabiex jikkumplimentaw kriterju primarju jew meta l-ambjent tal-baħar ikun f'riskju li ma jiksibx jew ma jżommx status ambjentali tajjeb għal dak il-kriterju partikolari. L-użu ta' kriterju sekondarju għandu jiġi deċiż minn kull Stat Membru, ħlief meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Anness.

3.   Fejn din id-Deċiżjoni ma tistabbilixxix kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet jew metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni –inkluż għall-aggregazzjoni spazjali u temporali tad-dejta — l-Istati Membri għandhom jużaw, fejn ikun prattiku u xieraq, dawk żviluppati f'livell subreġjonali, reġjonali jew internazzjonali, bħal fil-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali rilevanti.

4.   Sakemm jiġu stabbiliti listi subreġjonali, reġjonali, internazzjonali jew tal-Unjoni ta' elementi tal-kriterji, standards metodoloġiċi u speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw dawk stabbiliti fil-livell nazzjonali, bil-kundizzjoni li tiġi segwita l-kooperazzjoni reġjonali kif stabbilit fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 4

L-iffissar ta' valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni

1.   Meta l-Istati Membri jintalbu, skont din id-Deċiżjoni, jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, dawk il-valuri għandhom:

(a)

ikunu parti mis-sett ta' karatteristiċi użati mill-Istati Membri biex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb;

(b)

ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(c)

fejn ikun xieraq, jiddistingwu l-livell ta' kwalità li jirrifletti l-importanza ta' effett avvers għal kriterju u jiġu stabbiliti b'rabta ma' kundizzjoni ta' referenza;

(d)

jiġu stabbiliti abbażi ta' skali ta' valutazzjoni ġeografika sabiex ikunu jirriflettu l-karatteristiċi bijotiċi u abijotiċi tar-reġjuni, is-subreġjuni u s-subdiviżjonijiet;

(e)

jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sabiex ikunu jirriflettu r-riskji potenzjali għall-ambjent tal-baħar;

(f)

ikunu konsistenti fost il-kriterji differenti meta jkunu jirrigwardaw l-istess element tal-ekosistema;

(g)

jagħmlu użu mill-aqwa xjenza disponibbli;

(h)

ikunu bbażati fuq serje ta' dejta fuq terminu twil ta' żmien, fejn disponibbli, sabiex jgħinu fid-determinazzjoni tal-aktar valur xieraq;

(i)

ikunu jirriflettu d-dinamika tal-ekosistema naturali, inklużi r-relazzjonijiet bejn il-predaturi u l-priża u l-varjazzjoni idroloġika u klimatika, filwaqt li jirrikonoxxu wkoll li l-ekosistema jew partijiet minnha jkunu jistgħu jirkupraw, jekk jiddeterjoraw, għal stat li jkun jirrifletti kundizzjonijiet fiżjografiċi, ġeografiċi, klimatiċi u bijoloġiċi prevalenti, minflok jerġgħu lura għal stat speċifiku tal-imgħoddi;

(j)

meta prattiku u xieraq, ikunu konsistenti mal-valuri rilevanti skont strutturi reġjonali ta' kooperazzjoni istituzzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

2.   Sakemm l-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni kif mitlub skont din id-Deċiżjoni, huma jistgħu jużaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin sabiex jesprimu kemm qed jinkiseb status ambjentali tajjeb:

(a)

il-valuri ta' limitu nazzjonali, dejjem jekk l-obbligu ta' kooperazzjoni reġjonali stabbilit fl-Artikolu 5 u 6 tad-Direttiva 2008/56/KE ikun ġie osservat;

(b)

ix-xejriet direzzjonali tal-valuri;

(c)

il-valuri ta' limitu bbażati fuq il-pressjonijiet, bħala indikaturi.

Meta possibbli dawn għandhom jirmxu mal-prinċipji stabbiliti fil-punti minn (a) sa (i) tal-paragrafu Nru 1.

3.   Meta l-valuri ta' limitu, inklużi dawk stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, ma jiġux issodisfati għal kriterju partikolari sal-punt li dak l-Istat Membru jkun iddetermina bħala li jikkostitwixxi status ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw, kif xieraq, jekk għandhomx jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva jew jekk għandhiex titwettaq riċerka jew investigazzjoni ulterjuri.

4.   Il-valuri ta' limitu stabbiliti mill-Istati Membri f'konformità ma' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu riveduti perjodikament fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u jiġu emendati, fejn ikun meħtieġ, fil-ħin sabiex ikunu jistgħu jsiru r-rieżamijiet previsti fl-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 5

L-iskeda taż-żmien

1.   Meta din id-Deċiżjoni tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu, listi ta' elementi ta' kriterji jew standards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jagħmlu dan fil-limitu ta' żmien stabbilit għall-ewwel rieżami tal-valutazzjoni inizjali tagħhom u biex jiddeterminaw l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE (il-15 ta' Lulju 2018).

2.   Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jistabbilixxu valuri ta' limitu, listi ta' elementi ta' kriterji jew standards metodoloġiċi permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1, huma għandhom jistabbilixxu dawn mill-aktar fis possibbli wara tali limitu ta' żmien, bil-kundizzjoni li jipprovdu, sal-15 ta' Ottubru 2018, ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni fin-notifika magħmula skont l-Artikolu 9(2) jew 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 6

Notifika

Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, bħala parti min-notifika magħmula skont l-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, l-elementi tal-kriterji, il-valuri ta' limitu u l-istandards metodoloġiċi stabbiliti permezz ta' kooperazzjoni subreġjonali, reġjonali jew tal-Unjoni f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, li jiddeċiedi li juża bħala parti minn sett ta' karatteristiċi biex jiddetermina l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2010/477/UE hija b'dan imħassra.

Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2010/477/UE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE tal-1 ta' Settembru 2010 dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta' ilmijiet tal-baħar (ĠU L 232, 2.9.2010, p. 14).

(3)  Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-ewwel fażi ta' implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) — Il-valutazzjoni u l-gwida tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2014) 97 final, 20.2.2014).

(4)  COM(2015) 215 final.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(6)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(9)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(10)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).


ANNESS

Il-kriterji u l-istandards metodoloġiċi ta'status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, rilevanti għad-deskritturi kwalitattivi fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u għal-listi indikattivi stabbiliti fl-Anness III ta' dik id-Direttiva, kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

Dan l-Anness huwa strutturat f'żewġ partijiet:

fl-Ewwel Parti hemm stipulati l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni skont l-Artikolu 11(4) ta' dik id-Direttiva, li jridu jintużaw mill-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont l-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 2008/56/KE,

fit-Tieni Parti huma stipulati l-kriterji u l-istandards metodoloġiċi biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2008/56/KE u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni li jridu jintużaw mill-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjoni tal-istatus ambjentali skont l-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

L-EWWEL PARTI

Kriterji, standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti predominanti skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE

L-Ewwel Parti tikkunsidra d-deskritturi (1) marbuta mal-pressjonijiet antropoġeniċi rilevanti: pressjonijiet bijoloġiċi (Deskritturi 2 u 3), pressjonijiet fiżiċi (Deskritturi 6 u 7) u s-sustanzi, l-iskart u l-enerġija (Deskritturi 5, 8, 9, 10 u 11), kif elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/56/KE.

Deskrittur 2

L-ispeċijiet mhux indiġeni introdotti minn attivitajiet umani huma f'livelli li ma jbiddlux negattivament l-ekosistemi

Pressjoni rilevanti: L-input jew it-tixrid ta' speċijiet mhux indiġeni

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Speċijiet mhux indiġeni introdotti riċentament.

D2C1 — Primarju:

L-għadd ta' speċijiet mhux indiġeni li ġew introdotti riċentament permezz ta' attività umana fis-selvaġġ, għal kull perjodu ta' valutazzjoni (6 snin), imkejjel mis-sena ta' referenza kif irrapportata għall-valutazzjoni inizjali skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, huwa minimizzat u, fejn possibbli, jitnaqqas għal żero.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valur ta' limitu għall-għadd ta' introduzzjonijiet ġodda ta' speċijiet mhux indiġeni, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

l-għadd ta' speċijiet mhux indiġeni introdotti riċentament permezz ta' attività umana, fil-perjodu ta' valutazzjoni ta' 6 snin u lista ta' dawk l-ispeċijiet.

L-ispeċijiet mhux indiġeni stabbiliti, b'mod partikolari l-ispeċijiet mhux indiġeni invażivi, li jinkludu l-ispeċijiet rilevanti fuq il-lista ta' speċijiet aljeni invażivi ta' tħassib għall-Unjoni adottati skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u l-ispeċijiet li huma rilevanti għall-użu skont il-kriterju D2C3.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D2C2 — Sekondarju:

L-abbundanza u d-distribuzzjoni spazjali ta' speċijiet mhux indiġeni stabbiliti, b'mod partikolari ta' speċijiet invażivi, li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għal effetti negattivi fuq gruppi ta' speċijiet partikolari jew tipi ta' ħabitats wiesgħa.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-gruppi ta' speċijiet korrispondenti jew tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

Il-kriterju D2C2 (kwantifikazzjoni tal-ispeċijiet mhux indiġeni) għandu jiġi espress għal kull speċi vvalutat u għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-kriterju D2C3 (effetti negattivi ta' speċijiet mhux indiġeni).

Il-kriterju D2C3 għandu jipprovdi l-proporzjon għal kull grupp ta' speċijiet u l-firxa għal kull tip ta' ħabitat wiesa' vvalutat, li jiġi mibdul b'mod negattiv, u b'hekk jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet tagħhom skont id-Deskritturi 1 u 6.

Il-gruppi ta' speċijiet u t-tipi ta' ħabitats wiesgħa li huma f'riskju minn speċijiet mhux indiġeni, magħżula minn fost dawk użati għad-Deskritturi 1 u 6.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D2C3 — Sekondarju:

Il-proporzjon tal-grupp ta' speċijiet jew tal-firxa spazjali tat-tip ta' ħabitat wiesa' li jinbidlu b'mod negattiv minħabba speċijiet mhux indiġeni, b'mod partikolari speċijiet mhux indiġeni invażivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri ta' limitu għat-tibdil negattiv fil-gruppi ta' speċijiet u fit-tipi ta' ħabitats wiesgħa minħabba speċijiet mhux indiġeni, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Speċijiet mhux indiġeni “introdotti riċentament” għandhom jinftiehmu bħala dawk li ma kinux magħrufa bħala preżenti fiż-żona fil-perjodu ta' valutazzjoni preċedenti.

2.

Speċijiet mhux indiġeni “stabbiliti” għandhom jinftiehmu bħala dawk li kienu magħrufa bħala preżenti fiż-żona fil-perjodu ta' valutazzjoni preċedenti.

3.

Għal D2C1: meta ma jkunx ċar jekk il-wasla ġdida ta' speċijiet mhux indiġeni hijiex dovuta għal attività umana jew irriżultatx kawża ta' tixrid naturali minn żoni ġirien, l-introduzzjoni għandha tiġi magħduda taħt D2C1.

4.

Għal D2C2: meta l-okkorrenza u l-abbundanza tal-ispeċijiet ikunu varjabbli skont l-istaġun (eż. l-plankton), il-monitoraġġ tul is-sena għandu jsir fiż-żmien opportun.

5.

Il-programmi ta' monitoraġġ għandhom ikunu marbuta ma' dawk għad-Deskritturi 1, 4, 5 u 6, fejn possibbli, minħabba li dawn tipikament jużaw l-istess metodi ta' teħid ta' kampjuni u huwa aktar prattiku li l-ispeċijiet mhux indiġeni jiġu mmonitorjati bħala parti minn monitoraġġ usa' tal-bijodiversità, għajr fejn it-teħid tal-kampjuni jkun jeħtieġ jiffoka fuq vetturi ewlenin u żoni ta' riskju għal introduzzjonijiet ġodda.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D2C1: l-għadd ta' speċijiet għal kull qasam ta' valutazzjoni li ġew introdotti riċentament fil-perjodu ta' valutazzjoni (6 snin),

D2C2: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi, il-bijomassa f'tunnellati (t) jew il-firxa f'kilometri kwadri (km2)) għal kull speċi mhux indiġena,

D2C3: il-proporzjon tal-grupp ta' speċijiet (il-proporzjon ta' speċijiet indiġeni għal speċijiet mhux indiġeni, bħala l-għadd ta' speċijiet u/jew l-abbundanza tagħhom fi ħdan il-grupp) jew tal-firxa spazjali tat-tip ta' ħabitat wiesa' (f'kilometri kwadri (km2)) li jinbidel b'mod negattiv

Deskrittur 3

Il-popolazzjonijiet tal-ħut u l-frott tal-baħar kollu li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali huma fi ħdan limiti bijoloġiċi sikuri, li għandhom età tal-popolazzjoni u distribuzzjoni tad-daqs indikattivi ta' stokk b'saħħtu

Pressjoni rilevanti: L-estrazzjoni ta' speċijiet selvaġġi, inklużi speċijiet fil-mira u dawk mhux fil-mira, jew inkella mortalità/dannu

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ħut u frott tal-baħar sfruttat b'mod kummerċjali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, lista ta' ħut u frott tal-baħar li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali, skont il-kriterji stipulati taħt “speċifikazzjonijiet”.

D3C1 — Primarju:

Ir-rata ta' Mortalità mis-sajd ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali hija f'livelli jew taħt livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). Il-korpi xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati skont ma jgħid l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-popolazzjonijiet ta' kull speċi huma vvalutati fi skali ekoloġikament rilevanti f'kull reġjun jew subreġjun, kif stabbilit minn korpi xjentifiċi xierqa msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-aggregazzjonijiet speċifikati taż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), tas-sub-żoni ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u taż-żoni tas-sajd tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

il-popolazzjonijiet ivvalutati, il-valuri miksuba għal kull kriterju u jekk il-livelli għal D3C1 u D3C2 u l-valuri ta' limitu għal D3C3 inkisbux u l-istatus globali tal-popolazzjoni abbażi tar-regoli dwar l-integrazzjoni tal-kriterji maqbula fil-livell tal-Unjoni;

(b)

il-popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali fiż-żona tal-valutazzjoni li ma kinux ivvalutati.

L-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tal-popolazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6, jekk l-ispeċijiet ikunu rilevanti għall-valutazzjoni ta' gruppi ta' speċijiet u tipi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar partikolari.

D3C2 (2) — Primarju:

Il-Bijomassa ta' Stokk Riproduttiv ta' popolazzjonijiet ta' speċijiet li jiġu sfruttati b'mod kummerċjali hija 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Il-korpi xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati skont ma jgħid l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

D3C3 (2)  (3) — Primarju:

Id-distribuzzjoni tad-daqs u l-età ta' individwi fil-popolazzjonijiet ta' speċijiet sfruttati b'mod kummerċjali titfa' dawl dwar kemm popolazzjoni tkun f'saħħitha. Din għandha tinkludi proporzjon għoli ta' individwi kbar fl-età/fid-daqs u effetti negattivi mill-inqas mill-isfruttament fuq id-diversità ġenetika.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali għal kull popolazzjoni ta' speċi f'konformità mal-pariri xjentifiċi miksuba skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

L-estrazzjoni ta' speċijiet mhux sfruttata għall-kummerċ (qabdiet aċċessorji), jew inkella mortalità/dannu, bħala riżultat tal-attivitajiet tas-sajd, jiġu indirizzati skont il-kriterju D1C1.

Id-disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar, inklużi l-effetti fuq il-komunitajiet ta' qiegħ il-baħar, bħala riżultat tal-attivitajiet tas-sajd, huma indirizzati mill-kriterji skont id-Deskrittur 6 (b'mod partikolari l-kriterji D6C2 u D6C3) u għandhom jiġu inkorporati fil-valutazzjonijiet tat-tipi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għandha tiġi stabbilita lista ta' speċijiet sfruttati b'mod kummerċjali għall-applikazzjoni tal-kriterji f'kull żona tal-valutazzjoni mill-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali u din għandha tiġi aġġornata għal kull perjodu ta' valutazzjoni ta' 6 snin, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (4) u dan li ġej:

(a)

l-istokkijiet kollha li huma ġestiti skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

l-ispeċijiet li l-opportunitajiet ta' sajd għalihom (il-kwoti u l-qabdiet totali permissibbli) huma stabbiliti mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(c)

l-ispeċijiet li d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għalihom huma stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

(d)

l-ispeċijiet taħt il-pjanijiet multiannwali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e)

l-ispeċijiet taħt il-pjanijiet ta' ġestjoni nazzjonali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006;

(f)

kwalunkwe speċi importanti fuq skala reġjonali jew nazzjonali għas-sajd kostali lokali/fuq skala żgħira.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-ispeċijiet sfruttati b'mod kummerċjali li mhumiex indiġeni f'kull żona tal-valutazzjoni għandhom jiġu esklużi mil-lista u b'hekk ma jikkontribwixxux għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 3.

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jistabbilixxi regoli dwar il-ġbir u l-ġestjoni, fil-qafas tal-programmi pluriennali, ta' dejta bijoloġika, teknika, ambjentali u soċjoekonomika dwar is-settur tas-sajd li għandha tintuża għall-monitoraġġ skont id-Deskrittur 3.

3.

Il-kelma “popolazzjonijiet” għandha tinftiehem bħala t-terminu “stokkijiet” skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

4.

Għal D3C1 u D3C2, għandu japplika dan li ġej:

(a)

għall-istokkijiet ġestiti taħt pjan pluriennali skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, f'sitwazzjonijiet ta' sajd imħallat, il-mortalità mis-sajd fil-mira u l-livelli tal-bijomassa li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli għandhom ikunu konformi mal-pjan pluriennali rilevanti;

(b)

għar-reġjuni tal-Baħar Mediterran u tal-Baħar l-Iswed, jistgħu jintużaw prokuri xierqa.

5.

Għandhom jintużaw il-metodi li ġejjin għall-valutazzjoni:

(a)

Għal D3C1: jekk il-valutazzjonijiet kwantitattivi li jrendu valuri għall-Mortalità mis-sajd ma jkunux disponibbli minħabba inadegwatezzi fid-dejta disponibbli, jistgħu jintużaw varjabbli oħrajn, bħall-proporzjon bejn l-indiċi tal-qabda u l-indiċi tal-bijomassa (“proporzjon ta' qabda/bijomassa”), bħala metodu alternattiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jiġi adottat metodu xieraq għall-analiżi tax-xejriet (eż. il-valur attwali jista' jitqabbel mal-medja storika fit-tul);

(b)

Għal D3C2: il-valur ta' limitu użat għandu jkun f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Jekk il-valutazzjonijiet kwantitattivi li jrendu valuri għall-Bijomassa ta' Stokk Riproduttiv ma jkunux disponibbli minħabba inadegwatezzi fid-dejta disponibbli, jistgħu jintużaw indiċi relatati mal-bijomassa, bħall-qabda għal kull unità ta' sforz tas-sajd jew l-indiċi ta' abbundanza fl-istħarriġ, bħala metodu alternattiv. F'każijiet bħal dawn, għandu jiġi adottat metodu xieraq għall-analiżi tax-xejriet (eż. il-valur attwali jista' jitqabbel mal-medja storika fit-tul);

(c)

D3C3 għandu jirrifletti l-fatt li l-popolazzjonijiet ta' speċijiet f'saħħithom huma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' individwi kbar fl-età u fid-daqs. Il-proprjetajiet rilevanti huma dawn li ġejjin:

(i)

id-distribuzzjoni tad-daqs ta' individwi fil-popolazzjoni, espressa bħala:

il-proporzjon ta' ħut akbar mid-daqs medju fil-maturazzjoni sesswali inizjali, jew

il-95 perċentil tad-distribuzzjoni tat-tul tal-ħut ta' kull popolazzjoni, kif osservat permezz ta' servejs minn bastimenti ta' riċerka jew servejs oħrajn;

(ii)

l-effetti ġenetiċi tal-isfruttament tal-ispeċi, bħad-daqs fil-maturazzjoni sesswali inizjali, fejn ikun xieraq u fattibbli.

Jistgħu jintużaw espressjonijiet oħrajn tal-proprjetajiet rilevanti wara l-iżvilupp tekniku u xjentifiku ulterjuri ta' dan il-kriterju.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D3C1: ir-rata annwalizzata tal-mortalità mis-sajd,

D3C2: il-bijomassa f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' individwi għal kull speċi, ħlief fejn jintużaw indiċi oħrajn taħt il-punt 5(b),

D3C3: taħt il-punt 5(c): għal (i), l-ewwel inċiż: proporzjon (perċentwal) jew numri, għal (i), it-tieni inċiż: it-tul f'ċentimetri (cm), u għal (ii): it-tul f'ċentimetri (cm).

Deskrittur 5

L-ewtrofikazzjoni indotta mill-bniedem hija minimizzata, speċjalment l-effetti negattivi tagħha, bħat-telf fil-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistema, il-proliferazzjoni ta' algi dannużi u n-nuqqas ta' ossiġenu fl-ilmijiet tal-qiegħ

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' nutrijenti; L-input ta' materja organika

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Nutrijenti fil-kolonna tal-ilma: Nitroġenu Inorganiku Dissolt (DIN), Nitroġenu Totali (TN), Fosfru Inorganiku Dissolt (DIP), Fosfru Totali (TP).

Fl-ilmijiet kostali, kif użati skont id-Direttiva 2000/60/KE.

lil hinn mill-ilmijiet kostali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fil-livell reġjonali jew subreġjonali li ma jużawx wieħed jew diversi minn dawn l-elementi ta' nutrijenti.

D5C1 — Primarju:

Il-konċentrazzjonijiet ta' nutrijenti mhumiex f'livelli li jindikaw effetti ta' ewtrofikazzjoni negattivi.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali

L-iskala tal-valutazzjoni:

fl-ilmijiet kostali, kif użati skont id-Direttiva 2000/60/KE,

lil hinn mill-ilmijiet kostali, is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

il-valuri miksuba għal kull kriterju użat, u stima tal-firxa taż-żona tal-valutazzjoni li fuqha nkisbu l-valuri ta' limitu stabbiliti;

(b)

fl-ilmijiet kostali, il-kriterji għandhom jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jiġi konkluż jekk il-korp tal-ilma huwiex soġġett għal ewtrofikazzjoni (5);

(c)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li ma tkunx soġġetta għal ewtrofikazzjoni (kif indikata mir-riżultati tal-kriterji kollha użati, integrati b'mod maqbul fil-livell tal-Unjoni, imma tal-anqas fil-livell reġjonali jew subreġjonali).

lil hinn mill-ilmijiet kostali, l-użu tal-kriterji sekondarji għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

L-eżiti tal-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet għall-ħabitats pelaġiċi skont id-Deskrittur 1 kif ġej:

id-distribuzzjoni u stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li tkun soġġetta għal ewtrofikazzjoni fil-kolonna tal-ilma (kif indikata minn jekk il-valuri ta' limitu għall-kriterji D5C2, D5C3 u D5C4, meta użati, inkisbux);

L-eżiti tal-valutazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet għall-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6 kif ġej:

id-distribuzzjoni u stima tal-firxa taż-żona (bħala proporzjon (perċentwal)) li tkun soġġetta għal ewtrofikazzjoni f'qiegħ il-baħar (kif indikata minn jekk il-valuri ta' limitu għall-kriterji D5C4, D5C5, D5C6, D5C7 u D5C8, meta użati, inkisbux).

Klorofilla a fil-kolonna tal-ilma

D5C2 — Primarju:

Il-konċentrazzjonijiet ta' klorofilla a mhumiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Proliferazzjoni ta' algi perikolużi (eż. ċjanobatterji) fil-kolonna tal-ilma

D5C3 — Sekondarju:

L-għadd, il-firxa spazjali u t-tul tal-avvenimenti ta' proliferazzjoni ta' algi perikolużi mhumiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Limitu fotiku (trasparenza) tal-kolonna tal-ilma

D5C4 — Sekondarju:

Il-limitu fotiku (trasparenza) tal-kolonna tal-ilma ma jitnaqqasx, minħabba f'żidiet fl-algi fl-ilma, għal livell li jindika effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti relatati ma' żidiet fl-algi fl-ilma.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Ossiġenu dissolt fil-qiegħ tal-kolonna tal-ilma

D5C5 — Primarji (jista' jiġi sostitwit minn D5C8):

Il-konċentrazzjoni tal-ossiġenu dissolt ma titnaqqasx, minħabba żieda fil-livell tan-nutrijenti, għal livelli li jindikaw effetti negattivi fuq il-ħabitats ta' qiegħ il-baħar (inkluż fuq l-ispeċijiet mobbli u bijota assoċjati) jew effetti oħrajn ta' ewtrofikazzjoni.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Makroalgi opportunistiċi ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C6 — Sekondarju:

L-abbundanza ta' makroalgi opportunistiċi mhijiex f'livelli li jindikaw effetti negattivi ta' żieda fil-livell tan-nutrijenti.

Il-valuri ta' limitu huma kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

f'każ li dan il-kriterju jkun rilevanti għal ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Il-komunitajiet ta' makrofiti (algi u ħaxix tal-baħar perenni, bħal ħabaq tal-baħar, ħaxixet is-sallura u ħaxixet Nettunu) tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C7 — Sekondarju:

Il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva jew id-distribuzzjoni tal-fond tal-komunitajiet ta' makrofiti jiksbu valuri li jindikaw li ma hemm ebda effett negattiv minħabba żieda fil-livell tan-nutrijenti, inkluż permezz ta' tnaqqis fit-trasparenza tal-ilma, kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

f'każ li dan il-kriterju jkun rilevanti għal ilmijiet lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Komunitajiet ta' makrofawna ta' ħabitats ta' qiegħ il-baħar

D5C8 — Sekondarji (ħlief meta jintuża bħala sostitut għal D5C5):

Il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tal-komunitajiet ta' makrofawna biex jinkisbu valuri li jindikaw li ma hemm ebda effett negattiv minħabba arrikkiment organiku u tan-nutrijenti, kif ġej:

(a)

fl-ilmijiet kostali, il-valuri għall-elementi tal-kwalità bijoloġika ta' qiegħ il-baħar stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

lil hinn mill-ilmijiet kostali, valuri konsistenti ma' dawk għall-ilmijiet kostali skont id-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk il-valuri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fl-ilmijiet kostali, l-elementi tal-kriterji għandhom jintgħażlu f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Barra minn hekk, għal D5C2 u D5C3, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-kompożizzjoni u l-abbundanza tal-ispeċijiet ta' fitoplankton.

3.

Għandha tinġabar informazzjoni dwar il-mogħdijiet (ibbażati fl-atmosfera, fuq l-art jew fil-baħar) għan-nutrijenti li jidħlu fl-ambjent tal-baħar, fejn ikun fattibbli.

4.

Il-monitoraġġ lil hinn mill-ilmijiet kostali jista' ma jkunx neċessarju minħabba riskju baxx, bħal fil-każijiet fejn jinkisbu l-valuri ta' limitu fl-ilmijiet kostali, wara li jiġi kkunsidrat l-input ta' nutrijenti minn sorsi atmosferiċi, ibbażati fil-baħar, inklużi l-ilmijiet kostali, kif ukoll transkonfinali.

5.

Il-valutazzjonijiet skont id-Direttiva 2000/60/KE għandhom jintużaw għall-valutazzjonijiet ta' kull kriterju fl-ilmijiet kostali.

6.

Il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE għandhom jirreferu jew għal dawk stabbiliti minn interkalibrar skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/480/UE (6) jew inkella għal dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 8 u l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawn għandhom jinftiehmu bħala l-“Valur Limitu Tajjeb-Moderat” għall-Proporzjonijiet ta' Kwalità Ekoloġika.

7.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D5C1: il-konċentrazzjonijiet ta' nutrijenti f'mikromoli għal kull litru (μmol/l)

D5C2: il-konċentrazzjonijiet ta' klorofilla a (bijomassa) f'mikrogrammi għal kull litru (μg/l),

D5C3: avvenimenti ta' proliferazzjoni bħala l-għadd ta' avvenimenti, it-tul ta' żmien f'jiem u l-firxa spazjali f'kilometri kwadri (km2) fis-sena,

D5C4: il-limitu fotiku bħala fond f'metri (m),

D5C5: il-konċentrazzjoni ta' ossiġenu fil-qiegħ tal-kolonna tal-ilma f'milligrammi għal kull litru (mg/l),

D5C6: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-abbundanza ta' makroalgi jew għall-kopertura spazjali. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni,

D5C7: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-valutazzjonijiet tal-abbundanza relattiva jew għall-fond massimu tat-tkabbir tal-makrofiti. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni,

D5C8: Il-Proporzjon ta' Kwalità Ekoloġika għall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-valutazzjonijiet tal-abbundanza relattiva. Il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) taż-żona tal-valutazzjoni.

Fejn ikunu disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw l-unitajiet jew il-proporzjonijiet tal-kwalità ekoloġika previsti skont id-Direttiva 2000/60/KE.

Deskrittur 6

L-integrità ta' qiegħ il-baħar tinsab f'livell li jiżgura li l-istruttura u l-funzjonijiet tal-ekosistemi huma ssalvagwardjati u l-ekosistemi ta' qiegħ il-baħar, b'mod partikolari, mhumiex affettwati b'mod negattiv.

Pressjonijiet rilevanti: Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment ta' qiegħ il-baħar u l-estrazzjoni tas-sediment ta' qiegħ il-baħar); disturbi fiżiċi f'qiegħ tal-baħar (temporanji jew riversibbli)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Telf fiżiku ta' qiegħ il-baħar (inklużi żoni intermareali).

D6C1 — Primarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni tat-telf fiżiku (bidla permanenti) ta' qiegħ il-baħar naturali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C1 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tat-telf fiżiku) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterji D6C4 u D7C1.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C2 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tal-pressjonijiet tad-disturbi fiżiċi) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C3.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D6C3 (stima tal-firxa tal-effett negattiv minn disturbi fiżiċi għal kull tip ta' ħabitat f'kull żona tal-valutazzjoni) għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C5.

Disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar (inklużi żoni intermareali).

D6C2 — Primarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni tal-pressjonijiet tad-disturbi fiżiċi f'qiegħ il-baħar.

It-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar jew tipi ta' ħabitats oħrajn, kif użati skont id-Deskritturi 1 u 6.

D6C3 — Primarju:

Il-firxa spazjali ta' kull tip ta' ħabitat li huwa affettwat b'mod negattiv, permezz ta' tibdil fl-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u fil-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, permezz ta' bidliet fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, struttura tad-daqs tal-ispeċijiet) minn disturbi fiżiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tad-disturb fiżiku permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Il-kriterji D6C1, D6C2 u D6C3 jirrigwardjaw biss il-pressjonijiet “telf fiżiku” u “disturbi fiżiċi” u l-impatti tagħhom, filwaqt li l-kriterji D6C4 u D6C5 jindirizzaw il-valutazzjoni globali tad-Deskrittur 6, flimkien ma' dak għall-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1. Il-kriterji D6C4 u D6C5 huma ppreżentati taħt it-Tieni Parti ta' dan l-Anness.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fir-rigward tal-metodi għall-monitoraġġ:

(a)

għal D6C1, għandhom jiġu vvalutati l-bidliet permanenti f'qiegħ il-baħar minn attivitajiet umani differenti (inklużi l-bidliet permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment naturali ta' qiegħ il-baħar permezz ta' ristrutturar fiżiku, żviluppi infrastrutturali u telf tas-sediment permezz ta' estrazzjoni tal-materjali f'qiegħ il-baħar);

(b)

għal D6C2, għandhom jiġu vvalutati d-disturbi fiżiċi minn attivitajiet umani differenti (bħas-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ);

(c)

għall-ilmijiet kostali, għandhom jintużaw id-dejta dwar l-idromorfoloġija u l-valutazzjonijiet rilevanti skont id-Direttiva 2000/60/KE. Lil hinn mill-ilmijiet kostali, id-dejta tista' tinġabar mill-immappjar ta' infrastruttura u siti ta' estrazzjoni liċenzjati.

2.

Fir-rigward tal-metodi għall-valutazzjoni, id-dejta għandha tiġi aggregata b'tali mod li:

(a)

D6C1 jiġi vvalutat bħala qasam mitluf b'rabta mal-firxa naturali totali tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar kollha fiż-żona tal-valutazzjoni (eż. bil-firxa ta' modifika antropoġenika);

(b)

D6C3 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar ivvalutat.

3.

Telf fiżiku għandu jinftiehem bħala bidla permanenti f'qiegħ il-baħar li tkun damet jew mistennija ddum għal perjodu ta' żewġ ċikli ta' rapportar (12-il sena) jew aktar.

4.

Disturbi fiżiċi għandhom jinftiehmu bħala bidla f'qiegħ il-baħar li tista' tiġi rkuprata jekk l-attività li tikkawża l-pressjoni tad-disturbi tieqaf.

5.

Għal D6C3, kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D6C1: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni fiżikament mitlufa f'kilometri kwadri (km2),

D6C2: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni disturbata fiżikament f'kilometri kwadri (km2),

D6C3: il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa naturali totali tal-ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

Deskrittur 7

Alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi li ma taffettwax b'mod negattiv lill-ekosistemi tal-baħar

Pressjonijiet rilevanti: Telf fiżiku (minħabba bidla permanenti fil-morfoloġija jew fis-sediment ta' qiegħ il-baħar jew l-estrazzjoni tas-sediment ta' qiegħ il-baħar); Bidliet fil-kundizzjonijiet idroloġiċi

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Bidliet idrografiċi f'qiegħ il-baħar u fil-kolonna tal-ilma (inklużi żoni intermareali).

D7C1 — Sekondarju:

Il-firxa spazjali u d-distribuzzjoni ta' alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi (eż. bidliet fl-azzjoni tal-mewġ, fil-kurrenti, fis-salinità, fit-temperatura) f'qiegħ il-baħar u fil-kolonna tal-ilma, assoċjati b'mod partikolari mat-telf fiżiku (7) ta' qiegħ il-baħar naturali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D7C1 (id-distribuzzjoni u stima tal-firxa tal-bidliet idrografiċi) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-kriterju D7C2.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D7C2 (stima tal-firxa tal-effett negattiv għal kull tip ta' ħabitat f'kull żona tal-valutazzjoni) għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-kriterju D6C5.

It-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar jew tipi ta' ħabitats oħrajn, kif użati għad-Deskritturi 1 u 6.

D7C2 — Sekondarju:

Il-firxa spazjali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar affettwat b'mod negattiv (il-karatteristiċi fiżiċi u idrografiċi u l-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati) minħabba alterazzjoni permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tal-alterazzjonijiet permanenti tal-kundizzjonijiet idrografiċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Fir-rigward tal-metodi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni:

(a)

Il-monitoraġġ għandu jiffoka fuq il-bidliet assoċjati mal-iżviluppi fl-infrastruttura, fuq il-kosta jew inkella lil hinn mill-kosta.

(b)

Il-mudelli idrodinamiċi tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, fejn meħtieġa, li jiġu vvalidati b'kejl permezz ta' dejta fattwali, jew sorsi xierqa oħrajn ta' informazzjoni, għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-firxa tal-effetti minn kull żvilupp infrastrutturali.

(c)

Għall-ilmijiet kostali, għandhom jintużaw id-dejta dwar l-idromorfoloġija u l-valutazzjonijiet rilevanti skont id-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Fir-rigward tal-metodi għall-valutazzjoni, id-dejta għandha tiġi aggregata b'tali mod li:

(a)

D7C1 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali tal-ħabitats kollha fiż-żona tal-valutazzjoni;

(b)

D7C2 jiġi vvalutat b'rabta mal-firxa naturali totali ta' kull tip ta' ħabitat ta' qiegħ il-baħar ivvalutat.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D7C1: il-firxa taż-żona tal-valutazzjoni mibdula b'mod idrografiku f'kilometri kwadri (km2),

D7C2: il-firxa ta' kull tip ta' ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) jew bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa naturali totali tal-ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni

Deskrittur 8

Il-konċentrazzjonijiet tal-kontaminanti huma f'livelli li ma joħolqux effetti ta' tniġġis

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' sustanzi oħra (eż. Sustanzi sintetiċi, sustanzi mhux sintetiċi, radjonuklidi)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

(1)

Fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali:

(a)

Il-kontaminanti magħżula skont id-Direttiva 2000/60/KE:

(i)

kontaminanti li għalihom huwa stipulat standard tal-kwalità ambjentali fil-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2008/105/KE;

(ii)

Sustanzi Speċifiċi li Jniġġsu l-Baċin tax-Xmara skont l-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, fl-ilmijiet kostali;

(b)

kontaminanti addizzjonali, jekk rilevanti, pereżempju, minn sorsi offshore, li mhumiex diġà identifikati taħt il-punt (a) u li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis fis-subreġjun jew fir-reġjun. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' kontaminanti permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

(2)

Lil hinn mill-ibħra territorjali:

(a)

il-kontaminanti kkunsidrati taħt il-punt (1), fejn dawn għadhom jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis;

(b)

kontaminanti addizzjonali, jekk rilevanti, li mhumiex diġà identifikati taħt il-punt (2)(a) u li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis fir-reġjun jew fis-subreġjun. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' kontaminanti permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D8C1 — Primarju:

Fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti ma jaqbżux il-valuri ta' limitu li ġejjin:

(a)

għall-kontaminanti stabbiliti taħt il-punt (1)(a) tal-elementi tal-kriterji, il-valuri stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE;

(b)

meta l-kontaminanti taħt il-punt (a) jitkejlu f'matriċi li għaliha ma jiġi stabbilit ebda valur skont id-Direttiva 2000/60/KE, il-konċentrazzjoni ta' dawk il-kontaminanti f'dik il-matriċi stabbilita mill-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

(c)

għal kontaminanti addizzjonali magħżula skont il-punt (1)(b) tal-elementi tal-kriterji, il-konċentrazzjonijiet għal matriċi speċifikata (ilma, sediment jew bijota) li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawn il-konċentrazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw l-applikazzjoni tagħhom fi ħdan l-ilmijiet kostali u l-ibħra territorjali u lil hinn minnhom;

Lil hinn mill-ibħra territorjali, il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti ma jaqbżux il-valuri ta' limitu li ġejjin:

(a)

għall-kontaminanti magħżula taħt il-punt (2)(a) tal-elementi tal-kriterji, il-valuri kif applikabbli fi ħdan l-ilmijiet kostali u l-ibħra territorjali;

(b)

għall-kontaminanti magħżula taħt il-punt (2)(b) tal-elementi tal-kriterji, il-konċentrazzjonijiet għal matriċi speċifikata (ilma, sediment jew bijota) li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawn il-konċentrazzjonijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, kif użata skont id-Direttiva 2000/60/KE,

lil hinn mill-ibħra territorjali, is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

għal kull kontaminant skont il-kriterju D8C1, il-konċentrazzjoni tiegħu, il-matriċi użata (l-ilma, is-sediment, il-bijota), jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux u l-proporzjon ta' kontaminanti vvalutati li kisbu l-valuri ta' limitu, inkluż li jiġu indikati separatament is-sustanzi li jaġixxu bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi ma' kullimkien (uPBTs), kif imsemmija fl-Artikolu 8a(1)(a) tad-Direttiva 2008/105/KE;

(b)

għal kull speċi vvalutat skont il-kriterju D8C2, stima tal-abbundanza tal-popolazzjoni tiegħu fiż-żona tal-valutazzjoni li hija affettwata b'mod negattiv;

(c)

għal kull ħabitat ivvalutat skont il-kriterju D8C2, stima tal-firxa fiż-żona tal-valutazzjoni li hija affettwata b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D8C2 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 8 għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D8C2 għandhom jikkontribwixxu għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6, fejn ikun xieraq.

Speċijiet u ħabitats li huma f'riskju mill-kontaminanti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet, u t-tessuti rilevanti li jridu jiġu vvalutati, u ħabitats, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D8C2 — Sekondarju:

Is-saħħa tal-ispeċijiet u l-kundizzjoni tal-ħabitats (bħall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom f'postijiet ta' tniġġis kroniku) ma jiġux affettwati b'mod negattiv minħabba l-kontaminanti, inklużi l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk l-effetti negattivi u l-valuri ta' limitu tagħhom permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali..

Avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut li jinvolvu sustanzi li jniġġsu, kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), inkluż iż-żejt mhux raffinat u komposti simili.

D8C3 — Primarju:

Il-firxa spazjali u t-tul ta' żmien ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut huma minimizzati.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-livell reġjonali jew subreġjonali, diviż, fejn ikun meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

stima tal-firxa spazjali totali ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut u d-distribuzzjoni u t-tul ta' żmien totali tagħhom għal kull sena.

Dan il-kriterju għandu jintuża biex jixpruna l-valutazzjoni tal-kriterju D8C4.

Speċijiet tal-gruppi ta' speċijiet, kif elenkati taħt it-Tabella 1 tal-Parti II u tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar, kif elenkati taħt it-Tabella 2 tal-Parti II.

D8C4 — Sekondarji (li jrid jintuża meta jseħħ avveniment sinifikanti ta' tniġġis akut):

L-effetti negattivi ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut fuq is-saħħa tal-ispeċijiet u fuq il-kundizzjoni tal-ħabitats (bħall-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom) huma minimizzati u, fejn possibbli, eliminati.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-gruppi ta' speċijiet jew tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskritturi 1 u 6.

L-użu tal-kriterji:

L-eżiti tal-valutazzjoni tal-kriterju D8C4 għandhom jikkontribwixxu, fejn l-effetti temporali u spazjali kumulattivi jkunu sinifikanti, għall-valutazzjonijiet skont id-Deskritturi 1 u 6 billi jipprovdu:

(a)

stima tal-abbundanza ta' kull speċi li huwa affettwat b'mod negattiv;

(b)

stima tal-firxa ta' kull tip ta' ħabitat wiesa' li huwa affettwat b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D8C4 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 8 għandu jiġi maqbul fil-livell reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għall-elementi tal-kriterji taħt D8C1, l-għażla skont il-punti 1(b) u 2(b) ta' kontaminanti addizzjonali li jistgħu joħolqu effetti ta' tniġġis għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji. Għal dawn il-kontaminanti, il-matriċi u l-valuri ta' limitu użati għall-valutazzjoni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-aktar speċijiet sensittivi u tal-mod kif ikun qed iseħħ l-esponiment, u jinkludu l-perikli għas-saħħa tal-bniedem permezz tal-esponiment mill-katina alimentari.

2.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

Kriterju D8C1: għall-valutazzjoni tal-kontaminanti fl-ilmijiet kostali u fl-ibħra territorjali, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kontaminanti f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60/KE u, fejn ikunu disponibbli, għandhom jintużaw il-valutazzjonijiet skont dik id-Direttiva. Għandha tinġabar informazzjoni dwar il-mogħdijiet (ibbażati fl-atmosfera, fuq l-art jew fil-baħar) għall-kontaminanti li jidħlu fl-ambjent tal-baħar, fejn ikun fattibbli.

(b)

Kriterji D8C2 u D8C4: il-bijomarkaturi jew il-karatteristiċi demografiċi tal-popolazzjoni (eż. ir-rati ta' fekondità, ir-rati ta' sopravivenza, ir-rati ta' mortalità u l-kapaċità riproduttiva) jistgħu jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-effetti tas-saħħa.

(c)

Kriterji D8C3 u D8C4: għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, il-monitoraġġ jiġi stabbilit bħala meħtieġ ladarba jseħħ avveniment ta' tniġġis akut, minflok ikun parti minn programm ta' monitoraġġ regolari skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/56/KE.

(d)

Kriterju D8C3: L-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-sors ta' avvenimenti ta' tniġġis akut sinifikanti, fejn ikun possibbli. Huma jistgħu jużaw is-sorveljanza bbażata fuq is-satelliti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għal dan il-għan.

3.

Il-kontaminanti għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal sustanzi waħdanin jew għal gruppi ta' sustanzi. Għall-konsistenza fir-rapportar, ir-raggruppament tas-sustanzi għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

4.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D8C1: il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti f'mikrogrammi għal kull litru (μg/l) għall-ilma, f'mikrogrammi għal kull kilogramma (μg/kg) ta' piż xott għas-sediment u f'mikrogrammi għal kull kilogramma (μg/kg) ta' piż imxarrab għall-bijota.

D8C2: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi jew unitajiet xierqa oħrajn kif maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali) għal kull speċi affettwat; il-firxa f'kilometri kwadri (km2) għal kull tip ta' ħabitat wiesa' affettwat.

D8C3: it-tul ta' żmien f'jiem u l-firxa spazjali f'kilometri kwadri (km2) ta' avvenimenti sinifikanti ta' tniġġis akut fis-sena.

D8C4: l-abbundanza (l-għadd ta' individwi jew unitajiet xierqa oħrajn kif maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali) għal kull speċi affettwat; il-firxa f'kilometri kwadri (km2) għal kull tip ta' ħabitat wiesa' affettwat.

Deskrittur 9

Il-kontaminanti fil-ħut u fi frott tal-baħar ieħor għall-konsum mill-bniedem ma jaqbżux il-livelli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew standards rilevanti oħrajn

Pressjoni rilevanti: L-input ta' sustanzi perikolużi

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Il-kontaminanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jikkunsidrawx il-kontaminanti mir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, fejn dan ikun ġustifikat abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji.

L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw kontaminanti addizzjonali li mhumiex inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' dawk il-kontaminanti addizzjonali permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew reġjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta' speċijiet u tessuti rilevanti li jridu jiġu vvalutati, skont il-kundizzjonijiet stipulati taħt “speċifikazzjonijiet”. Huma jistgħu jikkooperaw fil-livell reġjonali jew subreġjonali sabiex jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet u tessuti rilevanti.

D9C1 — Primarju:

Il-livell ta' kontaminanti fit-tessuti bijoloġiċi li jittieklu (muskoli, fwied, bajd, laħam jew partijiet torja oħrajn, kif xieraq) ta' frott tal-baħar (inklużi ħut, krustaċji, molluski, ekinodermi, algi u pjanti tal-baħar oħrajn) maqbuda jew miġbura fis-selvaġġ (minbarra ħut bil-pinen mill-marikultura) ma jaqbiżx:

(a)

għall-kontaminanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, il-livelli massimi stipulati f'dak ir-Regolament, li huma valuri ta' limitu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

għal kontaminanti addizzjonali, mhux elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006, il-valuri ta' limitu, li għandhom jistabbilixxu l-Istati Membri permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Iż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

għal kull kontaminant, il-konċentrazzjoni tiegħu fil-frott tal-baħar, il-matriċi użata (speċi u tessut), jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nqabżux u l-proporzjon ta' kontaminanti vvalutati li kisbu l-valuri ta' limitu tagħhom.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Meta l-Istati Membri jistabbilixxu l-lista ta' speċijiet li jridu jintużaw taħt D9C1, l-ispeċijiet għandhom:

(a)

ikunu rilevanti għas-subreġjun jew ir-reġjun tal-baħar ikkonċernat;

(b)

jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

(c)

ikunu addattati għall-kontaminant li jkun qed jiġi vvalutat;

(d)

ikunu fost l-aktar ikkonsmati fl-Istat Membru jew l-aktar maqbuda jew miġbura għall-konsum.

2.

L-eċċedenza tal-istandard stabbilit għal kontaminant għandha twassal għal monitoraġġ sussegwenti sabiex tiġi ddeterminata l-persistenza tal-kontaminazzjoni fiż-żona u l-ispeċijiet li ttieħdu kampjuni tagħhom. Il-monitoraġġ għandu jissokta sakemm ikun hemm biżżejjed evidenza li ma hemm ebda riskju ta' falliment.

3.

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, it-teħid ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-livelli massimi ta' kontaminanti għandu jitwettaq f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2014 (11) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 (12).

4.

F'kull subreġjun jew reġjun, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u temporali tat-teħid tal-kampjuni jkun adegwat sabiex jipprovdi kampjun rappreżentattiv tal-kontaminanti speċifikati fil-frott tal-baħar fis-subreġjun jew ir-reġjun tal-baħar.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D9C1: il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti fl-unitajiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

Deskrittur 10

Proprjetajiet u kwantitajiet ta' skart fil-baħar li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar

Pressjoni rilevanti: L-input ta' skart

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Skart (minbarra mikro-skart), ikklassifikat fil-kategoriji li ġejjin (13): materjal polimeriku artifiċjali, gomma, drapp/tessut, karta/kartun, injam ipproċessat/maħdum, metall, ħġieġ/ċeramika, sustanzi kimiċi, mhux definiti, u skart mill-ikel.

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu subkategoriji oħrajn.

D10C1 — Primarju:

Il-kompożizzjoni, l-ammont u d-distribuzzjoni spazjali tal-iskart fuq il-kosta, fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u f'qiegħ il-baħar, huma f'livelli li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjonijiet tar-reġjun jew tas-subreġjun, diviżi, fejn meħtieġ, minn konfini nazzjonali.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull kriterju separatament għal kull qasam ivvalutat kif ġej:

(a)

l-eżiti għal kull kriterju (l-ammont ta' skart jew mikro-skart għal kull kategorija) u d-distribuzzjoni tiegħu għal kull matriċi użata skont D10C1 u D10C2 u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux.

(b)

l-eżiti għal D10C3 (l-ammont ta' skart jew mikro-skart għal kull kategorija għal kull speċi) u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nkisbux.

L-użu tal-kriterji D10C1, D10C2 u D10C3 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 10 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti tal-kriterju D10C3 għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1, fejn ikun xieraq.

Mikro-skart (partikoli < 5 mm), ikklassifikat fil-kategoriji “materjal polimeriku artifiċjali” u “oħrajn”.

D10C2 — Primarju:

Il-kompożizzjoni, l-ammont u d-distribuzzjoni spazjali tal-mikro-skart fuq il-kosta, fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u fis-sediment ta' qiegħ il-baħar, huma f'livelli li ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent kostali u tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Skart u mikro-skart ikklassifikati fil-kategoriji “materjal polimeriku artifiċjali” u “oħrajn”, ivvalutati fi kwalunkwe speċi mill-gruppi li ġejjin: għasafar, mammiferi, rettili, ħut jew invertebrati.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet li jridu jiġu vvalutati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D10C3 — Sekondarju:

L-ammont ta' skart u mikro-skart inġestit mill-annimali tal-baħar huwa f'livell li ma jaffettwax b'mod negattiv is-saħħa tal-ispeċi kkonċernat.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-ispeċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili, ħut jew invertebrati li huma f'riskju mill-iskart.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet li jridu jiġu vvalutati permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D10C4 — Sekondarju:

L-għadd ta' individwi ta' kull speċi li jiġu affettwati b'mod negattiv, bħal meta jeħlu f'xi rkaptu, tipi oħrajn ta' korriment jew mortalità, jew effetti tas-saħħa, minħabba l-iskart.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi tal-iskart, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-grupp ta' speċijiet skont id-Deskrittur 1.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

għal kull speċi vvalutat skont il-kriterju D10C4, stima tal-għadd ta' individwi fiż-żona tal-valutazzjoni li kienu affettwati b'mod negattiv.

L-użu tal-kriterju D10C4 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 10 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti ta' dan il-kriterju għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1, fejn ikun xieraq.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għal D10C1: l-iskart għandu jiġi mmonitorjat fuq il-kosta u jista' jiġi mmonitorjat ukoll fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u f'qiegħ il-baħar. Għandha tinġabar informazzjoni dwar is-sors u l-mod kif jidħol l-iskart, fejn ikun fattibbli;

2.

Għal D10C2: il-mikro-skart għandu jiġi mmonitorjat fis-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u fis-sediment ta' qiegħ il-baħar u jista' jiġi mmonitorjat ukoll fuq il-kosta. Il-mikro-skart għandu jiġi mmonitorjat b'mod li jista' jkun relatat ma' punti lokalizzati għall-inputs (bħal portijiet, marinas, impjanti għat-trattament tal-ilma mormi, effluwenti tal-ilma tal-maltemp), fejn ikun fattibbli.

3.

Għal D10C3 u D10C4: il-monitoraġġ jista' jkun ibbażat fuq okkorrenzi inċidentali (pereżempju, strandings ta' annimali mejta, annimali mħabblin fil-kolonji tat-tnissil, l-individwi affettwati għal kull stħarriġ).

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D10C1: l-ammont ta' skart għal kull kategorija fl-għadd ta' oġġetti:

għal kull 100 metru (m) fuq il-kosta,

għal kull kilometru kwadru (km2) għas-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma u għal qiegħ il-baħar,

D10C2: l-ammont ta' mikro-skart għal kull kategorija fl-għadd ta' oġġetti u l-piż fi grammi (g):

għal kull metru kwadru (m2) għas-saff tal-wiċċ tal-kolonna tal-ilma,

għal kull kilogramma (piż xott) (kg) ta' sediment għall-kosta u għal qiegħ il-baħar,

D10C3: l-ammont ta' skart/mikro-skart fi grammi (g) u l-għadd ta' oġġetti għal kull individwu għal kull speċi b'rabta mad-daqs (il-piż jew it-tul, kif xieraq) tal-individwu li ttieħdu kampjuni tiegħu

D10C4: l-għadd ta' individwi affettwati (letali; subletali) għal kull speċi.

Deskrittur 11

L-introduzzjoni tal-enerġija, inkluż il-ħsejjes ta' taħt l-ilma, hija f'livelli li ma jaffettwawx ħażin l-ambjent tal-baħar

Pressjonijiet rilevanti: L-input ta' ħoss antropoġeniku; L-input ta' forom oħrajn ta' enerġija

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ħoss impulsiv antropoġeniku fl-ilma.

D11C1 — Primarju:

Id-distribuzzjoni spazjali, il-firxa temporali u l-livelli ta' sorsi ta' ħsejjes impulsivi antropoġeniċi ma jaqbżux il-limiti li jaffettwaw b'mod negattiv il-popolazzjonijiet tal-annimali tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Reġjun, subreġjun jew subdiviżjonijiet.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

(a)

għal D11C1, it-tul ta' żmien għal kull sena kalendarja ta' sorsi ta' ħsejjes impulsivi, id-distribuzzjoni tagħhom matul is-sena u b'mod spazjali fiż-żona tal-valutazzjoni u jekk il-valuri ta' limitu stabbiliti nqabżux;

(b)

għal D11C2, il-medja annwali tal-livell tal-ħsejjes, jew metrika temporali xierqa oħra maqbula fil-livell reġjonali jew subreġjonali, għal kull erja ta' unità u d-distribuzzjoni spazjali tagħha fiż-żona tal-valutazzjoni, u l-firxa (%, km2) taż-żona ta' valutazzjoni li jkunu nkisbu minnha l-valuri ta' limitu stabbiliti.

L-użu tal-kriterji D11C1 u D11C2 fil-valutazzjoni ta' status ambjentali tajjeb għad-Deskrittur 11 għandu jiġi maqbul fil-livell tal-Unjoni.

L-eżiti ta' dawn il-kriterji għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 1.

Ħsejjes kontinwi antropoġeniċi ta' frekwenza baxxa fl-ilma.

D11C2 — Primarju:

Id-distribuzzjoni spazjali, il-firxa temporali u l-livelli ta' ħsejjes kontinwi antropoġeniċi ta' frekwenza baxxa ma jaqbżux il-valuri li jaffettwaw b'mod negattiv il-popolazzjoni tal-annimali tal-baħar.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal dawn il-livelli permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Għall-monitoraġġ ta' D11C1:

(a)

Ir-riżoluzzjoni spazjali: il-postijiet ġeografiċi li l-għamla u ż-żoni tagħhom għandhom jiġu ddeterminati fil-livell reġjonali jew subreġjonali, fuq il-bażi ta', pereżempju, l-attivitajiet elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE.

(b)

Ħoss impulsiv deskritt bħala livell monopolju ta' sors ta' enerġija f'unitajiet ta' dB re 1μΡa2 s jew żero sal-ogħla livell monopolju ta' sors ta' enerġija f'unitajiet ta' dB re 1μΡa m, it-tnejn li huma fuq il-banda tal-frekwenza 10 Hz sa 10 kHz. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw sorsi speċifiċi oħrajn b'baned ta' frekwenza ogħla jekk l-effetti fuq medda itwal jitqiesu bħala rilevanti.

2.

Għall-monitoraġġ ta' D11C2:

Medja annwali, jew metrika xierqa oħra maqbula f'livell reġjonali jew subreġjonali, tal-pressjoni tal-ħoss kwadru f'kull waħda minn żewġ “1/3-baned ottavi”, waħda ċċentrata fi 63 Hz u l-oħra f'125 Hz, espressi bħala livell f'deċibels f'unitajiet ta' dB re 1μΡa, f'riżoluzzjoni spazjali xierqa b'rabta mal-pressjoni. Din tista' titkejjel direttament, jew inkella tiġi inferita minn mudell li jintuża għall-interpolazzjoni bejn il-kejl jew għall-estrapolazzjoni mill-kejl. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll f'livell reġjonali jew subreġjonali li jimmonitorjaw baned ta' frekwenza addizzjonali.

Il-kriterji relatati ma' forom oħrajn ta' input tal-enerġija (inklużi l-enerġija termali, il-kampijiet elettromanjetiċi u d-dawl) u l-kriterji relatati mal-impatti ambjentali tal-ħsejjes għadhom soġġetti għal żvilupp ulterjuri.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D11C1: Numru ta' ġranet kull tliet xhur (jew kull xahar, skont il-każ) b'sorsi ta' ħoss impulsiv; proporzjon (perċentwal) tal-erja tal-unitajiet f'kilometri kwadri (km2) taż-żona ta' valutazzjoni b'sorsi ta' ħoss impulsiv kull sena,

D11C2: Il-medja annwali (jew metrika temporali oħra) tal-livell tal-ħoss kontinwu għal kull erja tal-unità; proporzjon (perċentwal) jew firxa f'kilometri kwadri (km2) taż-żona ta' valutazzjoni b'sorsi ta' ħoss li jaqbżu l-valuri ta' limitu.

IT-TIENI PARTI

Kriterji u standards metodoloġiċi, speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali u tal-istatus ambjentali attwali tal-ilmijiet tal-baħar skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/56/KE

It-Tieni Parti tikkunsidra d-deskritturi marbuta mal-elementi tal-ekosistema rilevanti: gruppi ta' speċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi (Deskrittur 1), ħabitats pelaġiċi (Deskrittur 1), ħabitats ta' qiegħ il-baħar (Deskritturi 1 u 6) u ekosistemi, inklużi xbieki alimentari (Deskritturi 1 u 4), kif elenkati fl-Anness III għad-Direttiva 2008/56/KE (14).

Tema

Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar, mammali, rettili, ħut u ċefalopodi (relatati mad-Deskrittur 1)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Speċijiet ta' għasafar, mammiferi, rettili u speċijiet ta' ħut u ċefalopodi mhux sfruttati b'mod kummerċjali, li huma f'riskju minn qabda aċċessorja inċidentali fir-reġjun jew fis-subreġjun.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dik il-lista ta' speċijiet permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali skont l-obbligi stipulati fl-Artikolu 25(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-attivitajiet ta' ġbir tad-dejta u wara li jikkunsidraw il-lista ta' speċijiet fit-Tabella 1D tal-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 (15).

D1C1 — Primarju:

Ir-rata ta' mortalità għal kull speċi minn qabda aċċessorja inċidentali hija taħt il-livelli li jheddu lill-ispeċi, u dan b'mod li jiżgura l-vijabbiltà fit-tul.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-valuri ta' limitu għar-rata ta' mortalità minn qabda aċċessorja inċidentali għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Kif użata għall-valutazzjoni tal-ispeċijiet jew gruppi ta' speċijiet korrispondenti skont il-kriterji D1C2-D1C5.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata kif ġej:

ir-rata ta' mortalità għal kull speċi u jekk din kisbitx il-valur ta' limitu stabbilit.

Dan il-kriterju għandu jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-ispeċi korrispondenti skont il-kriterju D1C2.

Il-gruppi ta' speċijiet, kif elenkati taħt it-Tabella 1 u jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sett ta' speċijiet rappreżentattivi ta' kull grupp ta' speċijiet, magħżula skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali. Dawn għandhom jinkludu l-mammiferi u r-rettili elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 92/43/KEE u jistgħu jinkludu kwalunkwe speċi ieħor, bħal dawk elenkati taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (Annessi oħrajn għad-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE jew permezz tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013) u ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali.

D1C2 — Primarju:

L-abbundanza tal-popolazzjoni tal-ispeċi mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi, b'tali mod li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tagħha.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw il-varjazzjoni naturali fid-daqs tal-popolazzjoni u r-rati ta' mortalità derivati minn D1C1, D8C4 u D10C4 u pressjonijiet rilevanti oħrajn. Għall-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE, dawn il-valuri għandhom ikunu konsistenti mal-valuri tal-Popolazzjoni ta' Referenza Favorevoli stabbiliti mill-Istati Membri rilevanti skont id-Direttiva 92/43/KEE.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Għandhom jintużaw skali ekoloġikament rilevanti għal kull grupp ta' speċijiet, kif ġej:

għaċ-ċetaċji bis-snien li jinżlu jgħumu fil-fond, il-balieni, il-ħut tal-baħar fond: reġjun;

għall-għasafar, iċ-ċetaċji bis-snien żgħar, il-ħut pelaġiku u demersali tal-baħar kontinentali: reġjun jew subdiviżjonijiet għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar l-Iswed; subreġjun għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran;

għall-foki, il-fkieren tal-baħar, iċ-ċefalopodi: reġjun jew subdiviżjonijiet għall-Baħar Baltiku; subreġjun għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran;

għall-ħut tal-kosta: subdiviżjoni ta' reġjun jew subreġjun.

għall-ħut u ċ-ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali: kif użati skont id-Deskrittur 3.

L-użu tal-kriterji:

L-istatus ta' kull speċi għandu jiġi vvalutat individwalment, abbażi tal-kriterji magħżula għall-użu, u dawn għandhom jintużaw sabiex jesprimu kemm ikun inkiseb status ambjentali tajjeb għal kull grupp ta' speċijiet għal kull żona vvalutata, kif ġej:

(a)

il-valutazzjonijiet għandhom jesprimu l-valur(i) għal kull kriterju użat għal kull speċi u jekk dawn jiksbux il-valuri ta' limitu stabbiliti;

(b)

l-istatus globali tal-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE għandu jiġi derivat bl-użu tal-metodu pprovdut skont dik id-Direttiva. L-istatus globali għall-ispeċijiet sfruttati b'mod kummerċjali għandu jiġi vvalutat skont id-Deskrittur 3. Għal speċijiet oħrajn, l-istatus globali għandu jiġi derivat bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali;

(c)

l-istatus globali tal-grupp ta' speċijiet, bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni, wara li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

D1C3 — Primarji għal ħut u ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-karatteristiċi demografiċi tal-popolazzjoni (eż. struttura skont id-daqs tal-ġisem jew il-klassi tal-età, il-proporzjon tas-sessi, ir-rati ta' fekondità u ta' sopravivenza) tal-ispeċijiet huma indikattivi ta' popolazzjoni b'saħħitha li mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-karatteristiċi speċifikati ta' kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, wara li jikkunsidraw l-effetti negattivi fuq is-saħħa tagħhom derivati minn D8C2, D8C4 u pressjonijiet rilevanti oħrajn.

D1C4 — Primarji għall-ispeċijiet koperti mill-Annessi II, IV jew V għad-Direttiva 92/43/KEE u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-firxa distribuzzjonali tal-ispeċijiet u, fejn rilevanti, ix-xejra hija konformi mal-kundizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi u fiżjografiċi prevalenti.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għal kull speċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali. Għall-ispeċijiet koperti mid-Direttiva 92/43/KEE, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-valuri tal-Firxa ta' Referenza Favorevoli stabbiliti mill-Istati Membri rilevanti skont id-Direttiva 92/43/KEE.

D1C5 — Primarji għall-ispeċijiet koperti mill-Annessi II, IV u V għad-Direttiva 92/43/KEE u sekondarji għal speċijiet oħrajn:

Il-ħabitat għall-ispeċi għandu l-firxa neċessarja u l-kundizzjoni li jsostni l-istadji differenti tal-ħajja tal-ispeċi.

Elementi tal-kriterji

Tabella 1

Gruppi ta' speċijiet  (16)

Komponent tal-ekosistema

Gruppi ta' speċijiet

Għasafar

Għasafar tal-mergħa

Għasafar akwatiċi

Għasafar li jieklu mill-wiċċ

Għasafar li jieklu mill-ibħra miftuħa

Għasafar li jieklu minn qiegħ il-baħar

Mammiferi

Ċetaċji bis-snien żgħar

Ċetaċji bis-snien li jinżlu jgħumu fil-fond

Balieni

Foki

Rettili

Fkieren tal-baħar

Ħut

Ħut tal-kosta

Ħut pelaġiku tal-baħar kontinentali

Ħut demersali tal-baħar kontinentali

Ħut tal-baħar fond

Ċefalopodi

Ċefalopodi tal-kosta/tal-baħar kontinentali

Ċefalopodi tal-baħar fond

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar tal-baħar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi”

1.

Għal D1C1, għandha tiġi pprovduta dejta għal kull speċi għal kull mestier tas-sajd għal kull żona ta' ICES jew Sub-Żona Ġeografika ta' GFCM jew żoni tas-sajd tal-FAO għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, sabiex tkun tista' tiġi aggregata għall-iskala rilevanti għall-ispeċijiet ikkonċernati, kif ukoll sabiex jiġu identifikati l-attivitajiet tas-sajd u l-irkaptu tas-sajd partikolari li jikkontribwixxu l-aktar għal qabdiet inċidentali għal kull speċi.

2.

“Kostali” għandha tinftiehem fuq il-bażi tal-parametri fiżiċi, idroloġiċi u ekoloġiċi u mhijiex limitata għall-ilma kostali kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

3.

L-ispeċijiet jistgħu jiġu vvalutati fil-livell tal-popolazzjoni, fejn xieraq.

4.

Kull fejn ikun possibbli, il-valutazzjonijiet skont id-Direttiva 92/43/KEE, id-Direttiva 2009/147/KE u r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jintużaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

għall-għasafar, il-kriterji D1C2 u D1C4 huma ekwivalenti għall-kriterji “daqs tal-popolazzjoni” u “mappa tad-distribuzzjoni tat-tnissil u d-daqs tal-firxa” tad-Direttiva 2009/147/KE;

(b)

għall-mammiferi, għar-rettili u għall-ħut mhux kummerċjali, il-kriterji huma ekwivalenti għal dawk użati skont id-Direttiva 92/43/KEE, kif ġej: D1C2 u D1C3 huma ekwivalenti għal “popolazzjoni”, D1C4 hija ekwivalenti għal “firxa” u D1C5 hija ekwivalenti għal “ħabitat għall-ispeċi”;

(c)

għall-ħut u ċ-ċefalopodi sfruttati b'mod kummerċjali, il-valutazzjonijiet skont id-Deskrittur 3 għandhom jintużaw għall-finijiet tad-Deskrittur 1, bl-użu tal-kriterju D3C2 għal D1C2 u tal-kriterju D3C3 għal D1C3.

5.

Il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet skont il-kriterji D1C1, D2C3, D3C1, D8C2, D8C4 u D10C4, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-pressjonijiet skont il-kriterji D9C1, D10C3, D11C1 u D11C2, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-ispeċijiet skont id-Deskrittur 1.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D1C2: abbundanza (l-għadd ta' individwi jew bijomassa f'tunnellati (t)) għal kull speċi.

Tema

Ħabitats pelaġiċi (relatati mad-Deskrittur 1)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Tipi ta' ħabitats pelaġiċi wiesgħa (salinità varjabbli (17), kostali, baħar kontinentali u oċeaniku/lil hinn mill-baħar kontinentali), jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun, u tipi ta' ħabitats oħrajn kif definiti fit-tieni paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, tipi ta' ħabitats addizzjonali skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”.

D1C6 — Primarju:

Il-kundizzjoni tat-tip ta' ħabitat, inklużi l-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u l-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tipiċi tiegħu u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, struttura tad-daqs tal-ispeċijiet), mhijiex affettwata b'mod negattiv.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-kundizzjoni ta' kull tip ta' ħabitat, li jiżguraw il-kompatibbiltà mal-valuri relatati skont id-Deskritturi 2, 5 u 8, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjoni tar-reġjun jew tas-subreġjun, kif użata għall-valutazzjonijiet ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar, li tirrifletti d-differenzi bijoġeografiċi fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tip ta' ħabitat.

L-użu tal-kriterji:

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata bħala:

(a)

stima tal-proporzjon u l-firxa ta' kull tip ta' ħabitat ivvalutat li kiseb il-valur ta' limitu stabbilit;

(b)

lista ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa fiż-żona tal-valutazzjoni li ma ġewx ivvalutati.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Ħabitats pelaġiċi”

1.

“Kostali” għandha tinftiehem fuq il-bażi tal-parametri fiżiċi, idroloġiċi u ekoloġiċi u mhijiex limitata għall-ilma kostali kif definit fl-Artikolu 2(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

2.

Il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet, inkluż skont il-kriterji D2C3, D5C2, D5C3, D5C4, D7C1, D8C2 u D8C4, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-valutazzjonijiet tal-ħabitats pelaġiċi skont id-Deskrittur 1.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D1C6: il-firxa tal-ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat.

Tema

Ħabitats ta' qiegħ il-baħar (relatati mad-Deskritturi 1 u 6)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Jirreferu għall-Parti I ta' dan l-Anness għall-kriterji D6C1, D6C2 u D6C3.

Tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar kif elenkati fit-Tabella 2 u jekk ikunu preżenti fir-reġjun jew fis-subreġjun, u tipi ta' ħabitats oħrajn kif definiti fit-tieni paragrafu.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali, tipi ta' ħabitats addizzjonali, skont il-kriterji stabbiliti taħt “speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats”, u li jistgħu jinkludu t-tipi ta' ħabitats elenkati taħt id-Direttiva 92/43/KEE jew ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjonijiet dwar l-Ibħra Reġjonali, għall-finijiet ta':

(a)

il-valutazzjoni ta' kull tip ta' ħabitat wiesa' skont il-kriterju D6C5;

(b)

il-valutazzjoni ta' dawn it-tipi ta' ħabitats.

Sett wieħed ta' tipi ta' ħabitats għandu jservi l-fini tal-valutazzjonijiet kemm tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1 kif ukoll tal-integrità ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 6.

D6C4 — Primarju:

Il-firxa tat-telf tat-tip ta' ħabitat, li jirriżulta minn pressjonijiet antropoġeniċi, ma taqbiżx proporzjon speċifikat tal-firxa naturali tat-tip ta' ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-firxa massima permissibbli tat-telf tal-ħabitat bħala proporzjon tal-firxa naturali totali tat-tip ta' ħabitat, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Is-subdiviżjoni tar-reġjun jew tas-subreġjun, li tirrifletti d-differenzi bijoġeografiċi fil-kompożizzjoni tal-ispeċijiet tat-tip ta' ħabitat wiesa'.

L-użu tal-kriterji:

Valutazzjoni waħda għal kull tip ta' ħabitat, bl-użu tal-kriterji D6C4 u D6C5, għandha sservi l-fini tal-valutazzjonijiet kemm tal-ħabitats ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 1 kif ukoll tal-integrità ta' qiegħ il-baħar skont id-Deskrittur 6.

L-indikazzjoni ta' kemm inkiseb status ambjentali tajjeb għandha tiġi espressa għal kull żona vvalutata bħala:

(a)

għal D6C4, stima tal-proporzjon u l-firxa tat-telf għal kull tip ta' ħabitat u jekk dan kisibx il-valur tal-firxa stabbilit;

(b)

għal D6C5, stima tal-proporzjon u l-firxa tal-effetti negattivi, inkluż il-proporzjon tat-telf mill-punt (a), għal kull tip ta' ħabitat u jekk dan kisibx il-valur tal-firxa stabbilit;

(c)

l-istatus ġenerali tat-tip ta' ħabitat, bl-użu ta' metodu maqbul fil-livell tal-Unjoni abbażi tal-punti (a) u (b) u lista ta' tipi ta' ħabitats wiesgħa fiż-żona tal-valutazzjoni li ma ġewx ivvalutati.

D6C5 — Primarju:

Il-firxa tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet antropoġeniċi fuq il-kundizzjoni tat-tip ta' ħabitat, inkluża l-alterazzjoni fl-istruttura bijotika u abijotika tiegħu u l-funzjonijiet tiegħu (pereżempju, il-kompożizzjoni tipika tal-ispeċi tiegħu u l-abbundanza relattiva tagħhom, in-nuqqas ta' speċijiet partikolarment sensittivi jew fraġli jew speċijiet li jipprovdu funzjoni ewlenija, id-daqs tal-istruttura tal-ispeċijiet) ma taqbiżx proporzjon speċifikat tal-firxa naturali tat-tip ta' ħabitat fiż-żona tal-valutazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu għall-effetti negattivi fuq il-kundizzjoni ta' kull tip ta' ħabitat, li jiżguraw il-kompatibbiltà mal-valuri relatati stabbiliti skont id-Deskritturi 2, 5, 6, 7 u 8, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-firxa massima permissibbli ta' dawk l-effetti negattivi bħala proporzjon tal-firxa naturali totali tat-tip ta' ħabitat, permezz ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni, wara li jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet reġjonali jew subreġjonali.

Elementi tal-kriterji

Tabella 2

Tipi ta' ħabitats wiesgħa ta'qiegħ il-baħar, inklużi l-komunitajiet bijoloġiċi assoċjati tagħhom (rilevanti għall-kriterji skont id-Deskritturi 1 u 6), li huma ekwivalenti għal tip ta' ħabitat wieħed jew aktar tal-klassifikazzjoni tal-ħabitats tas-sistema ta' informazzjoni Ewropea dwar in-natura (EUNIS)  (18) . L-aġġornamenti fit-tipoloġija ta' EUNIS għandhom ikunu riflessi fit-tipi ta' ħabitats wiesgħa użati għall-finijiet tad-Direttiva 2008/56/KE u ta'din id-Deċiżjoni.

Komponent tal-ekosistema

Tipi ta' ħabitats wiesgħa

Kodiċijiet tal-ħabitats rilevanti ta' EUNIS (verżjoni tal-2016)

Ħabitats ta' qiegħ il-baħar

Blat littorali u sikka bijoġenika

MA1, MA2

Sediment littorali

MA3, MA4, MA5, MA6

Blat infralittorali u sikka bijoġenika

MB1, MB2

Sediment aħrax infralittorali

MB3

Sediment imħallat infralittorali

MB4

Ramel infralittorali

MB5

Tajn infralittorali

MB6

Blat ċirkalittorali u sikka bijoġenika

MC1, MC2

Sediment aħrax ċirkalittorali

MC3

Sediment imħallat ċirkalittorali

MC4

Ramel ċirkalittorali

MC5

Tajn ċirkalittorali

MC6

Blat ċirkalittorali u sikka bijoġenika lil hinn mill-kosta

MD1, MD2

Sediment aħrax ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD3

Sediment imħallat ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD4

Ramel ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD5

Tajn ċirkalittorali lil hinn mill-kosta

MD6

Blat batjal ta' fuq (19) u sikka bijoġenika

ME1, ME2

Sediment batjal ta' fuq

ME3, ME4, ME5, ME6

Blat batjal ta' taħt u sikka bijoġenika

MF1, MF2

Sediment batjal ta' taħt

MF3, MF4, MF5, MF6

Abissali

MG1, MG2, MG3, MG4, MG5, MG6

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni b'rabta mat-tema “Ħabitats ta' qiegħ il-baħar”

1.

L-istatus ta' kull tip ta' ħabitat għandu jiġi vvalutat bl-użu ta' valutazzjonijiet (bħas-sub-tipi tat-tipi ta' ħabitats wiesgħa) skont id-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2000/60/KE, meta possibbli.

2.

Il-valutazzjoni tal-kriterju D6C4 għandha tuża l-valutazzjoni magħmula skont il-kriterju D6C1.

3.

Il-kriterji D6C4 u D6C5 huma ekwivalenti għall-kriterji “firxa/żona koperta mit-tip ta' ħabitat fi ħdan il-firxa” u “strutturi u funzjonijiet speċifiċi” tad-Direttiva 92/43/KEE.

4.

Għad-D6C5, il-valutazzjonijiet tal-effetti negattivi mill-pressjonijiet, inkluż skont il-kriterji D2C3, D3C1, D3C2, D3C3, D5C4, D5C5, D5C6, D5C7, D5C8, D6C3, D7C2, D8C2 u D8C4, għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni.

5.

Għal D6C5, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

Unitajiet tal-kejl għall-kriterji:

D6C4: il-firxa tat-telf tal-ħabitat f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat

D6C5: il-firxa tal-ħabitat affettwat b'mod negattiv f'kilometri kwadri (km2) u bħala proporzjon (perċentwal) tal-firxa totali tat-tip ta' ħabitat.

Speċifikazzjonijiet għall-għażla tal-ispeċijiet u l-ħabitats taħt it-Temi “Gruppi ta' speċijiet ta' għasafar tal-baħar, mammiferi, rettili, ħut u ċefalopodi”, “Ħabitats pelaġiċi” u “Ħabitats ta' qiegħ il-baħar”

L-għażla tal-ispeċijiet u tal-ħabitats li jridu jiġu assenjati lill-gruppi ta' speċijiet u lit-tipi ta' ħabitats wiesgħa ta' qiegħ il-baħar għandha tkun ibbażata fuq dawn li ġejjin:

1.

Kriterji xjentifiċi (rilevanza ekoloġika):

(a)

rappreżentattivi tal-komponent tal-ekosistema (grupp ta' speċijiet jew tip ta' ħabitat wiesa') u tal-funzjonament tal-ekosistema (pereżempju, il-konnettività bejn il-ħabitats u l-popolazzjonijiet, il-kompletezza u l-integrità tal-ħabitats essenzjali), li huma rilevanti għal valutazzjoni tal-istat/impatti, bħala li għandhom irwol funzjonali ewlieni fi ħdan il-komponent (pereżempju, bijodiversità għolja jew speċifika, produttività, rabta trofika, riżorsa speċifika jew servizz speċifiku) jew karatteristiċi partikolari tal-istadju tal-ħajja (l-età u d-daqs fit-tnissil, il-lonġevità, il-karatteristiċi migratorji);

(b)

rilevanti għall-valutazzjoni ta' pressjoni antropoġenika ewlenija li għaliha huwa espost il-komponent tal-ekosistema, li huma sensittivi għall-pressjoni u esposti għaliha (vulnerabbli) fiż-żona tal-valutazzjoni;

(c)

preżenti f'numri jew firxa suffiċjenti fiż-żona tal-valutazzjoni sabiex ikunu jistgħu jibnu indikatur xieraq għall-valutazzjoni;

(d)

is-sett ta' speċijiet jew ħabitats magħżula għandhom ikopru, safejn ikun possibbli, il-firxa sħiħa ta' funzjonijiet ekoloġiċi tal-komponent tal-ekosistema u l-pressjonijiet predominanti li għalihom huwa soġġett il-komponent;

(e)

jekk l-ispeċijiet ta' gruppi ta' speċijiet ikunu assoċjati mill-qrib ma' tip ta' ħabitat wiesa' partikolari, dawn jistgħu jiġu inklużi fi ħdan dak it-tip ta' ħabitat għall-finijiet ta' monitoraġġ u valutazzjoni; f'każijiet bħal dawn, l-ispeċijiet ma għandhomx jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-grupp ta' speċijiet.

2.

Kriterji prattiċi addizzjonali (li ma għandhomx jissuperaw il-kriterji xjentifiċi):

(a)

il-monitoraġġ/fattibbiltà teknika;

(b)

l-ispejjeż tal-monitoraġġ;

(c)

serje ta' żmien adegwat tad-dejta.

Is-sett rappreżentattiv ta' speċijiet u ħabitats li jridu jiġu vvalutati x'aktarx li jkunu speċifiċi għas-subreġjun jew għar-reġjun, għalkemm ċerti speċijiet jistgħu jidhru f'diversi subreġjuni jew reġjuni.

Tema

L-ekosistemi, inklużi x-xbieki alimentari (relatati mad-Deskritturi 1 u 4)

Kriterji, inklużi l-elementi tal-kriterji, u l-istandards metodoloġiċi

Elementi tal-kriterji

Kriterji

Standards metodoloġiċi

Ix-xrieki trofiċi ta' ekosistema.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-lista ta' xrieki trofiċi permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C1 — Primarju:

Id-diversità (il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet u l-abbundanza relattiva tagħhom) tax-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

L-iskala tal-valutazzjoni:

Il-livell reġjonali għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar l-Iswed; il-livell subreġjonali għall-Grigal tal-Atlantiku u għall-Baħar Mediterran.

Is-subdiviżjonijiet jistgħu jintużaw fejn xieraq.

L-użu tal-kriterji:

Meta l-valuri ma jaqgħux fi ħdan il-valuri ta' limitu, dan jista' jixpruna riċerka u investigazzjoni ulterjuri sabiex jinftiehmu l-kawżi għaliex ġara dan.

D4C2 — Primarju:

Il-bilanċ tal-abbundanza totali tul ix-xrieki trofiċi ma jkunx affettwat b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C3 — Sekondarju:

Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-individwi tul ix-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

D4C4 — Sekondarju (li jrid jintuża bħala sostenn għall-kriterju D4C2, fejn ikun meħtieġ):

Il-produttività tax-xirka trofika mhijiex affettwata b'mod negattiv minn pressjonijiet antropoġeniċi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu permezz ta' kooperazzjoni reġjonali jew subreġjonali.

Speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni

1.

Kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tinftiehem bħala li tirreferi għall-aktar livell tassonomiku baxx xieraq għall-valutazzjoni.

2.

Ix-xrieki trofiċi magħżula skont l-elementi tal-kriterji għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-lista ICES ta' xrieki trofiċi (20) u għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jinkludu mill-inqas tliet xrieki trofiċi;

(b)

tnejn għandhom ikunu xrieki trofiċi mhux ta' ħut;

(c)

mill-inqas waħda għandha tkun xirka trofika ta' produttur primarju;

(d)

preferibbilment jirrappreżentaw mill-inqas il-quċċata, in-nofs u l-qiegħ tal-katina alimentari.

Unitajiet tal-kejl:

D4C2: l-abbundanza totali (l-għadd ta' individwi jew bijomassa f'tunnellati (t)) fost l-ispeċijiet kollha fi ħdan ix-xirka trofika.


(1)  Meta din id-Deċiżjoni tirreferi għal “deskrittur”, dan jirreferi għad-deskritturi kwalitattivi rilevanti biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb, kif indikati taħt il-punti nnumerati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE.

(2)  D3C2 u D3C3 huma kriterji bbażati fl-Istat għall-ħut u l-frott tal-baħar li jiġi sfruttat b'mod kummerċjali, iżda qed jingħataw fl-Ewwel Parti għal raġunijiet ta' ċarezza.

(3)  D3C3 jista' ma jkunx disponibbli biex jintuża fir-rieżami tal-2018 tal-valutazzjoni inizjali u biex jiġi ddeterminat l-istatus ambjentali tajjeb skont l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 2008/56/KE.

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta' Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta' data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1).

(5)  Għal din il-valutazzjoni, jistgħu jkunu rilevanti d-dokumenti ta' gwida ppubblikati fil-kuntest tal-Istrateġija ta' Implementazzjoni Komuni b'rabta mad-Direttiva 2000/60/KE (eż. “Nru 13 — Overall Approach to the Classification of Ecological Status and Ecological Potential” u “Nru 23 — Eutrophication Assessment in the Context of European Water Policies”).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/480/UE tal-20 ta' Settembru 2013 li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/915/KE (ĠU L 266, 8.10.2013, p. 1).

(7)  Telf fiżiku għandu jinftiehem kif speċifikat fil-punt 3 tal-ispeċifikazzjonijiet skont id-Deskrittur 6.

(8)  Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inklużi penalitajiet kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 589/2014 tat-2 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll tal-livelli ta' diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini f'ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 252/2012 (ĠU L 164, 3.6.2014, p. 18).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta' livelli ta' ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

(13)  Dawn huma l-kategoriji “Livell 1 — Materjal” mil-Lista Definittiva ta' kategoriji ta' oġġetti ta' skart miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka “Gwida dwar il-Monitoraġġ tal-iskart fl-ibħra Ewropej” (2013, ISBN 978-92-79-32709-4). Il-Lista Definittiva tispeċifika x'inhu kopert f'kull kategorija, pereżempju “Sustanzi kimiċi” tirreferi għal paraffina, xama', żejt u qatran.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jista' jintuża biex tinġabar id-data tas-sajd rilevanti għad-Deskritturi 1, 4 u 6.

(15)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1251 tat-12 ta' Lulju 2016 li tadotta programm multiannwali tal-Unjoni għall-ġbir, għall-ġestjoni u għall-użu ta' dejta fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakoltura għall-perjodu 2017-2019 (ĠU L 207, 1.8.2016, p. 113).

(16)  Meta jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 trid tintuża d-data tas-sajd rilevanti.

(17)  Miżmuma għal sitwazzjonijiet fejn it-traċċi estwarini jestendu lil hinn mill-ilmijiet innominati bħala Ilmijiet ta' Tranżizzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE.

(18)  Evans, D. (2016). “Revising the marine section of the EUNIS Habitat classification — Report of a workshop held at the European Topic Centre on Biological Diversity, 12-13 May 2016”. Dokument ta' Ħidma tal-ETC/BD Nru A/2016.

(19)  Fejn mhux speċifikament definit fil-klassifikazzjoni ta' EUNIS, il-konfini bejn il-batjal ta' fuq u l-batjal ta' taħt jista' jiġi stabbilit bħala limitu ta' fond speċifikat.

(20)  ICES Advice (2015) Book 1, ICES special request advice, ippubblikat fl-20 ta' Marzu 2015.


Top